Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0659(02)

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara n-negozjati skond il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni

/* KUMM/2005/0659 finali - ACC 2005/0256 */

52005PC0659(02)

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara n-negozjati skond il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni /* KUMM/2005/0659 finali - ACC 2005/0256 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.12.2005

KUMM(2005) 659 finali

2005/0255 (ACC)

2005/0256 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara n-negozjati skond il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA ’ SPJEGAZZJONI

1. Fil-kuntest tat-tkabbir ta’ l-unjoni doganali d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT jobbliga lill-KE li tidħol f’negozjati ma’ pajjiżi terzi li għandhom id-drittijiet li jinnegozjaw f’kull wieħed mill-Membri li qed jiddaħħlu sabiex jiftiehmu dwar aġġustament kompensatorju f’każ li l-adozzjoni tar-reġim tat-tariffi esterni tal-KE tirriżulta f’żieda fit-tariffa li taqbeż il-livell li għalih il-pajjiż li qed jiddaħħal rabat lilu nnifsu fid-WTO, filwaqt li “jikkunsidra b’mod xieraq it-tnaqqis tad-dazji fuq l-istess linja ta’ tariffa magħmula minn kostitwenti oħra ta’ l-unjoni doganali waqt it-twaqqif tagħha”.

2. Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994 (il-propsota COM 6792/04 WTO 34).

3. Saru negozjati bejn il-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 133 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

4. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom id-drittijiet li jinnegozjaw fir-rigward tat-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea.

5. In-negozjati rriżultaw fi Ftehim b’forma ta’ bdil ta’ ittri ma’ l-Awstralja.

6. Din il-proposta titlob lill-Kunsill biex japprova dan il-Ftehim.

2005/0255 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

IL-KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133, f’konġunzjoni ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, matul l-adeżjonijiet fil-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka.

2. Saru negozjati bejn il-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 133 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

3. Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati dwar Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja. Il-Ftehim għandu jkun approvat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja rigward it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea; hu hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim hu anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati biex ikun implimentat il-Ftehim skond il-proċedura definita fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali mwaqqaf bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew il-kumitat rilevanti mwaqqaf mill-artikolu korrispondenti tar-regolament dwar l-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Iż-żmien ipprovdut fl-Artikolu 4(3) ta’ Deċiżjoni 1999/468/KE ser ikun ta’ xahar.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri msemmi fl-Artikolu 1 sabiex tkun marbuta l-Komunità.

Magħmula fi Brussell,

Ghall-Kunsill

Il-President

FTEHIM

B’forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea.

Ittra mill-Komunitajiet Ewropej

Brussell,

Sinjur,

Wara l-bidu ta’ negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Awstralja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Awstralja bl-iskop li jkunu konklużi n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

Il-KE taqbel li hi għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinstabu fl-anness għal dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE tirċievi mill-Awstralja ittra ta’ ftehim eżegwita kif xieraq, wara konsiderazzjoni mill-partijiet skond il-proċeduri tagħhom. Il-KE għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tistabbilixxi l-miżuri adatti ta’ implimentazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2006 u fl-ebda ċirkostanzi mhux aktar tard minn Lulju 2006.

F’isem il-Komunitajiet Ewropej.

FTEHIM

B’forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fil-Komunitiet Ewropea.

Ittra mill-Awstralja

Brussell,

Sinjur,

B’referenza għall-ittra tiegħek li tiddikjara:

“Wara l-bidu ta’ negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Awstralja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Awstralja bl-iskop li jkunu konklużi n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

Il-KE taqbel li hi għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinstabu fl-anness għal dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE tirċievi mill-Awstralja ittra ta’ ftehim eżegwita kif xieraq, wara konsiderazzjoni mill-partijiet skond il-proċeduri tagħhom. Il-KE għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tistabbilixxi l-miżuri adatti ta’ implimentazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2006 u fl-ebda ċirkostanzi mhux aktar tard minn Lulju 2006.”

Għandi hawnekk l-unur nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi.

F’isem l-Awstralja

Anness

- żid 136 tunnellata (piż ta’ karkassa) fil-parti allokata għall-Awstralja skond il-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal-laħam tal-muntun; ‘laħam tal-muntun jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat’ (Numru tat-tariffa tal-prodott 0204),

- pajjiż alloka (l-Awstralja) kwota ta’ rata ta’ tarriffa 9925 tunnellata ta’ zokkor mhux raffinat biex ikun irraffinat (numru tat-tariffa tal-prodott 1701 1110), b’rata ta’ kwota ta’ 98€/tunnellata.

- żid 4003 tunnellati (erga omnes) f’kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE ‘għal-laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, imkessaħ; kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin; mingħajr għadam’ u ‘ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, imkessaħ; falda ħoxna u falda rqiqa. Il-laħam importat għandu jkun użat għall-ipproċessar’ (numri tat-tariffi tal-prodotti 0202 2030, 0202 30, 0206 2991),

- żid 150 tunnellata (piż tal-prodott) ma’ l-allokazzjoni ta’ l-Awstralja skond il-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-UE għal-“laħam ta’ l-aqwa kwalità ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadam jew mingħajr l-għadam; ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat’ (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0201, ex 0202, ex 0206 1095 u ex 0206 2991),

- żid 461 tunnellata ma’ l-allokazzjoni ta’ l-Awstralja bis-saħħa tal-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall-ġobon Cheddar (numru tat-tariffa tal-prodott ex 0406 9021),

- żid 1360 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall-butir (numri tat-tariffi tal-prodotti 0405 10, 0405 90).

Għandhom japplikaw ir-rati ta’ kwota tal-KE15.

FORMOLA FINANZJARJA |

DATA: 06/10/2005 |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT Kapitolu 10 – Dazji Agrikoli | APPROPRJAZZJONIJIET B 2005: 13.2 M€ |

2. | TITOLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill wara l-konklużjoni ta’ Ftehim b’forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja għal aġġustament kompensatorju kif ipprovdut bl-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. |

3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 133 tat-Trattat |

4. | GĦANIJIET: Li jkun osservat l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994 relatat mat-tkabbir ta’ l-Unjoni Doganali mill-1 ta’ Mejju 2004. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU 12-IL XAHAR (Miljuni EUR) | EŻERĊIZZJU MATUL 2005 (Miljuni EUR) | EŻERĊIZZJU LI JMISS 2006 (Miljuni EUR) |

5.0 | INFIQ - IĊĊARĠJAT LILL-BAĠIT TAL-KE (RIMBORŻI/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | - | - | - |

5.1 | DĦUL TA’ FLUS - RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (LEVIES/DAZJI DOGANALI - NAZZJONALI | - | - 13.2 (1) | (1) |

[n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

5.0.1 | INFIQ IKKALKULAT | - | - | - | - |

5.1.1 | DĦUL TA’ FLUS IKKALKULAT | (1) | (1) | (1) | (1) |

5.2 | METODU TA’ KALKOLU: |

6.0 | JISTA’ L-PROĠETT IKUN IFFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET REĠISTRATI FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT KURRENTI? | M/D |

6.1 | JISTA’ L-PROĠETT IKUN IFFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN KAPITOLI TAL-BAĠIT KURRENTI? | M/D |

6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT ADDIZZJONALI? | LE |

6.3 | SE JKUN MEĦTIEĠ LI APPROPRJAZZJONIJIET IKUNU RREĠISTRATI F’BAĠITS FIL-FUTUR? | LE |

OSSERVAZZJONIJIET: |

MEMORANDUM TA ’ SPJEGAZZJONI

4. Qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ma’ l-Awstralja dwar negozjati skond il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

5. Din il-proposta għar-Regolament tal-Kunsill timplimenta l-Ftehim li sar mill-Komunità.

2005/0256 (ACC)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara n-negozjati skond il-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87(1) li jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u li jiffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

7. Bid-Deċiżjoni tiegħu XX/XXX/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet b’forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi hawn fuq bl-iskop li jkunu magħluqin in-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness I għal Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jkun emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt ġimgħat wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet qed ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-koperta tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu waqt l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Fejn ex tidher quddiem in-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti tkun meħuda flimkien.

Anness 7 Il-kwoti tat-Tariffa tad-WTO li jingħataw mill-awtoritajiet Komunitarji Kompetenti. (Il-kwalifika għal dawn il-kwoti hi soġġetta għal kundizzjonijiet iffissati fid-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti) |

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Riżervi u kondizzjonijiet oħra |

In-numru tat-tariffa tal-prodott 0204 | Laħam tal-muntun jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat | żid 136 tunnellata (piż ta’ karkassa) ma’ l-allokazzjoni ta’ l-Awstralja |

In-numru tat-tariffa tal-prodott 1701 1110 | Zokkor mhux raffinat biex ikun irraffinat | Pajjiż alloka (l-Awstralja) kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 9925 tunnellata, b’rata ta’ kwota ta’ 98€/tunnellata (*) (*) Din ir-rata tapplika għaz-zokkor mhur irraffinat li jrendi 92% (ara wkoll in-nota 2 addizzjonali tal-kapitolu 17) |

In-numru tat-tariffa tal-prodott 0202 2030, 0202 30, 0206 2991 | ‘Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, imkessaħ; kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin; mingħajr għadam’ u ‘ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, imkessaħ; falda ħoxna u falda rqiqa. Il-laħam importat għandu jkun użat għall-ipproċessar | żid 4003 tunnellati (erga omnes) fi kwota ta’ tariffa ta’ l-UE |

In-numru tat-tariffa tal-prodott ex 0201, ex 0202, ex 0206 1095 u ex 0206 2991 | Laħam ta’ l-aqwa kwalità ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadam jew mingħajr l-għadam; ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat | żid 150 tunnellata (piż tal-prodott) ma’ l-allokazzjoni ta’ l-Awstralja |

In-numru tat-tariffa tal-prodott ex 0406 9021 | Ġobon Cheddar | żid 461 tunnellata ma’ l-allokazzjoni ta’ l-Awstralja |

In-numru tat-tariffa tal-prodott ex 0406 9021 | Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib | żid 1360 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE |

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].

Top