This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0625
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council concerning the production and development of statistics on education and lifelong learning
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja
/* KUMM/2005/0625 finali - COD 2005/0248 */
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja /* KUMM/2005/0625 finali - COD 2005/0248 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 6.12.2005 KUMM(2005) 625 finali 2005/0248 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja . (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet u l-objettivi tal-proposta Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2005 qabel li jniedi mill-ġdid l-Istrateġija ta’ Liżbona. Huwa kkonkluda li l-Ewropa trid iġġedded il-bażi tal-kompetittività tagħha, iżżid il-potenzjal għat-tkabbir u l-produttività tagħha u ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali, b’enfasi ewlenija fuq it-tagħrif, l-innovazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-kapital uman. F’dak ir-rigward il-Kunsill Ewropew enfasizza li “l-kapital uman huwa l-iżjed riżors importanti ta’ l-Ewropa”. Statistika u indikaturi dwar l-edukazzjoni, t-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja huma ta' importanza li qed tiżdied għall-Unjoni Ewropea biex jiġi appoġġat il-metodu miftuħ ta' koordinament fil-qasam tal-politika ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ. Huma importanti wkoll għal diskussjonijiet tal-politika dwar il-kapital uman, l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-kompetittività fil-qafas tal-politika ekonomika, ta’ l-impjiegi, tar-riċerka u ta’ l-innovazzjoni. L-istatistika ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ ġiet żviluppata fl-aħħar deċennju bbażata fuq il-ftehim tal-pajjiżi biex jaħdmu fil-qasam (ftehim bejn l-irġiel) bħala reazzjoni għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 1994 dwar il-promozzjoni ta' l-istatistika ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea (94/C 374/02). Madankollu mill-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona ’l hawn, id-domanda qiegħda tiżdied u kemm il-pajjiżi kif ukoll il-Kummissjoni jagħrfu l-bżonn li jispeċifikaw u jiffomalizzaw it-talba fil-forma ta’ bażi legali sabiex ikunu jistgħu jippjanaw għar-riżorsi li hemm bżonn biex jintlaħaq titjib fil-kwalità u biex jitwettaq stħarriġ jekk hemm bżonn. | 120 | Kuntest ġenerali Sabiex tiġi żgurata l-kontribuzzjoni tagħhom għall-istrateġija ta’ Liżbona, il-Ministri ta’ l-Edukazzjoni adottaw fl-2001 “rapport dwar l-objettivi tal-ġejjieni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ” u qablu għall-ewwel darba dwar l-objettivi komuni li jridu jintlaħqu sa l-2010. Sena wara, il-Kunsill ta’ l-Edukazzjoni u l-Kummissjoni approvaw programm ta’ ħidma ta’ 10 snin (magħruf bħala l-programm ta’ ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010”) biex ikun implimentat permezz tal-metodu miftuħ ta’ koordinament. Il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-15-16 ta’ Marzu 2002 apoġġa l-programm ta’ ħidma, inkluża lista indikattiva biex tintuża għall-kejl tal-progress lejn l-implimentazzjoni tat-tlettax-il objettiv konkret permezz tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinament, bl-għan li s-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ isiru “referenza dinjija għall-kwalità sa l-2010”. Dawn il-ftehimiet jikkostitwixxu l-qafas strateġiku Komunitarju ġdid u koerenti ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ. Indikaturi u livelli ta’ referenza ta’ prestazzjoni medja Ewropea (“parametri”) huma fost l-istrumenti tal-metodu miftuħ ta’ koordinament. Il-Ministri ta’ l-Edukazzjoni għamlu pass deċisiv f’Mejju ta’ l-2003 billi ftiehmu fuq ħames parametri Ewropej illi għandhom jintlaħqu sa l-2010, filwaqt li enfasizzaw illi huma la jiddefinixxu l-miri nazzjonali u lanqas ma jippreskrivu d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-gvernijiet nazzjonali[1]. Il-Kummissjoni u l-Kunsill adottaw Rapport Proviżorju Konġunt fi Frar 2004, li enfasizza l-bżonn li titjieb il-kwalità u l-komparabbiltà ta’ indikaturi eżistenti, partikolarment fil-qasam tat-tagħlim matul il-ħajja. F’Novembru 2004 ġie adottat dokument ta’ ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni li tiddefinixxi l-istrateġiji biex jiġu żviluppati indikaturi ġodda dwar l-edukazjoni u t-taħriġ biex ikopru l-bżonnijiet espressi mill-Kunsill. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 1994 dwar il-promozzjoni ta’ statistika ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea (94/C 374/02) Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li għandha x’taqsam mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi. Ir-regolament speċifikatament dwar l-istħarriġ li jkopri biss parti speċifika ta’ taħriġ ibbażat fuq l-intrapriżi. Ir-Regolament wasal biex jiġi ppubblikat dalwaqt, meta jitqies li ntlaħaq ftehim fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew. | 141 | Konsistenza ma’ politika u objettivi oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET IKKONċERNATI U EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati | 219 | Mhux relevanti. | Ġbir u użu ta’ kompetenzi | 221 | Setturi xjentifiċi/ta’ kompetenza kkonċernati L-esperti kkonsultati ġew mis-Sistemi Statistiċi Nazzjonali, li jirrappreżentaw l-Istituti Statistiċi Nazzjonali, l-Ministeri ta’ l-Edukazzjoni u korpi oħra involuti fil-produzzjoni ta’ l-istatistika dwar edukazzjoni, taħriġ u tagħlim matul il-ħajja. | 222 | Metodoloġija użata Konsultazzjoni bil-miktub u diskussjoni fil-laqgħat tal-grupp ta' ħidma. | 223 | Organizzazzjonijiet/esperti kkonsultati L-ewwel abbozz tat-test propost intbagħat għall-kummenti bil-miktub f’Novembru 2004 lid-delegati tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ l-Istatistika ta’ l-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ETS) (grupp magħmul mill-Koordinaturi ta’ l-Istatistika Nazzjonali ta’ l-Edukazzjoni u t-Taħriġ), it-task force ta’ l-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni ta’ l-Adulti (rappreżentanti ta’ l-Istati Membri involuti fl-iżvilupp ta’ l-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni ta' l-Adulti) u s-sottogrupp UOE (rappreżentanti ta’ l-Istati Membri involuti fil-ġbir tad-data amministrattiva dwar is-sistemi ta’ l-edukazzjoni). Imbagħad tlesta t-tieni abbozz u intbagħat għat-tieni rawnd ta’ kummenti bil-miktub f’Diċembru 2004. F’Jannar 2005 l-abbozz tal-proposta ġie diskuss fil-laqgħa annwali ta’ l-ETS WG li aċċettat fil-prinċipu l-abbozz tat-test iżda għamlet proposti addizzjonali għat-titjib. Intbagħtet verżjoni ġdida lill-Koordinaturi Nazzjonali ta’ l-ETS għall-aħħar kummenti fit-2 ta’ Marzu 2005. Intbagħtet proposta riveduta għall-opinjoni fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Programmi Statistiċi f’Kopenħagen fil-25-27 ta’ Mejju 2005, fejn id-Diretturi Ġenerali ta’ l-Istituti Nazzjonali ta’ l-Istatistika esprimew opinjoni favorevoli. | 2249 | Taqsira tal-pariri rċevuti u użati L-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli ma ssemmietx. | 225 | Il-parti l-kbira tal-kummenti li waslu matul dan il-proċess intlaqgħu u taw sehemhom biex jiċċaraw, jirfinaw u jissimplifikaw it-test propost. | 226 | Mezzi użati biex il-parir ta’ l-espert ikun disponibbli għall-pubbliku Ġiet ippreżentata tweġiba punt punt għall-kummenti lill-gruppi kkonsultati u ġiet inkluża, fejn xieraq, fil-minuti tal-laqgħa korrispondenti. | 230 | Evalwazzjoni ta’ l-impatt L-alternattiva ewlenija tkun li titkompla l-ħidma taħt ftehim bejn l-irġiel għall-produzzjoni ta’ statistika ta’ l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja. Madankollu dan ma jirriżultax fis-sistema sostenibbli ta’ produzzjoni statistika u ma jiggarantix id-disponibbiltà ta’ l-istatistika u l-indikaturi mitluba għat-tfassil tal-politika fil-livell ta' l-UE u għal evidenza effiċjenti bbażata fuq diskussjonijiet fuq il-metodu miftuħ tal-koordinament. It-tieni alternattiva eżaminata kienet li jiġu żviluppati atti legali speċifiċi għal kull attività statistika eżistenti jew ippjanata (stħarriġ jew ġbir ta’ data). Madankollu tqies li dan għandu jsir wara li jintlaħaq ftehim fuq kif se jiġu ddelimitati l-għan tal-ħidma u l-objettivi ta’ statistika Komunitarja dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja. B’dan il-mod kwalunkwe azzjonijiet speċifiċi jiġu żviluppati u implimentati b’attenzjoni speċjali lejn ir-relazzjoni ta’ kull mira identifikata ma’ l-objettiv globali li huwa ddefinit b’mod ċar fir-Regolament propost. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Taqsira ta’ l-azzjoni proposta L-intenzjoni ta’ din il-bażi legali hija li tistabilixxi qafas għall-attivitajiet kollha kurrenti u previsti fil-qasam ta’ l-istatistika tat-tagħlim matul il-ħajja, bl-eċċezzjoni tat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (li jkopru l-istħarriġ CVTS), li għalihom se jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dalwaqt. B’mod partikolari, l-azzjonijiet jinkludu żviluppi metadoloġiċi, konxi mill-importanza tal-formulazzjoni ta' qafas ta' kunċetti koerenti u miżuri komparabbli, ġbir ta’ data speċifika, b’mod partikolari dwar sistemi edukattivi u dwar tagħlim ta' l-adulti kif ukoll l-objettivi ġenerali tat-titjib tal-kwalità u d-disseminazzjoni tad-data ta' l-edukazzjoni. L-intenzjoni hi li tiġi stabbilita bażi legali għal sistema sostenibbli ta' produzzjoni ta' data dwar l-edukazzjoni biex jiġu sostnuti d-diskussjonijiet ta' politika f’oqsma differenti fil-livell ta’ l-UE. | 310 | Bażi legali L-Artikolu 285 jipprovdi l-bażi legali għall-istatistika Komunitarja. Il-Kunsill, billi jaġixxi skond il-proċedura ta’ ko-deċiżjoni, għandu jadotta miżuri għall-produzzjoni ta’ l-istatistika fejn meħtieġ għall-prestazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-Komunità. Dan l-Artikolu jistabbilixxi r-rekwiżiti relatati mal-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja u jeħtieġ konformità ma’ l-istandards ta’ l-imparzjalità, l-affidabbiltà, l-objettività, l-indipendenza xjentifika, l-effettività ta’ l-infieq u l-konfidenzjalità ta’ l-istatistika. | 320 | Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. | L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja(in) | 321 | B’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE, l-objettiv ta’ l-azzjoni proposta, bażikament il-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja komparabbli dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu b’mod individwali u jista’ għalhekk jintlaħaq aħjar mill-Komunità. Għalkemm il-Kummissjoni hi fl-aqwa pożizzjoni biex torganizza l-ġbir ta’ l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri huma kompetenti fl-organizzazzjoni u l-operazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika. Il-proposta għandha x’taqsam biss ma’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja li għandhom ikunu pprovduti lill-Kummissjoni għall-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja. M’hemmx impatt dirett fuq il-produzzjoni ta’ l-istatistika għal għanijiet nazzjonali. Hemm Regoli adatti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika tal-Komunità. | Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-objettivi tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). | 324 | It-tkomplija ta’ l-iżvilupp ta' l-istatistika Komunitarja armonizzata dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja għandha bżonn li tkun kapaċi twieġeb għall-bżonnijiet tal-politika Komunitarja u li tieħu in konsiderazzjoni il-prassi internazzjonali rilevanti, kif ukoll il-prattikalitajiet ta' l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet fil-kuntest speċifiku ta' kull Stat Membru. Din teħtieġ konsultazzjoni, koordinazzjoni u ppjanar fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea li l-Kummissjoni tinstab fl-aqwa pożizzjoni li tassumihom. L-istatistika koperta hija bbażata b'mod wiesa' fuq il-ġbir annwali tad-data ta' l-edukazzjoni eżistenti, u l-ġbir il-ġdid ta’ data individwali dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-adulti f’attivitajiet ta’ tagħlim. Dan jilqa’ fih, madankollu, il-possibbiltà ta' użu ta' sorsi oħra u ta' żvilupp addizzjonali ta' għodda ta’ l-istatistika jekk hemm bżonn biex ikopru l-bżonnijiet ta' tagħrif emerġenti identifikat b’mod ċar. | 325 | Huwa essenzjali li tagħrif mifrux ma’ l-UE ikun diponibbli għall-għanijiet ta’ moniteraġġ tal-progress li sar lejn l-objettivi ta’ Liżbona u biex jiġi appoġġat il-metodu mifuħ ta’ koordinament fil-qafas tal-programm ta’ ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010”. | 327 | Din il-leġiżlazzjoni hi meqjusa bħala azzjoni essenzjali biex tittejjeb id-disponibbiltà ta’ l-istatistika Komunitarja komparabbli dwar tema li kienet rikonoxxuta bħala prijorità għolja kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell ta’ l-Istat Membru. In-nuqqas li jkun introdott ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti jista’ jħalli impatt negattiv serju fuq l-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politika. | Il-proposta għaldaqstant hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). | 331 | B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità dan ir-Regolament jillimita ruħu għall-minimu meħtieġ biex jitwettaq l-objettiv tiegħu u ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju għal dan l-għan. Huwa jidentifika s-setturi tal-ħidma u l-azzjonijiet neċessarji li jagħtu tagħrif utli biex jiġi stipulat l-għan tiegħu u jħalli d-definizzjoni dettaljata tat-talb ta’ data għall-atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu żviluppati wara l-adozzjoni tiegħu għal kull attività separata ta’ ġbir ta’ data meħtieġa. L-għan hu li l-Komunità u l-amministrazzjonijiet nazzjonali jkunu mgħejjuna fl-orjentazzjoni tar-riżorsi tagħhom abbażi ta’ qafas sod li permezz tiegħu attivitajiet individwali li huma meħtieġa jistgħu jiġu ddefiniti f’iżjed dettal. Fil-livell nazzjonali, ir-responsabbiltà ta’ l-istatistika ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja jaqgħu taħt varjetà wiesa’ ta’ aġenziji differenti. Hu apprezzat li l-leġiżlazzjoni tista’, għal xi Stati Membri, timplika xi żviluppi għall-attivitajiet eżistenti tagħhom - per eżempju, il-ġbir ta’ fatturi varjabbli addizzjonali jew it-tnaqqis fid-dewmien taż-żmien biex id-data tkun disponibbli. Il-Eurostat se tkompli taħdem mill-qrib ma’ l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli u se tfittex li timminimizza d-diffikultajiet potenzjali kkawżati mir-Regolament ta’ qafas u aktar ’il quddiem mill-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni. | 332 | Ir-Regolament se jistabbilixxi qafas definit sew għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim ta’ matul il-ħajja u b’dan il-mod jiffaċilita d-disponibbiltà, l-ippjanar u użu iktar effiċjenti tar-rizorsi kemm fil-livell Komunitarju u kemm f’livelli involuti oħra (nazzjonali, reġjonali, lokali). | Għażla ta' l-istrumenti | 341 | Strumenti proposti: Regolament | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). L-għażla tal-kategorija xierqa għal att tal-PE/Kunsill tiddependi mill-għan leġiżlattiv. Minħabba l-bżonnijiet ta’ tagħrif fil-livell Ewropew, it-tendenza għall-Istatistika Komunitarja kienet li jiġu użati Regolamenti iktar milli Direttivi għal atti bażiċi. Regolament huwa preferibbli minħabba li jistipula l-istess liġi madwar il-Komunità, u jħalli l-Istati Membri mingħajr ebda saħħa biex japplikawhom b’mod mhux komplut jew selettiv; huwa applikabbli direttament, li jfisser illi m'hemmx bżonn li tiġi trasposta għal-liġi nazzjonali. Kuntrarjament, id-direttivi, li għandhom l-għan li jarmonizzaw il-liġijiet nazzjonali, jorbtu lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-objettivi tagħhom, iżda jħallu l-għażla tal-forma u l-metodi ta’ kif jintlaħaq l-objettiv maqbul fil-livell Komunitarju f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali; iridu jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali. | IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 409 | Matul il-perjodu 2007 sa l-2012, l-implikazzjoni għall-baġit kienu stmati li jammontaw għal 5.4 miljun euro, essenzjalment biex jippermettu il-ko-finanzjament ta’ l-ewwel implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ ta’ l-edukazzjoni ta’ l-adulti maħsub għall-2011. Matul dan il-perjodu, l-ispejjeż tal-personal meħtieġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament huma stmati li jlaħqu s-6.8 miljun euro. Madankollu, l-approprjazzjonijiet meħtieġa se jkunu koperti mill-ammonti previsti mid-Deċizjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm statistiku Komunitarju 2003 sa l-2007[2] u l-programm statistiku Komunitarju tal-ħames snin li ġejjin. | TAGħRIF ADDIZZJONALI | 560 | Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | 1. 2005/0248 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew[4], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, Billi: 2. Ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 1994 dwar il-promozzjoni ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea[5] talbet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu passi għall-iżvilupp ta’ l-istatistika f’dan il-qasam. 3. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2005 qabel li jniedi mill-ġdid l-Istrateġija ta’ Liżbona. Huwa kkonkluda li l-Ewropa trid iġġedded il-bażi tal-kompetittività tagħha, iżżid il-potenzjal għat-tkabbir u l-produttività tagħha u ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali, b’enfasi ewlenija fuq it-tagħrif, l-innovazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-kapital uman. F’dak ir-rigward il-kapaċità għax-xogħol, l-addattabbiltà u l-mobbiltà taċ-ċittadini huma vitali għall-Ewropa. 4. It-tagħlim ta’ matul il-ħajja huwa element essenzjali fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ ħaddiema ta’ sengħa, imħarrġa u adattabbli. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2005 enfasizza li “l-kapital uman huwa l-iżjed riżors importanti ta’ l-Ewropa”[6]. Il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet inklużi l-linji gwida għall-politika ta’ l-impjiegi ta’ l-Istati Membri, approvati mill-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2005[7], jimmiraw lejn kontribuzzjoni aħjar għall-istrateġija ta’ Liżbona u lejn it-twaqqif ta' strateġiji ta' tagħlim matul il-ħajja. 5. L-adozzjoni fi Frar 2001 tar-Rapport tal-Kunsill “Objettivi tas-sistemi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ" u l-adozzjoni fi Frar 2002 tal-programm ta' ħidma għal dan id-deċennju dwar is-segwitu ta' dan ir-rapport huma pass importanti għat-teħid ta’ l-impenn biex tiġi mmodernizza u mtejba l-kwalità tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ ta’ l-Istati Membri. L-indikaturi u l-livelli ta’ referenza ta’ prestazzjoni medja Ewropea (“parametri”) huma fost l-istrumenti tal-metodu miftuħ ta’ koordinament li huma importanti għall-programm ta’ ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010”[8]. Il-Ministri ta’ l-Edukazzjoni għamlu pass deċisiv f’Mejju ta’ l-2003 billi ftiehmu dwar ħames parametri Ewropej illi għandhom jintlaħqu sa l-2010, filwaqt li enfasizzaw illi huma la jiddefinixxu l-miri nazzjonali u lanqas ma jippreskrivu d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-gvernijiet nazzjonali[9]. 6. Il-Kunsill adotta f’Ġunju 2005 Konklużjonijiet dwar «Indikaturi ġodda fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ”[10]. F’dawn il-Konklużjonijiet il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta strateġiji u proposti lill-Kunsill għall-iżvilupp ta’ indikaturi ġodda f’disa’ oqsma partikolari ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ. 7. Il-Kunsill adotta wkoll f'Novembru 2004 Konklużjonijiet dwar kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u qablu li l-prijorità għandha tingħata fil-livell Ewropew "għat-titjib ta' l-għan, il-preċiżjoni u l-affidabbiltà ta' l-istatistika ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni tal-progress"[11]. 8. It-tagħrif statistiku komparabbli fil-livell Komunitarju huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' l-istrateġiji ta’ l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja u għall-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tagħhom. Il-produzzjoni ta’ l-istatistika għandha tkun ibbażata fuq qafas ta’ kunċetti koerenti u data komparabbli fid-dawl tat-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta’ Tagħrif Statistiku dwar l-edukazzjoni, t-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja. 9. Il-Kummissjoni (Eurostat) qiegħda tiġbor data dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi skond “ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li għandha x’taqsam mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi”[12]. Madankollu hemm bżonn ta’ qafas legali usa’ biex tiġi żgurata l-produzzjoni u l-iżvilupp sostenibbli ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja, li ta’ l-inqas ikopru l-attivitajiet eżistenti u ppjanati rilevanti kollha. Il-Kummissjoni (Eurostat) qiegħda tiġbor data annwali dwar l-edukazzjoni mill-Istati Membri fuq bażi volontarja, permezz ta’ azzjoni konġunta mwettqa ma’ l-OECD u l-Istitut għall-Istatistika tal-UNESCO (UIS), is-soltu msejħa "ġbir ta' data UOE" Il-Kummissjoni (Eurostat) qiegħda wkoll tiġbor data dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja permezz ta’ sorsi domestiċi oħra bħall-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol ta’ l-Unjoni Ewropea[13] u l-Statistika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Ħajja[14] kif ukoll permezz tal-moduli ad hoc tagħhom. 10. Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards statistiċi komuni li jippermettu l-produzzjoni ta' data armonizzata, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. 11. Il-produzzjoni ta' ċerta statistika Komunitarja speċifika hija rregolata mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar Statistika Komunitarja[15]. 12. It-trażmissjoni tad-data suġġetta għall-kunfidenzjalità dwar l-istatistika hija rregolata mir-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni tad-data suġġetta għall-kunfidenzjalità dwar l-statistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej[16]. 13. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 322/97 li jikkonċerna l-aċċess għal data kunfidenzjali għal raġunijiet xjentifiċi[17] stabbilixxa l-kundizzjonijiet biex jingħata l-aċċess għal data kunfidenzjali trażmessa lill-awtorità Komunitarja. 14. Il-Kumitat tal-Programm Statistiku ġie kkonsultat skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta’ Ġunju 1989 li tistabilixxi Kumitat dwar il-Programmi Statistiċi tal-Komunitajiet Ewropej. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament: (a) ‘statistika Komunitarja’ tfisser statistika Komunitarja kif definit fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97; (b) ‘produzzjoni ta’ statistika’ tfisser produzzjoni ta’ statistika kif definit fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97; (c) ‘awtoritajiet nazzjonali’ tfisser awtoritajiet nazzjonali kif definit fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97; (d) ‘edukazzjoni’ tfisser komunikazzjoni organizzata u sostnuta mfassla għat-tagħlim[18]; (e) ‘tagħlim ta' matul il-ħajja’ tfisser kull attività tat-tagħlim li ssir matul il-ħajja, bl-għan li jittejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi f’perspettiva personali, ċivika, soċjali u/jew marbuta max-xogħol[19]. Artikolu 3 Setturi Dan ir-Regolament għandu japplika għall-produzzjoni ta’ l-istatistika fi tliet setturi: 15. Is-Settur 1 għandu jkopri statistika dwar is-sistemi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ; 16. Is-Settur 2 għandu jkopri statistika dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-adulti fit-tagħlim ta’ matul il-ħajja; 17. Is-Settur 3 għandu jkopri statistika oħra dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim ta’ matul il-ħajja, bħalma hija statistika dwar kapital uman, benefiċċji soċjali u ekonomiċi, mhux koperta mis-Setturi 1 u 2. Il-produzzjoni ta’ statistika f’dawk is-setturi għandhom jitwettqu skond l-Anness. Artikolu 4 Azzjoni Statistika 1. Il-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u tagħlim ta’ matul il-ħajja għandhom ikunu implimentati b’azzjonijiet statistiċi individwali kif ġej: - il-konsenja regolari ta’ statistika dwar l-edukazzjoni u tagħlim ta’ matul il-ħajja mill-Istati Membri, qabel skadenzi speċifiċi għas-Setturi 1 u 2; - l-użu ta’ sistemi oħra ta’ tagħrif statistiku u stħarriġ, biex jiġi prrovdut varjabbli ta’ l-istatistika addizzjonali u indikaturi dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim ta’ matul il-ħajja, li jikkorrispondu għas-Settur 3; - l-iżvilupp, titjib u aġġornament ta’ l-istandards u l-manwali ta’ l-oqfsa, kunċetti u metodi statistiċi. - it-titjib tal-kwalità tad-data, b’mod speċifiku l-komparabbiltà, il-preċiżjoni u t-tempestività. - it-titjib tad-desseminazzjoni, l-aċċessibbiltà u d-dokumentazzjoni ta’ tagħrif statistiku. Il-kapaċitajiet disponibbli fl-Istati Membri għall-ġbir u l-ipproċessjar ta’ data u l-iżvilupp tal-kunċetti u l-metodi se jittieħdu in konsiderazzjoni mill-Kummissjoni. Fejn hu xieraq, għandha tingħata attenzjoni u kunsiderazzjoni speċjali lid-dimensjonijiet reġjonali u tas-sessi fid-data miġbura. 2. Kull meta hu possibbli, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tfittex kooperazzjoni ma’ l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Ekonomika (OECD), l-Istitut għall-Istatistika tal-UNESCO (UIS) u organizzazzjoniiet internazzjonali oħra bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-komparabbiltà internazzjonali tad-data u li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp u t-titjib tal-kunċetti u l-metodi statistiċi u l-konsenja ta’ l-istatistika mill-Istati Membri. 3. Kull meta jiġu identifikati ħtiġijiet ta’ data ġodda u sinjifikanti jew kwalità ta’ data mhux suffiċjenti u qabel kwalunkwe ġbir ta’ data, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tniegħed studji pilota li għandhom jitwettqu fuq bażi volontarja mill-Istati Membri. Studji pilota bħal dawn għandhom jitwettqu sabiex tiġi evalwata l-vijabbiltà tal-ġbir tad-data rilevanti, u jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data kontra l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq min iwieġeb. Artikolu 5 Trażmissjoni tal-mikrodata ta’ l-individwi Fejn hemm bżonn għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja, Stati Membri għandhom jgħaddu l-mikrodata ta’ l-individwi lill-Kummissjoni (Eurostat) skond id-dispożizzjonijiet dwar it-trażmissjoni tad-data suġġetta għall-kunfidenzjalità stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90.. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data trażmessa ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta ta’ l-unitajiet statistiċi (individwi). Artikolu 6 Il-miżuri ta' l-implimentazzjoni 18. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi miżuri biex jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi rigward il-ġbir, it-trażmissjoni u l-ipproċessar tad-data, għandha tkun adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). 19. Il-miżuri implimentattivi li jikkonċernaw l-azzjonijiet statistiċi pprovduti fl-Artikolu 4(1) għandhom jikkonċernaw: a) l-għażla u l-ispeċifikazzjoni, aġġustament u modifikazzjoni tas-suġġetti koperti mis-setturi u l-karatteristiki tagħhom; b) l-aniliżi tal-karatteristiki; c) il-perjodiċità u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tar-riżultati, 20. Meta dawk il-miżuri jkunu adottati, dawn li ġejjin għandhom jingħataw konsiderazzjoni speċjali: a) għas-Settur 1, l-aħħar ftehimiet bejn il-UIS, l-OECD u l-Kummissjoni (Eurostat) dwar kunċetti, definizzjonijiet, formats ta’ ġbir ta’ data u pproċessar ta’ data; b) għas-Settur 2, ir-riżultati mill-ewwel implimentazzjoni ta’ l-Istħarriġ ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Adulti fl-2005-2007 u żviluppi oħra; c) għas-Settur 3, il-kuntest speċifiku ta’ l-implimentazzjoni tas-sorsi użati wara eżami xieraq tal-bżonn u nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ l-istatistika meħtieġa f’sorsi diġà eżistenti. Artikolu 7 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat tal-Programm Statistiku. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu. Artikolu 8 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS Setturi SETTUR 1: SISTEMI TA' EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ 1. Għan L-għan ta' dan il-ġbir ta’ data hu li tiġi pprovduta data komparabbli dwar l-aspetti ewlenin tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ, speċifikament dwar il-parteċipazzjoni u t-tlestija ta’ programmi edukattivi, kif ukoll dwar l-ispejjeż u t-tip ta' riżorsi ddedikati għall-edukazzjoni u t-taħriġ. 2. L-Ambitu Il-ġbir ta' data għandu jkopri l-attivitajiet edukattivi lokali indipendentement minn jekk ikunux il-proprjetà ta’ jew sponsorjati mill-istituzzjonijiet ikkonċernati (kemm jekk pubbliċi kif ukoll jekk privati, nazzjonali u barranin) u mill-mekkaniżmu tat-twassil ta’ l-edukazzjoni. Bl-istess mod, il-kopertura tal-ġbir ta’ data għandha testendi għat-tipi ta' studenti u l-gruppi ta’ l-etajiet kollha. 3. Suġġetti koperti Għandha tinġabar data dwar studenti, personal u nfieq biex tippermetti il-kalkulazzjoni ta' indikaturi tad-dħul, il-proċess u l-prodott tas-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ. Tagħrif xieraq (metadata) li jiddeskrivi l-partikolaritajiet tas-sistemi nazzjonali ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-korrispondenza tagħhom għal klassifikazzjonijiet internazzjonali kif ukoll kwalunkwe devjazzjonijiet mill-ispeċifikazzjonijiet tat-talba għad-data jew kwalunkwe tagħrif ieħor li huwa essenzjali għall-interpretazzjoni tad-data u l-kumpilazzjoni ta’ nidikaturi komparabbli għandu jiġi trażmess mill-Istati Membri. 4. Perjodiċità Data u metadata għandhom ikunu fornuti kull sena, jekk mhux speċifikat xorta oħra, sa l-iskadenzi miftiehma bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali. SETTUR 2: IS-SEHEM TA’ L-ADULTI FIT-TAGĦLIM TA' MATUL IL-ĦAJJA 1. Għan L-għan ta' dan il-ġbir ta' data għandu jkun li tiġi pprovduta data komparabbli dwar is-sehem ta’ l-adulti u n-nuqqas ta' dan fit-tagħlim ta’ matul il-ħajja. 2. L-Ambitu L-unità statistika għandha tkun l-individwu, li jkopri ta’ l-inqas il-firxa ta’ l-etajiet tal-popolazzjoni ta’ 25-64 sena. Fil-każ ta' ġbir ta' tagħrif permezz ta’ stħarriġ, it-tweġibiet f'isem ħaddieħor għandhom jiġu evitati, kemm jista' jkun. 3. Suġġetti koperti Mikrodata dwar is-sehem f’attivitajiet ta’ tagħlim u dwar il-karatteristiċi ta’ dawn l-attivitajiet ta’ tagħlim għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat). Tagħrif soċjo-demografiku għandu jinġabar ukoll. Tagħrif dwar ħiliet awto-rrappurtati u s-sehem f’attivitajiet soċjali u kulturali għandhom jinġabru wkoll primarjament bħala varjabbli ta’ spjegazzjoni utli għal iktar analiżi tal-profili tal-parteċipanti u non-parteċipanti. 4. Perjodiċità Għandha tiġi pprovduta data kull ħames snin. SETTUR 3: STATISTIKA OĦRA DWAR L-EDUKAZZJONI U TAGĦLIM MATUL IL-ĦAJJA 1. Għan L-għan ta' dan il-ġbir ta' data għandu jkun li jipprovdi data komparabbli oħra dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja biex tiġi appoġġata politika speċifika fil-livell Komunitarju mhux inklużi fis-setturi 1 u 2. 2. L-Ambitu Statistika oħra dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja tista’ tirreferi b’mod partikolari għall-aspetti li ġejjin: (a) statistika dwar l-edukazzjoni u l-ekonomija, meħtieġa fil-livell Komunitarju għall-monitoraġġ tal-politika dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka, il-kompetittività u t-tkabbir; (b) statistika dwar l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, meħtieġa fil-livell Komunitarju għall-monitoraġġ tal-politika ta’ l-impjiegi; (c) statistika dwar l-edukazzjoni u inklużjoni soċjali, meħtieġa fil-livell Komunitarju għall-monitoraġġ tal-politika dwar il-faqar u l-inklużjoni soċjali; Għas-setturi elenkati f'din is-sezzjoni, id-data li hemm bżonn se tinkiseb l-iżjed permezz ta sorsi statistiċi eżistenti jew sorsi ta' data oħra (eż. fil-qasam ta’ l-istatistika soċjali u ekonomika). STQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja. 2. QAFAS ABM/ABB Qasam/Oqsma ta’ politika li għandhom x’jaqsmu u attività(jiet) assoċjati magħha/hom: Edukazzjoni u Kultura Edukazzjoni Impjiegi u affarijiet soċjali Impjiegi u Fond Soċjali Ewropew Statistika Produzzjoni ta’ tagħrif statistiku 3. LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.)), inklużi l-intestaturi: 29 02 01 — Politika ta' tagħrif statistiku 3.2. Dewmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: Il-proposta ma tipprevedix tmiem ta’ l-azzjoni. Tipprevedi l-produzzjoni annwali ta' statistika dwar sistemi ta’ l-edukazzjoni u taħriġ u l-produzzjoni ta’ statistika dwar is-sehem ta’ l-adulti għal tagħlim ta’ matul il-ħajja kull ħames snin, ibda mill-2011. Għotjiet għall-Istati Membri huma llimitati għall-ewwel implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ dwar is-sehem ta’ l-adulti għat-tagħlim ta’ matul il-ħajja. 3.3. Karatteristiċi baġitarji ( żid ir-ringieli jekk ikun hemm bżonn ): Linja tal-Baġit | Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 29 0201 | Mhux komp. | Diff | LE | IVA | LE | Nru 3 - politika interna | 29 0101 | Mhux komp. | Mhux Diff. | LE | LE | LE | Nru 3 - politika interna | 29 0102 | Mhux komp. | Mhux Diff. | LE | LE | LE | Nru 3 - politika interna | 4. ĠABRA FIL-QOSOR TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi finanzjarji Stqarrija finanzjarja indikattiva. L-ammont tar-riżorsi meħtieġa huwa inkluż fil-programm statistiku ta’ ħames snin tal-Kummissjoni (Deċizjoni nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm statistiku Komunitarju 2003 sa l-2007 ĠU L358, p. 1). 4.1.1. Ġabra fil-qosor ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlas (PA) Miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) Tip ta’ Nefqa | Sezzjoni nru | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Total | Nefqa operattiva[20] | Approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) | 8.1 | a | 0.200 | 0.300 | 0.300 | 0.200 | 4.200 | 0.200 | 5.400 | Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b | 0.100 | 0.250 | 0.300 | 0.250 | 2.125 | 2.375 | 5.400 | Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[21] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0 | AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 0.200 | 0.300 | 0.300 | 0.200 | 4.200 | 0.200 | 5.400 | Approprjazzjonijiet għall-ħlas | b+c | 0.100 | 0.250 | 0.300 | 0.250 | 2.125 | 2.375 | 5.400 | Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[22] | Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | 1.134 | 1.134 | 1.134 | 1.134 | 1.134 | 1.134 | 6.804 | Spejjeż amministrattivi, barra minn riżorsi umani u spejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.510 | Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervent TOTAL CA inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani | a+c+d+e | 1.419 | 1.519 | 1.519 | 1.419 | 5.419 | 1.419 | 12.714 | TOTAL PA inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani | b+c+d+e | 1.319 | 1.469 | 1.519 | 1.469 | 3.344 | 3.594 | 12.714 | Dettalji dwar ko-finanzjament Jekk il-proposta tinvolvi ko-finanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tingħata stima ta’ kemm hu dan il-ko-finanzjament fit-tabella hawn taħt (tista’ żżid aktar linji jekk huwa previst li se jkun hemm entitajiet differenti li jidħlu fil-ko-finanzjament): Miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) Entità mdaħħla fil-ko-finanzjament | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Total | Stati Membri | F | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 4.000 | 0.000 | 4.000 | TOTAL CA inkluż il-ko-finanzjament | a+c+d+e+f | 1.419 | 1.519 | 1.519 | 1.419 | 9.419 | 1.419 | 16.714 | 4.1.2. Kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja ( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżisteni u mal-programmazzjoni finanzjarja li jmiss (Komunikazzjoni ta’ Frar 2004 tal-Kummissjoni dwar il-perspettivi finanzjarji 2007-2013 COM (2004) 101). ( Il-proposta se tkun tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[23] (jiġifieri, l-istrument dwar il-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: NB: Id-dettalji kollha u l-osservazzjoni dwar il-metodu ta’ kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandu jitniżżel f’anness separat. Miljuni ta’ EUR (sa punt deċimali wieħed) Qabelazzjoni [Sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni | Numru totali ta’ riżorsi umani | 10.5 | 10.5 | 10.5 | 10.5 | 10.5 | 10.5 | 5. KARATTERISTIĊI U OBJETTIVI Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jrid ikun hemm dettalji tal-kuntest tal-proposta Din is-sezzjoni ta’ l-Istqarrija Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi t-tagħrif kumplimentari speċifiku li ġej: 5.1. Ħtieġa li trid tiġi sodisfatta malajr jew għat-tul Biex tiġi sodisfatta l-ħtieġa tat-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni u l-monitoraġġ tal-produzzjoni ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja 5.2. Valur miżjud ta’ involviment u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u possibbiltà ta’ sinerġija Mingħajr involviment mill-Komunità, din l-istatistika ma tiġix prodotta 5.3. Objettivi, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM 1- Produzzjoni annwali ta’ statistika dwar sistemi ta’ edukazzjoni 2- Produzzjoni kull 5 snin ta’ statistika dwar it-tagħlim ta’ l-adulti 3- Produzzjoni ta’ statistika oħra dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja rilevanti għall-politika ta’ l-UE 5.4. Il-metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv) Amministrazzjoni Ċċentralizzata, Direttament mill-Kummissjoni 6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI 6.1. Sistema ta’ monitoraġġ L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se jiġi ttrattat fi proċedura ta’ Komitoloġija prevista mill-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Bħala sistema xierqa ta' monitoraġġ, id-data prodotta se tkun suġġetta għal rapporti ta’ kwalità regolari standardizzati, li se jiddiskrivu d-data skond id-dimensjonijiet ta' kwalità ewlenin: Rilevanza, Preċiżjoni, Tempestività u puntwalità, Aċċesibbiltà u ċarezza Komparabbiltà Koerenza kif ukoll Spejjez u piż, aspett tal-kwalità kumplimentari u li ma tistax tifirdu. 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante Objettiv 2 (produzzjoni ta’ data statistika dwar l-edukazzjoni ta’ l-adulti) kienet suġġett ta’ evalwazzjoni ex-ante, imwettqa internament mill-Eurostat matul l-2004. Il-konklużjonijiet ewlenin kienu li l-ġbir ta’data dwar l-edukazzjoni ta’ l-adulti hija mixtieqa u fattibbli, tant li se tibda skema bi prova fl-2005-2007, se titwettaq evalwazzjoni fl-2008 sabiex jitħejja l-ġbir ta’ data ta’ l-2011. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni ex-ante kkonkludiet li f’nofs it-terminu, il-ġbir tad-data għandu jitfassal f’Regolament xieraq. Iż-żewġ objettivi l-oħra huma t-tkomplija ta’ azzjonijiet eżistenti, li bħalissa huma magħmula fuq bażi volontarja mill-Istati Membri għall-ġbir tad-data ta’ sistemi edukattivi (objettiv 1), u magħmula fil-kuntest ta’ Regolament eżistenti ieħor (objettiv 3). 6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni medja/ex-post (lezzjonijiet mgħallma minn esperjenzi simili fil-passat) M/A 6.2.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni ġejjiena L-iskema pilota deċiża biex tħejji l-objettiv 2 (produzzjoni ta’ data statistika dwar l-edukazzjoni ta’ l-adulti) se tiġi evalwata fl-2008, sabiex tħejji l-ġbir ta’ data li jmiss, u se tiddiskrivi d-data skond id-dimensjonijiet ta' kwalità ewlenin: Rilevanza, Preċiżjoni, Tempestività u puntwalità, Aċċesibbiltà u ċarezza Komparabbiltà Koerenza kif ukoll Spejjez u piż, aspett tal-kwalità kumplimentari u li ma tistax tifirdu. Kif ingħad taħt 6.1 id-data prodotta se tkun suġġetta għal rapporti ta’ kwalità regolari (kull 4-5 snin) standardizzati, li se jiddiskrivu d-data skond id-dimensjonijiet ewlenin ta' kwalità: Rilevanza, Preċiżjoni, Tempestività u puntwalità, Aċċesibbiltà u ċarezza Komparabbiltà Koerenza kif ukoll Spejjez u piż, aspett tal-kwalità kumplimentari u li ma tistax tifirdu. 7. MIŻURI KONTRA L-FRODI Tnediet sistema riveduta ta’ amministrazzjoni u kontroll interni wara l-inizjattiva tal-Kummissjoni għar-riforma fl-amministrazzjoni finanzjarja. Din is-sistema inkludiet kapaċità ta’ evalwazzjoni interna msaħħa. Monitoraġġ annwali tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ l-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni huma maħsuba biex jiżguraw l-eżistenza u tħaddim tal-proċeduri għall-prevenzjoni u s-sejba ta' frodi u irregolaritajiet. Ġew adottati regoli ġodda u proċeduri għall-proċess baġitarju prinċipali: sejħiet għal tenders, għotjiet, impenji, kuntratti u ħlasijiet. Il-manwal tal-proċeduri huwa disponibbli għal dawk kollha li jintervjenu f’atti finanzjarji sabiex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet, titħaffef it-tmexxija tax-xogħol u jiġu indikati punti ta' kontroll ewlenin. Taħriġ fuq l-użu tagħhom huwa pprovdut. Il-manwali huma suġġetti għal reviżjonijiet u aġġornamenti regolari. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. Objettivi tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż finanzjarji tagħhom Approprjazzjonijiet ta’ l-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Uffiċjali[24] (29 01 01) | A*/AD | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | B*, C*/AST | 3.5 | 3.5 | 3.5 | 3.5 | 3.5 | 3.5 | Personal iffinanzjat[25] mill-Art. 29 01 02 | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | Personal ieħor iffinanzjat[26] mill-Art. 29 01 04/05 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | TOTAL | 10.5 | 10.5 | 10.5 | 10.5 | 10.5 | 10.5 | Il-karigi inklużi fit-tabella jeżistu u bħalissa huma allokati ħidmiet koperti mir-Regolament propost. 8.2.2. Deskrizzjoni ta’ ħidmiet ġejjin mill-azzjoni Il-ħidmiet huma l-ħidmiet klassiċi tal-produzzjoni statistika li jinkludu: - Żvilupp metodoloġiku sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-kunċett - Studji bi prova u ta’ fattibbiltà - Tfassil ta’ kwestjonarju u linji gwida - Il-ġbir ta’ data mill-Istati Membri - Kontroll u validazzjoni tad-data - Tixrid u pubblikazzjoni tad-data - Analiżi ta’ kwalità 8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji) (Meta jinstqarr iktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika in-numru ta’ karigi li joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi) ( Karigi allokati bħalissa lill-amministrazzjoni tal-programmm li għandu jitbiddel jew jiġi estiż ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n ( Karigi mitluba fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Karigi li għandhom jerġgħu jitqassmu bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ l-amministrazzjoni (tqassim mill-ġdid intern) ( Karigi meħtieġa għas sena n minkejja li mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena in kwistjoni 8.2.4. Infieq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Infieq dwar immaneġġjar amministrattiv) miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) Linja tal-Baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | intra muros | extra muros | Għajnuna teknika u amministrattiva totali | 8.2.5. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) Tipi ta’ riżorsi umani | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Uffiċjali u personal temporanju (29 01 01) | 0.702 | 0.702 | 0.702 | 0.702 | 0.702 | 0.702 | Personal iffinanzjat mill-Art 29 01 02 (awżiljari, END, personal bil-kuntratt, eċċ.) | 0.432 | 0.432 | 0.432 | 0.432 | 0.432 | 0.432 | Spiża totali ta’ Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta' referenza) | 1.134 | 1.134 | 1.134 | 1.134 | 1.134 | 1.134 | Kalkulazzjoni - Uffiċjali u Aġenti temporanji Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli Medja ta’ 0.108 miljun EUR kull persuna u kull sena Kalkulazzjoni - Personal iffininanzjat mill-Art. XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli Medja ta’ 0.108 miljun EUR kull persuna u kull sena 8.2.6. Infieq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL | 29 01 02 11 01 Missjonijiet | 0.025 | 0.025 | 0.025 | 0.025 | 0.025 | 0.025 | 0.150 | 29 01 02 11 02 Laqgħat u Konferenzi | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.360 | 29 01 02 11 03 Kumitati[28] | 29 01 02 11 04 Studji u konsultazzjonijiet | 29 01 02 11 05 Sistemi ta’ tagħrif | 2. Infieq Totali Ieħor ta' Amministrazzjoni (XX 01 02 11) | 3 Spiża oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika inkluża referenza għal-linja tal-baġit) | Infieq amministrattiv totali, barra riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta' referenza) | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.510 | Kalkulazzjoni - Infieq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza [1] Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2003 dwar il-livelli ta’ referenza tal-prestazzjoni medja Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (parametri). ĠU C 134 tas-7.6.2003. [2] ĠU C 358 tal-31.12.2002. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU C […], […], p. […]. [5] ĠU C 374, tat-30.12.1994, p. 4-6. [6] Dok. 7619/05, paragrafu 34. [7] ĠU L205, tas-6.8.2005 p. 21-27. [8] Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2003 enfasizza r-relevanza ta' “parametri biex tiġi identifikata l-aqwa prassi u biex jiġi żgurat investiment effiċjenti u effettiv fir-riżorsi umani". [9] Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2003 dwar il-livelli ta’ referenza tal-prestazzjoni medja Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (parametri). ĠU C 134 tas-7.6.2003. [10] ĠU L 141, ta’ l-10.6.2005, p. 7-8. [11] 13832/04/EDUC 204 SOC 499,p. 6. [12] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 1. [13] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2002, ĠU L 324, 29.11.2002, p. 14. [14] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003, ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34. [15] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 61. [16] ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1, ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 322/97. [17] ĠU L 133, tat-18.5.2002, p. 7. [18] Skond il-verżjoni ta’ l-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni ta’ l-Edukazzjoni (ISCED). [19] Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27.6.2002 dwar it-tagħlim ta’ matul il-ħajja ĠU 2002/C 163/01, p. 1. [20] Nefqa li ma tidħolx taħt Kapitlu xx 01 tat-Titlu xx li għandu x'jaqsam. [21] Nefqa fi ħdan l-artikolu xx 01 04 tat-Titlu xx. [22] Nefqa fi ħdan il-kapitlu xx 01 barra mill-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [23] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali. [24] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [25] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [26] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [27] Għandha ssir referenza għall-istqarrija leġiżlattiva finanzjarja speċifika għall-Aġenija(i) Eżukuttiva(i) kkonċernata(i) [28] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.