This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0617
Proposal for a Council Regulation fixing for 2006 the fishing opportunities and associated conditions for certain fish stocks and groups of fish stocks, applicable in Community waters and, for Community vessels, in waters where catch limitations are required
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet marbuta ma’ ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u , għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn limitazzjonijiet tal-qbid huma meħtieġa
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet marbuta ma’ ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u , għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn limitazzjonijiet tal-qbid huma meħtieġa
/* KUMM/2005/0617 finali */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet marbuta ma’ ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u , għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn limitazzjonijiet tal-qbid huma meħtieġa /* KUMM/2005/0617 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 30.11.2005 KUMM(2005) 617 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet marbuta ma’ ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u , għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn limitazzjonijiet tal-qbid huma meħtieġa (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Ir-Regolament dwar l-opportunitajiet annwali ta’ sajd huwa l-istrument ewlieni tal-politika ta’ konservazzjoni tagħna taħt il-Politika Komuni tas-Sajd. Huwa sar dejjem aktar kompless matul l-aħħar ftit snin. Dan huwa minħabba l-introduzzjoni ta’ limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd taħt pjanijiet ta’ rkupru u minħabba l-inklużjoni ta’ miżuri temporanji u derogi f’leġiżlazzjoni oħra (bħar-Regolament dwar miżuri tekniċi, ir-Regolament dwar ir-restrizzjoni ta’ l-isforz tas-sajd għal speċi tal-qiegħ, eċċ.). Il-kunsiderazzjonijiet ta’ sajd imħallat iżidu l-komplessità billi jorbtu l-iffissar ta’ xi TAC għal speċi maqbuda fl-istess sajd. Il-pariri xjentifiċi dwar il-biċċa l-kbira ta’ l-istokkijiet koperti bir-Regolament dwar l-opportunitajiet ta’ sajd għamilhom disponibbli l-ICES fl-14 ta’ Ottubru u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd tal-Kummissjoni (STECF) iltaqa’ mis-7 sal-11 ta’ Novembru. Ir-rapporti tagħhom jiffurmaw il-bażi ta’ din il-proposta. Il-pariri mill-ICES għal darb’oħra jissottolinjaw l-istat ħażin ta’ ħafna mir-riżorsi ta’ ħut fl-ilmijiet tal-Komunità. Maġġoranza ta’ stokkijiet jiġu sfruttati f’livelli ogħla minn dawk li jikkorrispondu mal-ħsad potenzjali massimu. Ħafna jiġu sfruttati lil hinn mil-livelli prekawzjonali, u numru ta’ stokkijiet prinċipali, inkluża l-biċċa l-kbira ta’ stokkijiet ta’ merluzz, jiġu sfruttati f’livelli li jissarfu f’riskju għoli ħafna ta’ falliment fir-riproduzzjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 jitlob li l-Kummissjoni tipproponi annwalment il-limitazzjonijiet tal-qbid u ta’ l-isforz tas-sajd biex tiżgura li s-sajd tal-Komunità jkun ekoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli. | 120 | Kuntest Ġenerali Ir-Riżorsi tas-sajd huma, f’ħafna każijiet, sfruttati żżejjed, minħabba diversi fatturi u fosthom dak prinċipali huwa s-sajd eċċessiv. Kull sena l-Kunsill jistabbilixxi limitazzjonijiet tal-qbid imma l-livell reali ta’ qbid jibqa’, f’ħafna każijiet, ogħla minn dak li jipprovdi ħsad sostenibbli. Dan jirriżulta minn limitazzjonijiet tal-qbid li kultant jiġu ffissati f’livelli għoljin iżżejjed biex jiżguraw is-sostenibbiltà u l-infurzar skars ta’ dawn il-limitazzjonijiet tal-qbid f’numru ta’ każijiet. Fis-snin reċenti, il-limitazzjonijiet ta’ l-isforz ġew introdotti f’xi sajd biex isaħħu l-limitazzjonijiet tal-qbid, u pjanijiet ta’ rkupru multi-annwali ġew introdotti għal uħud mill-istokkijiet biex jiġu stabbiliti limitazzjonijiet tal-qbid annwali fi ħdan qafas ta’ ksib ta’ sostenibbiltà permezz ta’ tnaqqis gradwali tal-mortalità mis-sajd. Nuqqas ta’ kontroll effettiv tal-qbid u l-isforz tas-sajd jirriżulta fi tbattil ulterjuri tar-riżorsi tas-sajd. Dan it-tbattil huwa inkompatibbli ma’ l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jinkiseb sajd sostenibbli fil-Komunità. | 139 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-kamp tal-proposta Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-kamp tal-proposta jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2005. | 140 | Konsistenza mal-politika u l-għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Il-miżuri proposti huma mfassla f’konformità ma’ l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Komunità dwar żvilupp sostenibbli. | KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta’ l-indirizzati Il-proposta tikkunsidra l-konsultazzjonijiet li saru, imsejsa fuq il-prinċipji fundamentali stabbiliti hawn taħt, mal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali li diġà twaqqfu, kif ukoll mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwakultura. | 212 | Taqsira tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jinsistu fuq il-ħtieġa li kull tibdil fit-TACs u Kwoti annwali ikun gradwali, biex jitnaqqas it-tfixkil fuq il-medda qasira ta’ l-attività ekonomika. Kif inhu ċar mill-ispjegazzjoni dettaljata tal-proposta ta’ hawn taħt, il-prinċipju ta’ aġġustament gradwali u l-limitazzjoni ta’ tibdiliet annwali fil-possibbiltajiet ta’ sajd ġie inkorporat mal-proposta. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | 221 | Sferi xjentifiċi/ta’ għarfien espert involuti Bijoloġija tas-sajd u ekonomija tas-sajd | 222 | Metodoloġija użata Il-konsultazzjoni mal-korp xjentifiku indipendenti internazzjonali (ICES) u l-organizzazzjoni tal-laqgħa plenarja tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), f’Novembru 2005. | 223 | Organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati - Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), f’Ottubru 2005 - Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) | 2244 | Taqsira tal-pariri miksuba u użati Issemmiet l-eżistenza ta’ riskji serji potenzjali b’konsegwenzi li ma jitreġġgħux lura. Kien hemm qbil unanimu dwar l-eżistenza ta’ dawn ir-riskji. | 225 | L-STECF jikkonferma, u f’ċerti każijiet żviluppa, il-pariri mogħtija mill-ICES | 226 | Mezzi użati biex l-għarfien espert ikun pubblikament disponibbli Ir-rapporti kollha ta’ l-STECF jinsabu, wara l-adozzjoni formali tagħhom mill-Kummissjoni, fuq il-websajt tad-DĠ tas-Sajd. | 230 | Valutazzjoni ta’ l-impatt Il-miżuri ta’ limitazzjoni tal-qbid u l-isforz għandhom jiġu adottati mill-Kunsill pubbliċi, kif stipulat fl-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002. Il-miżuri proposti, jekk jitwettqu, se jirriżultaw fi tnaqqis globali ta’ opportunitajiet ta’ sajd għall-bastimenti tal-Komunità. Il-proposta mhix magħmula biss minn deċiżjonijiet għall-medda l-qasira imma hija wkoll parti minn approċċ ta’ tnaqqis gradwali tal-livell tas-sajd għal livelli sostenibbli fil-medda t-twila. L-approċċ adottat fil-proposta se jirriżulta fil-medda l-qasira f’TACs imnaqqsa imma hekk kif l-istokkijiet sfruttati żżejjed jirkupraw, il-possibbiltajiet ta’ qbid se jiżdiedu. Il-konsegwenzi ta’ l-approċċ fil-medda l-medja sat-twila huma mbassra li jkunu impatt inqas fuq l-ambjent bħala konsegwenza tat-tnaqqis fl-isforz tas-sajd, tnaqqis fil-qasam tal-qbid f’termini ta’ numru ta’ bastimenti u/jew fil-medja ta’ sforz tas-sajd għal kull bastiment, u l-istess ammont jew aktar ta’ ħatt l-art. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Taqsira ta’ l-azzjoni proposta Il-proposta tistabbilixxi l-limitazzjonijiet tal-qbid u l-isforz applikabbli għas-sajd Komunitarju, u għas-sajd internazzjonali li fih jieħdu sehem bastimenti tal-Komunità, sabiex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jiġi żgurat sajd f’livelli li huma bijoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli. | 310 | Bażi legali L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 | 329 | Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja. | 331 | Il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni u għandha għalhekk titwettaq permezz ta’ Regolamenti tal-Kunsill. Ir-Regolament tal-Kunsill imsemmi jalloka l-opportunitajiet ta’ sajd lill-Istati Membri imma huma ħielsa għalkollox li jallokaw dawn l-opportunitajiet bejn reġjuni jew operaturi kif jidhrilhom xieraq, u għalhekk l-Istati Membri għandhom ħafna wisa’ fejn jiċċaqalqu dwar deċiżjonijiet marbuta mal-mudell soċjali/ekonomiku ta’ l-għażla tagħhom għall-isfruttament ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd allokati lilhom. | 332 | Il-proposta m’għandha ebda implikazzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri. Dan ir-Regolament jiġi adottat mill-Kunsill kull sena, u l-mezzi pubbliċi u privati għat-twettiq tiegħu diġà qegħdin hemm. | Għażla ta’ strumenti | 341 | Strumenti proposti: Regolament. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd li, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, għandha titwettaq permezz ta’ Regolament tal-Kunsill annwali b’maġġoranza kwalifikata. | IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 409 | Din il-proposta m’għandha ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 510 | Tħaffif | 511 | Il-proposta tipprovdi għal tħaffif ta’ proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (ta’ l-UE jew nazzjonali). | 513 | Il-ħtiġijiet għat-trasmissjoni ta’ data dwar l-applikazzjoni tal-ġestjoni ta’ l-isforz tħaffu. Xi ħtiġijiet bħal dawn diġà jeżisti taħt Regolamenti oħra (i.e. dwar ġbir ta’ data) u l-Istati Membri m’humiex aktar meħtieġa li jissottomettu data regolarment imma li jiġbru din id-data u jagħmluha disponibbli għall-Kummissjoni meta tintalab. | Rieżami/reviżjoni/sunset clause | 532 | Il-proposta tinkludi klawsola ta’ reviżjoni. | 570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Bħal fis-snin ta’ qabel, l-istokkijiet tal-ħut huma kklassifikati f’kategoriji skond l-istatus ta’ konservazzjoni tagħhom. Dan jgħin biex tinżamm it-trasparenza u l-ekwità fit-trattament ta’ stokkijiet f’qagħdiet simili madwar il-Komunità u approċċ aktar imparzjali fir-rigward ta’ l-Istati Membri. (i) Stokkijiet fil-pjanijiet ta’ rkupru L-ewwel kategorija hija dik ta’ stokkijiet li għalihom il-Kunsill adotta pjanijiet ta’ rkupru (i.e. merluzz u marlozz tat-Tramuntana). Għal dawn l-istokkijiet it-TACs għandhom ikunu skond ir-regoli tal-kontroll tal-ħsad deskritti f’dawn il-pjanijiet ta’ rkupru. Aġġustamenti ta’ l-isforz tas-sajd jiffurmaw parti wkoll mill-pjanijiet ta’ rkupru. Dan huwa ta’ importanza fundamentali. It-TACs iffissati mill-pjanijiet ta’ rkupru huma ogħla minn dawk rakkomandati mix-xjentisti, u l-Kummissjoni aċċettathom biss bi bdil ma’ l-aċċettazzjoni mill-Kunsill ta’ approċċ fuq il-medda t-twila. Jekk ma jkunx hemm konformità mal-pjanijiet ta’ rkupru maqbula mill-Kunsill, l-approċċ ta’ ġestjoni tas-sajd fuq il-medda t-twila jiddgħajjef. Madankollu, xi stokkijiet ta’ merluzz jistgħu jkunu f’livell tant baxx (u b’livell hekk fqir ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet reali) li l-applikazzjoni stretta tal-pjanijiet ta’ rkupru hija ’l bogħod minn sempliċi. Rigward stokkijiet ta’ rkupru li għalihom saret proposta tal-Kummissjoni għal pjan ta’ rkupru imma li għadha ma ġietx approvata mill-Kunsill (lingwati fil-Bajja ta’ Biscay u l-Kanal tal-Punent, ħut ċatt tal-Baħar tat-Tramuntana u merluzz tal-Baltiku), il-proposta tinkludi TACs li jikkorrispondu għar-regola tal-ħsad taħt il-pjan ta’ rkupru propost. (ii) Stokkijiet oħra barra l-limiti bijoloġiċi sikuri Il-kompromess imsemmi hawn fuq, bejn l-aċċettazzjoni ta’ TACs ogħla minn dawk rakkomandati mix-xjentisti bi bdil ma’ impenn għal approċċ fuq il-medda t-twila (per eżempju permezz ta’ dikjarazzjoni tal-Kunsill), għandu jiġi estiż għal dawk l-istokkijiet barra l-limiti bijoloġiċi sikuri fejn tnaqqis f’daqqa fit-TAC joħloq tfixkil fl-industrija u jkun diffiċli biex il-Kunsill jaċċettah. Bħal fil-każ tal-pjanijiet ta’ rkupru, dan l-approċċ jagħmel sens biss jekk il-Kunsill jonora dan l-impenji fi snin ġejjiena. Skond l-impenn magħmul mill-Kunsill fil-Kunsill ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, il-mortalità mis-sajd ta’ stokkijiet barra l-limitu bijoloġiku sikur għandha titnaqqas biex jittaffa r-riskju ta’ kollass bijoloġiku ta’ dawk l-istokkijiet. Madankollu, dan it-tnaqqis għandu jintrabat mal-ħtieġa li jiġi minimizzat it-tfixkil ekonomiku fl-attività ekonomika. Il-proposta tillimita t-tnaqqis fit-TAC għal 15%, ċifra li ġiet imressqa ripetutament mill-industrija bħala limitu raġonevoli għall-varjazzjonijiet fil-qbid inter-annwali. Dan l-approċċ jilħaq kompromess bejn it-tnaqqis tar-riskji bijoloġiċi, skond il-pariri xjentifiċi, u ż-żamma ta’ l-istabbiltà fit-TACs kif qed jitlob il-qasam tas-sajd. (iii) Stokkijiet mistada żżejjed Għal stokkijiet mistada żżejjed fir-rigward ta’ ħsad sostenibbli (għall-kuntrarju ta’ sitwazzjoni ta’ riskju ta’ kollass) it-TACs proposti huma konsistenti f’li ma jżidux il-mortalità mis-sajd, sakemm isir dibattitu maħsub għall-2006 dwar kif titnaqqas il-mortalità mis-sajd skond il-Pjan ta’ Implementazzjoni ta’ Johannesburg (li jimmira għal sfruttament li jilħaq il-livelli ta’ Ħsad Massimu Sostenibbli (MSY) sa l-2015). Għalkemm din il-proposta ma’ tippreġudikax id-dibattitu ġejjieni dwar il-komunikazzjoni ta’ l-MSY, it-TACs għall-2006 għandhom għallinqas ma jmorrux kontra dak l-għan. (iv) Stokkijiet meħuda f’sajd imħallat It-TACs proposti jikkunsidraw in-natura mħallta ta’ ħafna mis-sajd. Speċi vulnerabbli spiss jinqabdu flimkien ma’ speċi ta’ importanza kummerċjali, għalhekk it-TACs għal speċi assoċjati jikkunsidraw dan, billi jevitaw il-qbid u r-rimi (jew “black landing” – ħatt l-art illegali) ta’ speċi vulnerabbli wara li l-kwoti jkunu eżawriti. (v) Stokkijiet ta’ "Paper fish" Bħal fis-snin ta’ qabel, il-proposta tnaqqas b’20% t-TACs li huma mistada inqas mill-Istati Membri kollha. (vi) Stokkijiet oħra Il-proposta tinkludi limitazzjonijiet tal-qbid maqbula fil-kuntest ta’ ċerti Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd. It-TACs għall-istokkijiet fl-ilmijiet ta’ Greenland, kif ukoll stokkijiet maqsuma konġuntament man-Norveġja, għadhom m’humiex disponibbli, sakemm jiġu konklużi l-konsultazzjonijiet f’Novembru u Diċembru. Dawn it-TACs huma ppreżentati bħala pro memoria (pm). - Ġestjoni ta’ l-isforz (L-Anness III) Restrizzjonijiet ta’ l-isforz jibqgħu komponent essenzjali tal-pjanijiet ta’ rkupru. L-Anness III għal din il-proposta jillimita n-numru ta’ ġranet li bastimenti tas-sajd jistgħu jqattgħu fil-baħar, u dan jiddependi mit-tagħmir tas-sajd użat u ż-żoni li jistadu fihom. Ir-restrizzjonijiet l-aktar ibsin kienu fuq trawlers li jużaw qisien kbar ta’ malji (tax-xbiek), bl-għan li titnaqqas l-attività ta’ bastimenti li jistadu bil-mod tradizzjonali għall-merluzz. Filwaqt li l-mortalità mis-sajd tal-merluzz minn dawn il-bastimenti naqset, il-mortalità globali fis-sajd tal-Baħar tat-Tramuntana naqset biss b’madwar 12% għax il-merluzz huwa mifrux u kważi t-tagħmir tas-sajd kollu jaqbad il-merluzz ftit jew wisq. Il-mortalità mis-sajd jista’ jkun ukoll li żdiedet għal xi tagħmir f’xi żoni. Parti mill-ispjegazzjoni hija li l-Anness III u l-miżuri l-oħra ta’ konservazzjoni inkoraġġew lill-bastimenti biex jadottaw qisien ta’ malji iżgħar sabiex jiksbu aktar ġranet fil-baħar. Iż-żieda fl-sforz tas-sajd ta’ dawn is-segmenti ta’ flotot ibbilanċjat it-tnaqqis fl-isforz tas-settur tal-malji kbar u jidher li x’aktarx irriżultat f’żieda fir-rimi ta’ merluzz żgħir. Xi wħud minn dan is-sajd b’malji żgħar jagħmel qbid sinifikanti ta’ merluzz, skond rapport reċenti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Għad li l-pariri xjentifiċi ma jipprovdux tagħrif biżżejjed għall-applikazzjoni ta’ l-objettivi annwali tal-pjan ta’ rkupru għall-merluzz (żieda ta’ 30% fil-bijomassa), huwa ċar li l-bijomassa tal-merluzz għadha f’livelli baxxi ħafna tant li l-isforz tas-sajd għandu jitnaqqas ulterjorment għas-segmenti kollha ta’ flotot ikkonċernati biex tiġi żgurata possibbiltà raġonevoli li jinkiseb l-objettiv tal-pjan. In-numru ta’ ġranet għall-Marlozz tan-nofsinhar u l-Awwista tan-Norveġja u wkoll għal-Lingwata tal-Kanal Ingliż tal-Punent jikkorrispondi għall-pjanijiet ta’ rkupru għal dawn l-istokkijiet. Il-laqgħa tal-STECF f’Ispra f’Settembru 2005 ikkonkludiet li żoni magħluqa m’humiex sostitut tajjeb għar-riduzzjoni ta’ l-isforz, u fid-dibattitu tal-Kunsill fuq din il-kwestjoni f’Settembru 2005, ftit kien hemm appoġġ għal din l-alternattiva. Is-sistema preżenti ta’ limitazzjoni ta’ l-isforz (ibbażata fuq ġranet barra l-port għal kull bastiment) hija relattivament inflessibbli u jsir aktar diffiċli politikament li jintlaħaq qbil fuq tnaqqis tan-numru permess ta’ ġranet ta’ sajd għal kull bastiment. Il-Kummissjoni tipproponi li matul l-2006 l-Kunsill għandu jikkunsidra li jadotta sistema oħra ta’ limitazzjoni ta’ l-isforz, imsejsa fuq in-numru massimu ta’ ġranet-kilowatt kull flotta nazzjonali, - Kwestjonijiet oħra ta’ ġestjoni tas-sajd (i) Ġestjoni ta’ l-isforz għal stokkijiet tal-qiegħ F’Diċembru 2004 l-Kunsill adotta tnaqqis ta’ 10% fl-isforz għal speċi tal-qiegħ, ikkomparat mal-livelli ta’ l-2003. Dan it-tnaqqis, madankollu, huwa inqas mit-30% meħtieġ mill-Kummissjoni tas-Sajd ta’ l-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC). Tnaqqis ulterjuri ta’ 20% huwa meħtieġ, kemm biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali tal-Komunità u kemm biex jipproteġi l-istokkijiet li, kif issottolinjat l-ICES għal bosta snin, huma estremament fraġli u għandhom bżonn protezzjoni urġenti minħabba r-rata ta’ riproduzzjoni tagħhom estremament baxxa. (ii) Ġestjoni ta’ matul is-sena ta’ speċi għomorhom qasir Sistemi ta’ ġestjoni ta’ matul is-sena huma stabbiliti għal stokkijiet fil-periklu bħal ma hija l-inċova fil-Bajja ta’ Biscay u s-sallura fil-Baħar tat-tramuntana. F’dawn il-każijiet, ebda sajd ma huwa propost għall-parti bikrija ta’ l-2006. Huwa biss jekk id-data xjentifika turi li l-istokkijiet involuti laħqu abbundanza li tista’ ssostni sajd kummerċjali illi dan is-sajd jerġa’ jinfetaħ, permezz ta’ proċedura aċċellerata ta’ regolament tal-Kummissjoni. (iii) Derogi għas-Sajd Mediterranju Sakemm jiġi adottat ir-Regolament tal-Kunsill propost dwar il-miżuri għall-ġestjoni ta’ sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li hu mistenni jsir matul l-2006, il-Kummissjoni tipproponi li tħalli d-derogi kurrenti għal ċertu sajd fiż-żona li jiġu estiżi għall-2006 biss. | 1. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet marbuta ma’ ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u , għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn limitazzjonijiet tal-qbid huma meħtieġa IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena ta’ TACs u kwoti[2], Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi l-miżuri għall-irkupru ta’ stokkijiet ta’ merluzz[3], u b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 8 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi l-miżuri għall-irkupru ta’ stokkijiet ta’ marlozz tat-tramuntana[4], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jitlob li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-iżvolġiment sostenibbli ta’ attivitajiet ta’ sajd fil-kunsiderazzjoni tal-pariri xjentifiċi disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ( STECF ). (2) Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa d-dmir tal-Kunsill, li jistabbilixxi l-qbid totali permess (TAC) għal kull tip ta’ sajd jew gruppi ta’ sajd. L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri u pajjiżi terzi skond il-kriterji stipulati fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament. (3) Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tat-TACs u l-kwoti, il-kondizzjonijiet li taħthom iseħħu l-ħidmiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti. (4) Il-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd jeħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. (5) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni ta’ l-opportunitajiet tas-sajd. (6) F’konformità ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 l-istokkijiet li huma suġġetti għad-diversi miżuri msemmija fih għandhom jiġu identifikati. (7) F’konformità mal-proċedura pprovduta fil-ftehimiet jew protokolli dwar relazzjonijiet ta’ sajd, il-Komunità kellha konsultazzjonijiet dwar drittijiet ta’ sajd man-Norveġja[5], il-Gżejjer Faeroe[6], Greenland[7] u l-Islanda[8]. (8) Il-Komunità hija Parti Kontraenti f’diversi organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd. Dawk l-organizzazzjonijiet tas-sajd irrakkomandaw it-twaqqif ta’ limitazzjonijiet tal-qbid u regoli ta’ konservazzjoni oħra għal ċerti speċi. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom għalhekk jitwettqu mill-Komunità. (9) Fil-Laqgħa Annwali tagħha f’Ġunju 2005, il-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali ( IATTC ) adottat limitazzjonijiet tal-qbid tat-tonn isfar, tonn bigeye u tonn qabbieżi, u miżuri tekniċi rigward it-trattament ta’ qbid sekondarju. Għalkemm il-Komunità m’hijiex membru ta’ l- IATTC , huwa meħtieġ li jitwettqu dawk il-miżuri biex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi taħt il-ġurisdizzjoni ta’ dik l-Organizzazzjoni. (10) Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2005, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Preservazzjoni tat-Tonn Atlantiku ( ICCAT ) adottat tabelli li jindikaw l-utilizzazzjoni nieqsa u l-utilizzazzjoni żejda tal-possibbiltajiet tas-sajd tal-partijiet kontraenti ta’ l- ICCAT . F’dak il-kuntest, l- ICCAT adottat Deċiżjoni li fiha osservat li matul is-sena 2004, il-Komunità Ewropea kienet sfruttat bin-nieqes il-kwota tagħha għal diversi stokkijiet. (11) Sabiex jiġu onorati l-aġġustamenti tal-kwoti tal-Komunità stabbiliti mill- ICCAT , huwa meħtieġ li t-tqassim ta’ l-opportunitajiet tas-sajd ġejjin mill-utilizzazzjoni nieqsa jsir fuq il-bażi tal-kontribut ta’ kull Stat Membru lejn l-utilizzazzjoni nieqsa mingħajr ma tinbidel is-sistema ta’ tqassim stabbilita f’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-allokazzjoni annwali tat-TACs. (12) L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jintużaw f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar is-suġġett, u b’mod partikolari skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta’ l-20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd[9], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qbid ta’ ħut ta’ l-Istati Membri[10], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd[11], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġestjoni ta’ l-isforz tas-sajd fir-rigward ta’ ċerti żoni u riżorsi ta’ sajd tal-Komunità[12], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1626/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd fil-Mediterran[13], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar permessi ta’ sajd speċjali[14], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 601/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll applikabbli għal attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta’ l-Antartiku[15], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-ħarsien taż-żgħar ta’ organiżmi marittimi[16], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri fil-grigal ta’ l-Atlantiku[17], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-art l-aringi għal skopijiet industrijali għajr għall-konsum dirett mill-bniedem[18], ir-Regolament tal-Kunsill Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri ta’ rkupru ta’ stokkijiet ta’ merluzz[19], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bis-satellita[20], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta’ Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd[21], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 973/2001 ta’ l-14 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti stokkijiet ta’ speċi li jpassu bil-kbir[22], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet speċifiċi għall-aċċess u l-kondizzjonijiet assoċjati applikabbli għas-sajd għal stokkijiet tal-qiegħ[23] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2270/2004 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi għall-2005 u l-2006 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ[24]. (13) Huwa meħtieġ, wara l-pariri tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar ( ICES ), li tiġi applikata sistema temporanja għall-ġestjoni tal-limiti tal-qbid ta’ inċova fis-Subżona VIII. (14) Huwa meħtieġ, wara l-pariri ta’ l- ICES , li tiġi applikata sistema temporanja għall-ġestjoni ta’ l-isforz tas-sajd għas-sallur fis-Subżona IV u d-Diviżjoni IIIa Tramuntana ta’ l- ICES . (15) Bħala miżura transizzjonali fid-dawl tal-pariri xjentifiċi l-aktar reċenti ta’ l- ICES , l-isforz tas-sajd għal ċerti speċi tal-qiegħ għandu jitnaqqas ulterjorment. (16) Għall-aġġustament tal-limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd għall-merluzz kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 423/2004 arranġamenti alternattivi huma proposti biex l-isforz tas-sajd jiġi ġestit b’mod konsistenti mat-TAC, kif stabbilit fl-Artikolu 8(3) ta’ l-imsemmi Regolament. (17) Il-pariri xjentifiċi jindikaw li l-istokk ta’ barbun tat-tbajja’ tal-Baħar tat-Tramuntana m’hijiex mistada b’mod sostenibbli u li l-livelli ta’ rimi huma għoljin ħafna. Il-pariri xjentifiċi u l-pariri tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana jindikaw li jkun xieraq li jiġu aġġustati l-opportunitajiet tas-sajd f’termini ta’ sforz tas-sajd ta’ bastimenti li jarmaw għall-barbun tat-tbajja’. (18) Għall-istokkijiet ta’ lingwata fil-Kanal tal-Punent, hija meħtieġa l-applikazzjoni ta’ skema proviżorja ta’ ġestjoni ta’ l-isforz. Għall-istokkijiet ta’ merluzz fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, l-Iskagerrak u l-Kanal tal-Punent, fil-Baħar Irlandiż u fil-punent ta’ l-Iskozja, u l-istokkijiet ta’ marlozz u ta’ awwista tan-Norveġja fid-Diviżjonijiet ICES VIIIc u IXa, l-iskema ta’ ġestjoni ta’ l-isforz jeħtieġ li tiġi adattata. (19) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1434/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom l-aringi jistgħu jinħattu l-art għal skopijiet industrijali għajr għall-konsum tal-bniedem[25], ma jiżgurax li l-qbid ta’ aringi jkunu limitati għall-limiti tal-qbid stabbiliti għall-ispeċi. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu introdotti miżuri transizzjonali li jiżguraw monitoraġġ u għadd xieraq ta’ aringi f’ħatt l-art imħallat. (20) Il-prassi kurrenti waqt sajd bl-għeżula fl-ilmijiet fondi fil-punent ta’ l-Iskozja u l-Irlanda jinvolvu l-użu ta’ għeżula ta’ tul eċċessiv, li jwasslu għal ħinijiet fl-ilma eċċessivi u rati ta’ rimi għolja. Xbieki li jintilfu jew li jintremew deliberatament jistgħu jibqgħu jistadu għal għadd ta’ snin mingħajr ma jintrefgħu. Investigazzjonijiet xjentifiċi wrew li din il-prassi ta’ sajd tikkostitwixxi theddida serja għall-ispeċi tal-qiegħ u miżuri transizzjonali li jipprojbixxu dan is-sajd għandhom jitwettqu sakemm miżuri aktar permanenti jiġu adottati. (21) Sabiex jiġi żgurat sfruttament sostenibbli ta’ stokkijiet ta’ marlozz u biex jitnaqqas ir-rimi, l-aħħar żviluppi dwar tagħmir selettiv għandhom jitwettqu bħala miżuri transizzjonali fis-Suddiviżjoni VIII a, b, d. (22) Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2005, il-Kummissjoni għas-Sajd ta’ l-Atlantiku tal-Grigal ( NEAFC ) adottat rakkomandazzjoni biex tirrestrinġi s-sajd fil-limiti ta’ ċerti żoni bl-iskop li tipproteġi ambjenti naturali tal-qiegħ vulnerabbli. Din ir-rakkomandazzjoni għandha titwettaq mill-Komunità. (23) Bħala kontribuzzjoni għall-konservazzjoni tal-qarnit u b’mod partikolari għall-ħarsien taż-żgħar tiegħu, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit, fl-2006, qies minimu ta’ qarnit għall-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi u li jinsabu fir-reġjun CECAF sakemm issir l-adozzjoni ta’ regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar ta’ organiżmi marittimi[26]. (24) F’Novembru 2005 l-Kummissjoni għas-Sajd ta’ l-Atlantiku tal-Grigal ( NEAFC ) għamlet rakkomandazzjoni biex tpoġġi numru ta’ bastimenti fil-lista ta’ bastimenti li kienu kkonfermati li żvolġew sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat. It-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet fl-ordni legali Komunitarju għandu jiġi żgurat (25) Fil-Laqgħa Annwali tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran ( GFCM ) fl-2005, il- GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar il-ġestjoni ta’ ċertu sajd li jisfrutta l-ispeċi tal-qiegħ u rakkomandazzjoni dwar it-twaqqif ta’ reġistru GFCM ta’ bastimenti ’l fuq minn 15-il metru awtorizzati biex jaħdmu fiż-żona GFCM . Billi l-Komunità hija Parti Kontraenti tal- GFCM , dawn ir-rakkomandazzjonijiet jorbtu lill-Komunità u għandhom għalhekk jiġu mwettqa. (26) Biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut, ċerti miżuri supplimentari ta’ kontroll u kondizzjonijiet tekniċi għas-sajd għandhom jitwettqu fl-2006. (27) Ċerti dispożizzjonijiet se jiġu introdotti dwar l-użu ta’ data VMS biex jipprovdu għal aktar effiċjenza u effettività fil-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-ġestjoni ta’ l-isforz. (28) Sabiex jiġi żgurat li r-rendikont tal-qbid ta’ stokkafixx minn pajjiżi terzi ikun korrett, huwa meħtieġ li jissaħħu d-dispożizzjonijiet ta’ kontroll fuq tali bastimenti. (29) Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huwa d-dmir tal-Kunsill li jiddeċiedi dwar il-kondizzjonijiet assoċjati mal-limiti tal-qbid u/jew limiti ta’ sforz ta’ sajd. Pariri xjentifiċi jindikaw li qbid sostanzjali li jisboq it-TACs miftiehma jippreġudika s-sostenibbiltà tal-ħidmiet ta’ sajd. Huwa għalhekk xieraq li jiġu introdotti kondizzjonijiet assoċjati li jissarfu fi twettiq aħjar tal-possibbiltajiet ta’ sajd miftiehma. (30) Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2004, l- ICCAT adottat numru ta’ miżuri tekniċi għal ċerti stokkijiet ta’ speċi li jpassu bil-kbir fl-Atlantiku u l-Mediterran, u speċifikat inter alia daqs minimu ġdid għat-tonn ( bluefin ), restrizzjonijiet ta’ sajd f’ċerti żoni u perjodi ta’ żmien għall-ħarsien tat-tonn bigeye , miżuri dwar attivitajiet ta’ sajd għal sport u rikreazzjonali fil-Baħar Mediterran u t-twaqqif ta’ programm ta’ teħid ta’ kampjuni għall-istima tad-daqs tat-tonn ( bluefin ) fil-gaġeġ. Biex jikkontribwixxi għall-konservazzjoni ta’ l-istokkijiet ta’ ħut huwa neċessarju t-twettiq ta’ dawn il-miżuri fl-2006 sakemm issir l-adozzjoni ta’ regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 973/2001 ta’ l-14 ta’ Mejju 2001 li jistipula ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti stokkijiet ta’ speċi li jpassu bil-kbir[27]. (31) Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2005, l-Organizzazzjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tal-Xlokk ( SEAFO ) adottat miżura li tqiegħed osservaturi abbord il-bastimenti kollha li jaħdmu fiż-Żona tal-Konvenzjoni u li jiffokaw speċi li m’humiex suġġetti għas-sistemi ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali oħra kompetenti mill-1 ta’ Jannar 2006. Din il-miżura torbot lill-Komunità u għalhekk għandha titwettaq. (32) Fil-25 Laqgħa Annwali tagħha tal-15 sad-19 ta’ Settembru 2003, l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral ( NAFO ) adottat pjan ta’ bini mill-ġdid għall-ħalibatt ta’ Greenland fis-Subżona NAFO 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO. Il-pjan jipprevedi tnaqqis tal-livell ta’ TAC sa l-2007 kif ukoll miżuri addizzjonali biex jiżguraw l-effettività tiegħu. Huwa meħtieġ li jitwettaq dak il-pjan għall-2006 sakemm issir l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill li jwettaq il-miżuri multi-annwali għall-bini mill-ġdid ta’ l-istokk ta’ ħalibatt ta’ Greenland. (33) Fis-27 Laqgħa Annwali tad-19 sat-23 ta’ Settembru 2005, in- NAFO adottat Miżuri ta’ Ġestjoni għal għadd ta’ stokkijiet li ma kienux regolati qabel, eżattament rebekkini fid-Diviżjoni 3LNO, redfish fid-Diviżjoni 3O u marlozz abjad fid-Diviżjoni 3NO. Huwa għalhekk meħtieġ li jitwettqu dawn il-miżuri u li tiġi stabbilita allokazzjoni bejn l-Istati Membri. (34) Sabiex tonora l-obbligi internazzjonali li impenjat ruħha għalihom il-Komunità bħala Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin ta’ l-Antartiku ( CCAMLR ), inkluż l-obbligu li tapplika l-miżuri adottati mill-Kummissjoni CCAMLR , għandhom jiġu applikati t-TACs adottati mill-Kummissjoni għall-istaġun 2005-2006 u d-dati tal-limiti staġjonali relattivi. (35) Fl-XXIV Laqgħa Annwali fl-2005, is- CCAMLR adottat limiti ta’ qbid rilevanti għal stokkijiet miftuħa għal sajd stabbilit minn kwalunkwe Membru tas- CCAMLR . Is- CCAMLR approvat ukoll il-parteċipazzjoni ta’ bastimenti tal-komunità f’sajd esploratorju għad- Dissostichus spp. fis-Subżoni FAO 88.1 u 88.2 u wkoll f’Diviżjonijiet 58.4.1, 58.4.2, 58.4.3a) u 58.4.3b) u ssuġġettat l-attivitajiet tas-sajd rilevanti għal limiti ta’ qbid u qbid sekondarju, u wkoll għal ċerti miżuri tekniċi speċifiċi. Dawk il-limiti u miżuri tekniċi għandhom jiġu applikati wkoll. (36) Sabiex jiġi ssalvagwardjat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li jinfetaħ dan is-sajd fl-1 ta’ Jannar 2006. Minħabba l-urġenza tal-kwestjoni, huwa importantissmu li ssir eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fil-Komunità Ewropea anness mat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: IL-KAPITOLU I Firxa ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet L-Artikolu1Materja tas-suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2006, għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom tali opportunitajiet tas-sajd jistgħu jintużaw. Madankollu, għal ċerti stokkijiet ta’ l-Antartiku, huwa jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-perjodi stipulati fl-Anness IE. L-Artikolu 2Firxa ta’ Applikazzjoni 1. Ħlief fejn hu pprovdut mod ieħor, dan ir-Regolament għandu japplika għal: (a) Bastimenti tas-sajd tal-Komunità "Bastimenti tal-Komunità "; u (b) bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’, u huma rreġistrati fi, pajjiżi terzi ("bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi") f’ilmijiet tal-Komunità ("ilmijiet tal-KE"). 2. B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal ħidmiet ta’ sajd magħmula biss għal skopijiet ta’ investigazzjoni xjentifika li jitwettqu bil-permess u taħt l-awtorità ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li bihom il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka jkunu ġew informati bil-quddiem. L-Artikolu 3Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’żieda mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: (a) “qbid totali permess” ifisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena; (b) “kwota” tfisser proporzjon fissa mit-TAC allokata lill-Komunità, Stati Membri jew pajjiżi terzi; (c) "ilmijiet internazzjonali" ifissru ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ ebda Stat; (d) "Żona Regolatorja NAFO " tfisser il-parti taż-żona tal-Konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral ( NAFO ) li ma taqax taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati tal-kosta; (e) "Skagerrak" ifisser iż-żona kkonfinata mill-punent minn linja miġbuda mill-fanal ta’ Hanstholm għall-fanal ta’ Lindesnes u min-nofsinhar minn linja miġbuda mill-fanal ta’ Skagen għall-fanal ta’ Tistlarna u minn dan il-punt għall-eqreb punt fuq il-kosta Svediża; (f) "Kattegat" ifisser iż-żona kkonfinata mit-tramuntana minn linja miġbuda mill-fanal ta’ Skagen għall-fanal ta’ Tistlarna u minn dak il-punt għall-eqreb punt fuq il-kosta Svediża u min-nofsinhar minn linja miġbuda minn Hasenøre għal Gnibens Spids, minn Korshage għal Spodsbjerg u minn Gilbjerg Hoved għal Kullen; (g) "Golf ta’ Cadiz" ifisser iż-żona tas-Suddiviżjoni IXa l-lvant tal-lonġitudni 7º23'48"W ta’ l- ICES L-Artikolu 4Żoni tas-sajd Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin għandhom japplikaw: (a) Żoni ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91. Jekk “ilmijiet tal-KE” tinżied ma’ żona, ifisser li ż-żona tirreferi biss għall-ilmijiet tal-KE ta’ dik iż-żona; (b) Żoni CECAF (Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew żona maġġuri ta’ sajd FAO 34) huma kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar is-sottomissjoni ta’ statistiċi tal-qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni għajr dawk ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana[28]; (c) Żoni NAFO (Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral) huma kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2018/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 dwar is-sottomissjoni ta’ statistiċi ta’ qbid u attività mill-Istati Membri li jistadu fl-Atlantiku tal-Majjistral[29]; (d) Żoni CCAMLR (Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin ta’ l-Antartiku) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 601/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jistipula ċerti miżuri ta’ kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta’ l-Antartiku u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 3943/90, (KE) Nru 66/98 u (KE) Nru 1721/1999[30]. Il-KAPITOLU IIOpportunitajiet tas-sajd u kondizzjonijiet assoċjati għall-bastimenti tal-Komunità L-Artikolu 5Limiti ta’ qbid u allokazzjonijiet 1. Il-limiti ta’ qbid għall-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet tal-Komunità jew f’ċerti ilmijiet mhux tal-Komunità u l-allokazzjoni ta’ tali limiti ta’ qbid bejn l-Istati Membri u kondizzjonijiet addizzjonali konformi ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stipulati fl-Anness I. 2. Il-bastimenti tal-Komunità huma b’dan awtorizzati li jagħmlu qabdiet, fil-limiti tal-kwoti stabbiliti fl-Anness I, f’ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Gżejjer Faeroe, Greenland, l-Islanda u n-Norveġja, u ż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen, suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 10, 17 u 18. 3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi t-TAC għall-inċova fiż-żona VIII f’konformità mar-regoli stipulati fl-Anness II. 4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limiti ta’ qbid għall- capelin fiż-żoni V, XIV (ilmijiet ta’ Greenland) disponibbli għall-Komunità ekwivalenti għal 7,7% tat-TAC tal- capelin malli t-TAC jiġi stabbilit. 5. Il-limiti ta’ qbid għal stokkijiet ta’ stokkafixx fiż-żoni I-XIV (ilmijiet tal-KE u ilmijiet internazzjonali) u aringi fiż-żoni I u II (ilmijiet tal-KE u ilmijiet internazzjonali) jistgħu jinżiedu mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 meta pajjiżi terzi ma jirrispettawx ġestjoni responsabbli ta’ dawk l-istokkijiet. L-Artikolu 6Dispożizzjonijiet speċjali dwar allokazzjonijiet 1. L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri kif stabbilita fl-Anness I għandha tkun bla preġudizzju għal: (a) skambji magħmula f’konformità ma’ l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; (b) allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula f’konformità ma’ l-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93; (c) ħatt l-art addizzjonali permess skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; (d) kwantitajiet miżmuma f’konformità ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; (e) tnaqqis magħmul f’konformità ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. 2. Għall-fini tal-kwoti miżmuma li jkunu se jiġu ttrasferiti għall-2007, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika, permezz ta’ deroga minn dak ir-Regolament, għall-istokkijiet kollha suġġetti għal TAC analitiku. L-Artikolu 7Limiti ta’ sforz tas-sajd u kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni ta’ stokkijiet 1. Il-limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati stipulati fl-Anness IIIa għandhom japplikaw għall-ġestjoni ta’ ċerti stokkijiet fil-Kattegat, Skagerrak, Subżona IV, u Diviżjonijiet IIa (ilmijiet tal-KE), IIIa, VIa, VIIa u VIId ta’ l- ICES . 2. Il-limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati stipulati fl-Anness IIIb għandhom japplikaw għall-ġestjoni ta’ marlozz fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa ta’ l- ICES bl-eċċezzjoni tal-Golf ta’ Cadiz. 3. Il-limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati stipulati fl-Anness IIIc għandhom japplikaw għall-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ lingwati fid-Diviżjoni VIIe. 4. Il-bastimenti kollha li jużaw tipi ta’ tagħmir identifikat fil-punt 4 ta’ l-Annessi IIIa, IIIb, u IIIc rispettivament u jistadu fiż-żoni definiti fil-punt 2 ta’ l-Annessi IIIa, IIIb, u IIIc rispettivament għandu jkollhom permess tas-sajd speċjali maħruġ f’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1627/94. 5. Il-limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati stipulati fl-Anness IIId għandhom japplikaw għall-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ sallur fl-Iskagerrak, Subżona IV u d-Diviżjoni IIa ta’ l- ICES (ilmijiet tal-KE). 6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-isforz tas-sajd finali għall-2006 għas-sajd għas-sallur fid-Diviżjonijiet IIa (ilmijiet tal-KE), IIIa, u s-Subżona IV ta’ l- ICES skond ir-regoli stipulati fil-punt 6 ta’ l-Anness IIId. 7. Stati Membri għandhom jiżguraw li għall-2006 l-livelli ta’ l-isforz tas-sajd, imkejla bħala ġranet kilowatt barra mill-port, minn bastimenti detenturi ta’ permessi tas-sajd għal tal-qiegħ ma jaqbżux 70% tal-medja ta’ l-isforz tas-sajd annwali magħmul mill-bastimenti ta’ l-Istati Membri fl-2003 fi vjaġġi meta nżammu l-permessi tas-sajd tal-qiegħ u l-ispeċi tal-qiegħ, kif elenkati fl-Anness I u fil-punt 15 ta’ l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002, eskluż il-perlan greater silver , kienu jinqabdu. L-Artikolu 8 Kondizzjonijiet għal qabdiet maħtuta l-art u qabdiet sekondarji 1. Ħut minn stokkijiet li għalihom il-limiti ta’ qbid huma stabbiliti għandhom jinżammu abbord jew jiġu maħtuta l-art biss jekk: (a) il-qabdiet ikunu ttieħdu minn bastimenti ta’ Stat Membru li jkollu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita; jew (b) il-qabdiet jikkonsistu f’parti minn sehem tal-Komunità li ma jkunx ġie allokat permezz ta’ kwota bejn l-Istati Membri, u dak is-sehem ma jkunx eżawrit. 2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-ħut li ġej jista’ jinżamm abbord u jinħatt l-art anki jekk l-Istat Membru m’għandux kwoti jew il-kwoti jew l-ishma jkunu eżawriti: (a) speċi, għajr l-aringi u l-kavalli, fejn (i) huma jinqabdu mħallta ma’ speċi oħrajn bi xbieki li l-qies tal-malji tagħhom huwa inqas minn 32 mm f’konformità ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 850/98, u; (ii) il-qabdiet ma jintgħażlux la abbord u lanqas mal-ħatt l-art; jew (b) kavalli, fejn (i) huma jinqabdu mħallta mas-sawrell jew sardin ( pilchard ); (ii) huma ma jaqbżux 10% tal-piż totali ta’ kavalli, sawrell u sardin ( pilchards ) abbord u; (iii) il-qabdiet ma jintgħażlux la abbord u lanqas mal-ħatt l-art. 3. L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1434/98, ma japplikax għall-aringi maqbuda fis-Subżona IV ta’ l- ICES u d-Diviżjonijiet IIa (ilmijiet tal-KE), IIIa u VIId ta’ l- ICES . 4. Il-ħatt l-art kollu għandu jgħodd imqabbel mal-kwota jew, jekk sehem il-Komunità ma jkunx ġie allokat bejn l-Istati Membri permezz ta’ kwoti, imqabbel mas-sehem tal-Komunità, ħlief għall-qabdiet magħmula skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. 5. Meta l-limiti ta’ qbid ta’ Stat Membru għall-aringi fis-Subżoni II (ilmijiet tal-KE), IV u Suddiviżjonijiet IIIa u VIId ta’ l- ICES ikunu eżawriti, ikun ipprojbit għall-bastimenti, li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, u li jkunu rreġistrati fil-Komunità, u li jaħdmu fis-sajd li għalih japplikaw il-limitazzjonijiet rilevanti, li jħottu l-art qabdiet imħallta li jkun fihom l-aringi. 6. Id-determinazzjoni tal-persentaġġ ta’ qabdiet sekondarji u r-rimi tagħhom għandhom isiru f’konformità ma’ l-Artikoli 4 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 850/98. L-Artikolu 9 Ħatt l-art ta’ ħut imħallat fis-Subżona IV ta’ l-ICES u d-Diviżjonijiet IIa (ilmijiet tal-KE), IIIa u VIId ta’ l-ICES 1. Stati Membri għandhom jiżguraw li programm ta’ teħid ta’ kampjuni adegwat ikun attwat biex jippermetti li jsir monitoraġġ effiċjenti ta’ ħatt l-art imħallat skond l-ispeċi maqbudin fis-Subżona IV ta’ l- ICES u d-Diviżjonijiet IIa (ilmijiet tal-KE), IIIa u VIId ta’ l- ICES . 2. Qabdiet imħallta fis-Subżona IV ta’ l- ICES u d-Diviżjonijiet IIa (ilmijiet tal-KE), IIIa u VIId ta’ l- ICES għandhom jinħattu l-art biss f’portijiet u postijiet ta’ ħatt fejn jiġi attwat programm ta’ teħid ta’ kampjuni kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-Artikolu 10Limiti ta’ aċċess 1. Ebda sajd minn bastimenti tal-Komunità m’għandu jsir fl-Iskagerrak fil-limiti ta’ 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tan-Norveġja. Madankollu, il-bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka jew l-Isvezja għandhom jitħallew jistadu sa erba’ mili mil-linji bażi tan-Norveġja. 2. Is-sajd b’bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Islanda għandu jkun limitat għaż-żona definita bil-linji dritti li sekwenzjalment jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin: Żona tal-Lbiċ 1. 63° 12′ N u 23° 05′ W sa 62° 00′ N u 26° 00′ W, 2. 62° 58′ N u 22° 25′ W, 3. 63° 06′ N u 21° 30′ W, 4. 63° 03′ N u 21° 00′ W u minn hemm 180° 00′ S; Żona tax-Xlokk 1. 63° 14′ N u 10° 40′ W, 2. 63° 14′ N u 11° 23′ W, 3. 63° 35′ N u 12° 21′ W, 4. 64° 00′ N u 12° 30′ W, 5. 63° 53′ N u 13° 30′ W, 6. 63° 36′ N u 14° 30′ W, 7. 63° 10′ N u 17° 00′ W u minn hemm 180° 00′ S. L-Artikolu 11Miżuri tekniċi u ta’ kontroll tranżitorji Miżuri tekniċi u ta’ kontroll tranżitorji għall-bastimenti tal-Komunità għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness IV. IL-KAPITOLU III Limiti ta’ qbid u kondizzjonijiet assoċjati għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi L-Artikolu 12Miżuri transizzjonali tekniċi u ta’ kontroll Miżuri tekniċi u ta’ kontroll transizzjonali dwar bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness IV. L-Artikolu 13Awtorizzazzjoni Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Barbados, il-Gujana, il-Ġappun, il-Korea ta’ Isfel, in-Norveġja, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago u l-Venezwela u bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-Gżejjer Faeroe għandhom ikunu awtorizzati li jagħmlu qabdiet fl-ilmijiet tal-Komunità, fil-limiti ta’ qbid stabbiliti fl-Anness I, u suġġetti għall-kondizzjonijiet provduti fl-Artikoli 14 sa16 u 19 sa 25. L-Artikolu 14Restrizzjonijiet ġeografiċi 1. Sajd minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tan-Norveġja jew li huma rreġistrati fil-Gżejjer Faeroe għandu jkun limitati għal dawk il-partijiet taż-żona ta’ 200 mil nawtiku li tinsab ’il barra lejn il-baħar minn 12-il mil nawtiku mil-linji bażi ta’ l-Istati Membri fis-Subżona IV ta’ l- ICES , il-Kattegat u l-Oċean Atlantiku fit-tramuntana ta’ 43°00'N, ħlief għaż-żona msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. 2. Sajd fl-Iskagerrak minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tan-Norveġja għandu jitħalla jsir ’il barra lejn il-baħar minn erba’ mili nawtiċi mil-linji bażi tad-Danimarka u l-Isvezja. 3. Sajd minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Barbados, il-Gujana, il-Ġappun, il-Korea ta’ Isfel, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago u l-Venezwela għandu jkun limitat għal dawk il-partijiet taż-żona ta’ 200 mil nawtiku li tinsab ’il barra lejn il-baħar minn 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tad-Diviżjoni territorjali tal-Gujana Franċiża. L-Artikolu 15Transitu mill-ilmijiet tal-Komunità Bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi fi transitu mill-ilmijiet tal-Komunità għandhom jistivaw ix-xbieki tagħhom b’mod li ma jkunux għal-lest biex jintużaw skond il-kondizzjonijiet li ġejjin: a) xbieki, piżijiet, u tagħmir simili għandhom ikunu maqlugħa minn mad-diriġenti u ħbula u wajers tal-ġbid u l-irfigħ tax-xibka tat-tkarkir, b) xbieki fuq jew ’il fuq mill-gverta għandhom jintrabtu sew ma’ xi parti tas-sovrastruttura. L-Artikolu 16 Kondizzjonijiet ta’ ħatt l-art ta’ qabdiet u qabdiet sekondarji Ħut minn stokkijiet li dwarhom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid m’għandux jinżamm abbord jew jinħatt l-art ħlief jekk meħuda minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiż terz li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita. IL-KAPITOLU IVArranġamenti ta’ liċenzjar għal bastimenti tal-Komunità L-Artikolu 17Liċenzji u kondizzjonijiet assoċjati 1. Minkejja r-regoli ġenerali dwar liċenzji tas-sajd u permessi tas-sajd speċjali provduti fir-Regolament (KE) Nru 1627/94, is-sajd minn bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz għandu jkun suġġett għal pussess ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz. 2. Madankollu, il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-bastimenti tal-Komunità li ġejjin, waqt is-sajd fl-ilmijiet Norveġiżi tal-Baħar tat-Tramuntana: (a) bastimenti ta’ tunnellaġġ ta’ 200 GT jew inqas; jew (b) bastimenti li jkunu qed jistadu għal speċi għall-konsum tal-bniedem għajr kavalli; jew (c) bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Isvezja, skond il-prassi stabbilita. 3. In-numru massimu ta’ liċenzji u kondizzjonijiet assoċjati oħra għandhom jiġu stabbiliti kif stipulat fil-Parti I ta’ l-Anness V. Talbiet għal liċenzji għandhom jindikaw it-tip ta’ sajd u l-isem u l-karatteristiċi tal-bastimenti tal-Komunità li għalihom jintalab il-ħruġ tal-liċenzji u għandhom jiġu indirizzati mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawn it-talbiet lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat. 4. Jekk Stat Membru wieħed jittrasferixxi kwota lil Stat Membru ieħor (skambju) għaż-żoni ta’ sajd imsemmija f’Parti I ta’ l-Anness V, it-trasferiment għandu jinkludi trasferiment xieraq ta’ liċenzji u għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni. Madankollu, in-numru totali ta’ liċenzji għal kull żona ta’ sajd, kif stipulat fil-Parti I ta’ l-Anness V, m’għandux jinqabeż. 5. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jikkonformaw mal-miżuri ta’ konservazzjoni u kontroll u d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha li jirregolaw iż-żona li jaħdmu fiha. L-Artikolu 18Il-Gżejjer Faeroe Il-bastimenti tal-Komunità liċenzjati biex jaħdmu f’sajd dirett għal speċi waħda fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe jistgħu jaħdmu f’sajd dirett għal speċi oħra sakemm huma jinnotifikaw bil-quddiem lill-awtoritajiet Faeroesi. IL-KAPITOLU VArranġamenti ta’ liċenzjar għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi L-Artikolu 19L-obbligu tal-pussess ta’ liċenzja u permess tas-sajd speċjali 1. Minkejja l-Artikolu 28b tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn 200 GT li jtajru l-bandiera tan-Norveġja għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jkollhom liċenzja u permess tas-sajd speċjali. 2. Il-liċenzja u l-permess tas-sajd speċjali għandhom jinżammu abbord. Madankollu, bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-Gżejjer Faeroe jew in-Norveġja għandhom ikunu eżenti minn dak l-obbligu. 3. Bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi awtorizzati li jistadu fil-31 ta’ Diċembru 2005 jistgħu jkomplu jistadu b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2006 sakemm il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu tkun sottomessa u approvata mill-Kummissjoni. L-Artikolu 20Applikazzjoni għal liċenzja u permess tas-sajd speċjali Applikazzjoni lill-Kummissjoni għal liċenzja u permess tas-sajd speċjali minn awtorità ta’ pajjiż terz għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja: (a) isem il-bastiment; (b) in-numru ta’ reġistrazzjoni; (c) l-ittri u n-numri esterni ta’ identifikazzjoni; (d) il-port ta’ reġistrazzjoni; (e) l-isem u l-indirizz tas-sid jew il-kerrej; (f) it-tunnellaġġ gross u t-tul totali; (g) is-saħħa tal-magna; (h) il- call sign u l-frekwenza tar-radju; (i) il-metodu ta’ sajd previst; (j) iż-żona ta’ sajd prevista; (k) l-ispeċi li għalihom huwa previst sajd; (l) il-perjodu li għalih qed tintalab liċenzja. L-Artikolu 21Numru ta’ liċenzji In-numru ta’ liċenzji u kondizzjonijiet assoċjati speċjali għandhom jiġu stabbiliti kif stipulat fil-Parti II ta’ l-Anness V. L-Artikolu 22Tħassir u rtirar 1. Liċenzji u permessi tas-sajd jistgħu jitħassru bil-ħsieb li jinħarġu liċenzji u permessi tas-sajd speċjali ġodda. Tali tħassir għandu jibda jgħodd mill-jum li jiġi qabel id-data tal-ħruġ tal-liċenzji u l-permessi tas-sajd speċjali l-ġodda mill-Kummissjoni. Il-liċenzji u l-permessi tas-sajd il-ġodda jibdew jgħoddu mid-data tal-ħruġ tagħhom. 2. Liċenzji u permessi tas-sajd speċjali għandhom jiġu rtirati kompletament jew parzjalment qabel id-data ta’ l-iskadenza tagħhom jekk il-kwota ta’ l-istokk partikolari kif stipulat fl-Anness I tkun ġiet eżawrita. 3. Liċenzji u permessi tas-sajd speċjali għandhom jiġu rtirati fil-każ ta’ kull nuqqas fit-tħaris ta’ l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-Artikolu 23Nuqqas ta’ konformità mar-regoli rilevanti 1. Għal perjodu li ma jaqbiżx 12-il xahar, ebda liċenzja jew permess tas-sajd speċjali m’għandhom jinħarġu għal xi bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz li tiegħu l-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament ma jkunux tħarsu. 2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat l-ismijiet u l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiż terz li ma jkunx se jiġi awtorizzat jistad fiż-żona ta’ sajd tal-Komunità fix-xahar jew xhur suċċessivi minħabba ksur tar-regoli rilevanti. L-Artikolu 24Obbligi tad-detentur ta’ liċenzja 1. Bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mal-miżuri tal-konservazzjoni u kontroll u d-dispożizzjonijiet l-oħra li jirregolaw is-sajd minn bastimenti tal-Komunità fiż-żona li jaħdmu fiha, b’mod partikolari r-Regolamenti (KEE) Nru 1381/87, (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94, (KE) Nru 88/98, (KE) Nru 850/98, u (KE) Nru 1434/98. 2. Il-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord u fih iniżżlu l-informazzjoni msemmija fil-Parti I ta’ l-Anness VI. 3. Bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, ħlief bastimenti li jtajru l-bandiera Norveġiża li jkunu jistadu fid-Diviżjoni IIIa ta’ l- ICES , għandhom jittrasmettu l-informazzjoni msemmija fl-Anness VII lill-Kummissjoni, f’konformità mar-regoli stipulati f’dak l-Anness. L-Artikolu 25Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw id-Diviżjoni territorjali tal-Gujana Franċiża 1. L-għoti ta’ liċenzji għal sajd fl-ilmijiet tad-Diviżjoni territorjali tal-Gujana Franċiża għandu jkun suġġett għal impenn mis-sid tal-bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz konċernat li jippermetti t-tlugħ abbord ta’ osservatur fuq talba tal-Kummissjoni. 2. Il-kaptan ta’ kull bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz li jkollu liċenzja tas-sajd għall-ħut imġewnaħ jew it-tonn fl-ilmijiet tad-Diviżjoni territorjali tal-Gujana Franċiża għandu, malli jħott il-qbid l-art wara kull vjaġġ, jissottometti dikjarazzjoni lill-awtoritajiet Franċiżi tal-kwantitajiet ta’ gambli maqbuda u miżmuma abbord mill-aħħar dikjarazzjoni ’l hawn. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun skond il-mudell stabbilit fil-Parti III ta’ l-Anness V. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-eżattezza tad-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jivverifikaw l-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet, billi jivverifikawhom b’mod partikolari mal-ġurnal ta’ abbord imsemmi fl-Artikolu 24(2). Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-uffiċjal kompetenti wara li tkun ġiet ivverifikata. Qabel l-aħħar ta’ kull xahar, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dikjarazzjonijiet kollha li jirrigwardaw ix-xahar ta’ qabel. 3. Bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li jkunu jistadu fl-ilmijiet tad-Diviżjoni territorjali tal-Gujana Franċiża għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord li jaqbel mal-mudell muri fil-Parti II ta’ l-Anness VI. Kopja ta’ dan il-ġurnal ta’ abbord għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-aħħar ġurnata ta’ kull vjaġġ tas-sajd, permezz ta’ l-awtoritajiet Franċiżi. 4. Jekk, għal perjodu ta’ xahar, il-Kummissjoni ma tirċievi ebda komunikazzjoni rigward bastiment tas-sajd ta’ pajjiż terz li jkollu liċenzja għas-sajd f’ilmijiet tad-Diviżjoni territorjali tal-Gujana Franċiża, il-liċenzja ta’ dak il-bastiment għandha tiġi rtirata. IL-KAPITOLU VIDispożizzjonijiet speċjali għal bastimenti tal-Komunità li jistadu fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO Is-Sezzjoni 1 PARTEċIPAZZJONI TAL-KOMUNITÀ L-ARTIKOLU 26 LISTA TA’ BASTIMENTI 1. Huma biss bastimenti tal-Komunità ta’ aktar minn 50 tunnellata gross li ngħataw permessi tas-sajd speċjali mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom u li huma inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tan- NAFO li għadhom jiġu awtorizzati, bil-kondizzjonijiet stipulati fil-permessi tagħhom, li jistadu, jżommu abbord, jittrasbordaw u jħottu l-art riżorsi tas-sajd miż-Żona Regolatorja tan- NAFO . 2. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni f’format li jinqara mill-kompjuter, minn ta’ l-inqas 15-il jum qabel ma l-bastiment il-ġdid jidħol fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO , dwar kull emenda fil-lista tiegħu ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu rreġistrati fil-Komunità li huma awtorizzat li jistadu fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO . Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni fil-pront lis-Segretarjat tan- NAFO . 3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja: (a) in-numru intern tal-bastiment, kif definit fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta’ Diċembru 2003 fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità[31]; (b) il- call sign internazzjonali tar-radju; (c) il-kerrej tal-bastiment, fejn japplika; (d) it-tip ta’ bastiment. 4. Għal bastimenti li temporanjament itajru l-bandiera ta’ Stat Membru ( bare boat charter ), l-informazzjoni ppreżentata għandha barra minn hekk tinkludi: (a) id-data li minnha l-bastiment ġie awtorizzat li jtajjar il-bandiera ta’ l-Istat Membru; (b) id-data li fiha l-bastiment ġie awtorizzat mill-Istat Membru li jaħdem għas-sajd fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO ; (c) isem l-Istat fejn huwa rreġistrat il-bastiment jew fejn kien irreġistrat qabel u d-data li minnha waqaf itajjar il-bandiera ta’ dak l-Istat; (d) isem il-bastiment; (e) in-numru ta’ reġistrazzjoni uffiċjali tal-bastiment maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; (f) il-port ta’ irmiġġ permanenti tal-bastiment wara t-trasferiment; (g) isem is-sid jew il-kerrej tal-bastiment; (h) dikjarazzjoni li l-kaptan ingħata kopja tar-regolamenti fis-seħħ fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO ; (i) l-ispeċi prinċipali li jista’ jistad għalihom il-bastiment fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO ; (j) is-Subżoni fejn il-bastiment huwa mistenni li jistad. Is-Sezzjoni 2Miżuri tekniċi L-ARTIKOLU 27 QISIEN TA’ MALJI 1. L-użu ta’ xbiek tat-tkarkir li għandha f’xi parti minnha malji ta’ qies inqas minn 130 mm għandu jkun ipprojbit għal sajd dirett għal speċi ta’ ħut ta’ mal-qiegħ imsemmi fl-Anness VIII. Dan il-qies ta’ malji jista’ jiċċekken għal minimu ta’ 60 mm għal sajd dirett għall-klamar tal-pinen qsar ( Illex illecebrosus ). Għal sajd dirett għar-rebekkin u r-rajja ( Rajidae ) dan il-qies ta’ malji jista’ jiżdied għal minimu ta’ 280 mm fil-manka u 220 mm fil-partijiet l-oħra kollha tax-xbiek tat-tkarkir. 2. Bastimenti li jistadu għall-gambli ( Pandalus borealis ) għandhom jużaw xbieki b’qies minimu ta’ malji ta’ 40 mm. L-Artikolu 28Oġġetti mwaħħla max-xbiek 1. L-użu ta’ kwalunkwe mezz jew apparat għajr dawk deskritti f’dan l-Artikolu li jimblokka l-malji ta’ xbiek jew li jċekken id-daqs tagħhom għandu jkun projbit. 2. Kanvas, xibka jew xi materjal ieħor jista’ jitwaħħal man-naħa ta’ taħt tal-manka biex inaqqas jew jevita l-ħsara. 3. Apparati jistgħu jitwaħħlu man-naħa ta’ fuq tal-manka sakemm ma jimblukkawx il-malji tal-manka. L-użu ta’ chafers fin-naħa ta’ fuq għandu jkun limitat għal dawk elenkati fl-Anness IX. 4. Bastimenti li jistadu għall-gambli ( Pandalus borealis ) għandhom jużaw gradilji jew grilji ta’ gradazzjoni bi spazju massimu bejn il-vireg ta’ 22 mm. Bastimenti li jistadu għall-gambli fid-Diviżjoni 3L għandhom ikunu mgħammra b’ toggle chains ta’ tul minimu ta’ 72 cm kif deskritt fl-Anness X. L-Artikolu 29Qabdiet sekondarji 1. Bastimenti tas-sajd ma jistgħux jaħdmu f’sajd dirett għal speċi li għalihom japplikaw limiti ta’ qbid sekondarju. Sajd dirett għal speċi jkun qed isir meta dik l-ispeċi tkun tifforma l-ikbar persentaġġ ta’ qabda skond il-piż f’refgħa waħda. 2. Qabdiet sekondarji ta’ l-ispeċi li għalihom ma ġew stabbiliti l-ebda kwoti mill-Komunità għal xi parti miż-Żona Regolatorja tan- NAFO u meħuda f’dik il-parti waqt sajd dirett għal kwalunkwe speċi ma jistgħux jaqbżu għal kull speċi 2 500 kg jew 10% tal-piż tal-qbid totali miżmum abbord, skond liema minnhom ikun l-akbar. Madankollu, f’xi parti miż-Żona Regolatorja tan- NAFO fejn is-sajd dirett għal ċerti speċi huwa pprojbit jew xi kwota “ta’ oħrajn” tkun ġiet utilizzata kompletament, qabdiet sekondarji ta’ kull waħda mill-ispeċi elenkati fl-Anness ID m’għandhomx jaqbżu 1 250 kg jew 5% rispettivament. 3. Kull meta l-kwantitajiet totali ta’ speċi suġġetti għal limiti ta’ qbid sekondarju f’xi refgħa waħda jaqbżu l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2, skond liema minnhom japplika, il-bastimenti għandhom jitbiegħdu minimu ta’ ħames mili nawtiċi mill-pożizzjoni tar-refgħa preċedenti. Kull meta l-ammonti totali ta’ speċi suġġetti għal limiti ta’ qbid sekondarju fi kwalunkwe refgħa sussegwenti jaqbżu dawk il-limiti, il-bastimenti għandhom għal darb’oħra jitbiegħdu minnufih minimu ta’ ħames mili nawtiċi mill-pożizzjoni tar-refgħa preċedenti u m’għandhomx imorru lura fiż-żona għal mill-inqas 48 siegħa. 4. Fil-każ li l-qabdiet sekondarji totali ta’ l-ispeċi kollha f’xi refgħa jaqbżu 5 % bil-piż fid-Diviżjoni 3M u 2.5 % fid-Diviżjoni 3L, il-bastimenti li jkunu jistadu għall-gambli ( Pandalus borealis ), għandhom minnufih jitbiegħdu minimu ta’ ħames mili nawtiċi mill-pożizzjoni tar-refgħa preċedenti. 5. Qabdiet ta’ gambli m’għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-livell ta’ qbid sekondarju ta’ speċi ta’ ħut ta’ mal-qiegħ. L-Artikolu 30 Daqs minimu ta’ ħut 1. Ħut miż-Żona Regolatorja tan- NAFO li m’għandux id-daqs meħtieġ kif stipulat fl-Anness XI ma jistax jiġi pproċessat, miżmum abbord, ittrasbordat, maħtut l-art, ittrasportat, maħżun, mibjugħ, sponut jew offrut għall-bejgħ, imma għandu jintefa’ lura l-baħar minnufih. 2. Fejn il-kwantità ta’ ħut maqbud li ma jilħaqx id-daqs meħtieġ jaqbeż l-10% tal-kwantità totali, il-bastiment għandu jitbiegħed distanza ta’ mill-inqas ħames mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċedenti qabel ikompli jistad. Kull ħut ipproċessat li għalih japplikaw ħtiġijiet ta’ daqs minimu li jkun ta’ tul inqas minn dak fl-Anness XI, għandu jitqies li oriġina minn ħut li jaqa’ taħt id-daqs minimu ta’ ħut. Is-Sezzjoni 3Miżuri ta’ kontroll L-ARTIKOLU 31 TIKKETTJAR TAL-PRODOTT U STIVAR SEPARAT 1. Il-ħut kollu maħsud miż-Żona Regolatorja tan- NAFO għadu jiġi ttikkettjat b’tali mod li kull speċi u kategorija ta’ prodott kif imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 ikunu identifikabbli. Hu għandu jiġi mmarkat ukoll bħala maqbud fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO . 2. Il-gambli kollha maħsuda mid-Diviżjoni 3L u l-ħalibatt ta’ Greenland kollu maħsud mis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO għandhom jiġu mmarkati bħala maqbuda minn dawn iż-żoni rispettivi. 3. Qabdiet ta’ l-istess speċi għandhom jiġu stivati separatament b’mod ċar minn qabdiet ta’ speċi oħra. Il-qabdiet kollha meħuda miż-Żona Regolatorja tan- NAFO għandhom jiġu stivati separatament minn qabdiet meħuda minn barra din iż-żona.Il-qabdiet jistgħu jiġu stivati f’waħda jew iktar partijiet ta’ l-istiva imma f’kull parti ta’ l-istiva fejn jiġu stivati, huma għandhom jinżammu separati b’mod ċar, bl-użu ta’ plastik, plajwudd, xibka, eċċ. minn qabdiet ta’ speċi oħra. L-Artikolu 32Ġurnali ta’ abbord tas-sajd u tal-produzzjoni u pjan ta’ stivar 1. Minbarra li jikkonformaw ma’ l-Artikoli 6, 8, 11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptani tal-bastimenti għandhom iniżżlu fil-ġurnal ta’ abbord l-informazzjoni elenkata fl-Anness XII. 2. Kull Stat Membru għandu, qabel il-15 ta’ kull xahar, jinnotifika lill-Kummissjoni, f’forma li tinqara mill-kompjuter, bil-kwantitajiet ta’ l-istokkijiet speċifikati fl-Anness XIII maħtuta l-art matul ix-xahar preċedenti u jikkomunika kull informazzjoni li jkun irċieva taħt l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. 3. Il-kaptani ta’ bastiment tal-Komunità għandhom, fir-rigward tal-qabdiet ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness IC, iżommu: (a) ġurnal ta’ abbord tal-produzzjoni li fih iniżżlu l-produzzjoni kumulattiva tagħhom, skond l-ispeċi abbord bil-piż mogħti f’kilogrammi; (b) pjanta ta’ stivar li juri fejn jinsabu l-ispeċi differenti fl-istivi. 4. Il-ġurnal ta’ abbord tal-produzzjoni u l-pjanta ta’ stivar imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu aġġornati ta’ kuljum għall-ġurnata ta’ qabel meqjusa mis-siegħa 00.00 (UTC) sas-siegħa 24.00 (UTC) u għandhom jinżammu abbord sakemm il-bastiment jinħatt kompletament. 5. Il-kaptan għandu jipprovdi l-għajnuna meħtieġa biex il-kwantitajiet iddikjarati fil-ġurnal ta’ abbord tal-produzzjoni u l-prodotti pproċessati abbord jkunu jistgħu jiġu vverifikati. 6. L-Istati Membri għandhom kull sentejn jiċċertifikaw l-eżattezza tal-pjanti tal-kapaċità tal-bastimenti kollha tal-Komunità awtorizzati għas-sajd skond l-Artikolu 26(1). Il-kaptan għandu jiżgura li kopja ta’ tali ċertifikazzjoni tibqa’ abbord biex tintwera lill-ispettur malli tintalab. L-Artikolu 33Ġarr ta’ xbieki 1. Waqt sajd dirett għal waħda jew aktar mill-ispeċi elenkati fl-Anness VIII, il-bastimenti tal-Komunità m’għandhomx iġorru xbieki b’malji ta’ qies iżgħar minn dak stipulat fl-Artikolu 27. 2. Madankollu, il-bastimenti tal-Komunità li jkunu qed jistadu matul l-istess vjaġġ f’żoni għajr dawk taż-Żona Regolatorja tan- NAFO jistgħu jżommu abbord xbieki ta’ qies iżgħar minn dak stipulat fl-Artikolu 27 sakemm dawn ikunu marbuta sew u stivati u ma jkunux lesti għal użu immedjat. Tali xbieki għandhom: (a) ikunu maħlula minn mad-diriġenti u l-wajers u l-ħbula ta’ l-irfigħ jew tkarkir tagħhom; u (b) jekk ikunu qed jinġarru fuq jew ’il fuq mill-gverta għandhom ikunu marbuta sew ma’ parti tas-sovrastruttura. L-Artikolu 34Trasbord 1. Il-bastimenti tal-Komunità m’għandhomx jagħmlu ħidmiet ta’ trasbord fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO ħlief jekk ikunu ngħataw awtorizzazzjoni minn qabel biex jagħmlu hekk mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. 2. Bastimenti tal-Komunità m’għandhomx jagħmlu ħidmiet ta’ trasbord ta’ ħut minn jew għal bastiment ta’ Parti mhux Kontraenti li jkunu raw jew inkella identifikaw f’ħidmiet ta’ sajd fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO . 3. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jirrapportaw kull trasbord fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Bastimenti donaturi għandhom jagħmlu dak ir-rapport minn ta’ l-inqas erbgħa u għoxrin siegħa bil-quddiem u l-bastimenti riċevituri mhux aktar tard minn siegħa wara t-trasbord. 4. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jinkludi l-ħin, il-pożizzjoni ġeografika, il-piż totali għal kull speċi għall-ħatt jew għat-tagħbija sa l-eqreb kilogramm kif ukoll il- call sign tal-bastimenti involuti fit-trasbord. 5. Il-bastiment riċevitur għandu minbarra l-qabda abbord u l-piż totali li jkun se jinħatt l-art, jirrapporta l-isem tal-port u l-ħin mistenni tal-ħatt l-art minn ta’ l-inqas 24 siegħa qabel kull ħatt l-art. 6. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu fil-pront ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 3 u 5 lill-Kummissjoni li għandha mill-ewwel tgħaddihom lis-Segretarjat tan- NAFO . L-Artikolu 35 Kiri ta’ bastimenti tal-Komunità 1. L-Istati Membri jistgħu japprovaw li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom u li huwa awtorizzat għas-sajd fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO jkun suġġett għal arranġament ta’ kiri għall-użu ta’ parti minn jew kwota sħiħa u/jew ġranet ta’ sajd allokati lil Parti Kontraenti oħra tan- NAFO . Arranġamenti ta’ kiri li jinvolvu bastimenti identifikati min- NAFO jew kwalunkwe Organizzazzjoni Reġjonali tas-sajd oħra bħala li kienu involuti f’attivitajiet ta’ sajd Illegali, Mhux Irrapportati u Mhux Irregolati ( IUU ) m’għandhomx madankollu jkunu permessi. 2. Fid-data tal-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kiri, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni li għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan- NAFO : (a) il-kunsens tiegħu għall-ftehim ta’ kiri; (b) l-ispeċi koperti mill-kiri u l-opportunitajiet tas-sajd allokati bil-kuntratt tal-kiri; (c) it-tul ta’ l-arranġament tal-kiri; (d) l-isem ta’ sid il-kiri; (e) Il-Parti Kontraenti li ħadet b’kiri l-bastiment; (f) l-azzjoni meħuda mill-Istat Membru biex jiżgura li l-bastimenti mikrija li jtajru l-bandiera tiegħu jikkonformaw mal-miżuri tal-konservazzjoni u l-infurzar tan- NAFO għal tul il-perjodu tal-kiri. 3. Meta jispiċċa l-arranġament tal-kiri, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-Kummissjoni li għandha mill-ewwel tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan- NAFO . 4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jaġixxi biex jiżgura li: (a) il-bastiment ma jkunx awtorizzat jistad matul il-perjodu ta’ kiri mill-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istat membru tal-bandiera; (b) il-bastiment ma jkunx awtorizzat jistad taħt aktar minn arranġament wieħed ta’ kiri matul l-istess perjodu; (c) il-bastiment jikkonforma mal-miżuri tal-konservazzjoni u l-infurzar tan- NAFO għal tul il-perjodu tal-kiri; (d) il-qabdiet u qabdiet sekondarji kollha taħt arranġamenti ta’ kiri nnotifikati jiġu mniżżla fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd mill-bastiment mikri separatament mid- data ta’ qbid ieħor. 5. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-qabdiet u l-qabdiet sekondarji kollha msemmija fil-paragrafu 4(d) lill-Kummissjoni separatament minn data nazzjonali ta’ qbid oħra. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik id- data mill-ewwel lis-Segretarju Eżekuttiv tan- NAFO . L-Artikolu 36Monitoraġġ ta’ l-isforz tas-sajd 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tiegħu huma proporzjonati ma’ l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dak l-Istat Membru fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO . 2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni l-pjan tas-sajd għall-bastimenti tagħhom li jkunu jistadu għal speċi fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2006 jew, minn dakinhar, mill-inqas 30 jum qabel il-bidu ta’ tali attività. Il-pjan tas-sajd għandu jidentifika, inter alia , il-bastiment jew il-bastimenti li jkunu se jaħdmu f’dan is-sajd u n-numru ta’ ġranet ta’ sajd li dawk il-bastimenti jkunu se jqattgħu fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO . 3. L-Istati Membri għandhom, fuq bażi indikattiva, jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-attivitajiet li biħsiebhom iwettqu l-bastimenti f’żoni oħra. 4. Il-pjan tas-sajd għandu jirrappreżenta l-isforz tas-sajd totali li se jitħaddem fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO fir-rigward ta’ l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Istat Membru li jagħmel in-notifikazzjoni. 5. L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006, jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar it-twettiq tal-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu n-numru ta’ bastimenti attwalment involuti f’attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO , il-qabdiet ta’ kull bastiment u n-numru totali ta’ ġranet li kull bastiment stad f’dik iż-Żona. L-attivitajiet ta’ bastimenti li jkunu jistadu għall-gambli fid-Diviżjonijiet 3M u 3L għandhom jiġu rapportati separatament għal kull Diviżjoni. Is-Sezzjoni 4 ĦTIġIJIET SPEċJALI GħAL ġBIR TAD- DATA 1. L-ISTATI MEMBRI GħANDHOM IWETTQU, FEJN HU POSSIBBLI, ARRANġAMENTI SPEċJALI GħALL-ġBIR TAD- data tal-bastimenti tagħhom li jistadu fiż-żoni li ġejjin: Żona Koordinat 1 Koordinat 2 Koordinat 3 Koordinat 4 | Orphan Knoll | 50.00.30 47.00.30 | 51.00.30 45.00.30 | 51.00.30 47.00.30 | 50.00.30 45.00.30 | Corner Seamounts | 35.00.00 48.00.00 | 36.00.00 48.00.00 | 36.00.00 52.00.00 | 35.00.00 52.00.00 | Newfoundland Seamounts | 43.29.00 43.20.00 | 44.00.00 43.20.00 | 44.00.00 46.40.00 | 43.29.00 46.40.00 | New England Seamounts | 35.00.00 57.00.00 | 39.00.00 57.00.00 | 39.00.00 64.00.00 | 35.00.00 64.00.00 | 2. Data li trid tinġabar skond il-paragrafu 1 għandha tinġabar abbażi ta’ sett b’sett u għandha, safejn hu possibbli, tinkludi: a) Il-kompożizzjoni ta’ l-ispeċi f’għadd u piż; b) Il-frekwenzi tat-tulijiet; c) Otoliti; d) Il-pożizzjoni tat-tfigħ, latitudnijiet u lonġitudnijiet; e) It-tagħmir tas-sajd; f) Il-fond mistad; g) Il-ħin tal-ġurnata; h) Id-dewmien fil-post tat-tfigħ; i) Il-bidu tal-ġbid (għal tagħmir mobbli); j) Teħid ieħor ta’ kampjuni bijoloġiċi bħal maturità fejn hu possibbli. 3. Id-data miġbura skond il-paragrafu 1 għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri biex jiġu trasmessi lis-Segretarjat tan- NAFO malajr kemm jista’ jkun wara tmiem kull vjaġġ ta’ sajd. IS-SEZZJONI 5 DISPOżIZZJONIJIET SPEċJALI DWAR IL-GAMBLI TAT-TRAMUNTANA L-ARTIKOLU 37 SAJD GħALL-GAMBLI TAT-TRAMUNTANA Kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni ta’ kuljum il-kwantitajiet ta’ Gambli tat-tramuntana ( Pandalus borealis ) maqbuda fid-Diviżjoni 3L taż-Żona Regolatorja tan- NAFO minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u rreġistrati fil-Komunità. L-attivitajiet kollha tas-sajd għandhom isiru f’fond ta’ aktar minn 200 metru u għandhom ikunu limitati għal bastiment wieħed għal kull allokazzjoni ta’ Stat Membru f’xi ħin partikolari. Is-Sezzjoni 6Dispożizzjonijiet speċjali għall-irkupru tal-ħalibatt ta’ Greenland L-ARTIKOLU 38 PROJBIZZJONI FIR-RIGWARD TAL-ħALIBATT TA’ GREENLAND Għandu jkun ipprojbit għal bastimenti tal-Komunità li jistadu għall-ħalibatt ta’ Greenland fis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO tan- NAFO u li jżommu abbord, jittrasportaw jew iħottu l-art ħalibatt ta’ Greenland mistad f’dik iż-Żona jekk ma jkollhomx permess tas-sajd speċjali maħruġ mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom. L-Artikolu 39Lista ta’ bastimenti 1. Stat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti tal-Komunità li għalihom il-permessi tas-sajd speċjali msemmija fl-Artikolu 38 ikunu se jinħarġu jkunu inklużi f’lista li jkun fiha l-ismijiet u n-numri interni tagħhom kif definit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 26/2004. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-permess tas-sajd speċjali biss meta l-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tan- NAFO . 2. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-lista li hemm ipprovdut għaliha fil-paragrafu 1 u l-emendi kollha sussegwenti f’forma li tinqara mill-kompjuter. 3. Emendi li jsiru fil-lista li hemm ipprovdut għaliha fil-paragrafu 1 għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni ta’ l-inqas ħamest ijiem qabel id-data li fiha l-bastiment imdaħħal ġdid fil-lista jidħol fis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-emendi tal-lista fil-pront lis-Segretarjat tan- NAFO . 4. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jalloka l-kwota tiegħu għall-ħalibatt ta’ Greenland fost il-bastimenti tiegħu inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-allokazzjoni ta’ kwoti mhux aktar tard minn 15-il jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 40Rapporti 1. Il-kaptani ta’ bastimenti tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 39(1) għandhom jittrasmettu r-rapporti li ġejjin lill-Istat Membru tal-bandiera: (a) il-kwantitajiet ta’ ħalibatt ta’ Greenland miżmuma abbord meta l-bastiment tal-Komunità jidħol fis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO. Dan ir-rapport għandu jiġi trasmess mhux aktar kmieni minn 12-il siegħa u mhux aktar tard minn 6 sigħat qabel kull dħul tal-bastiment f’din iż-żona; (b) il-qabdiet fil-ġimgħa ta’ ħalibatt ta’ Greenland. Dan ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-ewwel darba mhux aktar tard mis-seba’ jum wara d-dħul tal-bastiment fis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3 KLMNO, jew, meta l-vjaġġi ta’ sajd ikunu itwal minn sebat ijiem, mhux aktar tard mit-Tnejn għall-qabdiet li jkunu ttieħdu mis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3 KLMNO matul il-ġimgħa ta’ qabel li tispiċċa l-Ħadd f’nofsillejl; (c) il-kwantitajiet ta’ ħalibatt ta’ Greenland miżmuma abbord meta l-bastiment tal-Komunità jħalli s-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO. Dan ir-rapport għandu jiġi trasmess mhux aktar kmieni minn 12-il siegħa mhux aktar tard minn 6 sigħat qabel kull tluq tal-bastiment minn din iż-żona u għandu jinkludi n-numru ta’ ġranet ta’ sajd u t-total tal-qabdiet f’din iż-żona; (d) il-kwantitajiet imbarkati u żbarkati f’kull trasbord ta’ ħalibatt ta’ Greenland matul il-qagħda tal-bastiment fis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3KLMNO. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu trasmessi mhux aktar tard minn 24 siegħa mit-tlestija tat-trasbord. 2. L-Istati Membri għandhom, kif jirċevuhom, jittrasmettu r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1(a), (c) u (d) lill-Kummissjoni. 3. Meta l-qabdiet ta’ ħalibatt ta’ Greenland innotifikati skond il-paragrafu 2 jitqiesu li jkunu eżawrew 70% tal-kwota allokata lill-Istati Membri, il-kaptani għandhom jittrasmettu r-rapporti msemmija fil-punt 1(b) fuq bażi ta’ tlitt ijiem. L-Artikolu 41Portijiet deżinjati 1. Għandu jkun ipprojbit il-ħatt l-art ta’ kull kwantità ta’ ħalibatt ta’ Greenland f’kull post għajr il-portijiet deżinjati mill-Partijiet Kontraenti tan- NAFO . Ħatt l-art ta’ ħalibatt ta’ Greenland f’portijiet ta’ Partijiet mhux Kontraenti huwa pprojbit. 2. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw portijiet li fihom jista’ jsir il-ħatt ta’ ħalibatt ta’ Greenland u għandhom jiddeterminaw il-proċeduri assoċjati ta’ spezzjoni u sorveljanza, inklużi t-termini u l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u r-rapportaġġ tal-kwantitajiet ta’ ħalibatt ta’ Greenland f’kull ħatt l-art. 3. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni fi żmien 15-il ġurnata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament lista tal-portijiet deżinjati u, sa 15-il ġurnata minn dakinhar, il-proċeduri assoċjati ta’ spezzjoni u sorveljanza msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni fil-pront lis-Segretarjat tan- NAFO . 4. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti fil-pront il-lista tal-portijiet deżinjati msemmija fil-paragrafu 2 u wkoll tal-portijiet deżinjati minn Partijiet Kontraenti oħra tan- NAFO lill-Istati Membri kollha. L-Artikolu 42Spezzjoni fil-port 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti kollha li jidħlu f’port deżinjat biex iħottu l-art/jew jittrasbordaw ħalibatt ta’ Greenland maqbud fis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet 3 KLMNO tan- NAFO ssirilhom spezzjoni fil-port f’konformità ma’ l-iskema ta’ spezzjoni fil-port tan- NAFO . 2. Għandu jkun ipprojbit il-ħatt/ jew it-trasbord ta’ qabdiet mill-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 qabel ikunu preżenti l-ispetturi. 3. Il-kwantitajiet kollha maħtuta għandhom jintiżnu skond l-ispeċi qabel it-trasport lejn maħżen tal-friża jew destinazzjoni oħra. 4. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu r-rapport relattiv ta’ spezzjoni fil-port lis-Segretarjat tan- NAFO , ma’ kopja lill-Kummissjoni, fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol mid-data tat-tlestija ta’ l-ispezzjoni. L-Artikolu 43Projbizzjoni ta’ ħatt l-art u trasbord minn bastimenti ta’ Partijiet mhux Kontraenti L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ħatt l-art u t-trasbord ta’ ħalibatt ta’ Greenland minn bastimenti tas-sajd ta’ Partijiet mhux Kontraenti tan- NAFO li jkunu żvolġew attivitajiet ta’ sajd fiż-Żona Regolatorja tan- NAFO jkunu pprojbiti. L-Artikolu 44Prosegwiment ta’ attivitajiet ta’ sajd L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twettiq tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 38 sa 43, inkluż l-għadd totali ta’ ġranet ta’ sajd. Is-Sezzjoni 7Dispożizzjonijiet speċjali għar- REDFISH L-ARTIKOLU 45 SAJD GħAR-REDFISH 1. Kull tieni Tnejn, il-kaptan ta’ bastiment tal-Komunità li jkun jistad għar- redfish fid-Diviżjoni Subżona 2 u d-Diviżjonijiet IF, 3K u 3M taż-Żona Regolatorja tan- NAFO , għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru, li tiegħu il-bastiment itajjar il-bandiera jew li fih huwa rreġistrat, il-kwantitajiet ta’ redfish maqbuda f’dawk iż-żoni fil-perjodu ta’ ġimagħtejn li jispiċċa f’nofsillejl tal-Ħadd ta’ qabel. Meta l-qabdiet akkumulati jilħqu 50% tat- TAC , in-notifika għandha ssir ta’ kull ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn. 2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull tieni Tlieta qabel nofsinhar għall-ġimagħtejn li jintemmu f’nofsillejl tal-Ħadd ta’ qabel il-kwantitajiet ta’ redfish maqbuda fis-Subżona 2 u d-Diviżjonijiet IF, 3K u 3M taż-Żona Regolatorja tan- NAFO minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u huma rreġistrati fit-territorju tagħhom. Meta l-qabdiet akkumulati jilħqu 50% tat- TAC , ir-rapporti għandhom jintbagħtu darba f’ġimgħa. IL-KAPITOLU VIIDispożizzjonijiet speċjali g ħal bastimenti tal-Komunità li jistadu fiż-żona tas- CCAMLR Is-Sezzjoni 1 RESTRIZZJONIJIET U ħTIġIJIET TA’ INFORMAZZJONI DWAR BASTIMENTI L-ARTIKOLU 46 PROJBIZZJONIJIET U LIMITAZZJONIJIET TAL-QBID 1. Sajd dirett għall-ispeċi imsemmija fl-Anness XIV għandu jkun ipprojbit fiż-żoni u matul il-perjodi stipulati f’dak l-Anness. 2. Għal sajd ġdid u esploratorju, il-limiti tal-qbid u tal-qbid sekondarju stabbiliti fl-Anness XV għandhom japplikaw fis-Subżoni msemmija f’dak l-Anness. L-Artikolu 47 Ħtiġijiet ta’ informazzjoni rigward bastimenti awtorizzati għas-sajd fiż-Żona tas-CCAMLR 1. Minbarra l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni dwar il-bastimenti awtorizzati stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 601/2004, l-Istati Membri għandhom, b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2006, jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan li ġej fir-rigward ta’ tali bastimenti: (a) in-numru IMO tal-bastiment (jekk inħareġ); (b) il-bandiera ta’ qabel, jekk kien hemm; (c) il- call sign internazzjonali tar-Radju; (d) l-isem u l-indirizz tas-sid(ien) tal-bastiment u kwalunkwe sid(ien) benefiċjarju/i, jekk magħruf/a; (e) it-tip ta’ bastiment; (f) fejn u meta nbena; (g) it-tul; (h) ritratt bil-kulur tal-bastiment, li għandu jikkonsisti minn: (i) ritratt mhux iżgħar minn 12 b’7 cm tan-naħa tal-lemin ( starboard side ), li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tiegħu; (ii) ritratt mhux iżgħar minn 12 b’7 cm tan-naħa tax-xellug ( port side ), li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tiegħu; (iii) ritratt mhux iżgħar minn 12 b’7 cm tal-poppa, miġbud direttament min-naħa tal-poppa; (i) il-miżuri meħuda biex jiżguraw it-tħaddim bla tbagħbis tat-tagħmir ta’ l-osservazzjoni bis-satellita stallat abbord. 2. B’effett mill-1 ta’ Awwissu 2006, l-Istati Membri għandhom, safejn huwa prattikabbli, jgħaddu wkoll lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar il-bastimenti awtorizzati għas-sajd fiż-Żona tas- CCAMLR : (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur, jekk differenti minn dak tas-sid(ien); (b) l-ismijiet u n-nazzjonalità tal-kaptan u, fejn japplika, tal-kaptan tas-sajd; (c) it-tip ta’ metodu jew metodi tas-sajd; (d) il-wisa’ (ta’ l-aktar parti wiesgħa) (m); (e) it-tunnellaġġ gross reġistrat; (f) it-tip u n-numri tal-komunikazzjoni tal-bastiment (in-numri INMARSAT A, B u C ); (g) in-numru normali ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ; (h) is-saħħa tal-magna jew magni prinċipali (kW); (i) il-kapaċità tal-ġarr (tunnellati), numru ta’ stivi tal-ħut u l-kapaċità tagħhom (m³); (j) kull informazzjoni oħra ( e.g. klassifikazzjoni tas-silġ) ikkunsidrata xierqa. Is-Sezzjoni 2Sajd esploratorju L-ARTIKOLU 48 PARTEċIPAZZJONI F’SAJD ESPLORATORJU 1. Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ u huma rreġistrati fi Spanja li ġew innotifikati lis- CCAMLR f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 601/2004 jistgħu jipparteċipaw f’sajd esploratorju bil-konzijiet għad- Dissostichus spp. fis-Subżoni 88.1 u 88.2 tal- FAO u wkoll fid-Diviżjonijiet 58.4.1, 58.4.2, 58.4.3a) barra minn Żoni ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali u 58.4.3b) barra minn Żoni ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali. 2. Mhux aktar minn bastiment tas-sajd wieħed għandu jistad fid-Diviżjonijiet 58.4.3a) u 58.4.3b) fl-istess ħin. 3. Fir-rigward tas-Subżoni 88.1 u 88.2 u wkoll tad-Diviżjonijiet 58.4.1 u 58.4.2, il-limiti tal-qbid u l-qbid sekondarju għal kull Subżona u Diviżjoni, u d-distribuzzjoni tagħhom f’Unitajiet ta’ Riċerka fuq Skala Żgħira ( SSRU s) fi ħdan kull waħda minnhom għandhom isiru kif stipulat fl-Anness XV. Is-sajd fi kwalunkwe SSRU għandu jieqaf malli l-qbid irrapportat jilħaq il-limitu tal-qbid speċifiku u dik l- SSRU għandha tingħalaq għas-sajd għall-bqija ta’ l-istaġun. 4. Is-sajd għandu jsir f’medda ġeografika u batimetrika wiesgħa kemm jista’ jkun sabiex jinkiseb it-tagħrif meħtieġ biex isir magħruf il-potenzjal tas-sajd u tiġi evitata l-konċentrazzjoni żejda ta’ qbid u sforz tas-sajd. Madankollu, s-sajd fid-Diviżjonijiet 58.4.1 u 58.4.2 għandu jkun ipprojbit f’fond inqas minn 550 m. L-Artikolu 49Sistemi ta’ rapportaġġ Bastimenti tas-sajd li jipparteċipaw fis-sajd esploratorju msemmi fl-Artikolu 48 għandhom ikunu suġġetti għas-sistemi ta’ rapportaġġ ta’ qbid u sforz li ġejjin: (a) is-Sistema ta’ Rapportaġġ tal-Qbid u l-Isforz kull Ħamest Ijiem stabbilita fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 601/2004, bl-eċċezzjoni li l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti tal-qbid u l-isforz mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara tmiem kull perjodu ta’ rapportaġġ, biex jiġu trasmessi immedjatament lis- CCAMLR . Fis-Subżoni 88.1 u 88.2 u wkoll fid-Diviżjonijiet 58.4.1 u 58.42, ir-rapportaġġ għandu jsir mill-Unità ta’ Riċerka fuq Skala Żgħira; (b) is-Sistema ta’ Rapportaġġ tal-Qbid u l-Isforz fuq skala fina ta’ Kull Xahar stipulata fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 601/2004; (c) l-għadd u l-piż totali ta’ Dissostichus eleginoides u Dissostichus mawsoni mormija, inklużi dawk bil-kondizzjoni ġelatinuża (" jellymeat "), għandhom jiġu rrapportati. L-Artikolu 50 Ħtiġijiet speċjali 1. Is-sajd esploratorju kif imsemmi fl-Artikolu 48 għandu jsir f’konformità ma’ l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jistipula ċerti miżuri tekniċi applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta’ l-Antartiku[32] fir-rigward ta’ miżuri applikabbli għat-tnaqqis tal-mortalità inċidentali ta’ tajr tal-baħar waqt sajd bil-konzijiet. Minbarra dawn il-miżuri: (a) ir-rimi ta’ ġewwieni għandu jkun ipprojbit f’dan is-sajd; (b) il-bastimenti li jipparteċipaw f’sajd esploratorju fid-Diviżjonijiet 58.4.1 u 58.4.2 li jikkonformaw mal-Protokolli (A, B or C) tas- CCAMLR dwar il-piżijiet użati fil-konzijiet għandhom ikunu eżentati mill-ħtiġijiet tat-tfigħ bil-lejl; madankollu, bastimenti li jaqbdu total ta’ tliet (3) tjur tal-baħar għandhom jaqilbu minnufih għal tfigħ bil-lejl f’konformità ma’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 601/2004; (c) il-bastimenti li jipparteċipaw f’sajd esploratorju fis-Subżoni 88.1 u 88.2 u wkoll fid-Diviżjonijiet 58.4.3a) u 58.4.3b) li jaqbdu total ta’ tliet (3) tjur tal-baħar għandhom jieqfu mis-sajd minnufih u m’għandhomx jitħallew jistadu barra l-istaġun normali tas-sajd għall-bqija ta’ l-istaġun 2005/06. 2. Il-bastimenti tas-sajd li jipparteċipaw f’sajd esploratorju fis-Subżoni 88.1 u 88.2 tal- FAO għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġijiet addizzjonali li ġejjin: (a) il-bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jarmu: (i) żejt jew prodotti tal-fjuwil jew residwi żejtnija fil-baħar, ħlief kif permess fl-Anness I għall-MARPOL 73/78 (Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġiż minn Bastimenti); (ii) żibel; (iii) skart ta’ l-ikel li ma jgħaddix minn għarbiel b’toqob iżgħar minn 25 mm; (iv) tajr domestiku ( poultry ) jew partijiet minnu (inkluż qxur tal-bajd); (v) drenaġġ ’il ġewwa minn 12-il mil nawtiku minn blat maħruġ ’il barra ta’ art jew silġ, jew drenaġġ waqt li l-bastiment ikun ibaħħar b’veloċità ta’ inqas minn 4 knots; jew (vi) irmied ta’ ħruq; (b) ebda tajr domestiku ħaj jew tajr ħaj ieħor m’għandu jiddaħħal fis-Subżoni 88.1 u 88.2 u kull tajr domestiku pproċessat mhux ikkunsmat għandu jitneħħa mis-Subżoni 88.1 u 88.2; (c) is-sajd għad- Dissostichus spp. fis-Subżoni 88.1 u 88.2 għandu jiġi pprojbit ’il ġewwa minn 10 mili nawtiċi mill-kosta tal-Gżejjer Balleny. L-Artikolu 51Definizzjoni ta’ refgħat (hauls) 1. Għall-finijiet ta’ din is-Sezzjoni, refgħa għandha tinkludi t-tfigħ ta’ wieħed jew aktar konzijiet f’post wieħed. Il-pożizzjoni ġeografika preċiża ta’ refgħa għandha tiġi ddeterminata mill-punt taċ-ċentru tal-konz jew konzijiet imħaddma għall-finijiet tar-rapportaġġ tal-qbid u l-isforz. 2. Sabiex tiġi ddeżinjata bħala refgħa ta’ riċerka: (a) kull refgħa ta’ riċerka għandha tkun imbiegħda mhux anqas minn ħames mili nawtiċi minn kull refgħa ta’ riċerka oħra, u d-distanza titkejjel miċ-ċentru ġeografiku ta’ kull refgħa ta’ riċerka; (b) kull refgħa għandu jkollha mhux anqas minn 3 500 sunnara u mhux iktar minn 10 000 sunnara; din tista’ tkun magħmula minn konzijiet separati mitfugħa fl-istess post; (c) kull refgħa ta’ konz għandha tagħmel ħin fl-ilma ta’ mhux inqas minn sitt sigħat, meqjusa mill-ħin tat-tlestija tal-proċess tat-tfigħ sal-bidu tal-proċess ta’ l-irfigħ. L-Artikolu 52Pjanijiet ta’ riċerka Il-bastimenti tas-sajd li jipparteċipaw fis-sajd esploratorju msemmi fl-Artikolu 48 għandhom iwettqu Pjanijiet ta’ Riċerka, f’kull waħda u fl- SSRU s kollha li fihom is-Subżoni 88.1 u 88.2 tal- FAO u wkoll id-Diviżjonijiet 58.4.1 u 58.4.2 huma maqsuma. Il-Pjan ta’ Riċerka għandu jitwettaq bil-mod li ġej: (a) ma’ l-ewwel dħul f’ SSRU , l-ewwel 10 refgħat, iddeżinjati "l-ewwel serje", għandhom jiġu ddeżinjati "refgħat ta’ riċerka" u għandhom jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 51(2); (b) l-10 refgħat suċċessivi, jew 10 tunnellati ta’ qbid, liema livell ta’ skatt minnhom jintlaħaq l-ewwel, għandhom jiġu ddeżinjati "it-tieni serje ". Ir-refgħat tat-tieni serje jista’, fid-diskrezzjoni tal-kaptan, isir sajd għalihom bħala parti minn sajd esploratorju normali. Madankollu, sakemm jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 51(2), dawn ir-refgħat jistgħu jiġu ddeżinjati wkoll bħala refgħat ta’ riċerka; (c) malli jitlestew l-ewwel u t-tieni serje ta’ refgħat, jekk il-kaptan jixtieq ikompli jistad fl- SSRU , il-bastiment għandu jidħol għal "tielet serje " li għandha tagħti total ta’ 20 refgħa ta’ riċerka magħmula b’kollox fit-tliet serjejiet. It-tielet serje ta’ refgħat għandha titlesta matul l-istess żjara ta’ l-ewwel u t-tieni serje f’ SSRU ; (d) malli jitlestew 20 refgħa ta’ riċerka bit-tielet serje, il-bastiment jista’ jkompli jistad fl- SSRU ; (e) fl- SSRU s A, B, C, E u G fis-Subżoni 88.1 u 88.2 fejn qiegħ il-baħar li fih jista’ jsir sajd huwa inqas minn 15 000 km², il-punti (b), (c) u (d) m’għandhomx japplikaw u kif jitlestew 10 refgħat ta’ riċerka l-bastiment jista’ jkompli jistad fl- SSRU . L-Artikolu 53Pjanijiet ta’ ġbir ta’ data 1. Il-bastimenti tas-sajd li jipparteċipaw fis-sajd esploratorju msemmi fl-Artikolu 48 għandhom iwettqu l-pjanijiet ta’ ġbir ta’ data , f’kull waħda u fl- SSRU s kollha li fihom is-Subżoni 88.1 u 88.2 tal- FAO u wkoll id-Diviżjonijiet 58.4.1 u 58.4.2 huma maqsuma. Il-Pjan ta’ Ġbir ta’ Data għandu jinkludi d- data li ġejja: (a) il-pożizzjoni u l-fond tal-baħar f’kull tarf ta’ kull konz f’refgħa; (b) il-ħinijiet tat-tfigħ, tad-dewmien fl-ilma u ta’ l-irfigħ; (c) l-għadd u l-ispeċi tal-ħut li jeħles fil-wiċċ; (d) in-numru ta’ snanar mitfugħa; (e) it-tip ta’ lixka; (f) is-suċċess tal-lixkar (%); (g) it-tip ta’ sunnara , u (h) il-kondizzjonijiet tal-baħar u s-sħab u l-fażi tal-qamar fil-ħin tat-tfigħ tal-konzijiet. 2. Id- data kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinġabar għal kull refgħa ta’ riċerka; b’mod partikolari, il-ħut kollu f’refgħa ta’ riċerka sa 100 ħuta għandu jitkejjel u għandu jittieħed kampjun ta’ minn ta’ l-inqas 30 ħuta għal studji bijoloġiċi. Fejn jinqabdu aktar minn 100 ħuta, metodu ta’ random subsampling għandu jiġi applikat. L-Artikolu 54Programm ta’ tteggjar Kull bastiment tas-sajd li jipparteċipa fis-sajd esploratorju kif imsemmi fl-Artikolu 48 għandu jwettaq programm ta’ tteggjar kif ġej: (a) Individwi Dissostichus spp. għandhom jiġu tteggjati u rilaxxati bir-rata ta’ individwu għal kull tunnellata ta’ green weight tal-qbid matul l-istaġun kollu f’konformità mal-Protokoll ta’ l-Itteggjar tas- CCAMLR . Il-bastimenti għandhom jieqfu biss mill-itteggjar wara li jkunu tteggjaw 500 individwu, jew jieqfu mis-sajd wara li jkunu tteggjaw individwu għal kull tunnellata ta’ green weight ta’ qbid; (b) Il-programm għandu jkun immirat għal individwi ta’ kull daqs sabiex tintlaħaq il-ħtieġa ta’ tteggjar ta’ individwu għal kull tunnellata ta’ green weight ta’ qbid. L-individwi kollha mitluqa għandhom jiġu tteggjati b’żewġ teggs u t-telqien għandu jkopri area ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli; (c) it-teggs kollha għandhom ikunu stampati b’mod ċar b’numru tas-serje uniku u l-indirizz tas-sors sabiex l-oriġini tat-teggs tkun tista’ tiġi ttraċċata lura fil-każ li l-individwu tteggjat jerġa’ jinqabad; (d) kull individwi tteggjat maqbud mill-ġdid ( i.e . ħut maqbud li kellu tegg minn qabel) m’għandux jiġi rilaxxat mill-ġdid, anki jekk kien liberu għal perjodu qasir biss; (e) kull individwu tteggjat maqbud mill-ġdid għandhom jittiħdulu d-dettalji bijoloġiċi (it-tul, il-piż, is-sess, l-istadju gonadali), u possibbilment jittiħidlu ritratt elettroniku, jiġu rkuprati l-otoliti u titneħħielu t-tegg; (f) id- data kollha rilevanti tat-tegg u kull qbid mill-ġdid ta’ teggs li jirreġistraw id- data għandhom jiġu rrapportati b’mod elettroniku fil-format CCAMLR lis- CCAMLR fi żmien tliet xhur mit-tluq tal-bastiment minn dan is-sajd; (g) id- data rilevanti kollha tat-tegg, kull qbid mill-ġdid ta’ teggs li jirreġistraw id- data , u eżemplari maqbuda mill-ġdid għandhom jiġu rrapportati wkoll b’mod elettroniku fil-format CCAMLR fl-arkivju reġjonali tad- data rispettiv kif imniżżel fil-Protokoll ta’ l-Itteggjar tas- CCAMLR . L-Artikolu 55Osservaturi Xjentifiċi Kull bastiment tas-sajd li jieħu sehem fis-sajd esploratorju msemmi fl-Artikolu 48 għandu jkollu minn ta’ l-inqas żewġ osservaturi xjentifiċi, li wieħed minnhom għandu jkun osservatur maħtur skond l-Iskema ta’ Osservazzjoni Xjentifika Internazzjonali, li jkunu abbord matul l-attivitajiet ta’ sajd kollha fil-perjodu ta’ sajd. IL-KAPITOLU VIIIDispożizzjonijiet finali L-Artikolu 56Bejgħ ta’ organiżmi marittimi maqbuda għal skopijiet xjentifiċi Organiżmi marittimi maqbuda għal skopijiet ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi skond l-Artikolu 2(2) jistgħu jinbiegħu, jinħażnu, jiġu sponuti jew offruti għall-bejgħ sakemm: a) l-opportunitajiet tas-sajd stipulati fl-Annessi I sa III ma jkunux eżawriti, jew b) huma jinbiegħu direttament għal skopijiet li m’humiex ta’ konsum mill-bniedem. L-Artikolu 57Trażmissjoni ta’ data Meta f’konformità ma’ l-Artikoli 15(1) u 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Istati Membri jibagħtu d- data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet ta’ l-istokkijiet elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament. L-Artikolu 58Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006. Fejn it- TAC s taż-żona tas- CCAMLR huma stabbiliti għal perjodi li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2006, l-Artikolu 46 għandu japplika b’effett mill-bidu tal-perjodi rispettivi ta’ l-applikazzjoni tat- TAC s. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59. [2] ĠU L 115, tad-9.5.1996, p. 3. [3] ĠU L 70, tad-9.3.2004, p. 8. [4] ĠU L 150, tat-30.4.2004, p. 1. [5] ĠU L 226, tad-29.8.1980, p. 48. [6] ĠU L 226, tad-29.8.1980, p. 12. [7] ĠU L 29, ta’ l-1.2.1985, p. 9. [8] ĠU L 161, tat-2.7.1993, p. 1. [9] ĠU L 132, tal-21.5.1987, p. 9. [10] ĠU L 276, ta’ l-10.10.1983 p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2001 (ĠU L 268, tad-9.10.2001, p. 23). [11] ĠU L 261, ta’ l-20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 (ĠU L 289, tas-7.11.2003, p. 1). [12] ĠU L 289, tas-7.11.2001, p. 1. [13] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 813/2004 (ĠU L 150, tat-30.4.2004, p. 32). [14] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 7. [15] ĠU L 97, ta’ l-1.4.2004, p. 16. [16] ĠU L 125, tas-27.4.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 602/2004 (ĠU L 97, ta’ l-1.4.2004, p. 30). [17] ĠU L 365, tal-31.12.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, tad-19.3.2005, p. 5). [18] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 10. [19] ĠU L 70, tad-9.3.2004, p. 8. [20] ĠU L 333, ta’ l-20.12.2003, p. 17. [21] ĠU L 274, tal-25.9.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 (ĠU L 339, tad-29.12.1994, p. 11). [22] ĠU L 137, tad-19.5.2001 p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 831/2004 (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 33). [23] ĠU L 351, tat-28.12.2002, p. 6. [24] ĠU L 396, tal-31.12.2004, p. 4. [25] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 10. [26] ĠU L 125, tas-27.4.1998, p. 1 [27] ĠU L 137 tad-19.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 831/2004 (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 33). [28] ĠU L 270, tat-13.11.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003. [29] ĠU L 186, tat-28.7.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003. [30] ĠU L 97, ta’ l-1.4.2004, p. 16. [31] ĠU L tal-5, tad-9.1.2004, p. 25. [32] ĠU L 97, ta’ l-1.4.2004, p. 1.