EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0590

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ l-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE {SEG(2005) 1515}

/* KUMM/2005/0590 finali - COD 2005/0240 */

52005PC0590

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ l-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE {SEG(2005) 1515} /* KUMM/2005/0590 finali - COD 2005/0240 */


Brussell, 23.11.2005

KUMM(2005) 590 finali

2005/0240 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ l-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE

(ippreżentata mill-Kummissjoni)

{SE G(2005) 1515}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Motivazzjoni u għanijiet tal-proposta L-għan ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa t-titjib tas-sikurezza marittima bis-saħħa tat-tfassil ta’ linji ta’ gwida Komunitarji ċari dwar investigazzjonijiet tekniċi li għandhom jitwettqu wara kull inċident serju fuq il-baħar u l-għoti ta’ fidbek dwar l-esperjenza. It-tagħlimiet meħuda mid-diżastri ta’ l-imgħoddi u l-kawżi elewnin misjuba mill-kumitati ta’ inkjesta kellhom impatt kbir ħafna fuq it-titijib tas-sikurezza marittima. Madankollu, il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sikurezza marittima għandha lakuna kbira minħabba n-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tiżgura li l-investigazzjonijiet tekniċi jitwettqu b’mod xieraq u li jingħata l-fidbek wara inċident sabiex wieħed jilqa’ għal li jinqalgħu inċidenti simili fil-ġejjieni. Fl-2001, fil-White Paper tagħha “European Transport Policy for 2010: "time to decide", il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni għall-ħtieġa dejjem tikber għall-investigazzjonijiet teknċi indipendenti bbażati fuq analiżi taċ-ċirkostanzi u l-kawżi ta’ l-inċidenti, li r-riżultati tagħhom għandhom jiffokaw fuq il-prevenzjoni tar-riskju u l-mod kif il-leġiżlazzjoni tista’ tittejjeb. Din il-ħtieġa ġiet innutata wkoll mill-Parlament Ewropew, fid-dawl tal-ħidma mwettqa mill-Kumitat Temporanju dwar it-Titjib tas-Sikurezza fuq il-Baħar (il-Kumitat MARE) wara l-għarqa tat-tanker Prestige fl-2002. Il-Parlament Ewropew ikkonkluda li, bil- Il-Parlament Ewropew ikkonkluda li, bil-ħsieb li jiġu evitati aktar inċidenti u okkorrenzi, iridu jiġu mfassla linji ta’ gwida ċari fi ħdan l-UE għat-tmexxija ta’ investigazzjoni indipendenti dwar inċidenti u okkorrenzi li jseħħu fil-baħar. Il-Parlament iqis li dan għandu jkun xogħol ta’ korp investigattiv indipendenti fuq il-livell ta’ l-Istat Membru jew, jekk xieraq, fuq livell Ewropew. |

120 | Kuntest ġenerali Is-sitwazzjonijiet ta’ wara l-inċidenti tat-tankers Erika u Prestige urew b'mod ċar in-nuqqasijiet tar-regolamentazzjoni internazzjonali u d-diffikultajiet li l-Istati Membri ta' l-UE jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom sabiex jikkonkludu, b'mod sodisfaċenti u fi żmien raġonevoli, l-inkjesti tekniċi wara inċidenti gravi fuq il-baħar. Dawn in-nuqqasijiet u diffikultajiet jikxfu kuntrast qawwi mal-qagħda fis-settur tat-trasport ta’ l-ajru fejn, mill-1994, il-Komunità Ewropea għandha regoli sabiex tiżgura li l-investigazzjonijiet tekniċi fl-inċidenti jitwettqu sew u sistematikament sabiex titjieb is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili. Fis-settur marittimu, minkejja l-Istati tal-bandiera huma marbuta mil-liġi marittima internazzjonali li jwettqu investigazzjonijiet tekniċi wara kull inċident marittimu serju u li jikkooperaw ma' l-Istati kkonċernati l-oħra, bħalissa mhemmx leġiżlazzjoni li torbot fuq livell internazzjonali fis-settur marittimu sabiex tiżgura li l-Istati tal-bandiera jwettqu dan l-obbligu. Fis-27 ta' Novembru 1997, wara bosta snin ta' riflessjoni u b'esperjenza limitata, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) adottat riżoluzzjoni dwar l-adozzjoni ta’ Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ l-Inċidenti fuq il-Baħar. Madankollu, l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi ta’ l-IMO dwar it-tmexxija ta’ l-inkjesti tekniċi jiddependu mir-rieda tajba ta' l-Istati tal-bandiera involuti fl-inċidienti fuq il-baħar. Jibqa’ l-fatt illi l-kontribuzzjoni magħmula minn xi Stati tal-bandiera għat-titjib tas-sikurezza marittima permezz ta’ ġestjoni xierqa tal-fidbek hija limitata, jekk mhux non-eżistenti. |

130 | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Id-Direttiva 1999/35/KE tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1999 teħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġ obbligatorju dwar l-inċidenti fuq il-baħar fil-każ ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi ta’ l-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri. Fil-qafas tal-miżuri wara l-inċidenti ta’ l-Erika, id-Direttiva 2002/59/KE li tistabilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti teħtieġ li l-Istati Membri jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi ta’ l-IMO dwar it-tmexxija ta’ l-inkjesti wara l-inċidenti fuq il-baħar. Din id-Direttiva tiffoka wkoll fuq l-użu ta’ ‘kaxxi suwed marittimi’ sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet wara inċident. Fl-aħħarnett, ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 ta lill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima il-kompitu li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-iżvilupp ta’ metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ inċidenti marittimi skond prinċipji maqbula internazzjonalment. Ir-Regolament jeħtieġ ukoll li l-Aġenzija tappoġġa lill-Istati Membri fl-attivitajiet tagħhom fir-rigward ta’ l-investigazzjonijiet marbuta ma’ inċidenti marittimi serji u l-analiżi ta’ rapporti eżistenti dwar l-investigazzjoni ta’ l-inċidenti. |

140 | Il-koerenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-proposta hija parti mit-tielet pakkett ta’ miżuri leġiżlattivi li jsaħħu s-sikurezza marittima. Dan il-pakkett huwa parti mill-prijorità “sikurezza” ta’ l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni. Il-proposta se tikkontribwixxi wkoll għall-prijorità tal-ħarsien ta’ l-ambjent filwaqt li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri marittimi. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi fil-mira ewlenin u profil ġenerali ta' min wieġeb F’Mejju ta’ l-2004 u Frar ta' l-2005, il-Kummissjoni kellha rawnd doppju ta' laqgħat konsultattivi mar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ta‘ l-industrija marittima fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ ħidma tal-persunal li kien fihom lista dettaljata ta’ mistoqsijiet dwar l-istrateġija li għandha tintuża u l-miżuri li għandhom jiġu previsti fil-leġiżlazzjoni dwar l-investigazzjonijiet wara l-inċidenti fuq il-baħar. Il-Kummissjoni talbet lill-parateċipanti kkonsultati jibagħatulha l-kumennti dettaljati tagħhom bil-miktub. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija għas-Sigurtà Marittima, ġabret l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt tal-proposta. Il-prinċipji li kienu l-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni ġew eżaminati waqt laqgħa teknika ta’ aġenzija fi Frar ta' l-2005 li attendew għaliha esperti ta' l-IMO u l-awtoritajiet marittimi u l-korpi investigattivi ta' l-Istati Membri. |

212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Ir-rappreżentati ta’ l-Istati Membri u ta’ l-industrija marittima, kif ukoll id-diversi esperti kkonsultati, jaqblu bi sħiħ dwar l-importanza ta’ l-investigazzjonijiet tekniċi bħala parti mill-politika dwar is-sigurtà marittima. B'mod ġenerali, il-partijiet kollha ikkonsultati jaqblu dwar l-importanza li jitmexxew investigazzjonijiet tekniċi dwar diżgrazzji u okkorrenzi marittimi. Huma tal-fehma illi hemm bżonn urġenti għall-armonizzazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-proċeduri ta' l-Istati Membri għall-investigazzjonijiet tekniċi fuq il-bażi tal-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-IMO. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni proposta trid tiżgura l-istess livell ta’ fidebk bħal dak garantit mil-leġiżlazzjoni tas-settur ta’ l-avjazzjoni |

Ġbir u użu ta' għarfien espert |

221 | L-oqsma xjentifiċi/ta' l-għarfien espert ikkonċernati Sikurezza marittima, inkjesti tekniċi wara inċidenti fuq il-baħar |

222 | Il-metodoloġija użata Il-ġbir ta’ l-opinjonijiet, l-eżaminazzjoni ta’ l-għarfien espert disponibbli (Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, korpi investigattivi fl-Istati Membri u pajjiżi terzi) u l-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-twettiq ta’ investigazzjonijiet tekniċi fis-settur ta’ l-avjazzjoni. |

223 | Organizzazzjonijiet/esperti ewlenija li kienu kkonsultati. Ix-xogħol tal-Kumitat Temporanju tal-Parlament Ewropew dwar it-Titjib tas-Sikurezza fuq il-Baħar wara li l-għarqa tat-tanker taż-żejt Prestige fl-2002 (il-konklużjonijiet tal-Kumitat MARE). L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, li l-ħidmiet tagħha jinkludu l-appoġġ għall-Istati Membri f’attivitajiet li jikkonċernaw investigazzjonijiet marbuta ma’ inċidenti marittimi serji u l-analiżi ta’ rapporti eżistenti dwar investigazzjonijiet f’inċidenti. Grupp ta’ esprti independenti li jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar strateġija għat-trattament ta’ l-inċidenti fis-settur tat-trasport, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 144 tat-12 ta’ Ġunju 2003). |

2243 | Sommarju tal-pariri li ġew irċevuti u użati L-eżistenza ta’ riskji potenzjalment gravi u ta’ konsegwenzi irreversibbli ġiet rikonoxxuta u hemm qbil wiesa’ fuq l-eżistenza ta’ dawn ir-riskji. |

225 | Illum, hemm differenzi sinifikanti fil-Komunità fir-rigward tat-tmexxija ta' investigazzjonijiet indipendenti wara inċidenti fuq il-baħar. Filwaqt li f’ċerti Stati Membri, dawn l-investigazzjonijiet jitwettqu b’mod sistematiku, f’oħrajn isiru b’mod superfiċjali u mhux sistematiku. Fl-aħħarnett, ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-IMO fir-rigward ta’ l-investigazzjonijiet tekniċi huma segwiti b’modi differenti ħafna. In-nuqqas ta’ linji ta’ gwida ċari sabiex ikun hemm l-istess tip ta’ impenn min-naħa ta’ l-Istati Membri kollha hija lakuna kbira ħafna fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar is-sikurezza marittima. Fil-kuntest marittimu internazzjonali, l-iktar fattur ta' tħassib jibqa' l-inkapaċità ta’ ċert Stati tal-bandiera li jmexxu direttament l-investigazzjonijiet tekniċi wara inċidenti fuq il-baħar. Jidher li l-Istati li taħt il-bandiera taħthom iseħħu l-aktar inċidenti huma dawk li proporzjonalment iwettqu l-inqas investigazzjoniiet jew inkella jagħtu l-inqas informazzjoni dwar is-sejbiet ta’ l-investigazzjonijiet tagħhom u li jiġbdu l-inqas konklużjonijiet minnhom, u l-korpi internazzjonali kompetneti ma jagħmlu xejn dwar dan. |

226 | Il-metodi użati sabiex ir-riżultati ta’ dawn l-opinjonijiet esperti jkunu disponibbli għall-pubbliku Ir-riżultati ta’ l-opinjonijiet esperti huma mogħtija fil-valutazzjoni ta’ l-impatt dettaljata li saret mill-Kummissjoni (ara taħt). Id-data u r-rapporti ta’ l-esperti miġbura mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima huma disponibbli fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija (www.emsa.eu.int). |

230 | Valutazzjoni ta' l-impatt Tqiesu erba’ alternattivi meta kienet qed tiġi vvalutata l-azzjoni li tista’ tittieħed (1) li kollox jibqa' kif inhu ("ma jsir xejn") (2) inizjattiva Komunitarja mhux leġiżlattiva li tinkoraġġixxi lill-Istati Membri japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet fil-Kodiċi IMO b’mod volontarju; (3) sottomissjoni lill-IMO mill-25 Stat membru ta’ l-UE biex jiġu emendati l-konvenzjonijiet internazzjonali sabiex ikun stabbilit obbligu formali biex jitwettqu l-investigazzjonijiet teknċi wara l-inċidenti marittimi, u (4) l-iżvilupp ta’ linji ta’ gwida ċari fuq livell Komunitarju dwar it-twettiq ta’ l-investigazzjonijiet tekniċi u dwar il-fidbek ta’ l-esprjenza wara kull inċident marittimu serju. L-analiżi ta’ l-impatt potenzjali ta’ dawn l-alternattivi kkonfermat li: - il-leġiżlazzjoni Komuniarja hija l-għażla l-aktar xierqa għat-trattament tal-kwistjoni ta’ l-investigazzjonijiet tekniċi wara inċidenti fuq il-baħar fi ħdan il-politika ta’ sikurezza marittima; - l-istrument magħżul (Direttiva li tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi li l-Istati Membri għandhom jimxu magħhom għall-investigazzjonijiet tekniċi wara l-inċidenti fuq il-baħar) għandu jkun ibbażat, kemm jista’ jkun, fuq il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet fil-Kodiċi ta’ l-IMO. Madankollu, il-leġiżlazzjoni proposta trid tiżgura għallinqas l-istess livell ta’ fidebk bħal dak garantit mil-leġiżlazzjoni tas-settur ta’ l-avjazzjoni; u - l-azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam hija meħtieġa b’mod urġenti minħabba li l-investigazzjonijiet tekniċi huma parti minn politika mmirata lejn il-prevenzjoni ta’ aktar diżastri marittimi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. |

231 | Din il-valutazzjoni ta’ l-impatt hija parti mill-Programm ta’ Ħidma u Leġiżlattiv tal-Kummissjoni u tinsab fuq il-websajt tal-Kummissjoni. http://europa.eu.int/comm/secretariat_general/impact/index_en.htm." |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta' l-azzjoni proposta L-għan ġenerali tal-proposta (Artikolu 1) huwa t-titjib tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ diżastri marittimi oħra fil-ġejjieni. L-istess bħal fis-settur ta’ l-avjazzjoni, l-għan ta’ l-investigazzjonijiet tekniċi fil-qasam marittimu mhuwiex li tiġi ddeterminata r-responsabbiltà kriminali jew ċivili, iżda li jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi u li jiġu rriċerkati l-kawżi ta’ l-inċidenti marittimi sabiex jittieħedu t-tagħlimiet pssibbli kollha minn dawn l-inċidenti biex b’hekk titjieb is-sikurezza marittima. Il-proposta tfasslet f’konformità mar-regoli tal-liġi marittima internazzjonali u fi qbil mad-definizzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi ta’ l-IMO għall- investigazzjonijiet tekniċi wara l-inċidenti marittimi (Artikoli 2 u 3). Tintroduċi fil-liġi Komunitarja l-obbligu ta' l-Istati mebri li jmexxu l-investigazzjonijiet tekniċi wara l-inċidenti fuq il-baħat (Artikoli 5 u 6). Il-proposta tagħti status lill-investigazzjonijiet tekniċi fil-qasam marittimu (artikolu 4) billi tespandi jew toħloq korpi speċjalizzati u tagħti setgħat investigattivi lill-investigaturi tekniċi fuq il-partijiet terzi (artikolu 7) Barra minn hekk, il-proposta fiha dispożizzjoni marbuta mal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (Artikolu 8) u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi (Artikolu 9). Għandha wkoll l-għan li tiżgura l-preservazzjoni tal-provi (Artikoli 10 u 11) u tiżviluppa proċeduri għall-ħarsien, is-salvagwardja u l-kumpliazzjoni ta’ rapporti investigattivi, u l-għti tal-fidbek. (Artikoli 12, 13, 14, u 15). Fl-aħħarnett, il-proposta tqis ir-rwol li se jkollha l-Aġenzija ts-Sigurtà Marittima f’dan il-qasam skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. |

310 | Il-bażi legali L-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika minħabba li l-proposta ma tikkonċernax qasam li fih il-Komunità għandha kompetenza esklussiva. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-raġunijiet li ġejjin. |

321 | Hemm partikolarment bżonn li jiġu armonizzati u kkonsolidati l-proċeduri ta’ l-investigazzjoni ta’ mill-Istati Membri fuq livell Komunitarju, sabiex issir distinzjoni ċara bejn l-investigazzjonijiet tekniċi ta’ sikurezza u l-inkjesti ġudsizzjarji, sabiex jitħffef l-aċċess ta’l-investigaturi għal fuq il-post ta’ l-inċident, id-disponibbiltà ta’ l-evidenza u l-laqgħat mal-persuni kkonċernati u sabiex tkun garantita l-indipendenza ta’ l-investigaturi mill-awtorità ta’ superviżjoni. |

323 | In-nuqqas ta’ linji ta’ gwida ċari fuq livell Komunitarju dwar it-twettiq ta’ l-investigazzjonijiet tekniċi u dwar il-fidbek ta’ l-esperjenzi sabiex ikun hemm prevenzjoni ta’ inċidenti marittimi serji fuq livell Ewropew hija lakuna kbira ħafna fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar is-sikurezza marittima. Bl-istess mod, in-nuqqas ta’ impenn mill-Istati Membri kollha dwar din il-kwistjoni għandu effett negattiv fuq il-livell ta-sikurezza u fuq l-isforzi sabiex ikun hemm prevenzjoni ta’ inċidenti serji madwar l-UE kollha kemm hi. |

L-għanijiet tal-proposta jistgħu jintlaħqu aħjar permezz ta’ azzjoni Komunitarja minħabba r-raġunijiet li ġejjin: |

324 | Netwerk koordinat li jkun jinvolvi skambju ta' informazzjoni u li jagħti l-possibbiltà li jkun hemm azzjoni konġunta, jekk meħtieġa, sabiex ikun hemm identifikazzjoni u prevenzjoni tar-riskju ta’ aktar diżastri marittimi, huwa aktar effettiv minn miżuri iżolati immirati lejn li jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi u l-investigazzjoni tal-kawżi ta’ l-inċidenti marittimi bil-għan li wieħed jitgħallem minnhom biex itejjeb is-sikurezza marittima. |

325 | L-azzjoni Komunitarja se tiggarantixxi li l-investigazzjonijiet tekniċi jitwettqu sistematikament mill-Istati Membri kollha li għandhom interessi marittimi It-tmexxija ta’ dawn l-investigazzjonijiet fuq il-bażi ta’ metodoloġija komuni li tikkonforma ma’ prinċipji maqbula fuq livell internazzjonali se tiżgura l-effiċjenza u l-kwalità tagħhom. L-eżistenza ta’ netwerk ta’ kooperazzjoni magħmul mill-korpi investigattivi ta’ l-Istati Membri se jiżgura li l-għerf jinqasam, li jkun hemm assistenza teknika reċiproka u li miżuri effettivi ta’ fidbek jiġu stabbiliti sabiex jipprevjenu r-riskju ta’ inċidenti simili fuq livell Komunitarju. Fl-aħħarnett, it-twaqqif ta’ databejż u sistema għall-iskambju ta’ l-informazzjoni teknika jagħti valur miżjud kbir lill-azzjonijiet individwali meħuda mill-Istati Membri għall-ħarsien tal-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar u għall-prevenzjoni tal-konsegwenzi ambjentali ta’ l-inċidenti marittimi. |

327 | L-ambitu tal-proposta jillimita ruħu għall-għoti ta’ implimentazzjoni effetiva fi ħdan il-Komunità ta’ l-obbligu li jitwettqu investigazzjonijiet wara inċidenti f’konformità mal-liġi marittima internazzjonali. Il-proposta tipprevdi linji ta’ gwida ċari għall-implimntazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imfassla mill-IMO għal dan il-għan. |

Il-proposta tikkonforma għalhekk mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

331 | Il-proposta għal Direttiva tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jiggvernaw it-tmexxija ta’ l-inkjesti tekniċi wara inċidenti fuq il-baħar. L-Istat Membri jridu jieħdu l-miżuri x-xierqa biex jiżguraw li jiġu implimentati fuq livell nazzjonali. Barra minn hekk, il-proposta hija msejsa fuq id-dispożizzjonijiet li hemm fil-konvenzjonijiet marittimi internazzjonali u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-IMO li l-Istati Membri huma marbuta li josservawhom. Il-proposta għal Direttiva tintroduċi kriterji minimi ta’ kwalità għall-applikazzjoni prattika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u rakkomandazzjonijiet, filwaqt li fl-istess ħin taħlli lill-Istati Membri biżżejjed ambitu u spazju biex jieħdu d-deċiżjonijiet. Barra minn hekk, tipprovdi wkoll qafas għall-kooperazzjoni reċiproka u l-assistenza teknika fuq livell Ewropew li bħalissa l-Istati Membri m’għandhomx. |

332 | Il-proposta ma tinvolvix piżijiet finanzjarji u/jew amministrattivi la għall-operaturi eknomiċi u lanqas għaċ-ċittadini. Fuq il-livell ta’ l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-Istati Membri li mgħandhomx l-strutturi neċessarji għat-tmexxija ta’ l-investigazzjonijiet dwar l-inċidenti fuq il-baħar iridu jagħmlu sforz amministrattiv sabiex jipprovdu r-riżorsi meħtieġa fuq il-livell ta’ l-awtoritajiet nazzjonali. Mhemmx ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Bħala riżultat, il-fidbek mill-investigazzjonijiet tekniċi se jgħin biex titjieb is-sigurtà tal-flotot u ta‘ l-operat tat-trasport marittimu u b’hekk tnaqqas ir-riskju ta’ aktar inċidenti. |

Għażla ta' strumenti |

341 | Għażla ta' strumenti Direttiva |

342 | Strumenti oħrajn ma jkunux adegwati minħabba r-raġunijiet li ġejjin. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-proposta huwa li jiġu stabbiliti linji ta’ gwida ċari għall-investigazzjonijiet indipendenti dwar inċidenti fuq il-baħar. Direttiva hija l-istrument xieraq biex jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali ta’ l-azzjoni taħt il-liġi Komunitarja filwaqt li jagħti l-aktar ambitu wiesa’ possibbli lill-Istati Membri għad-deċiżjonijiet dwar il-miżuri neċessarji li għandhom jittieħdu. Mekkanziżmi oħrajn bħall-kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri jew ir-regolazzjoni awtonoma (investigazzjonijiet tekniċi mwettqa mill-operaturi ekonomiċi) kieku ma jkunux adegwati. Fil-fatt, is-sitwazzjonijiet ta’ wara l-inċidenti ta’ l-Erika u l-Prestige wrew in-nuqqasijiet tal-leġiżlazzjoni internazzjonali u d-diffikultajiet li l-Istati Membri ta’ l-UE għandhom jegħlbu sabiex imexxu l-investigazzjonijiet teknċi dwar l-iniċdienti serji ta’ fuq il-baħar b’mod sodisfaċenti u f’waqtu. |

IMPATT FUQ IL_BAĠIT |

401 | Il-proposta leġiżlattiva m’għandha l-ebda impatt fuq in-nefqa operattiva tal-baġit Komunitarju. Huwa mistenni impatt limitat ħafna fuq in-nefqa amministrattiva sabiex id-Direttiva tkun tista’ tiġi implimentata sew. |

TAGĦRIF IEĦOR |

520 | Revoka ta' leġiżlazzjoni attwali L-adozzjoni tal-proposta se tfisser li xi leġiżlazzjoni trid tiġi rrevokata. |

Eżami mill-ġdid/reviżjoni/klawżola ta’ soppressjoni awtomatika |

532 | Il-proposta tinkudi klawżola ri-eżaminatorja. |

550 | Tabella ta' korrelazzjoni L-Istati Membri mitluba josservaw il-kondizzjoni li jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |

560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea Dan l-abbozz ta’ strument jikkonċerna qasam kopert mill-Ftehim taż-ŻEE u jirid għalhekk jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

1. 2005/0240 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ l-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

Billi:

(1) Għandu jinżamm livell ġenerali għoli ta’ sigurtà fit-trasport marittimu fl-Ewropa u għandu jsir kull sforz sabiex jitnaqqas l-għadd ta' diżgrazzji u okkorrenzi marittimi.

(2) L-investigazzjonijiet tekniċi fil-pront meta jseħħu xi diżgrazzji fuq il-baħar itejbu s-sigurtà marittima billi jgħinu ħalli jiġu pprevenuti milli jseħħu mill-ġdid diżgrazzji simili li jwasslu għal imwiet, telf ta' bastimenti u t-tniġġis ta' l-ambjent marittimu.

(3) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu[5] sabiex tittejjeb is-sigurtà fuq il-baħar, ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għal direttiva dwar l-investigazzjoni ta' l-inċidenti fit-tbaħħir.

(4) L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt Marittimu ta’ l-1982 ( UNCLOS )[6], jistabbilixxi d-dritt ta’ l-Istati kostali sabiex jinvestigaw il-kawża ta’ kwalunkwe diżgrazzja marittima li sseħħ fil-limiti ta’ l-ibħra territorjali tagħhom li għandha mnejn tkun ta' riskju għall-ħajja jew għall-ambjent, li tinvolvi l-awtoritajiet tat-tiftix u s-salvataġġ ta' l-Istat kostali, jew li b’xi mod ieħor taffettwa lill-Istat kostali.

(5) L-Artikolu 94 ta’ l- UNCLOS jistabbilixxi li l-Istati tal-bandiera inkwistjoni għandhom jaraw li ssir inkjesta minn jew quddiem persuna jew persuni kkwalifikata(i) kif jixraq dwar ċerti diżgrazzji jew okkorrenzi tan-navigazzjoni fl-ibħra internazzjonali.

(6) Il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, ta’ l-1974 (ir-regolament SOLAS I/21)), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sinjal tat-Tagħbija, ta’ l-1966 u l-Konvenzjoni Internazzjoanli għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, ta’ l-1973 jistabbilixxu r-responsabbiltajiet ta' l-Istati tal-bandiera sabiex dawn imexxu investigazzjonijiet dwar id-diżgrazzji u jgħaddu dak kollu li jinstab li jkollu x'jaqsam ma' dan lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).

(7) L-[abbozz tal-] Kodiċi għall-implimentazzjoni ta’ l-Istrumenti Mandatorji ta’ l- IMO [7] ifakkar dwar l-obbligu ta' l-Istati tal-bandiera sabiex dawn jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà marittima jitmexxew minn investigaturi kkwalifikati kif jixraq, li jkunu kompetenti f’dak li għandu x'jaqsam mad-diżgrazzji u l-okkorrenzi marittimi. Barraminnhekk, il-Kodiċi jirrikjedi lill-Istati tal-bandiera sabiex ikunu ppreparati li jipprovdu investigaturi kkwalifikati għal dak il-għan, irrispettivament mill-inħawi tad-diżgrazzja jew l-okkorrenza.

(8) Għandu jitqies il-Kodiċi għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Okkorrenzi Marittimi adottata f’Novembru 1997 permezz tar-Riżoluzzjoni A.849 ta’ l-Assemblea ta’ l- IMO , li jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ metodu komuni għall-investigazzjoni tas-sigurtà f’dak li għandhom x’jaqsmu d-diżgrazzji u l-okkorrenzi marittimi u l-kooperazzjoni bejn l-Istati sabiex jiġu identifikati l-fatturi li jwasslu għal diżgrazzji u okkorrenzi marittimi. Għandhom jitqiesu wkoll iċ-Ċirkulari 953 tal-Kumitat għas-Sigurtà Marittima fi ħdan l- IMO , li tipprovdi definizzjonijiet aġġornati tat-termini użati fil-Kodiċi, u r-Riżoluzzjonijiet ta’ l- IMO A.861(20) u MSC.163(78), li jipprovdu definizzjoni ta’ “reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ” ( voyage data recorders ).

(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi ta’ inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri[8] tirrikjedi li l-Istati Membri jiddeffinixxu, fil-qafas tas-sistemi ġuridiċi interni rispettivi tagħhom, status ġuridiku li jippermettilhom u lil kwalunkwe Stat Membru li jkun sostanzjalment interessat sabiex jipparteċipaw, jikkooperaw, jew fejn ikun previst skond il-Kodiċi għall-investigazzjoni tad-diżgrazzji marittimi, li jamministraw kwalunkwe investigazzjoni ta' xi diżgrazzja jew okkorrenza marittima li jkun jinvolvi lanċa ro-ro jew inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri.

(10) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti tal-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE[9] tirrikjedi li l-Istati Membri jkunu konformi mal-Kodiċi ta' l- IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Okkorrenzi Marittimi u jiżguraw li s-sejbiet ta' l-investigazzjonijiet ta' l-okkorrenzi jiġu ppubblikati mill-aktar fis possibbli wara l-konklużjoni tagħhom.

(11) L-investigazzjoni tad-diżgrazzji u l-okkorrenzi li tkun tinvolvi bastimenti li jbaħħru, jew bastimenti oħra fil-portijiet jew żoni marittimi ristretti oħra, għandha ssir minn entità jew organizzazzjoni indipendenti jew taħt il-kmand tagħha sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interessi.

(12) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ġuridiċi interni tagħhom jippermettu lilhom u lil kull Stat Membru ieħor li huwa sostanzjalment interessat li jipparteċipa u li jikkoopera fi, jew li jmexxi investigazzjonijiet dwar inċidenti abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi ta' l- IMO għall-investigazzjoni tad-diżgrazzji marittimi

(13) Skond ir-regolament SOLAS V/20, il-bastimenti tal-passiġġieri u l-bastimenti l-oħra għajr dawk tal-passiġġieri ta’ tunnellaġġ gross ta' 3,000 jew aktar mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara għandhom iġorru reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ (VDRs - Voyage Data Recorders ) li jkunu ta' għajnuna fl-investigazzjonijiet dwar l-inċidenti. Minħabba l-importanza tiegħu fit-tfassil ta’ politika sabiex jiġu pprevenuti l-inċidenti fit-tbaħħir, it-tali apparat għandu jkun rekwiżit sistematikament abbord il-vapuri li jbaħħru fuq vjaġġi nazzjonali jew internazzjonali li jidħlu fil-portijiet Komunitarji.

(14) Id-data pprovduta permezz ta’ sistema VDR , flimkien ma’ apparat elettroniku ieħor, tista’ tintuża kemm retrospettivament wara xi diżgrazzja jew okkorrenza marittima sabiex jiġi investigati x’wassal għal dan, kif ukoll bil-ħsieb ta' prevenzjoni sabiex tinkiseb esperjenza taċ-ċirkustanzi li jafu jwasslu għal okkorrenzi ta' dan it-tip. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tali data, meta tkun disponibbli, tintuża kif jixraq għaż-żewġ għanijiet.

(15) Għandhom jiġu investigati jew mixtarra b'xi mod ieħor is-sinjali ta’ allarm mill-bastimenti jew l-informazzjoni minn kwalunkwe sors li xi bastiment, jew persuni fuqu jew minnu jinsabu fil-periklu jew li, minħabba xi okkorrenza konnessa mat-tħaddim tal-bastiment, hemm xi riskju potenzjali serju ta' danni lill-persuni, lill-istruttura tal-bastiment jew lill-ambjent.

(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10] jirrikjedi li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn 'il quddiem imsejħa: “l-Aġenzija”) taħdem ma’ l-Istati Membri sabiex tiżviluppa soluzzjonijiet tekniċi u tipprovdi assistenza teknika konnessa ma' l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Fil-qasam ta’ l-investigazzjoni ta’ l-inċidenti, l-Aġenzija għandha l-kompitu speċifiku li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-iżvilupp, b'kunsiderazzjoni xierqa lis-sistemi ġuridiċi differenti fl-Istati Membri, ta' metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' l-inċidenti marittimi skond il-prinċipji internazzjonali li hemm qbil fuqhom;

(17) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni f’dak li huwa forniment ta’ appoġġ lill-Istati Membri f’attivitajiet li jikkonċernaw investigazzjonijiet konnessi ma’ inċidenti marittimi serji, u fit-twettiq ta' analiżi tar-rapporti investigattivi dwar l-inċidenti eżistenti;

(18) Ir-rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà li jirriżultaw minn investigazzjoni tas-sigurtà marbuta ma' xi diżgrazzja jew okkorrenza għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri.

(19) Billi għan l-investigazzjoni teknika huwa l-prevenzjoni ta’ diżgrazzji jew okkorrenzi marittimi futuri, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà m’għandhomx jintużaw sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà jew li dak li jkun jingħata tort.

(20) Billi l-għanijiet ta' l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà marittima fil-Komunità u b’hekk it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżgrazzji marittimi fil-futur, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni jew ta’ l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk il-miri.

(21) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li teżiġi l-proċeduri għal eżerċizju ta' setgħat implementattivi mogħtija lill-Kummissjoni[11].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Is-Suġġett

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tittejjeb is-sigurtà marittima u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' diżgrazzji marittimi billi:

(a) jiġi ffaċilitat li jsiru investigazzjonijiet u analiżi xierqa fil-pront ta' diżgrazzji u okkorrenzi marittimi u

(b) jiġi żgurat li jsir rappurtar preċiż u f'waqtu ta’ investigazzjonijiet dwar is-sigurtà u proposti għal azzjoni ta' rimedju.

L-investigazzjonijiet skond din id-Direttiva m’għandhomx ikollhom x'jaqsmu mad-determinazzjoni tar-responsabbiltà u lanqas, ħlief sakemm ikun neċessarju sabiex jinkisbu għanijiethom, mad-deċiżjoni ta’ fuq min se jaqa' t-tort.

Artikolu 2

Il-kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal diżgrazzji, okkorrenzi u sinjali ta’ allarm marittimi li

(a) jinvolvu bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, jew

(b) iseħħu fil-limiti ta’ żoni li l-Istati Membri huma intitolati li jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni tagħhom fuqhom, jew

(c) jinvolvu interessi sostanzjali oħra ta' l-Istati Membri.

2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal diżgrazzji, okkorrenzi u sinjali ta’ allarm marittimi li jinvolvu biss:

(a) bastimenti tal-gwerra u bastimenti li jġorru s-suldati u bastimenti oħra li jkunu proprjetà jew li jitħaddmu minn Stat Membru u jintużaw biss għal servizz mhux kummerċjali tal-gvern;

(b) bastimenti li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi, bastimenti ta’ l-injam b’kostruzzjoni primittiva, jotts għad-divertiment u inġenji għad-divertiment, sakemm dawn ma jkunux jew mhumiex se jkunu ekwipaġġati u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal għanijiet kummerċjali;

(c) bastimenti ta' mgħodijiet ta' l-ilma interni li jitħaddmu f'mogħdijiet ta' l-ilma interni;

(d) bastimenti tas-sajd ta’ tul ta’ anqas minn 24 metru;

(e) unitajiet fissi tat-tħaffir 'il hinn mill-art.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

1. ‘ SOLAS’ tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fil-Baħar ta’ l-1974 ( SOLAS 1974), kif emendata mill-Protokolli ta’ l-1978 u l-1988.

‘Il-Kodiċi ta’ l- IMO’ tfisser il-Kodiċi għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Okkorrenzi Marittimi adottat mill-Organizzazzjni Marittima Internazzjonali permezz tar-Riżoluzzjoni ta’ l-Assemblea A.849 tas-27 ta’ Novembru 1997 kif ġie emendat.

2. It-termini li ġejjin għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet misjuba fil-Kodiċi ta' l- IMO :

(a) ‘Diżgrazzja marittima’,

(b) ‘Diżgrazzja serja ħafna’,

(c) ‘Okkorrenza marittima’,

(d) ‘Investigazzjoni dwar is-sigurtà konnessa ma’ okkorrenza jew diżgrazzja marittima’,

(e) ‘Stat li għandu interessi sostanzjali’.

3. It-termini “diżgrazzja serja” u “diżgrazzja inqas serja” għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet aġġornati misjuba fiċ-Ċirkulari 953 tal-Kumitat dwar is-Sigurtà Marittima ta’ l- IMO .

4. It-termini “lanċa ro-ro” u “inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri” għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet misjuba fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/35/KE;

5. ‘L-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni’ jfisser Stat Membru li huwa obbligat li jamministra, jew, fil-każ ta’ aktar minn Stat wieħed li jkun interessat sostanzjalment, imexxi, investigazzjoni dwar is-sigurtà skond din id-Direttiva;

6. ‘Ir-reġistratur tad-data tul il-vjaġġ ( voyage data recorder )’ ( VDR ) għandu jiġi miftiehem skond id-definizzjoni misjuba fir-Riżoluzzjonijiet ta' l- IMO A.861 (20) u MSC.163 (78);

7. ‘Sinjal ta’ allarm’ ifisser sinjal li jingħata minn bastiment, jew informazzjoni minn kwalunkwe sors, li tindika li bastiment, jew il-persuni fuqu jew minnu, ikunu f'periklu fuq il-baħar;

8. ‘Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà’ tfisser kwalunkwe proposta mill-entità investigattiva ta’ l-Istat li jkun qed jamministra jew imexxi l-investigazzjoni dwar

(a) is-sigurtà rigward diżgrazzja jew okkorrenza marittima abbażi ta’ l-informazzjoni miġjuba minn dik l-investigazzjoni jew, f'każi fejn ikun jixraq,

(b) mill-Kummissjoni abbażi ta' analiżi tad-data astratta.

Artikolu 4

L-istatus ta' l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, skond is-sistemi ġuridiċi interni rispettivi tagħhom, ir-regoli ta' kif jitmexxew l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà f'każijiet ta' diżgrazzja jew okkorrenza marittima. Permezz ta’ dan, dawn għandhom jiżguraw li t-tali investigazzjonijiet:

(a) ikunu indipendenti minn investigazzjonijiet kriminali jew oħrajn li jkunu qed isiru fl-istess waqt sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà jew biex jingħata t-tort; kif ukoll

(b) ma jkunux preklużi, sospiżi jew imdewma minħabba it-tali investigazzjonijiet.

2. Ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jinkludu dispożizzjonijiet sabiex jippermettu:

(a) il-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka fl-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà f'każijiet ta' xi diżgrazzja jew okkorrenza marittima mmexxija minn Stati Membri oħrajn, jew id-delega lil Stat Membru ieħor ta’ l-intrigu li jmexxi l-investigazzjoni dwar diżgrazzja jew okkorrenza marittima skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u

(b) il-koordinament, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ta’ l-attivitajiet ta’ l-entitajiet investigattivi rispettivi tagħhom sal-punt neċessarju ħalli jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

L-obbligu li ssir investigazzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li ssir investigazzjoni mill-entità investigattiva msemmija fl-Artikolu 8 wara diżgrazzji marittimi serji jew serji ħafna

(a) li jinvolvu bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, ġrat fejn ġrat id-diżgrazzja; jew

(b) li tkun seħħet fil-limiti taż-żoni li fuqhom huwa intitolat li jeżerċita l-ġuriżdizzjoni tiegħu, irrispettivament mill-bandiera mtajra mill-bastiment(i) involuti fid-diżgrazzja; jew

(c) li tinvolvi interess sostanzjali ta’ l-Istat Membru, irrispettivament mill-inħawi fejn tkun seħħet id-diżgrazzja u mill-bandiera mtajra mill-bastiment jew bastimenti inkwistjoni.

2. Minnbarra li tinvestiga diżgrazzji serji u serji ħafna, l-entità investigattiva msemmija fl-Artikolu 8 għandha, wara li tkun stabbilixxiet l-fatti inizjali tal-każ, tiddeċiedi jekk għandhiex issir jew le investigazzjoni dwar is-sigurtà ta' okkorrenza marittima, sinjal ta' allarm jew diżgrazzja anqas serja.

Fid-deċiżjoni tagħha, għandha tqis is-serjetà tad-diżgrazzja jew okkorrenza, it-tip ta’ bastiment u/jew merkanzija involut/a fis-sinjal ta’ l-allarm u/jew kwalunkwe talba mill-awtoritajiet tat-tiftix u s-salvataġġ.

3. L-ambitu u l-arranġamenti prattiċi għall-amministrazzjoni ta’ l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà għandhom jiġu ddeterminati mill-entità investigattiva ta' l-Istat Membru li jkun qed imexxi l-investigazzjoni b’kooperazzjoni ma’ l-entitajiet ekwivalenti ta' l-Istati l-oħrajn li jkunu sostanzjalment interessati, b'tali mod u manjiera li jidhrilha li l-aktar li jkunu jistgħu jwasslu għall-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u bil-ħsieb li jilqgħu kontra diżgrazzji u okkorrenzi futuri.

4. L-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà għandhom isegwu l-metodoloġija komuni għall-investigazzjoni tad-diżgrazzji u l-okkorrenzi marittimi żviluppata skond l-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. L-adozzjoni jew il-modifika tat-tali metodoloġija għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandha tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2).

5. Għandha tinbeda investigazzjoni dwar is-sigurtà mill-aktar fis possibbli skond il-prattiċità wara li sseħħ id-diżgrazzja jew l-okkorrenza marittima.

Artikolu 6

L-obbligu li jitħejja rapport

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu, fil-qafas tas-sistema ġuridika nazzjonali tagħhom, li l-entità investigattiva tagħhom tiġi mgħarrfa minnufih, mill-awtoritajiet responsabbli u/jew mill-partijiet involuti, kull meta jseħħu diżgrazzji u okkorrenzi jew jingħataw sinjali ta' allarm li jaqgħu fil-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7

Investigazzjonijiet dwar is-sigurtà konġunti

1. F’każi ta’ diżgrazzji serji jew serji ħafna li jinvolvu interess sostanzjali għal żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri inkwistjoni għandhom jaqblu mingħajr dewmien liema fosthom se jkun l-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni.

L-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jmexxu investigazzjonijiet dwar is-sigurtà parallelli dwar l-istess diżgrazzja jew okkorrenza marittima. Huma m’għandhom jieħdu ebda miżura li għandha mnejn timmina l-amministrazzjoni ta’ investigazzjoni dwar is-sigurtà li taqa’ fil-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2. Stat Membru jista’, b’kunsens komuni, jiddelega lil xi Stat Membru ieħor l-intrigu tat-tmexxija f’investigazzjoni dwar is-sigurtà ta’ diżgrazzja jew okkorrenza marittima. Jistà jistieden Stat Membru ieħor jipparteċipa f’tali investigazzjoni.

3. Meta lanċa ro-ro jew biċċa tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri tkun involuta f'okkorrenza, sinjal ta’ allarm jew diżgrazzja marittima, il-proċedura ta' investigazzjoni għandha tinfetaħ mill-Istat Membru li fl-ibħra tiegħu jkun seħħ l-inċident jew okkorrenza jew, jekk dan ikun seħħ f'ibħra ekstraterritorjali, mill-aħħar Stat Membru fejn il-lanċa jew il-biċċa tal-baħar tkun żaret.

Dan l-Istat għandu jibqa' responsabbli mill-investigazzjoni u l-koordinament ma' l-Istati Membri l-oħrajn li jkunu sostanzjalment interessati sakemm jasal iż-żmien meta jintlaħaq qbil reċiproku dwar liema Stat fosthom għandu jmexxi l-investigazzjoni.

Artikolu 8

Entitajiet investigattivi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà rigward diżgrazzji marittimi jitmexxew taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni jew entità investigattiva permanenti imparzjali (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “entità investigattiva”), u minn investigaturi kkwalifikati kif jixraq, li jkunu kompetenti fil-kwistjonijiet relatati mad-diżgrazzji u l-okkorrenzi marittimi.

Dik l-entità investigattiva għandha tkun, b’mod partikolari, funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-aċċertar li l-bastimenti jilħqu l-istandards biex jitħallew ibaħħru, miċ-ċertifikazzjoni, l-ispezzjoni, ir-riżorsi umani, in-navigazzjoni bla periklu, il-manutenzjoni, il-kontroll tat-traffiku marittimu, il-kontroll statali tal-portijiet, l-operat tal-portijiet marittimi u, b’mod ġenerali, minn kull parti li l-interessi tagħha jafu jkunu konflinġenti mal-kompitu afdat f’idejha.

2. L-entità investigattiva għandha tiżgura li l-investigaturi individwali jkollhom għarfien u esperjenza prattiċi f’dawk l-oqsma li jkollhom x’jaqsmu mad-dmirijiet investigattivi normali tagħhom. Barraminnhekk, l-entità investigattiva għandha tiżgura li tkun lesta li tagħti aċċess lil esperti adatti, jekk dawn ikun meħtieġa.

3. L-attivitajiet fdati lill-entità investigattiva jistgħu jiġu estiżi għall-ġabra u l-analiżi ta' data relatata mas-sigurtà marittima, b'mod partikolari għal skopijiet ta' prevenzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet ma jaffetwawx l-indipendenza tagħha u ma jinkludux responsabbilità f'affarijiet regolatorji, amministrattivi jew ta’ standardizzazzjoni.

4. L-Istati Membri, li jkunu qed jaġixxu fil-qafas tas-sistemi ġuridiċi rispettivi tagħhom, u fejn ikun xieraq b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet responsabbli mill-inkjesta ġuridika, għandhom jirrikjedu li l-investigaturi fi ħdan l-entità investigattiva, jew fi ħdan kwalunkwe entità investigattiva oħra li din tkun iddelegatilha l-intrigu ta' l-investigazzjoni, jkunu awtorizzati li:

(a) jkollhom aċċess liberu għal kwalunkwe sit tad-diżgrazzja jew żona relevanti kif ukoll għal kwalunkwe bastiment, relitt, jew struttura li tkun tinkludi merkanzija, tagħmir jew bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja;

(b) jiżguraw li minnufih isir elenku ta’ l-evidenza u t-tiftix ikkontrollat għar-relitt, bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja jew komponenti jew sustanzi oħra u t-tneħħija tagħhom ħalli dawn jittieħdu biex jiġu eżaminati jew analizzati;

(c) jirrikjedu l-eżami jew l-analiżi ta’ l-oġġetti msemmija fil-punt (b), u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati tat-tali eżamijiet jew analiżi;

(d) ikollhom aċċess liberu għal kwalunkwe informazzjoni relevanti u data rreġistrata, inkluża d-data tar-reġistratur tad-data tul il-vjaġġ ( voyage data recorder - VDR ), konnessa ma’ xi bastiment, vjaġġ, merkanzija, ekwipaġġ jew kwalunkwe persuna, oġġett, kundizzjoni jew ċirkustanza, flimkien mal-jedd li jikkupjawha u jutilizzawha;

(e) ikollhom aċċess liberu għar-riżultati ta' l-eżamijiet ta' l-iġsma tal-vittmi jew ta' testijiet fuq kampjuni li jkunu ttieħdu mill-iġsma tal-vittmi;

(f) jirrikjedu u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati ta’ l-eżamijiet ta’ persuni involuti fl-operat tal-vapur jew kwalunkwe persuna relevanti oħra, jew ta’ testijiet fuq kampjuni mittieħda minnhom;

(g) jeżaminaw ix-xhieda mingħajr il-preżenza ta’ kwalunkwe persuna oħra li l-interessi tagħha jitqiesu mill-investigaturi bħala ostakolanti għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

(h) jakkwistaw dokumenti ta’ survery u informazzjoni relevanti miżmuma mill-Istat tal-bandiera, is-sidien, is-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni jew kwalunkwe parti relevanti oħra, kull meta dawk il-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu stabbiliti fl-Istat Membru;

(i) jitolbu għal assistenza mill-awtoritajiet relevanti fl-Istati rispettivi, inklużi s-servejers ta’ l-Istat tal-port u dak tal-bandiera, l-uffiċjali li jgħassu l-kosta, l-operaturi tas-servizzi tat-traffiku tal-basimenti, l-iskwadri tat-tiftix u s-salvataġġ, il-bdoti jew staff tal-port jew marittimu ieħor.

5. L-entità investigattiva għandha tingħata l-jedd li tirreaġixxi minnufih kull meta tiġi mgħarrfa b’xi diżgrazzja, u li tikseb riżorsi suffiċjenti sabiex twettaq ħidmietha b’mod indipendenti. L-investigaturi tagħha għandhom jingħataw status li jintitolhom għall-garanziji neċessarji ta' indipendenza.

6. L-entità investigattiva tista’ tgħaqqad il-kompiti tagħha skond din id-Direttiva mal-ħidma ta' investigazzjonijiet ta’ okkorrenzi għajr diżgrazzji marittimi bil-kundizzjoni li t-tali investigazzjonijiet ma jipperikolawx l-indipendenza tagħha.

Artikolu 9

Is-segretezza tar-reġistri

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri li ġejjin ma jkunux disponibbli ħlief għall-finijiet ta' l-investigazzjoni dwar is-sigurtà, sakemm l-awtorità ġuridika adatta fl-Istat li jkun, ma tiddeterminax li jekk dawn jinkixfu, l-interess ikun jisboq l-impatt negattiv nazzjonali u internazzjonali li t-tali azzjoni taf ikollha fuq l-investigazzjoni jew kwalunkwe investigazzjonijiet futuri:

(a) kull evidenza tax-xhieda u stqarrijiet, kontijiet u noti oħra meħuda jew riċevuti mill-entità investigattiva matul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

(b) rekords li juru l-identità tal-persuni li jkunu taw xhieda fil-kuntest ta’ l-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

(c) informazzjoni medika jew privata dwar il-persuni involuti fid-diżgrazzja jew l-okkorrenza.

Artikolu 10

Qafas ta’ kooperazzjoni permanenti

1. L-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni permanenti li jagħmilha possibbli għall-entitajiet investigattivi rispettivi tagħhom dwar is-sigurtà rigward id-diżgrazzji jew inċidenti marittimi sabiex jikkoperaw bejniethom u mal-Kummissjoni sa fejn ikun meħtieġ ħalli jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

2. Ir-regoli proċedurali tal-qafas ta' kooperazzjoni permanenti u l-arranġamenti organizzattivi rikjesti minnhom għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2).

3. L-entitajiet investigattivi fl-Istati Membri u l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas ta’ kooperazzjoni permanenti, għandhom jiftiehemu, b’mod partikolari, dwar l-aħjar modalitajiet ta' kooperazzjoni sabiex:

(a) jużaw bejniethom l-istess installazzjonijiet, l-impjanti u t-tagħmir għall-investigazzjoni teknika tar-relitt u t-tagħmir tal-bastiment u oġġetti oħra relevanti għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà, inklużi l-estrazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-informazzjoni mir-reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ ( voyage data recorders ) u tagħmir elettroniku ieħor;

(b) jipprovdu lil xulxin il-kooperazzjoni u l-ħiliet tekniċi meħtieġa sabiex jitwettqu kompiti speċifiċi;

(c) jiksbu u jużaw bejniethom informazzjoni relevanti għall-analiżi tad-data dwar id-diżgrazzja u jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa dwar is-sigurtà fuq livell Komunitarju.

(d) ifasslu prinċipji komuni għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà u għall-addattament ta’ metodi investigattivi għall-iżvilupp ta’ progress tekniku u xjentifiku;

(e) jistabbilixxu regoli dwar il-kunfidenzjalità sabiex jiġu kondiviżi l-evidenza tax-xhieda u l-ipproċessar tad-data;

(f) jorganizzaw, meta jkun xieraq, l-attivitajiet ta’ taħriġ relevanti għall-investigaturi individwali;

(g) jippromwovu l-kooperazzojni ma' l-entitajiet jew organizzazzjonijiet investigattivi ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-investigazzjoni ta' l-inċidenti marittimi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

4. Kwalunkwe Stat Membru li l-impjanti jew is-servizzi tiegħu ntużaw, jew normalment ikunu ntużaw, minn bastiment qabel diżgrazzja jew okkorrenza, u li għandu informazzjoni konnessa ma’ l-investigazzjoni, għandu jgħaddi t-tali informazzjoni lill-entità investigattiva li tkun qed tmexxi l-investigazzjoni.

Artikolu 11

L-ispejjeż

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jevitaw milli jitolbu ħlas għall-għoti ta’ kwalunkwe assistenza meħtieġa minn Stati Membri oħra għall-finijiet ta' l-amministrazzjoni ta’ investigazzjonijiet dwar is-sigurtà skond din id-Direttiva.

Artikolu 12

Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li jkollhom interess sostanzjali

1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, sa kemm possibbilment jistgħu, ma' pajjiżi terzi li jkollhom interess sostanzjali fl-investigazzjoni ta' diżgrazzji tal-baħar.

2. Il-pajjiżi terzi li jkollhom interess sostanzjali għandhom, b'kunsens reċiproku, jitħallew jissieħbu f’investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn Stat Membru skond it-termini ta' din id-Direttiva fi kwalunkwe stadju ta’ l-investigazzjoni.

3. Il-kooperazzjoni ta’ Stat Membru f’investigazzjoni mmexxija minn pajjiż terz li jkollu interess sostanzjali m’għandhiex tippreġudika l-ħtiġijiet amministrattivi u ta’ rappurtar ta’ l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà rigward diżgrazzji jew okkorrenzi marittimi skond din id-Direttiva.

Artikolu 13

Iż-żamma ta' l-evidenza

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jiżguraw li l-partijiet involuti f’diżgrazzji, okkorrenzi u sinjali ta’ allarm taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jagħmlu kull sforz possibbli sabiex jinkiseb dan li ġej:

(a) li jirreġistraw l-informazzjoni kollha minn tabelli, ġurnal ta' abbord, każetts tal-vidjo u reġistrazzjonijiet elettroniċi u manjetiċi, inkluża l-informazzjoni mir-reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ ( voyage data recorders ) u apparat elettroniku ieħor konness mal-perjodu ta’ qabel, waqt u wara xi inċident;

(b) li jżommu milli t-tali informazzjoni titħassar billi tiġi rreġistrata fuqha informazzjoni oħra jew titbiddel b’xi mod ieħor;

(c) li jwaqqfu milli ssir interferenza ma’ kwalunkwe apparat ieħor , meta dan l-apparat jista’ b’mod raġjonevoli jitqies bħala konness ma’ l-investigazzjoni ta’ l-inċident;

(d) li, minnufih, jiġbru u jżommu kull evidenza għall-finijiet ta’ l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà marittima f’ disgrazzja jew inċident.

Artikolu 14

Ir-rapporti dwar l-inċidenti

1. L-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà rigward id-diżgrazzji u l-okkorrenzi marittimi mwettqa skond it-termini ta’ din id-Direttiva għandhom jidhru f’rapport ippubblikat ippreżentat skond il-linji ta’ gwida ffissati fl-Anness I.

2. L-entitajiet investigattivi għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex ir-rapport ikun disponibbli għall-pubbliku fi żmien 12-il xahar minn dakinhar tad-diżgrazzja. Jekk ma jkunx possibbli li r-rapport finali joħroġ f’waqtu, għandu jiġi ppubblikat rapport interim fi żmien 12-il xahar minn dakinhar tad-diżgrazzja jew l-okkorrenza.

3. L-entità investigattiva ta’ l-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni għandha tibgħat lill-Kummissjoni kopja tar-rapport finali jew ta’ dak interim. Din għandha tqis l-osservazzjoni possibbli min-naħa tal-Kummissjoni għat-titjib tal-kwalità tar-rapport bl-aktar mod li jwassal sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 15

Rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà li jkunu saru mill-entitajiet investigattivi jingħataw il-piż li jixirqilhom minn dawk indirizzati u, fejn ikun il-każ, tittieħed azzjoni dwarhom skond id-dritt Komunitarju u dak internazzjonali.

2. Fejn ikun il-każ, xi entità investigattiva jew il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà abbażi ta' analiżi tad-data b'mod astratt.

3. Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà jew rakkomandazzjoni interim fl-ebda ċirkustanza m’għandha tiġġudika fuq min jaqa’ t-tort jew ir-responsabbiltà ta’ xi diżgrazzja.

Artikolu 16

Sistema ta’ allarm minn kmieni

Jekk l-entità investigattiva ta’ xi Stat Membru jidhrilha, f’xi stadju ta’ investigazzjoni ta’ inċident jew diżgrazzja marittima, li hemm bżonn ta’ azzjoni urġenti fuq livell Komunitarju sabiex jiġi pprevenut ir-riskju ta’ diżgrazzji oħra, din għandha mingħajr telf ta’ żmien tinforma lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li dawk konċernati jiġu allarmati minn kmieni.

Il-Kummissjoni għandha tixtarr il-kwistjoni minnufih u, jekk ikun neċessarju, toħroġ nota ta’ twissija għall-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri kollha l-oħra, l-industrija tat-tbaħħir, u lil kwalunkwe parti relevanti oħra.

Artikolu 17

Id-database Ewropew dwar id-diżgrazzji marittimi

1. Id-data dwar id-diżgrazzji u l-okkorrenzi marittimi għandha tinżamm u tiġi analizzata permezz ta' database elettroniku Ewropew li għandu jitwaqqaf mill-Kummissjoni, li għandu jissejjaħ il-Pjattaforma Ewropea ta’ l-Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji tal-Baħar ( EMCIP - European Marine Casualty Information Platform ).

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet intitolati li jingħatalhom aċċess għad-database.

3. L-entitajiet investigattivi ta’ l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-diżgrazzji u l-okkorrenzi marittimi skond il-format ta’ l-Anness II. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni d-data li tirriżulta mill-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà rigward l-okkorrenzi u d-diżgrazzji tal-baħar skond l-iskema tad-database EMCIP .

4. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-entitajiet investigattivi ta’ l-Istati Membri dwar ir-rekwiżiti u l-iskala taż-żmien tal-proċeduri tan-notifika u r-rapportar.

Artikolu 18

Il- kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) istitwit permezz ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill [12].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahrejn.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 19

Setgħat biex isiru emendi

Il-Kummissjoni tista’ taġġorna d-definizzjonijiet f’din id-Direttiva, u r-riferenzi għall-atti Komunitarji u l-istrumenti ta' l- IMO , skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 18(2) sabiex tikkonformahom mal-miżuri Komunitarji jew ta' l- IMO li daħlu fis-seħħ, suġġetta għall-osservanza tal-limiti ta’ din id-Direttiva.

Filwaqt li taġixxi skond l-istess proċedura, il-Kummissjoni tista' temenda wkoll l-Annessi.

Artikolu 20

Miżuri addizzjonali

M'hemm xejn f'din id-Direttiva li għandu jżomm lil xi Stat Membru milli jieħu miżuri addizzjonali dwar is-sigurtà marittima li mhumiex koperti minn din id-Direttiva, sakemm it-tali miżuri ma jiksrux lil din id-Direttiva jew b’xi mod jaffettwaw b’mod negattiv il-kisbiet li hija mmirata lejhom.

Artikolu 21

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravenzjonijiet kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, propozjonati u diżwassivi.

Artikolu 22

Emendi ta’ atti eżistenti

1. L-Artikolu 12 tad-Direttiva 1999/35/KE jitħassar.

2. L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/59/KE jitħassar.

Artikolu 23

It-traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [...]. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir it-tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 24

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 25

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

ANNESS I

Il-format u l-kontenut tar-rapport rigward investigazzjonijiet dwar is-sigurtà

Kelmtejn qabel

Dan jidentifika l-uniku għan ta’ l-investigazzjoni dwar is-sigurtà, li rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà fl-ebda każ ma toħloq preżunzjoni ta' responsabbiltà jew tort, u li r-rapport ma jkunx inkiteb, f'dawk li huma kontenut u stil, bl-intenzjoni li jintuża fi proċeduri ġuridiċi.

(Ir-rapport m’għandu jagħmel l-ebda referenza għal evidenza tax-xhieda u lanqas jorbot lil xi ħadd li jissemma fir-rapport ma' xi persuna li tkun tat xhieda matul l-investigazzjoni.)

1. Sommarju

Din il-parti tagħti ħarsa ġenerali tal-fatti bażiċi tad-diżgrazzja jew l-okkorrenza tal-baħar: x’ġara, meta, fejn u kif; u tistqarr jekk irriżultax li kien hemm xi mwiet, korrimenti, danni lill-bastiment, lill-merkanzija, lil partijiet terzi jew lill-ambjent.

2. Informazzjoni fattwali

Din il-parti tinkludi għadd ta’ taqsimiet diskreti, li jipprovdu informazzjoni suffiċjenti li l-entità investigattiva tifhem li hija fattwali, u li minnha timla b'mod komplet il-partijiet relevanti tad-database Ewropew dwar id-diżgrazzji fuq il-baħar, tissostanzja l-analiżi u tiffaċilita li wieħed jifhem.

Dawn it-taqsimiet għandhom, talanqas, jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

2.1 - Id-dettalji tal-bastiment

- Il-bandiera mtajra mill-vapur/ir-reġistru li fih huwa mniżżel;

- L-identifikazzjoni tal-bastiment;

- Il-karatteristiċi ewlenin tal-vapur;

- Is-sidien u dawk li jimmaniġġjawh;

- Id-dettalji tal-kostruzzjoni;

- L-istaff minimu biex tiġi assigurata s-sigurtà;

- Il-merkanzija awtorizzata.

2.2 - Id-dettalji tal-vjaġġ

- Il-portijiet li żar;

- It-tip ta’ vjaġġ;

- Informazzjoni dwar il-merkanzija;

- Ir-riżorsi umani.

2.3 – L-informazzjoni dwar id-diżgrazzja jew l-okkorrenza marittima

- It-tip ta’ diżgrazzja jew okkorrenza marittima;

- Id-data u l-ħin;

- Il-pożizzjoni u l-inħawi tad-diżgrazzja jew okkorrenza marittima;

- L-ambjent estern u intern;

- L-operat tal-vapur u t-taqsima tal-vjaġġ ( voyage segment );

- Il-post abbord;

- Data dwar il-fatturi umani;

- Il-konsegwenzi (lil persuni, il-bastiment, il-merkanzija, l-ambjent, oħrajn).

2.4 - L-involviment ta’ l-awtorità tax-xatt u r-reazzjoni ta’ emerġenza

- Min kien involut;

- Il-mezzi użati;

- Il-ħeffa tar-reazzjoni;

- L-azzjonijiet meħuda;

- Ir-riżultati miksuba.

Minbarra li tipprovdi d-dettalji neċessarji u informazzjoni oħra ta’ l-isfond, din il-parti tar-rapport tinkludi r-riżultati ta’ kwalunkwe eżamijiet jew testijiet relevanti u kwalunkwe azzjoni ta’ sigurtà li għandha mnejn tkun diġà ttieħdet sabiex tipprevjeni milli jseħħu diżgrazzji marittimi futuri.

3. In-narrattiva

Din il-parti tirrakonta d-diżgrazzja jew okkorrenza marittima permezz ta’ sekwenza ta’ ġrajjiet, f'ordni kronoloġika li twassal sa qabel, waqt u wara d-diżgrazzja jew okkorrenza marittima u l-involviment ta’ kulmin kien imdaħħal fiha (jiġifieri persuni, materjal, l-ambjent, apparat jew aġenti esterni). Il-perjodu kopert min-narrattiva jiddependi mis-sekwenza taż-żmien ta' dawk l-ġrajjiet inċidentali partikolari li kkontribwew direttament għad-diżgrazzja jew okkorrenza marittima.

4. L-analiżi

Din il-parti tinkludi għadd ta’ taqsimiet diskreti, li jipprovdu analiżi ta’ kull ġrajja inċidentali, b’kummenti marbuta mar-riżultati ta’ kwalunkwe eżamijiet jew testijiet relevanti li jkunu saru tul l-investigazzjoni u kwalunkwe azzjoni ta’ sigurtà li għandha mnejn tkun diġà ttieħdet sabiex jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi futuri.

Dawn it-taqsimiet għandhom ikopru kwistjonijiet bħal:

- Il-kuntest u l-ambjent tal-ġrajja inċidentali;

- Azzjonijiet żbaljati jew nuqqasijiet umani, avvenimenti li jinvolvu materjal perikoluż, effetti fuq l-ambjent, ħsarat fl-apparat, u influwenzi esterni;

- Il-fatturi kontributorji li jinvolvu funzjonijiet marbuta ma’ persuni, operazzjonijiet abbord il-vapur ( shipboard operations ), amministrazzjoni tax-xatt jew influwenza regolatorja.

L-analiżi u l-kummentarju jagħmluha possibbli għar-rapport sabiex jagħmel konklużjonijiet loġiċi, jistabbilixxi l-fatturi kontributorji kollha, jinkludi dawk b’riskji li għalihom id-difiżi eżistenti mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ ġrajjiet inċidentali, u/jew dawk immirati lejn l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-konsegwenzi tagħhom, jinstabu li jew mhumiex adegwati inkella nieqsa.

5. Konklużjonijiet

Din il-parti tikkonsolida l-fatturi kontributorji stabbiliti u d-difiżi nieqsa jew inadegwati (materjali, funzjonali, simboliċi jew proċedurali) li għalihom għandhom jiġu żviluppati azzjonijiet ta' sigurtà sabiex jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi futuri.

6. Rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà

Meta jkun il-każ, din il-parti tar-rapport tinkludi rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà dderivati mill-analiżi u l-konklużjonijiet u li jorbtu ma' oqsma partikolari, bħal-leġiżlazzjoni, it-tifsil, il-proċeduri, l-ispezzjoni, it-tmexxija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, it-taħriġ, ix-xogħol ta' tiswija, il-manutenzjoni, l-assistenza max-xatt u r-reazzjoni ta' emerġenza.

Ir-rakkomandazzjonijiet ta' sigurtà huma indirizzati lil dawk li jkunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jimplimentawhom, bħal sidien il-bastimenti, il-maniġers, organizzazzjonijiet rikonoxxuti, awtoritajiet marittimi, servizzi ta' traffiku tal-bastimenti, entitajiet ta' l-emerġenza, organizzazzjonijiet marittimi internazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej, bil-ħsieb li jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi futuri.

Din il-parti tinkludi wkoll kwalunkwe rakkomandazzjonijet tas-sigurtà interim li jafu jkunu saru matul l-investigazzjoni tas-sigurtà.

7. Appendiċi

Fejn ikun il-każ, il-lista li ġejja li mhix waħda eżawrjenti tinthemeż mar-rapport f’format elettroniku u/jew stampat:

- Ritratti, xbihat iffilmjati, reġistrazzjonijiet ta' ħsejjes, tabelli, tpinġijiet;

- L-istandards applikabbli;

- It-termini tekniċi u l-abbrevjazzjonijiet użati;

- Studji speċjali dwar is-sigurtà;

- Tagħrif mixxellanju.

ANNESS II

DATA TA’ NOTIFIKA RIGWARD DIŻGRAZZJI JEW OKKORRENZI MARITTIMI

(Parti mill-Pjattaforma Ewropea ta’ l-Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji tal-Baħar)

01. L-Istat Membru responsabbli / persuna li għandha tiġi kkuntattjata

02. L-Istat Membru investigatur

03. Ir-rwol ta’ l-Istat Membru

04. L-istat kostali affettwat

05. In-numru ta’ stati li għandhom interess sostanzjali

06. L-istati li għandhom interessi sostanzjali

07. L-entità notifikatriċi

08. Ħin tan-notifika

09. Data tan-notifika

10. Isem il-bastiment

11. In-numru ta’ l- IMO / ittri distintivi

12. Bandiera mtajra mill-bastiment

13. It-tip ta’ diżgrazzja jew l-okkorrenza marittima

14. It-tip tal-bastiment

15. Id-data tad-diżgrazzja jew l-okkorrenza marittima

16. Il-ħin tad-diżgrazzja jew l-okkorrenza marittima

17. Pożizzjoni - Latitudni

18. Pożizzjoni - Lonġitudni

19. L-inħawi tad-diżgrazzja jew l-okkorrenza marittima

20. Il-port minn fejn salpa l-bastiment

21. Il-port fejn kien destinat

22. L-iskema ta’ separazzjoni tat-traffiku

23. It-taqsima tal-vjaġġ ( voyage segment )

24. L-operat tal-bastiment

25. Il-post abbord

26. Imwiet:

- Ekwipaġġ

- Passiġġieri

- Oħrajn

27. Korrimenti gravi:

- Ekwipaġġ

- Passiġġieri

- Oħrajn

28. Tniġġis

29. Dannu lill-bastiment

30. Dannu lill-merkanzija

31. Dannu ieħor

32. Deskrizzjoni qasira tad-diżgrazzja jew l-okkorrenza marittima

Nota: In-numri sottolineati jfissru li d-data għandha tiġi pprovduta għal kull bastiment jekk aktar minn bastiment wieħed ikun involut fid-diżgrazzja jew l-okkorrenza marittima.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ l-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE

2. QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet)

Qasam politiku: Enerġija u Trasport

Attivitajiet: Trasport fuq il-baħar u fuq ix-xmajjar, intermodalità

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1 Linji tal-baġit (linji operattivi u linji marbuta ma’ l-assistenza teknika u amministrattiva) (linji li qabel kienu BA), inklużi l-intestaturi: mhux applikabbli

3.2 It-tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: mMhux applikabbli

3.3 Karatteristiċi tal-baġit (żid il-linji skond kif meħtieġ): mhux applikabbli

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Parteċipazzjoni ta’ l-EFTA | Parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

Obbligatorja/Mhux obbligatorja | Differenzjata[13]/ Mhux differenzjata[14] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | Nru […] |

Obbligatorja/Mhux obbligatorja | Differenzjata/Mhux differenzjata | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | Nru […] |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1 Riżorsi finanzjarji

4.1.1 Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

miljuni ta’ EUR (sa tliet numri deċimali)

Tip ta’ nefqa | Taqsima Nru […] | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n+5 u wara | Total |

Nefqa operattiva[15] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | xejn |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | xejn |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[16] |

Assistenza teknika u amministrattiva – Nefqa Mhux Differenzjata (NMD) | 8.2.4 | c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | xejn |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Xejn |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b+c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Xejn |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[17] |

Riżorsi umani u nefqa relatata – (NMD) | 8.2.5 | d | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.324 |

Spejjeż amministrattivi, għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NMD) | 8.2.6 | e | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Total indikattiv ta’ kemm tiswa l-azzjoni

Total AI inkluża l-ispiża għar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.324 |

Total AĦ inkluża l-ispiża għar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.324 |

Dettalji tal-kofinanzjament

Il-proposta leġiżlattiva ma tipprevedix kofinanzjament min-naħa ta’ l-Istati Membri

miljuni ta’ EUR (sa tliet numri deċimali)

L-entità tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n+5 u wara | Total |

…………………… | f | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

TOTAL AI bil-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

4.1.2 Kompatibbiltà ma’ l-ipprogrammar finanzjarju

Proposta kompatibbli ma l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta teħtieġ programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[18] (l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji)

4.1.3 Impatt finanzjarju fuq id-dħul

Proposta mingħajr impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: id-dettalji u r-rimarki kollha dwar il-metodu ta’ kalkolu ta’ l-effett fuq id-dħul għandhom jidhru f’anness għalih.

miljuni ta’ EUR (sa tliet numri deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1 Twettiq meħtieġ għaż-żmien fil-qosor jew fit-tul

L-għan tal-proposta leġiżlattiva huwa l-adozzjoni ta’ direttiva li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jkollhom jimxu magħhom l-Istati Membri għall-inkjesti tekniċi wara inċidenti fuq il-baħar.

L-azzjonijiet previsti se jitwettqu mill-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri, partikolarment is-servizzi inkarigati mill-affarijiet marittimi u mill-inkjesti tekniċi wara inċidenti fuq il-baħar.

5.2 Valur miżjud ta’ l-azzjoni Komunitarja, kompatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra, u sinerġija eventwali

Il-miżura proposta se tippermetti, partikolarment, l-identifikazzjoni f'waqtha tat-tagħlimiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta' rakkomandazzjonijiet fuq livell Komunitarju sabiex wieħed jilqa' għal inċidenti ta' l-istess tip fil-ġejjieni, u sabiex jitnaqqsu jew jiġu eliminati r-riskji marbuta mat-trasport marittimu għan-nies, il-merkanizja u l-ambjent ta’ l-Istati Membri.

Il-valur miżjud ser jinsab fit-titjib tal-livell ġenerali tas-sikurezza marittima. M'hemm l-ebda implikazzjoni prevedibbli lil kwalunkwe strument finanzjarju.

5.3 Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi marbuta mal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM)

L-għan ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa t-titjib tas-sikurezza marittima bis-saħħa ta’ linji ta’ gwida ċari fuq il-livell Komunitarju fir-rigward tat-twettiq ta’ l-inkjesti tekniċi wara inċidenti fuq il-baħar. Id-diffikultajiet li qamu wara l-inkjesti dwar l-għarqa tat-tankers taż-żejt “Erika” u “Prestige” urew il-ħtieġa ta’ azzjoni Komunitarja supplimemtari f’dan il-qasam.

Fir-rigward tar-regoli tal-liġi marittima internazzjonali u tad-drittijiet u l-obbligi ta’ l-Istati Membri, il-proposta tad-Direttiva fiha l-miżuri strettament meħtieġa sabiex tkun garantita, fuq il-livell ta’ l-Unjoni Ewropea, tmexxija diliġenti ta’ l-inkjesti tekniċi wara inċidenti fuq il-baħar li jkunu jew jistgħu jkunu ta' riskju serju għall-persuni, il-merkanzija u l-ambjent ta’ l-Istati Membri.

Li wieħed jirrikorri għal-leġiżlazzjoni Komunitarja huwa impenn biex jiżgura l-applikazzjoni effettiva, fuq il-livell Komunitarju, tal-prinċipji maqbula fuq il-livell internazzjonali, u b’hekk jappoġġa l-Istati Membri, kemm bħala Stati tal-bandiera jew Stati kkonċernati, f’attivitajiet marbuta ma’ l-investigazzjonijiet ta’ inċidenti serji fuq il-baħar.

5.4 Modi tat-twettiq (indikattivi)

Indika hawn taħt il-mod(i)[20] ta’ twettiq magħżul(a)

( Ġestjoni ċċentralizzata

Direttament mill-Kummissjoni

( Indirettament b’delega lil:

( aġenziji eżekuttivi,

( entitajiet maħluqa mill-Komunitajiet, kif previst fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (speċifika)

Dettalji:

Mhux applikabbli

6. KONTROLL U EVALWAZZJONI

L-abozz ta’ Direttiva fih dispożizzjoni li tobbliga lill-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni (MNI) li għandhom jiġu adottati sabiex id-Direttivi jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali.

In-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-MNI (kif ukoll komunikazzjoni mhux sħiħa) awtomatikament tagħti bidu għall-proċeduri ta’ ksur skond l-Artikolu 226 tat-Trattat.

Is-segwitu tal-ħidma mwettqa mill-entitajiet investigattivi u l-amministrazzjonijiet marittimi ta’ l-Istati Membri mill-Aġenzija għas-Sigurtà Marittima.

6.1 Evalwazzjoni:

6.1.1 Evalwazzjoni ex-ante

F'Mejju 2004, u wara fi Frar 2005, il-Kummissjoni wettqet sensiela doppja ta' laqgħat ta' konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ta’ l-industrija marittima, fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tagħha li jinkludu lista dettaljata ta’ mistoqsijiet dwar il-metodu li għandu jiġi segwit u d-dispożizzjonijiet previsti għall-investigazzjonijiet dwar inċidenti fuq il-baħar. Il-Kummissjoni talbet lill-parteċipanti kkonsultati biex iwasslulha bil-miktub il-kummenti ddettaljati tagħhom.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni, bl-appoġġ ta' l-Aġenzija għas-Sigurtà Marittima, ġabret it-tagħrif meħtieġ bil-għan li tevalwa l-impatt tal-proposta. Il-prinċipji li nebbħu l-proposta tal-Kummissjoni ġew eżaminati waqt seminar tekniku organiżżat mill-Aġenzija fi Frar 2005 ma’ l-esperti ta’ l-OMI u ma’ l-amministrazzjonijiet marittimi u l-entitajiet ta’ inkjesta ta’ l-Istati Membri.

Fl-aħħarnett, fit-tħejjija ta’ l-abbozz tad-Direttiva, il-Kummissjoni rċeviet il-parir tal-grupp ta’ esperti indipendenti inkarigati biex jagħtu konsulenza lill-Kummissjoni dwar l-istrateġija fil-qasam ta’ l-inċidenti fis-settur tat-trasport.

Ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet u ta’ l-istudji ta’ l-impatt mwettqa kkonfermaw li

- l-għażla l-aktar xierqa sabiex tiġi affrontata l-problema ta’ l-inkjesti tekniċi wara inċident fuq il-baħar fil-qafas tal-politika tas-sigurtà marittima hija li wieħed jirrikorri għal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

- l-istrument magħżul (cf. Direttiva li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jkollhom jimxu magħhom l-Istati Membri għall-inkjesti tekniċi wara inċident fuq il-baħar) għandu jkun ibbażat, kemm jista’ jkun fuq il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi ta’ l-OMI. Madankollu, id-dispożizzjoni proposta għandha twassal għal kisbiet ta' esperjenza talanqas simili għal dawk garantiti mil-leġiżlazzjoni fis-settur ta’ l-avjazzjoni;

- l-azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam hija urġenti minħabba li l-inkjesti tekniċi huma parti minn politika maħsuba biex tipprevjeni diżastri oħra fuq il-baħar fl-Unjoni Ewropea.

6.1.2 Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ ex-post (tagħlimiet meħuda minn esperjenzi preċedenti simili)

Mhux applikabbli

6.1.3 Kundizzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjonijiet fil-ġejjieni

Mhux applikabbli

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Mhux applikabbli

8. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

8.1 L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ spejjeż: Mhux applikabbli

Approprjazzjonijiet għall-impnenji f’miljuni ta’ Euros (sa tliet punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew aġenti temporanji10 (06 01 01) | A*/AD | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

B*, C*/AST | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Staff iffinanzjat 11 mill-Art. XX 01 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Staff ieħor iffinanzjat12 mill-Art. XX 01 04/05 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

TOTAL | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 |

8.2.2 Deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni: ħidmiet

Id-Direttiva li tistabbilixxi l-prinċipji għat-tmexxija ta’ inkjesti tekniċi wara inċidenti fit-trasport marittimu testendi l-kompetenzi tal-Komunità fil-qasam tas-sikurezza marittima. Tisħiħ tar-riżorsi umani – stmat għal ½ uffiċjal A – huwa meħtieġ sabiex ikun hemm segwitu kif xieraq għat-twettiq tad-Direttiva.

8.2.3 Oriġini tar-riżorsi umani (statutorji)

( Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu ssotitwiti jew estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan is-sena finanzjarja APS/APB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu għall-proċedura APS/APB li jmiss

Karigi li għandhom jerġħu jiġu allokati mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (allokazzjoni mill-ġdid interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n iżda mhux previsti fis-sena finanzjarja APS/APB tas-sena finanzjarja kkonċernata

8.2.4 Spejjeż amministrattivi oħra inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 –Spejjeż ta’ ġestjoni amminstrattiva)

miljuni ta’ EUR (sa tliet numri deċimali)

Linja tal-baġit (nru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

1. Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati għall-istaff) | 0 |

Aġenziji eżekuttivi13 | 0 |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra | 0 |

- intra muros | 0 |

- extra muros | 0 |

Total ta’ l-assistenza teknika u amministrattiva | 0 |

8.2.5 Spiża għar-riżorsi umani u nefqa relatata mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta’ EUR (sa tliet numri deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u aġenti temporanji (06 01 01) | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.324 |

Persunal iffinanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati, staff ad interim, eċċ.) (indika l-linja tal-baġit) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Spiża totali għar-riżorsi umani u nefqa relatata (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.054 | 0.324 |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji

(108 000 € * 0.5 = 54 000 €)

Kalkolu - Persunal iffinanzjat mill-Art. XX 01 02

Mhux applikabbli

8.2.6 Nefqa amministrattiva oħra mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta’ Euros (sa tliet punti deċimali)

Sena Nru […] | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0* |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

XX 01 02 11 03 - Kumitati14 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informatika/informazzjoni | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

2. Total spejjeż oħra ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

3. Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika l-linja tal-baġit) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Total tan-nefqa amministrattiva għajr ir-riżorsi umani u nfiq relatat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

* mingħajr impatt fuq il-baġit attwali tal-missjonijiet

Kalkolu – Nefqiet amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta referenza

Mhux applikabbli

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], [...], p. [...].

[5] 2003-2235 (INI).

[6] L-Att Finali tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt Marittimu 1973-1982, Klassi Nru 341.45 L412 1997.

[7] Il-verżjoni IMO FSI 13/WP.3 tad-9 ta’ Marzu 2005.

[8] ĠU L 138, ta’ l-1.6.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/84/KE (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 53).

[9] ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 10.

[10] ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 724/2004, (ĠU L 129, tad-29.4.2004, p. 1).

[11] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[12] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1.

[13] Approprjazzjonijiet differenzjati.

[14] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[15] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitoli xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[16] Nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[17] Nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01, għajr l-Artikoli xx 01 04 u xx 01 05.

[18] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[19] F'każ ta' bżonn, għandhom jiżdiedu kolonni supplementari, jekk it-tul ta' l-azzjoni jisboq is-6 snin.

[20] Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fil-parti "Rimarki” ta’ dan il-punt.

9 Kif deskritt fil-parti 5.3.

10 In-nefqa MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

11 Fejn in-nefqa MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

12 Fejn in-nefqa hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

13 Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernati.

14 Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li qiegħed fih.

Top