This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0584
Proposal for a Council Decision on the signature, on behalf of the European Community, and the provisional application of the Agreement in the form of an Exchange of Letters concerning the amendments to the Protocol setting out the fishing opportunities and the financial contribution provided for in the Agreement on cooperation in the sea fisheries sector between the European Community and the Islamic Republic of Mauritania for the period 1 August 2001 to 31 July 2006
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri rigward emendi li jimmodifikaw il-Protokoll li jistipula d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri rigward emendi li jimmodifikaw il-Protokoll li jistipula d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006
/* KUMM/2005/0584 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri rigward emendi li jimmodifikaw il-Protokoll li jistipula d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006 /* KUMM/2005/0584 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.11.2005 KUMM(2005) 584 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri rigward emendi li jimmodifikaw il-Protokoll li jistipula d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Dan l-abbozz għandu l-għan li jemenda l-Protokoll eżistenti anness mal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-grupp ta’ ħidma tekniku li laqqa’ flimkien ir-rappreżentanti ta’ l-amministrazzjoni tal-Mawritanja u tal-Komunità Ewropea, liema laqgħat tekniċi seħħu mit-30 ta’ Ġunju sat-2 ta' Lulju u mill-14 sal-15 ta' Lulju f'Nouakchott, kif ukoll mis-7 sa l-10 ta' Settembru 2004 fi Brussell, u fid-dawl ta' l-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, fil-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 fi Brussell, iż-żewġ partijiet waslu għall-konklużjoni li jaqblu li jieħdu ċertu numru ta’ miżuri fir-rigward tal-ġestjoni ta’ l-attività tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva tal-Mawritanja. Il-Ftehim dwar l-emendi li jimmodikifaw dan il-Protokoll kien ifformalizzat minn skambju ta’ ittri. Il-miżuri msemmija hawn fuq għandhom l-għan li jnaqqsu r-rata ta’ qbid taċ-ċefalopodi bit-tnaqqis ta’ l-attività tas-sajd u minn naħa oħra b’żieda ta' l-għadd ta’ liċenzji fil-kategorija tal-ħut pelaġiku u tat-tonn. Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-flotot li jtajru bandiera ta’ l-Istati Membri ġodda u tiġi garantita l-kontinwità ta’ l-aċċess ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw tradizzjonalment fil-qafas tal-ftehim imsemmi hawn fuq, l-għoti ta’ liċenzji għall-kategoriji tal-ħut pelaġiku sejra sseħħ fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-Istati Membri kollha billi jitqiesu l-attivitajiet ta' sajd tradizzjonalment magħmula fil-qafas ta' dan il-ftehim. Meta meħtieġ, il-Kummissjoni se tipproponi t-tqassim tal-liċenzji għall-kategorija tal-ħut pelaġiku fost l-Istati Membri. L-iffriżar ta’ ħames liċenzji għaċ-ċefalopodi, li diġà kien is-suġġett ta’ konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri minn Marzu 2004, issa huwa kkumpensat fil-qafas ta’ dan it-titjib bl-għotja ta’ dawn il-liċenzji ġodda għas-sajd tal-ħut pelaġiku u jippermetti wkoll li tkun garantita ġestjoni finanzjarja tajba u soda li tippermetti titjib tad-drittijiet ta’ sajd skond ir-riżorsi u l-applikazzjonijiet tas-settur. Il-bilanċ il-ġdid li ntlaħaq permezz ta' din ir-rijorganizzazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tar-riżultati tan-negozjati ta’ l-2001 għall-Protokoll attwali u jirrapreżenta riżultat sodisfaċenti ħafna għall-KE f’termini ta’ analiżi tan-nefqa u l-benefiċċji. Il-Kummissjoni tipproponi fuq din il-bażi li l-Kunsill jadotta b’Deċiżjoni l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri, fl-istennija tad-dħul fis-seħħ definittiv tiegħu. Abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-emendi li jimmodifikaw il-Protokoll huwa s-suġġett ta' proċedura separata. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri rigward emendi li jimmodifikaw il-Protokoll li jistipula d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006 IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) tiegħu, wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Il-Protokoll li jistipola d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 2001, u dan sal-31 ta’ Lulju 2006[2]; (2) Meta jitqiesu l-opinjonijiet xjentifiċi dwar il-qagħda tar-riżorsi fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Mawritanja u speċjalment ir-riżultati tar-raba’ u tal-ħames grupp ta’ ħidma ta’ l-Istitut tal-Mawritanja għar-Riċerka Oċeanografika u s-Sajd [ Institut Mauritanien de Recherches Océanographiques et des Pêches (IMROP) ] u tal-grupp ta’ ħidma xjentifiku konġunt, u meta jitqiesu l-konklużjonijiet li rriżultaw fil-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal-15 u tas-16 ta’ Diċembru 2004, iż-żewġ partijiet iddeċidew li jemendaw id-drittijiet attwali ta’ sajd. (3) Ir-riżultati ta’ dawn l-emendi ddaħħlu fl-iskambju ta’ ittri u jittrattaw tnaqqis temporanju ta’ l-attività tas-sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi (kategorija 5), l-iffissar tat-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ, iż-żieda ta' l-għadd ta’ bastimenti għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ (kategorija 8) u għall-kategorija tas-sajd minn bastimenti tas-sajd għal ħut pelaġiku bil-friża (kategorija 9); (4) Sabiex dawn l-emendi li jimmodifikaw id-drittijiet ta’ sajd japplikaw mill-iktar fis possibbli, jeħtieġ għalhekk li jiġi ffirmat ftehim fl-għamla ta' skambju ta’ ittri, suġġett għall-konklużjoni definittiva tiegħu mill-Kunsill; (5) Għandu jiġi kkonfermat it-tqassim fost l-Istati Membri tad-drittijiet il-ġodda ta’ sajd kif emendati. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-iffirmar tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri dwar emendi li jimmodifikaw il-Protokoll li jistipola d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006 b'dan huwa approvat mill-Kunsill f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim fl-għamla ta Skambju ta' Ittri huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 3 Il-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri jiġi applikat mill-Komunità b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2005. Artikolu 4 B'riżultat ta' l-emendi msemmija fl-iskambju ta’ ittri, id-drittijiet il-ġodda ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd “bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ” (fajl tekniku nru 8 tal-Protokoll) u għall-kategorija tas-sajd "bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku bil-friża" (fajl tekniku nru 9) huma mqassma fost l-Istati Membri kif ġej: Kategoriji tas-sajd | Stat Membru | Tunnellaġġ/Numru ta’ bastimenti li jistgħu jintużaw | Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ (bastimenti) | Spanja Il-Portugall Franza | 20 + 3= 23 3 + 0= 3 8 + 1= 9 | Għall-ħut pelaġiku (bastimenti) | 15+10= 25 | It-tnaqqis temporanju ta’ ħames (5) liċenzji għas-sajd għall-kategorji tas-sajd tal-ċefalopodi jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2005. Il-mobilitazzjoni fil-ġejjieni ta’ dawn il-ħames (5) liċenzji se tiġi deċiża bi qbil komuni fi ħdan kummissjoni mħallta bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Mawritani skond il-qagħda tar-riżorsa. Jekk il-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-Istati Membri ma jkoprux id-drittijiet ta’ sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tqis l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ Stat Membru ieħor. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President FTEHIM FL-GĦAMLA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll li jiffissa d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006. A. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja Għażiż Sinjur, Filwaqt li nirreferi għall-Protokoll, inizjalat fil-31 ta’ Lulju 2001, li jiffissa d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006, u għar-riżultat tal-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal-15 u tas-16 ta’ Diċembru 2004, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jinsab lest li japplika, skond l-opinjonijiet xjentifiċi, tnaqqis temporanju ta’ l-attività ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi kif stipolata fil-fajl tekniku tas-sajd nru 5 ta’ dan il-Protokoll, billi temporanjament inaqqas b'5 liċenzji d-drittijiet ta’ sajd fir-rigward tad-drittijiet offruti mill-Protokoll. Il-mobilitazzjoni tal-ġejjieni ta’ dawn il-5 liċenzji se tkun deċiża bi qbil komuni skond il-qagħda tar-riżorsa. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja se jiddeċiedi wkoll dwar it-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fuq bażi mhux diskriminatorja. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jimpenja ruħu wkoll għall-applikazzjoni ta’ l-emendi magħmula lill-Protokoll għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ sajd iffissati mill-fajl tekniku tas-sajd nru 8 għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasbiet u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ billi jżid l-għadd ta' bastimenti ta’ din il-kategorija minn 31 għal 35 u fil-fajl tekniku tas-sajd nru 9 għall-kategorija tas-sajd tal-bastimenti għat-tkarkir għall-ħut pelaġiku bil-friża billi jżid l-għadd ta’ bastimenti ta’ din il-kategorija minn 15 għal 25, b’mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, fl-istennija tad-dħul tiegħu fis-seħħ, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess. Nibqa' nafhulek jekk tikkonfermali l-ftehim tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja. Dejjem tiegħek. Għall-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja B. Ittra tal-Komunità Ewropea Għażiż Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid kif ġej: “Għażiż Sinjur, Filwaqt li nirreferi għall-Protokoll, inizjalat fil-31 ta’ Lulju 2001, li jiffissa d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006, u għar-riżultat tal-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal-15 u tas-16 ta’ Diċembru 2004, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jinsab lest li japplika, skond l-opinjonijiet xjentifiċi, tnaqqis temporanju ta’ l-attività ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi kif stipolata fil-fajl tekniku tas-sajd nru 5 ta’ dan il-Protokoll, billi temporanjament inaqqas b'5 liċenzji d-drittijiet ta’ sajd fir-rigward tad-drittijiet offruti mill-Protokoll. Il-mobilitazzjoni tal-ġejjieni ta’ dawn il-5 liċenzji se tkun deċiża bi qbil komuni skond il-qagħda tar-riżorsa. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja se jiddeċiedi wkoll dwar it-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fuq bażi mhux diskriminatorja. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jimpenja ruħu wkoll għall-applikazzjoni ta’ l-emendi magħmula lill-Protokoll għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ sajd iffissati mill-fajl tekniku tas-sajd nru 8 għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasbiet u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ billi jżid l-għadd ta' bastimenti ta’ din il-kategorija minn 31 għal 35 u fil-fajl tekniku tas-sajd nru 9 għall-kategorija tas-sajd tal-bastimenti għat-tkarkir għall-ħut pelaġiku bil-friża billi jżid l-għadd ta’ bastimenti ta’ din il-kategorija minn 15 għal 25, b’mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, fl-istennija tad-dħul tiegħu fis-seħħ, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess. Nibqa' nafhulek jekk tikkonfermali l-ftehim tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja.” Għandni l-unur nikkonfermalek il-qbil tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja. Dejjem tiegħek. F'isem il-Komunità Ewropea [1] ĠU C [...], tal-[...], p. [...]. [2] ĠU L 341, tat-22.12.2001