This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0563
Proposal for a Council Regulation (EC) amending Regulation (EC) No 533/2004
Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 533/2004
Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 533/2004
/* KUMM/2005/0563 finali - CNS 2005/0226 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 09.11.2005 KUMM(2005) 563 finali 2005/0226 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 533/2004 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Din il-proposta biex jinbidel l-isem tas-sħubija tal-Kroazja minn "Sħubija Ewropea' għal 'Sħubija ta' l-Adeżjoni' saret sabiex jiġi allineat l-isem tas-Sħubija tal-Kroazja ma' l-isem tas-Sħubija tat-Turkija, minħaba li t-tnejn li huma, huma pajjiżi kandidati li bdew in-negozjati ta’ l-adeżjoni. Sabiex l-istrument tas-Sħubiji jkun jiftiehem aħjar, huwa adatt li jkun hemm l-istess isem għas-Sħubiji għaż-żewġ pajjiżi li issa huma fl-istess stadju tal-proċess tagħhom tad-dħul. Dan huwa skond kif tqiegħed il-kliem fid-Dokument ta’ Strateġija ta’ l-2005 dwar it-tkabbir. Ir-Regolament fih il-propost għall-bdil fir-regolament relevanti. Il-Kummissjoni għalhekk tistieden lill-Kunsill li jadotta r-regolament propost li hu mehmuż. 2005/0226 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 533/2004 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a (2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004[3] jipprovdi li s-sħubiji Ewropej ikunu stabbiliti fil-qafas tal-proċess ta' stabilità u assoċjazzjoni għall-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Lvant. (2) Il-Kunsill Ewropea iddeċieda li fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fis-17 u t-18 ta' Ġunju 2004 li l-Kroazja tkun pajjiż kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Fit-3 ta’ Ottubru 2005, in-negozjati dwar l-adeżjoni bdew mal-Kroazja. (3) Hu għalhekk xieraq li jiġi pprovdut li minflok Sħubija Ewropea, l-Unjoni Ewropea ghandha timplimenta fir-relazzjonijiet tagħha mal-Kroazja Sħubija ta’ l-Adeżjoni u temenda r-Regolament (KE) Nru 533/2004 skond dan. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1) Fit-titolu, il-kelma “ Ewropea ” titħassar. 2) Fl-Artikolu 1, il-kelma “ Kroazja ” titħassar. 3) L-Artikolu 1a li ġej jiddaħħal: “ Artikolu 1a Bħala parti mill-proċess ta’ stabilità u assoċjazzjoni, għandu jkun stabbilit għall-Kroazja Sħubija ta' Assoċjazzjoni. Is-Sħubija ta' Assoċjazzjoni għandha tipprovdi qafas li jkopri l-prijoritajiet kollha li jirriżultaw mill-analiżi tas-sitwazzjoni fil-Kroazja, li fuq preparazzjonijiet għall-adeżjoni għandhom jikkonċentraw fid-dawl tal-kriterji ta’ Kopenħagen definiti mill-Kunsill Ewropew u l-progress li sar fl-implimentar tal-proċess ta' stabilità u assoċjazzjoni, inkluż il-Ftehim ta' Stabilità u Assoċjazzjoni[4], u b'mod partikolari l-kooperazzjoni reġjonali. ” 4) Fl-Artikolu 2, il-kelma “ Ewropea ” titħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1. [4] ĠU L26, 28.1.2005, p. 3.