Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0559

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Dwar il-Prinċipji, Prijoritajiet, u Kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mat-Turkija {SEC (2005) 1426}

/* KUMM/2005/0559 finali */

52005PC0559




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 9.11.2005

KUMM(2005) 559 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Dwar il-Prinċipji, Prijoritajiet, u Kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mat-Turkija

(ippreżentata mill-Kummissjoni) {SEC (2005) 1426}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

F’Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Kopenħagen fakkar id-Deċiżjoni tiegħu meħuda fl-1999 f’Ħelsinki li t-Turkija hija Stat kandidat li huwa ddestinat li jingħaqad ma’ l-Unjoni. Hija laqgħat bi ħġarha l-passi importanti meħuda mit-Turkija biex tilħaq il-kriterji ta' Kopenħagen, u identifikat għadd ta' oqsma prijoritarji għal xogħol ulterjuri. Sabiex jassisti lit-Turkija fit-tħejjija tagħha lejn sħubija ma’ l-UE, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li l-istrateġija ta’ adeżjoni għat-Turkija għandha tissaħħaħ u stieden lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta għal Sħubija għall-Adeżjoni riveduta, li ġiet adottata għall-ewwel darba fl-2001.

F’Marzu 2003, il-Kummissjoni ppreżentat Sħubija għall-Adeżjoni mat-Turkija riveduta li ġie adottata mill-Kunsill. Fir-rakkomandazzjoni ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni ipproponiet, bil-għan li tiggarantixxi s-sostenibbiltà u l-irreversibiltà tal-proċess ta’ riforma politika, li l-UE għandha tkompli tissorvelja mill-qrib il-progress tar-riformi politiċi. Partikolarment, il-Kummissjoni pproponiet l-adozjoni ta’ Sħubija għall-Adeżjoni riveduta fl-2005. F’Diċembru 2004, il-Kunsill ikkonkluda li l-Unjoni Ewropea se tkompli tissorvelja mill-qrib il-progress tar-riformi politiċi fuq il-bażi ta’ Sħubija għall-Adeżjoni riveduta li tistipola l-prijoritajiet għall-proċess ta’ riforma.

Din it-tielet Sħubija għall-Adeżjoni hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 390/2001 li jipprovdi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi, b’maġġoranza kkwalifikata u wara proposta mill-Kummissjoni, dwar il-prinċipji, prijoritajiet, oġġettivi intermedji u kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni, hekk kif tkun sottomessa lit-Turkija, kif ukoll dwar aġġustamenti sinifikanti sussegwenti applikabbli għaliha.

Huwa jelenka prijoritajiet fit-terminu qasir u medju għat-tħejjija tal-pajjiż għal integrazzjoni ulterjuri ma’ l-Unjoni Ewropea. Il-pajjiż huwa mistenni li jirrispondi għas-Sħubija għall-Adeżjoni billi jħejji pjan li jinkludi skeda u miżuri speċifiċi biex jindirizza l-prijoritajiet tas-Sħubija għall-Adeżjoni . Il-progress fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet se jiġi sorveljat permezz tal-qafas tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif xieraq u permezz tar-Rapporti tal-Progress tal-Kummissjoni.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta ma għandha ebda implikazzjoni finanzjarja. Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq il-Kummissjoni stiednet lill-Kunsill biex tadotta l-abbozz ta' l-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Dwar il-Prinċipji, Prijoritajiet, u Kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mat-Turkija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 390/2001 tas-26 ta’ Frar 2001 dwar assistenza lit-Turkija fil-qafas għall-istrateġija ta’ pre-adeżjoni, u b’mod partikolari dwar l-istabbiliment ta’ Sħubija għall-Adeżjoni [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 390/2001 jipprovdi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi, b’maġġoranza kkwalifikata u wara proposta mill-Kummissjoni, dwar il-prinċipji, prijoritajiet, oġġettivi intermedji u kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni individwali, hekk kif tkun sottomessa lit-Turkija, kif ukoll dwar aġġustamenti sinifikanti sussegwenti applikabbli għaliha.

(2) Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-2004 [2]dwar it-Turkija enfasizzat li l-UE għandha tkompli tissorvelja l-proċess ta’ riforma politika abbażi ta’ Sħubija għall-Adeżjoni li tistipola l-prijoritajiet u li s-Sħubija għall-Adeżjoni għandha tiġi proposta fl-2005.(3) Fuq dik il-bażi fl-2001 u l-2003 l-Kunsill adotta Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għall-Adeżjoni mat-Turkija[3].

(4) F’Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-Unjoni Ewropea se tkompli tissorvelja mill-qrib il-progress tar-riformi politiċi abbażi ta’ Sħubija għall-Adeżjoni li tistipula l-prijoritajiet għall-proċess ta’ riforma.

(5) Fit-3 ta’ Ottubru 2005, l-Istati Membri fetħu negozjati mat-Turkija dwar l-adeżjoni tagħha ma’ l-Unjoni Ewropea. L-iżvilupp tan-negozjati se jkun iggwidat mill-progress tat-Turkija fit-tħejjija għall-adeżjoni, li se jitkejjel, inter alia, ma’ l-implimentazzjoni ta’ Partenarjat ta’ Adeżjoni, kif rivedut regolarment.

(6) Sabiex tħejji għas-sħubija, it-Turkija hija mistennija li tiżviluppa pjan bi skeda u miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-prijoritajiet ta’ din is-Sħubija għall-Adeżjoni .

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-prinċipji, il-prijoritajiet, l-oġġettivi intermedji u l-kondizzjonijiet fis-Sħubija għall-Adeżjoni għat-Turkija huma stipulati fl-Anness tagħha, li tifforma parti integrali minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Adeżjoni se tiġi eżaminata u ssorveljata fil-korpi stabbiliti taħt is-Sħubija għall-Adeżjoni u mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ rapporti annwali mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell,

F'isem il-Kunsill

Il-President

ANNESS

Turkija 2005 Sħubija għall-Adeżjoni

1. INTRODUZZJONI

Fil-laqgħa tiegħu fil-Lussemburgu f’Diċembru 1997, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li s-Sħubija għall-Adeżjoni se tkun il-fattur ewlieni ta’ l-istrateġija msaħħa ta’ pre-adeżjoni, li timmobilizza l-forom kollha ta’ għajnuna għall-pajjiżi kandidati fi ħdan il-qafas waħdieni. B’dan il-mod, il-Komunità timmira l-għajnuna tagħha lejn il-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull kandidat sabiex tipprovdi appoġġ biex tegħleb problemi partikolari bil-ħsieb ta’ l-adeżjoni.

L-ewwel Sħubija għall-Adeżjoni għat-Turkija ġiet adottata mill-Kunsill f’Marzu 2001. Fid-dokument ta' Strateġija tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir ta' Ottubru 2002, kien mistqarr li l-Kummissjoni se tipproponi Sħubija għall-Adeżjoni riveduta għat-Turkija. Sħubija għall-Adeżjoni riveduta kienet ippreżentata mill-Kummissjoni f’Marzu 2003 u adottata mill-Kunsill f’Mejju ta’ l-istess sena. Fir-rakkomandazzjoni tagħha ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni pproponiet, bil-għan li tiggarantixxi s-sostenibbiltà u l-irreversibbiltà tal-proċess ta’ riforma politika, li l-UE għandha tkompli tissorvelja mill-qrib il-progress tar-riformi politiċi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni pproponiet l-adozzjoni ta' Sħubija għall-Adeżjoni riveduta fl-2005.

It-Turkija hija mistennija li tiżviluppa pjan li jinkludi skeda u miżuri speċifiċi li huma mistennija li jindirizzaw il-prijoritajiet tal-Partenarjat ta' Adeżjoni.

Is-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta tipprovdi l-bażi għal numru ta’ strumenti ta’ politika li se jiġu użati biex jgħinu lill-Istat Kandidat fit-tħejjija għas-sħubija. B’mod partikolari, is-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta se sservi bħala bażi għal riformi politiċi għall-ġejjieni u bħala qies li miegħu jitkejjel il-progress fil-ġejjieni.

2. PRINĊIPJI

Il-prijoritajiet ewlenin identifikati għat-Turkija jirrigwardaw il-kapaċità tagħha li tilħaq il-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen ta’ l-1993 u r-rekwiżiti tal-qafas tan-negozjati adottati mill-Kunsill fit-3 ta’ Ottubru 2005.

3. PRIJORITAJIET

Il-prijoritajiet elenkati f'dan il-Partenarjat ta' Adeżjoni ġew magħżula fuq il-bażi li huwa realistiku tistenna li l-pajjiż jista' jwettaqhom jew imexxihom sostanzjalment ’il quddiem matul il-ftit snin li ġejjin. Hemm distinzjoni bejn prijoritajiet għal terminu qasir, li huma mistennija li jitwettqu fi żmien sena jew tnejn, u l-prijoritajiet għat-terminu medju, li huma mistennija li jitwettqu fi żmien tlieta jew erba’ snin. Il-prijoritajiet jikkonċernaw kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.

Is-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta tindika l-oqsma prijoritarji għat-tħejjijiet għas-sħubija tat-Turkija. Fl-aħħar, madankollu, it-Turkija se jkollha tindirizza l-kwistjonijiet kollha identifikati fir-Rapport tal-Progress. Huwa importanti wkoll li t-Turkija twettaq l-impenji ta’ approssimazzjoni leġiżlattiva u implimentazzjoni ta’ l- acquis b’konformità ma’ l-impenji meħuda taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, Unjoni Doganali u deċiżjonijiet relatati tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija pereżempju dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli.

3.1. Prijoritajiet għal terminu qasir

Djalogu Politiku Msaħħaħ u Kriterji Politiċi

DEMOKRAZIJA U L-ISTAT TA’ DRITT

Amministrazzjoni pubblika

- Tfittex li twettaq riforma ta’ l-amministrazzjoni pubblika u l-politika ta’ l-istaff sabiex tiżgura aktar effiċjenza, responsabbiltà u trasparenza.

- Tiżgura gvern lokali effettiv, trasparenti u pateċipatorju, b’mod partikolari permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni adottata reċentement.

- Tistabbilixxi sistema ta’ Ombudsman operattiva għal kollox.

Relazzjonijiet bejn iċ-ċivil u l-militar

- Tkompli tikkonforma l-kontroll ċivili tal-militar mal-prattika fl-Istati Membri ta’ l-UE Tiżgura li l-awtoritajiet ċivili jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom ta’ superviżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ l-istrateġija tas-sigurtà nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħha. Tieħu passi biex tikseb aktar responsabbiltà u trasparenza fit-tmexxija ta’ l-affarijiet ta’ sigurtà.

- Tistabbilixxi superviżjoni sħiħa parlamentari tal-politika militari u ta’ difiża u kull infiq relatat, inkluż b’verifika esterna.

- Tneħħi kull kompetenza tal-qorti militari li seta fadal fil-ġudikar ta’ ċivili.

Sistema ġudizzjarja

- Tiżgura interpretazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet legali, ikluż il-Kodiċi Penali l-ġdid, relatat mad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali mill-awtoritajiet ġudizzjarji kollha konformi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza relatata.

- Tiżgura l-indipendenza tal-ġudikatura, b’mod partikolari fir-rigward tal-Kunsill Għoli ta’ l-Imħallfin u l-Prosekuturi u l-ħatra ta’ imħallfin u prosekuturi ġodda.

- Tiżgura ugwaljanza tas-saħħa bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża matul il-proċedimenti kriminali, inkluż it-tqassim ta’ l-awli.

- Tkompli t-taħriġ ta’ l-imħallfin u l-prosekuturi dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

- Issaħħaħ l-effiċjenza tal-ġudikatura permezz, b'mod partikolari, tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tagħha u tadotta Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili ġdid.

- Tgħaddi biex tistabbilixxi qrati ta’ l-appell intermedji u reġjonali

Politika kontra l-korruzjoni

- Issaħħaħ l-istituzzjonijiet kollha involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll il-koordinazzjoni ta’ bejniethom.

- Tiżgura l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar Prinċipji ta’ Mġiba Etika għall-Ħaddiema taċ-Ċivil u testendi d-dispożizzjonijiet tagħha għal staff uffiċjali, ġudizjarju, akkademiku u militari elett.

- Tillimita l-firxa ta’ applikazzjoni ta’ l-immunità Parlamentari konformi mal-prassi Ewropea.

ID-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-ĦARSIEN TAL-MINORITAJIET

Osservanza tal-Liġi Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

- Tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem bl-appoġġ attiv ta’ Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem b’riżorsi xierqa b’konformita mal-prinċipji rilevanti tan-NU. Tissorvelja każijiet marbuta mad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluża informazzjoni statistika soda.

- Testendi t-taħriġ ta’ l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tekniki investigattivi, b'mod partikolari sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-torturi u l-moħqrija.

- Tirratifika l-protokolli mhux obbligatorji għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi. Tikkonforma mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, inkluż it-twettiq sħiħ tal-verdetti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

- Timplimenta d-dispożizzjonijiet legali dwar id-dritt għal proċess mill-ġdid b’konformità mal-verdetti rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

- Tiggarantixxi fil-liġi u fil-prattika t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali mill-individwi kollha mingħajr diskriminazzjoni u irrispettivament mil-lingwa, opinjoni politika, razza, sess, oriġini razzjali u etnika, reliġjon u twemmin, diżbilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

- Tirratifika l-Protokoll Nru 12 għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-projbizzjoni ġenerali ta' diskriminazzjoni minn awtoritajiet pubbliċi.

Drittijiet Ċivili u Politiċi

Prevenzjoni ta' torturi u moħqrija

- Tiżgura l-implimentazzjoni ta’ miżuri adottati fil-kuntest tal-politika "tolleranza żero" kontra t-torturi u l-moħqrija b’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar d-Drittijiet tal-Bniedem u r-rakkomandazzjoniet tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni ta’ Torturi.

- Tintensifika l-ġlieda kontra l-impunità. Tiżgura li l-prosekuturi jwettqu investigazzjoni f’waqtha u effettiva ta' każijiet ta' allegazzjoni li jwasslu għall-identifikazzjoni u l-kastig tal-ħatja mill-qrati.

- Tiżgura l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Istanbul mal-pajjiż kollu, b’mod partikolari billi żżid l-għarfien espert mediku.

- Tirratifika l-Protokoll mhux obbligatorju għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Torturi li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ sorveljanza indipendenti tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni.

Aċċess għall-ġustizzja

- Isaħħaħ l-opportunitajiet għal difiża effettiva bħall-aċċess għall-għajnuna legali u s-servizzi kkwalifikati ta’ interpretazzjoni.

- Tiżgura li ċ-ċittadini jkunu konxji u f’qagħda li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jkollhom aċċess fil-privat għal avukat u li l-qraba tagħhom jiġu nnotifikati mill-bidu li jkunu f’kustodja.

Libert à ta’ espressjoni, assoċjazzjoni u għaqda paċifika

- Tiżgura t-twettiq ta’ libertà ta’ espressjoni, li tinkludi l-libertà ta’ l-istampa, b’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

- Tkompli tirrimedja s-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni mħarrka jew kundannati għal espressjoni mhux vjolenta ta’ opinjoni.

- Timplimenta r-riformi kollha rigward il-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-għaqda paċifika b’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-ġurisprudenza relatata magħha. Timplimenta miżuri biex jiġi evitat l-użu żejjed ta’ forza mill-forzi tas-sigurtà.

- Twettaq l-allinjament tad-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-partiti politiċi mal-prassi Ewropea.

- Twettaq allinjament finanzjarju u verifika tal-partiti politiċi mal-prassi Ewropea.

- Tiffaċilità l-iżvilupp domestiku tas-soċjetà ċivili u l-involviment tagħha fit-tfassil ta’ l-oqsma ta’ politika pubblika.

- Tiffaċilità u tħeġġeġ komunikazzjoni miftuħa u kooperazzjoni bejn is-setturi kollha tas-soċjetà ċivili Torka u ta’ l-imsieħba Ewropej.

Libert à ta’ reliġjon

- Tadotta liġi li tindirizza bis-sħiħ id-diffikultajiet kollha li jħabbtu wiċċhom magħhom reliġjonijiet minoritarji mhux Musulmani u komunitajiet konformi ma’ l-istandards Ewropej rilevanti. Tissospendi l-bejgħ u l-konfiski kollha ta’ proprjetajiet li huma jew kienu ta’ fondazzjonijiet ta’ komunità reliġjuża mhux Musulmana mill-awtoritajiet kompetenti fl-istennija ta’ l-adozzjoni tal-liġi hawn fuq imsemmija.

- Tadotta u timplimenta dispożizzjonijiet rigward it-twettiq tal-libertà ta’ ħsieb, kuxjenza jew reliġjon mill-individwi u l-komunitajiet reliġjużi kollha b’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tieħu in kunsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza.

- Tistabbilixxi kondizzjonijiet għat-tħaddim ta’ dawn il-komunitajiet, b’konformità mal-prassi ta’ l-Istati Membri. Dan jinkludi l-ħarsien legali u ġudizzjarju tal-komunitajiet, il-membri tagħhom u l-assi, it-tagħlim, il-ħatra u t-taħriġ tal-kleru tagħhom, u li jgawdu mid-dritt għall-proprjetà b’konformità mal-Protokoll Nru 1 għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Drittijiet Ekonomiċi u Soċjali

Drittijiet tan-nisa

- Timplimenta leġiżlazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa, b’mod partikolari l-Kodiċi Ċivili, il-Kodiċi Penali l-ġdid u l-liġi dwar il-ħarsien tal-familja.

- Tfittex li twettaq miżuri kontra kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa, inklużi l-krimini imwettqa f’isem l-unur. Tiżgura taħriġ speċjalizzat għall-imħallfin u l-prosekuturi, għall-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi, għall-muniċipalitajiet u istituzzjonijiet oħra responsabbli u twaqqaf kenn għan-nisa bir-riskju li jġarrbu vjolenza fil- muniċipalitajiet kollha l-kbar, konformi mal-leġiżlazzjoni attwali.

- Tippromwovi ulterjorment ir-rwol tan-nisa fis-soċjetà, inkluża l-edukazzjoni tagħhom u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja politika u soċjali, u tappoġġja l-iżvilupp ta’ l-organizzazzjonijiet tan-nisa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Drittijiet tad-trejdjunjins

- Tiżgura li d-drittijiet kollha tat-trejdjunijins jiġu rrispettati b’konformità ma’ l-istandards ta’ l-UE u l-Konvenzjonijiet rilevanti ta’ l-ILO, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għall-organizzazzjoni, id-dritt għall-istrajk u d-dritt ta’ negozjar kollettiv.

- Issaħħaħ id-djalogu soċjali, u tiffaċilità u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni ma’ l-imsieħba ta’ l-UE.

Drittijiet tal-Minoranzi, Drittijiet Kulturali u l-Ħarsien tal-Minoranzit

- Tiżgura d-diversità kulturali u tippromwovi r-rispett u l-ħarsien għall-minoranzi b’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-prinċipji stipulati fil-Qafas tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u b’konformità ma’ l-aħjar prassi fl-Istati Membri.

- Tiggarantixxi l-ħarsien legali tal-minoranzi, b’mod partikolari fir-rigward tat-tgawdija tad-dritt għall-proprjetà b’konformità ma’ Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

- Tiżgura l-aċċess effettiv għax-xandir tar-radju/televiżjoni b’lingwi oħra apparti dik Torka. Tneħħi xkiel pendenti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ xandara lokali u reġjonali.

- Tadotta miżuri adattati biex tappoġġja t-tagħlim ta' lingwi oħra apparti dik Torka.

Sitwazzjoni fil-Lvant u x-Xlokk tal-pajjiż

- Tneħħi s-sistema ta’ viġilanza tal-villaġġi fix-Xlokk tal-pajjiż. Tnaddaf iż-żona mill-mini.

- Tiżviluppa approċċ komprensiv biex tnaqqas id-disparità reġjonali, u b’mod partikolari biex ittejjeb is-sitwazzjoni fix-Xlokk tat-Turkija, bil-għan li ssaħħaħ l-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali għaċ-ċittadini kollha.

- Tfittex li twettaq miżuri biex tiffaċilità r-ritorn ta’ persuni spustati internament lejn l-irħula oriġinarji tagħhom konformi mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarjat Ġenerali tan-NU għall-Persuni Spustati.

- Tiżgura kumpens ġust u rapidu lil dawk li ġarrbu telf jew ħsara bħala riżultat tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fix-Xlokk tat-Turkija.

KWISTJONIJIET REĠJONALI U OBBLIGI INTERNAZZJONALI

Ċipru

- Tkompli fl-isforzi ta’ appoġġ biex tinstab soluzzjoni komprensiva għall-problema ta’ Ċipru fi ħdan il-qafas tan-NU u f’konformità mal-prinċipji li fuqhom l-Unjoni hija stabbilita.

- Timplimenta bis-sħiħ il-Protokoll li jadatta l-Ftehim ta’ Ankara għall-adeżjoni ta’ l-10 Stati Membri l-ġodda ta' l-UE inkluż Ċipru[4].

- Twettaq passi lejn in-normalizzazzjoni ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn t-Turkija u l-Istati Membri kollha ta’ l-UE, inkluża r-Repubblika ta’ Ċipru4.

Soluzzjoni paċifika għat-tilwim dwar il-fruntiera

- Tkompli l-isforzi biex issolvi kwalunkwe tilwim pendenti dwar il-fruntiera b’konformità mal-prinċipju ta’ soluzzjoni paċifika tat-tilwim b’konformità mal-Karta tan-NU li tinkludi jekk meħtieġ il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Internazjonali.

- Obbligi taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

- Tiżgura l-implimentazzjoni ta’ impenji meħuda taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluża l-Unjoni Doganali.

Kriterji ekonomiċi

- Tkompli l-implimentazzjoni tal-programm ta’ riforma strutturali attwali miftiehma ma' l-IMF u l-Bank Dinji, b'mod partikolari, tiżgura l-kontroll tan-nefqa pubblika.

- Tlesti l-implimenatzzjoni tar-riforma finanzjarja settorjali, b’mod partikolari l-allinjament ta' regolamenti prudenzjali u trasparenti u s-sorveljanza tagħhom ma' l-istandards internazzjonali.

- Tissalvagwardja l-indipendenza ta’ l-awtoritajiet li jirregolaw is-suq.

- Tħaffef biex tipprivatizza entitajiet ta' l-istat, b'mod partikolari ta' Banek ta' l-Istat, tieħu in kunsiderazzjoni l-fattur soċjali.

- Tkompli fil-ħidma ta’ liberalizzazzjoni tas-suq, u r-riformi tal-prezzijiet, b’mod partikolari fl-oqsma ta’ l-enerġija, it-tabakk u z-zokkor.

- Tkompli d-djalogu ekonomiku ma’ l-UE, b’mod partikolari fil-qafas tal-proċeduri ta’ Sorveljanza Fiskali ta’ Pre-adeżjoni, b’enfasi dwar miżuri adattati biex tinkiseb stabilità makroekonomika u prevedibbiltà u dwar l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali.

- Timplimenta mezzi biex tindirizza l-problema ta’ l-ekonomija informali.

- Ittejjeb l-isforzi ta’ taħriġ professjonali, b’mod partikolari għall-popolazzjoni ta’ età iżgħar.

- Tindirizza l-iżbilanċji tas-suq tax-xogħol.

- Ittejjeb l-ambjent kummerċjali, u b’mod partikolari fit-tħaddim ta’ qrati kummerċjali. Għal dan l-għan, ittejjeb it-tħaddim tal-ġudikatura kummerċjali, b'attenzjoni partikolari għall-indipendenza tal-ġudikatura u l-użu adattat tas-sistema ta' xhieda esperti.

- Tlesti r-riforma għas-settur finanzjarju u tkompli tirriforma s-settur agrikolu.

- Tiżgura t-titjib tal-livell ġenerali ta’ l-edukazzjoni u s-saħħa, b’attenzjoni partikolari għall-ġenerazzjoni ta’ età żgħira u r-reġjuni żvantaġġati.

- Tiffaċilità u tippromwovi l-influss ta’ investimenti barranin diretti.

KAPAĊITÁ LI TIEĦU FUQHA INFUSHA L-OBBLIGI TAS-SĦUBIJA

Moviment ħieles tal-Prodotti

- Tlesti t-tneħħija ta’ barrieri tekniċi u amministrattivi għall-kummerċ. Tiżgura l-kontroll effettiv fis-suq u l-moviment ħieles tal-prodotti.

- Tlesti l-identifikazzjoni ta’ miżuri li jmorru kontra l-Artikoli 28-30 tat-Trattat, u tneħħihom. B’mod partikolari, telimina kull liċenzja ta’ importazzjoni mhux awtomatika u timplimenta l-prinċipju ta’ għarfien reċiproku f’żoni mhux armonizzati.

- Tneħħi r-restrizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodotti minħabba d-diskriminazzjoni kontra trasportaturi ta’ l-Istati Membri, abbażi tan-nazzjonalità tagħhom jew irmiġġjar preċedenti.

- Tiżgura l-implimentazzjoni ta’ ċertifikazzjoni u valutazzjoni tal-konformità u l-marka KE b’konformità mad-direttivi ta’ Approċċ Ġdid u Globali; Isaħħaħ is-sorveljanza tas-suq eżistenti u ta’ l-istrutturi ta’ valutazzjoni tal-konformità mat-tagħmir u taħriġ u toħloq infrastruttura amministrattiva kompatibbli.

- Tiżviluppa infrastruttura ta’ metrologija legali effettiva u tiffaċilita applikazzjoni aktar wiesgħa ta’ metroloġija xjentifika u industrijali.

Id-dritt għall-istabbiliment u l-libert à li tipprovdi servizzi

- Tiddefinixxi metodoloġija u pjan ta’ ħidma biex tgħarbel il-leġiżlazzjoni nazzjonali għal xkiel potenzjali għad-dispożizzjonjiet tat-Trattat tal-KE relatati mad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li tipprovdi servizzi.

- Tiddefinixxi u tibda l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma għall-allinjament tal- acquis dwar l-għarfien reċiproku ta’ kwalifiki professjonali, inkluż l-istabbiliment tal-kapaċità amministrattiva meħtieġa.

- Tiddefinixxi pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tas-servizzi postali

Moviment ħieles ta’kapital

- Tneħħi r-restrizzjonijiet kollha li jolqtu l-investimenti barranin diretti li joriġinaw mill-UE fis-setturi ekonomiċi kollha.

Xiri pubbliku

- Tħaffef l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tax-xiri pubbliku ma’ l- acquis , b’mod partikolari fir-rigward ta’ konċessjonijiet fis-settur ta’ l-utilitajiet u marbuta ma' proċeduri ta' reviżjoni.

- Iżżid il-kapaċità ta’ l-Awtorità tax-Xiri Pubbliku biex timplimenta l-Liġi tax-Xiri Pubbliku l-ġdida.

Liġi dwar il-proprjet à intelletwali

- Itejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar drittijiet ta’ proprjetà Intelletwali, billi ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u l-koordinazzjoni inklużi l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura. Tindirizza b’mod partikolari l-iffalsifikar ta’ trejdmarks u piraterija, speċjalment ta’ kotba u midja oħra.

- Taqbel ma’ soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku ma’ l-UE dwar l-applikazzjonijiet ġeneriċi pendenti fis-settur farmaċewtiku.

Kompetizzjoni

- Tagħmel allinjament ma’ l- acquis rigward l-għajnuna statali, inkluż f'setturi sensittivi bħal ta' l-azzar, tistabbilixxi awtorità nazzjonali li tissorvelja l-għajnuna statali u tiżgura kontroll strett ta’ l-għajnuna statali.

- Tiżgura trasparenza u skambju kontinwu ta' informazzjoni fil-kompetizzjoni u l-qasam ta' l-għajnuna statali.

- Tlesti l-allinjament fil-leġiżlazzjoni sekondarja fil-qasam ta’ l- antitrust .

Servizzi finanzjarji

- Tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa taħt il-liġi l-ġdida tal-banek. Tiżgura progress konsistenti lejn l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma għall-qafas il-ġdid tar-rekwiżiti ta’ kapital għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji ta’ investiment.

- Issaħħaħ standards prudenzjali u ta’ superviżjoni fis-settur finanzjarju mhux bankarju, anke billi tirrazzjonalizza l-istrutturi ta’ sorveljanza fejn meħtieġ.

Soċjetà Informatika u midja

- Tiżgura l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tariffarja u ta’ liċenzjar.

- Tadotta u timplimenta leġiżlazzjoni allinjata dwar komunikazzjoni elettronika, primarjament fl-oqsma tal-leġiżlazzjoni tariffarja u tal-liċenzjar, linji mikrija, aċċess u interkonnessjoni, trasportaturi (pre-)selezzjoni u number portability . Issaħħaħ il-kapaċità u l-indipendenza ta’ l-awtoritajiet ta’ regolamentazzjoni tat-telviżjoni/radju.

- Tkompli l-allinjament tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-politika awdjoviżiva, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva tat-Televiżjoni mingħajr fruntieri.

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

- Tadotta l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa u tistabbilixxi strutturi amministrattivi xierqa biex tħaddem l-istrumenti ta’ l-UE li huma relatati ma’ l-iżvilupp rurali.

Politika tas-sigurt à alimentari, veterinarja u fitosanitarja

- Tagħmel allinjament ulterjuri tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ l-annimali għall-bovini skond ir-rekwiżiti ta’ l-UE u tibda azzjoni bil-għan li tidentifika n-nagħaġ u l-mogħoż u r-reġistrazzjoni tal-moviment tagħhom.

- Tadotta strateġija biex telimina l-mard prinċipali ta' l-annimali.

- Tipprepara programm biex timmodernizza l-istabbilimenti għall-ipproċessar ta’ l-ikel biex jintlaħqu l-istandards ta’ iġene u saħħa pubblika.

- Timplimenta programmi ta’ kontroll tar-reżidwi u ż-żoonożi.

Sajd

- Tagħmel allinjament tal-leġiżlazzjoni ta’ aġġustament strutturali u ta’ marketing , tal-kontroll u tal-ġestjoni tas-sajd ma’ l-acquis issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva.

Politika tat-trasport

- Tneħħi kull restrizzjoni eżistenti dwar bastimenti li jtajru bandiera ta’ Ċipru u bastimenti li jaqdu l-kummerċ ta’ Ċipru u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ l-avjazzjoni li jiddiskriminaw trasportaturi ta’ Stati Membri abbażi tan-nazzjonalità tagħhom.

- Tkompli bl-allinjament ma’ l- acquis tat-trasport fil-mezzi kollha ta’ trasport.

- Issaħħaħ l-amministrazzjoni marittima, b’mod partikolari dik li tikkontrolla l-Istat tal-bandiera u ttejjeb ir-rekord ta’ sigurtà tal-flotta Torka li għandha titneħħa mil-lista sewda ta’ l-Istati tal-bandiera tal-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi.

- Todotta programm għal adattazzjoni tal-flotta Torka tat-trasport fuq it-triq għall-istandards ta’ l-UE.

Enerġija

- Tiżgura indipendenza u tħaddim effettiv ta’ l-awtorità regolatorja li tirrigwarda l-elettriku, il-gass naturali u l-enerġija nukleari.

- Tiżgura l-istabbiliment ta’ suq intern ta' l-enerġija kompetittiv, b'konformità mad-Direttivi ta’ l-elettriku u l-gass.

- Tappoġġja l-ħolqien ta’ suq intern ta’ l-enerġija kompetittiv bħala parti minn suq ta’ l-enerġija Ewropea aktar wiesa’. Tneħħi r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ bejn il-fruntieri u l-aċċess għal partijiet terzi

- Tiżviluppa strateġija ta’ enerġija biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-qafas legali konformi ma' l-acquis

- Tibda l-allinjament ma’ l-acquis dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija u riżorsi ta’ enerġija li jiġġeddu u tiżviluppa kapaċità amministrattiva f’dawn is-setturi.

Tassazzjoni

- Jitkompla l-allinjament tat-taxxi tas-sisa u tal-VAT, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-rati applikati, mal-firxa tat-tranżazzjonijiet ta’ eżenzjoni, u l-istruttura tat-taxxa u jiġu eliminati l-miżuri tat-taxxa li jistgħu jirriżultaw fi trattamenti ta’ diskriminazzjoni.

- Jitkompla l-allinjament ma’ l- acquis fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ l-informazzjoni ma’ l-Istati membri ta’ l-UE sabiex jiħfief l-infurzar tal-miżuri ta’ kontra l-evitar u kontra l-evażjoni.

- Isir impenn għall-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Kondotta għat-Tassazzjoni tan-Negozju u jiġi żgurat li leġiżlazzjoni futura tikkonforma mal-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Kondotta għat-tassazzjoni tan-Negozju.

- Jiġu intensifikati l-isforzi għall-immodernizzar u t-tisħiħ ta’ l-Amministrazzjoni tat-taxxa bil-perspettiva li tiżdied il-konformità tal-persuna taxxabbli u sabiex jitjieb il-ġbir ta’ taxxi diretti, kif ukoll id-dħul mill-VAT u mid-dwana, kif ukoll taxxi oħra indiretti. Jiġu stabbiliti strumenti effettivi għal ġlieda kontra l-frodi.

- Jinbdew preparamenti għall-iżvilupp ta’ sistemi meħtieġa ta’ l-IT sabiex jippermettu l-iskambju ta’ data elettronika ma’ l-UE u l-Istati Membri tagħha.

Statistika

- Jiġu kkompletati l-proċeduri għall-adozzjoni u l-infurzar ta’ liġi ġdida ta’ l-istatistika fl-istess linja ta’ l-istandards ta’ l-UE. Jiġi żgurat taħriġ adattat ta’ l-istaff u tittejjeb il-kapaċità amministrattiva.

- Tissaħħaħ l-istrateġija għall-iżvilupp ta’ l-istatistika b’mod partikolari f’oqsma ta’ prijorità, bħal ma huma: statistika tad-demografija u tas-suq tax-xogħol, statistika reġjonali, statistika tan-negozju (inkluż Reġistru tan-Negozju) u statistika ta' l-agrikoltura.

- Jiġu adottati l-klassifiki pendenti, u jiddaħħlu l-Unitajiet rilevanti ta’ Statistika fir-reġistru tan-negozju.

- Tittejjeb il-metodoloġija tal-Kontabilità Nazzjonali fuq l-istess linja ma' l-ESA 95.

Politika soċjali u impjieg

- Jiġi żviluppat pjan annwali għall-investiment finanzjarju, ibbażat fuq valutazzjoni realistika ta’ l-ispejjeż ta’ l-allinjament u tar-riżorsi pubbliċi u privati disponibbli.

- Jiġu stabbiliti kondizzjonijiet għal djalogu soċjali effettiv, inter alia billi jitneħħew dispożizzjonijiet restrittivi fuq attivitajiet trejdjunjonistiċi u jiżguraw rispett għad-drittijiet tat-trejdjunjins.

- Jiġu appoġġjati l-isforzi tal-bini tal-kapaċità ta’ l-imsieħba soċjali, b’mod partikolari b'ħarsa lejn ir-rwol futur tagħhom fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-impjieg u tal-politika soċjali, b'mod speċjali permezz ta' djalogu soċjali awtonomu.

- Jitkomplew l-isforzi sabiex jittrattaw il-problema tat-tħaddim tal-minorenni.

- Tiġi msaħħa l-kapaċità ta’ l-istituzzjonijiet kollha involuti fit-traspożizzjoni ta’ l-acquis fil-qasam.

Intrapriża u politika industrijali

- Jissokta r-ristrutturar tas-settur ta’ l-azzar fil-qafas ta’ programm nazzjonali komprensiv li jimmira li jiżgura l-vijabilità tas-settur, u r-rispett tar-regoli ta' l-UE fuq l-Għajnuna Statali.

- Tiġi żviluppata u implimentata strateġija għall-promozzjoni ta’ investiment barrani.

Politika reġjonali u koordinazzjoni ta’ strumenti strutturali

- Jitkompla l-iżvilupp tal-qafas strateġiku għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, immirata lejn it-tnaqqis ta' żbilanċ reġjonali.

- Jiġi stabbilit il-qafas leġiżlattiv u amministrattiv meħtieġ sabiex jiġu assorbiti l-fondi ta’ l-UE ta’ qabel l-adeżjoni.

Ġustizzja, librtà u sigurtà

- Ikomplu jiġu żviluppati u msaħħa l-istituzzjonijiet kollha ta’ l-infurzar tal-liġi u jiġi allinjat l-istatus u t-tħaddim tagħhom ma’ standards Ewropej, inkluż permezz li tiġi żviluppata kooperazzjoni bejn l-aġenziji. Tiġi adottata Kodiċi ta' Etika tal-Pulizija. Tiġi stabbilita sistema indipendenti u effettiva għall-ilmenti sabiex tiżgura responsabilità akbar tal-puliżija u l-ġendarmerija. Jiġi żviluppat l-użu ta’ tekniki investigattivi ġodda u strateġiji ta’ prevenzjoni tal-kriminalità. Jittieħdu passi sabiex jitħarrġu u jiżviluppaw il-kapaċità tal-Pulizija Ġudizzjarja.

- Jitkomplew l-isforzi sabiex jiġi implimentat il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Immigrazzjoni u l-Kenn Politiku, kontra l-immigrazzjoni legali u sabiex jikkonkludi ftehim ta' riammissjoni ma' l-UE.

- Tinbeda l-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Fruntieri, b’mod partikolari billi jittieħdu passi sabiex tiġi stabbilita gwardja tal-fruntieri li mhijiex militari u billi jitneħħew il-bombi splussivi kollha li hemm fil-fruntiera.

- Tiġi adottata u implimentata Strateġija Nazzjonali kontra l-Kriminalità Organizzata. Tissaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità, id-drogi, it-traffikar ta’ persuni, il-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.

- Tiġi żviluppata u tibda tiġi implimentata Strateġija Nazzjonali kontra d-Drogi fuq l-istess linja ta’ l-Istrateġija kontra d-Drogi ta’ l-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni.

- Tiġi adottata liġi fuq il-protezzjoni tad- data personali fuq l-istess linja ta’ l- acquis u tiġi stabbilita awtorità indipendenti ta’ superviżjoni.

- Jinħatar servizz b'kompetenzi li jipproteġi l-euro mill-falsifikazzjoni.

Xjenza u riċerka

- Tibda tiġi ddiżinjata u applikata strateġija integrata ta’ riċerka .

Edukazzjoni u kultura

- Jiġi ffaċilitat it-tħaddim ta’ Aġenzija Nazzjonali li tikkonsolida parteċipazzjoni fil-Programmi ta’ Socrates, Leonardo da Vinci u Programmi taż-Żgħażagħ. Tiġi promossa l-parteċipazzjoni fil-programm ta’ Kultura 2000.

Ambjent

- Jiġi adottat programm rivedut għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ l- acquis . Jiġi żviluppat pjan għall-iffinanzjar ta’ l-investiment.

- Titkompla t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ l- acquis relatata mal-qafas leġiżlattiv, il-konvenzjonijiet ambjentali internazzjonali, u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tan-natura, il-kwalità ta’ l-ilma, il-Kontroll Integrat ta’ Prevenzjoni ta’ Tniġġis u l-immaniġkar ta’ l-iskart. Tiġi implimentata u infurzata d-direttiva emendata ta’ l-istima fuq l-impatt ambjentali.

- Tissegwa l-integrazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali f’politiki oħra settorjali.

- Jiġi żviluppat pjan sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva, l-implimentazzjoni u l-infirzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali.

- Jissegwa l-iżvilupp tal-kooperazzjoni fuq l-ilma li jaqsam il-fruntieri, fuq l-istess linja mad-direttiva tal-qafas ta’ l-ilma u ma’ konvenzjonijiet internazzjonali li tagħmel parti minnhom il-KE.

Protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa

- Tiġi allinjata ma’ l- acquis . B’mod partikolari, inkluża l-leġiżlazzjoni fuq l-oġġetti ta’ l-ikel, u s-sigurtà ta’ l-ikel.

- Jiġu żviluppati aktar l-istrutturi għall-implimentazzjoni effettiva, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza tas-suq.

- Jiġu żviluppati aktar is-sistemi għan-notifika ta’ prodotti periklużi fuq livell nazzjonali u jiġu esplojtati l-possibilitajiet li jsir skambju ta' notifiki bħal dawn fuq livell internazzjonali permezz ta' TRAPEX jew sistemi oħra rilevanti.

Unjoni doganali

- Jiġi adottat kodiċi ġdid sabiex tallinja aktar ir-regoli doganali ma’ l- acquis relevanti inkluż ir-regoli ta’ preferenza ta’ oriġini.

- Tiġi allinjata leġiżlazzjoni fuq iż-żoni ħielsa ma’ l- acquis relevanti u tiġi infurzata, b’mod partikolari għar-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ kontrolli doganali u awditjar tat-taxxa.

- Jitkompla t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u operattiva ta’ l-amministrazzjoni doganali u jiġu allinjati proċeduri interni ma’ l-istandards ta’ l-UE.

- Jinbdew preparamenti għall-iżvilupp ta’ sistemi meħtieġa ta’ l-IT sabiex jippermettu l-iskambju tad- data elettronika ma’ l-UE u l-Istati membri tagħha, li jibdew miż-żoni ta’ tranżitu u ta’ tariffi.

Tariffi esterni, Relazzjonijiet Esterni u politika ta’ l-Affarijiet Barranin, is-sigurtà u d-difiża

- Jitkompla l-allinjament mal-Politika Komuni tal-KE, billi jseħħ allinjament mar-reġimi preferenzjali tal-KE inkluż ir-reġim ġdid ta’ Sistema Ġeneralizzata.

- Jitkomplew l-isforzi sabiex jiġu konklużi l-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles (FTAs) pendenti ma’ pajjiżi terzi.

- Jiġu allinjati progressivament politiki lejn pajjiżi terzi u pożizzjonijiet fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali ma’ dawk ta’ l-UE u l-Istati Membri tagħha inkluż fir-rigward tas-sħubija mill-Istati Membri kollha ma’ organizzazzjonijiet u arranġamenti relevanti bħal ma huwa Wassenaar[5].

Kontroll finanzjarju

- Tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tal-Liġi dwar il-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Finanzi Pubbliċi.

- Tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida sabiex tirriforma l-funzjoni ta’ verifika esterna skond ir-regoli ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali Ta’ l-Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika u b’konformità mal-Liġi dwar il-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Finanzi Pubbliċi, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Qorti tal-Kontabilità.

- Jiġu stabbiliti proċeduri effettivi sabiex jiġu ttrattati irregolaritajiet u każijiet ta’ frodi suspettata li jaffettwaw l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, inkluża l-komunikazzjoni effettiva ta’ l-irregolaritajiet lill-Kummissjoni.

- Tissaħħaħ is-sistema ta’ implimentazzjoni għal ġestjoni ta’ fondi tal-Komunità ta’ qabel l-adeżjoni u tiġi adattata għall-evoluzjoni ta’ strumenti ta’ qabel l-adeżjoni.

- Jiġu stabbiliti l-istrutturi amministrattivi meħtieġa għall-protezzjoni effettiva u ekwivalenti tal-fondi ta’ l-UE u għall-kooperazzjoni ma’ l-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni Ewropea (OLAF).

3.2 Prijoritajiet fuq Medda Medja

Kriterji Economiċi

- Titkompla l-implimentazzjoni tal-programm ta’ privatizzazzjoni.

- Titkompla r-riforma tas-settur ta’ l-agrikoltura.

- Tiġi żgurata s-sostenibilità tas-sistema tal-pensjoni u tas-sigurtà soċjali.

- Ikompli jitjieb il-livell ġenerali ta’ edukazzjoni u saħħa, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-ġenerazzjoni li hija iżgħar fl-età u lir-reġjuni żvantaġġati.

KAPAĊITÀ LI TERFA’ L-OBBLIGI TAS-SĦUBIJA

Dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li tipprovdi servizzi

- Tneħħi restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ stabbiliment u fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jaqsmu l-fruntieri.

- Tibda allinjament ma’ l- acquis fuq is-servizzi postali. Tibda l-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali u tistabbilixxi awtorità regolatorja nazzjonali.

- Tikseb allinjament sostanzjali ma’ l- acquis f’dak li għandu x’jaqsam mar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali.

L-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi

- Tiżgura li r-regoli ta’ l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi huma implimentati effetivament mill-awtoritajiet u l-entitajiet kontrattwali fil-livelli kollha, inkluż billi tiżviluppa u tapplika għodod operattivi, tipprovdi t-taħriġ u ssaħaħ il-kapaċità amministrattiva ta’ l-awtoritajiet u l-entitajiet kontrattwali.

- Tippromwovi l-użu ta’ mezzi elettroniċi fil-proċeduri ta’ l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

- Tadotta strateġija komprensiva nazzjonali sabiex tiżviluppa s-sistema ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi tat-Turkija, inkluż l-użu ta’ mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ l-għoti tal-kuntratti pubbliċi.

Liġi tal-proprjetà intelletwali

- Tkompli l-allinjament u tiżgura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali billi ssaħħaħ l-istrutturi u l-mekkaniżmi ta’ infurzar, inklużi awtoritajiet ta’ l-infurzar u l-ġudikatura.

Servizzi Finanzjarji

- Tagħmel progress sinifikanti biex tersaq lejn l-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid tar-rekwiżiti tal-kapital, fuq l-istess linja tal-pjan ta’ azzjoni iddettaljat tal-BRSA.

- Tagħmel progress sostanzjali biex tersaq lejn l-allinjament ta’ leġiżlazzjoni ma’ l- acquis fis-settur finanzjarju mhux bankarju.

Liġi tal-Kumpanija

- Tikkompleta allinjament ma’ l- acquis .

- Tadotta qafas ta’ għan ġenerali ta’ rappurtar finanzjarju fuq l-istess linja ta’ l-istandards ta’ l-UE, filwaqt li tagħmel użu sħiħ mill-eżenzjonijiet previsti fl- acquis .

- Issaħħaħ ir-rekwiżiti ta’ żvelar. B’mod partikolari tadotta rekwiżit ġenerali għal kumpaniji sabiex tressaq dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ entità ta’ verifika legali u kkonsolidati sabiex tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.

- Issaħħaħ il-kapaċità ta’ l-awtoritajiet relevanti kollha sabiex tissorvelja u tinforza standards ta’ rappurtar finanzjarju.

Kompetizzjoni

- Tikkonsolida l-infurzar fil-qasam ta’ l- antitrust u ta’ l-għajnuna statali b’attenzjoni speċjali għall-monopolji u l-intrapriżi bi drittijiet speċjali u esklussivi.

- Issegwi ir-ristrutturar tas-settur ta’ l-azzar fil-qafas ta’ programm settorjali komprensiv miftiehem.

- Iżżid l-għarfien tar-regoli ta’ l- antitrust u ta’ l-għajnuna statali fost il-parteċipanti kollha tas-suq u dawk li jagħmlu l-għoti ta’ għajnuna.

Soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-mezzi tax-xandir

- Tlesti t-traspożizzjoni ta’ l- acquis fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u tħejji għal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-swieq.

- Tlesti l-allinjament tal-leġiżlazzjoni awdjoviżiva u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ l-awtorità indipendenti regolatorja tat-televiżjoni/tar-radju.

Agrikoltura u żvilupp rurali

Tkompli l-ħidma fuq li tistabbilixxi Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistema ta’ identifikazzjoni tal-lottijiet ta’ l-art.

Sigurtà alimentari, veterinarja u fitosanitarja

- Tallinja l-leġiżlazzjoni veterinarja, tas-sigurtà alimentari, u fitosanitarja.

- Tibni l-kapaċità amministrattiva neċessarja sabiex timplimenta l-leġiżlazzjoni veterinarja, fitosanitarja u alimentari.

- Tistabbilixxi sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ l-annimali għan-nagħaġ u l-mogħoż fuq l-istess linja tar-rekwiżiti ta’ l-UE.

- Tgħolli l-livell ta’ stabbilimenti ta’ l-iproċessar ta’ l-ikel agrikolu sabiex ikunu f’qagħda li jirrispettaw l-istandards u l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà alimentari ta’ l-UE. Timmodernizza l-irziezet tal-prodotti tal-ħalib.

- Timplimenta sistemi ta’ kontroll tas-sigurtà alimentari.

- Tistabbilixxi sistema ta’ ġbir ta’ karakassi u ta’ trattament ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali.

- Timplimenta pjanijiet ta’ eradikazzjoni għall-mard ewlieni.

- Tallinja s-sistema tar-reġistrazzjoni tal-varjetà tal-pjanti mar-rekwiżiti ta’ l-UE.

Sajd

- Tlesti li tistabbilixxi strutturi u tagħmir amministrattivi adattati fuq livell ċentrali u reġjonali li jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Politika tat-trasport

- Tlesti l-allinjament leġiżlattiv u amministrattiv fuq il-modi kollha ta' trasport. Għat-trasport tat-toroq, timmira b’mod partikolari għal aċċess tas-suq, sigurtà tat-toroq, testijiet ta’ l-affidibilità tat-toroq, spezzjonijiet fit-triq kif ukoll regoli soċjali, fiskali u tekniki. Trasport marittimu għandu jinkludi s-sigurtà marittima.

- Tiżgura implimentazzjoni u infurzar tal-leġiżlazzjoni tat-trasport fit-trasport fuq it-toroq, dak marittimu u ta’ l-ajru (b’mod partikolari s-sigurtà ta’ l-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru). Għal dan il-għan, ittejjeb il-kapaċità ta’ implimentazzjoni u infurzar ta’ istituzzjonijiet relatati għall-aspetti kollha ta’ l-avjazzjoni ċivili, it-trasportazzjoni permezz tat-toroq u permezz tal-ferroviji.

- Tlesti r-ristrutturazzjoni tal-kumpanija nazzjonali tal-ferrovija u tiftaħ is-suq tal-ferroviji b’konformità mar-rekwiżiti ta’ l- acquis .

- Timplimenta programm ta’ adattament tekniku għall-flotta Torka marittima u tat-trasport fuq it-triq sabiex tikkonforma man-normi tal-Komunità.

Enerġija

- Tlesti allinjament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma’ l- acquis .

- Issaħħaħ b’mod ulterjuri l-istrutturi amministrattivi u regolatorji.

- Tirristruttura l-utilitajiet ta’ enerġija u tiftaħ is-swieq ta’ l-enerġija b’konformità ma’ l- acquis .

- Tiżgura livell għoli ta’ sigurtà nukleari. Meta tinħoloq kapaċità ta’ produzzjoni ta’ enerġija nukleari, b’mod partikolari għandha ssaħħaħ l-kapaċità, l-indipendenza u r-riżorsi ta’ l-awtorità regolatorja bil-quddiem qabel ma’ jinħarġu l-liċenzji. Tiżgura li l-valutazzjonijiet ta’ l-impatt ambjentali (EIA) jitwettqu b’konformità sħiħa mad-Direttiva ta’ l-EIA.

Tassazzjoni

- Tavvanza sostanzjalment ix-xogħol li jressaqha qrib ta’ li tlesti l-allinjament ma’ l- acquis tat-taxxa, f’dak li għandu x’jaqsam mal-VAT, taxxi tas-sisa, u tassazzjoni diretta, inkluż il-Kodiċi tal-Kondotta għat-tassazzjoni tan-negozju.

- Tkompli ssaħħaħ u timmodernizza l-amministrazzjoni tat-taxxa, inkluż is-settur ta’ l-IT, sabiex ittejjeb il-ġbir tad-dħul mit-taxxa. Tkompli l-preparamenti għall-iżvilupp tas-sistemi meħtieġa ta’ l-IT sabiex jippermettu l-iskambju tad- data elettronika ma’ l-UE u l-Istati membri tagħha.

Politika ekonomika u monetarja

- Tlesti l-allinjament mad-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ aċċess privileġġjat ta’ l-awtoritajiet tas-settur pubbliku għal istituzzjonijiet finanzjarji u l-projbizzjoni ta’ fianzjament dirett tas-settur privat.

Statistika

- Tgħolli r-reġistru tan-Negozju għall-istandards ta’ l-UE.

- Tallinja l-istatistika makroekonomika b’mod ulterjuri ma’ l- acquis , b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-istimi tal-GDP, l-indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur, indikaturi fuq medda qasira ta’ żmien, bilanċ tal-pagamenti u statistika tax-xogħol.

- Issaħħaħ ir-rwol ta’ koordinazzjoni ta’ l-Istitut Statali ta’ l-Istatistika sabiex jitjieb il-ġbir u l-ipproċessar tad- data li toriġina f’uffiċċji differenti tal-gvern.

- Tintensifika l-użu ta’ sorsi amministrattivi għall-ġbir tad- data .

- Tlesti armonizzazzjoni ta’ l-istatistika finanzjarja mar-rekwiżiti ta’ l-ESA 95.

Politika Soċjali u impjieg

- Tlesti t-traspożizzjoni ta’ l- acquis u ssaħħaħ l-istrutturi amministrattivi u ta' infurzar, inklużi l-ispettorati tax-xogħol.

- Tiżgura implimentazzjoni u infurzar ta’ l- acquis tal-poloitika soċjali u ta’ impjieg.

- Tipprepara strateġija nazzjonali ta’ impjieg bil-ħsieb għal parteċipazzjoni fl-Istrateġija Ewropea ta’ Impjieg, inkluż il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Reviżjoni Konġunta tal-Politika ta’ Impjieg, u tiżviluppa l-kapaċità li tissorvelja s-suq tax-xogħol u l-iżviluppi soċjali.

- Tipprepara strateġija nazzjonali dwar l-inklużjoni soċjali, inkluż il-ġbit tad- data, fuq l-istess linja tal-prassi ta’ l-UE.

- Tiżviluppa b’mod ulterjuri l-protezzjoni soċjali, b’mod notevoli billi tikkonsolida r-riforma tas-sigurtà soċjali u sistema ta’ pensjoni bl-għan ta' sostenibilità finanzjarja, filwaqt li ssaħħaħ ix-xibka ta' protezzjoni soċjali.

Politika ta’ l-Intrapriża u industrijali

- Tkompli tissimplifika l-ambjent tan-negozju għall-SMEs, u tallinja mad-definizzjoni ta’ l-SME ta’ l-UE.

Netwerks TransEwropej

- Timplimenta l-proġetti prijoritizzati identifikati taħt il-Verifika tal-Ħtiġijiet ta’ l-Infrastruttura għat-Trasport u b’koerenza mal-linji ta’ gwida tat-trasport tat-TEN tal-Komunità Ewropea.

- Tippromwovi l-implimentazzjoni ta’ proġetti fit-Turkija elenkati bħala proġetti ta’ interess komuni fil-Linji ta’ Gwida ta’ l-Enerġija tat-TEN tal-Komunità Ewropea.

Politika reġjonali u koordinazzjoni ta’ l-istrumenti strutturali

- Tkompli ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-politika reġjonali kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f’dak reġjoanli.

- Tistabbilixxi proċeduri multiannwali ta’ bbaġitjar li jistipulaw il-kriterji ta’ prijorità għall-investiment pubbliku fir-reġjuni.

Ġustizzja, libertà u sigurtà

- Tallinja l-istatus u t-tħaddim tal-ġendarmerija ma’ l-istandards Ewropej.

- Issegwi allinjament tal-leġiżlazzjoni u l-prassi tal-viża ma’ l- acquis .

- Tkompli bl-allinjament ma’ l- acquis fil-qasam tal-kenn politiku, permezz li titneħħa l-limitazzjoni ġeografika għall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra; issaħħaħ is-sistema għas-smigħ u d-determinazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-kenn politiku u tiżviluppa appoġġ soċjali u miżuri ta’ integrazzjoni għar-rifuġjati.

- Fil-qasam tad-droga, tkompli ssaħħaħ il-Punt Fokali Nazzjonali.

- Tkompli tiżviluppa l-kapaċità tas-servizz doganali, inkluż permezz tal-konklużjoni tal-ftehimiet tal-kooperazzjoni doganali u l-introduzzjoni ta’ l-unitajiet mobbli ta’ sorveljanza.

- Fil-qasam tal-protezzjoni tad- data, tiżgura l-implimentazzjoni ta’ l- acquis billi tistabbilixxi awtorità indipendenti ta' supervizjoni.

- Tadotta u timplimenta l- acquis u l-awqa prassi dwar l-immigrazzjoni bl-għan li tipprevjeni l-immigrazzjoni illegali.

- Tkompli l-allinjament ma’ l- acquis u l-aqwa prassi, fuq l-istess linja tal-pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-Ġestjoni tal-Konfini, sabiex tipprepara għall-allinjament sħiħ ma’ l- acquis ta’ Schengen.

- Tadotta u timplimenta l- acquis fil-qasam tal-korruzzjoni, fil-ġlieda kontra d-droga, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, il-kooperazzjoni tal-ġudikatura f’kwistjonijiet kriminali u ċivili, protezzjoni tal-liġi kriminali ta’ l-euro u ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

Edukazzjoni u kultura

- Tallinja mal-politiki ta’ l-UE għall-protezzjoni tad-diversità kulturali, inkluż fid-dawl tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali.

Ambjent

- Tkompli l-allinjament ma’ l- acquis u ssaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali, amministrattiva u ta’ superviżjoni sabiex tiżgura protezzjoni ambjentali, inkluż il-ġbir tad- data .

- Tintegra prinċipji ta’ l-iżvilupp sostenibbli fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki settorjali.

- Tiżgura traspożizzjoni sħiħa u implimentazzjoni u infurzar progressivi tad-direttiva strateġika tal-verifika ambjentali, kif emendata.

- Tadotta u timplimenta pjan nazzjonali ta’ l-immaniġjar ta’ l-iskart.

Unjoni Doganali

- Tkompli l-allinjament tal-leġiżlazzjoni doganali b’mod partikolari fiż-żoni ħielsa, oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju, prekursuri u oġġetti foloz u ta’ kuntrabandu.

- Tkompli l-isforzi sabiex timmodernizza l-kontrolli u l-operati doganali u tiżgura li l-uffiċċji doganali kollha huma mgħammra b’infrastruttura ta’ l-IT.

- Tkompli l-preparamenti għall-interkonnettività tas-sistemi ta’ l-IT ma’ l-UE.

Kontroll Finanzjarju

- Issaħħaħ il-kapaċità attwali ta’ ġestjoni u kontroll ta’ l-istituzzjonijiet kollha involuti fil-ġestjoni tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni li jaqgħu taħt DIS.

- Tipprepara l-istituzzjonijiet kollha involuti fil-ġestjoni tal-fondi tal-Komunità ta’ qabel l-adeżjoni għall-akkreditazzjoni taħt is-Sistema Estiża ta’ Implimentazzjoni Deċentralizzata (EDIS).

- Tipprepara għall-ħatra ta’ servizz kontra l-frodi li huwa indipendenti mil-lat ta’ operat.

- Issaħħaħ il-kapaċità ta’ l-istrutturi amministrattivi stabbiliti għall-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-KE.

4. IPPROGRAMMAR

Għajnuna finanzjarja għall-prijoritajiet identifikati fis-Sħubija ta’ l-Adeżjoni se tkun disponibbli permezz ta’ deċiżjonijiet annwali ta’ finanzjament meħuda mill-Kummissjoni, skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill 2500/2001 dwar l-għajnuna finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni għat-Turkija (għall-programm ta’ l-2006) u fir-Regolament għall-Istrument għall-Għajnuna ta’ qabel l-Adeżjoni (IPA), malli din tiġi adottata (għall-programmi ta’ l-2007-2013). Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament se jkunu segwiti minn Ftehim ta’ Finanzjament iffirmat mat-Turkija.

5. KONDIZZJONALITÀ

Għajnuna tal-Komunità għal finanzjament tal-proġetti permezz ta’ l-istrument ta’ qabel l-adeżjoni hija kondizzjonali fuq ir-rispett min-naħa tat-Turkija ta’ l-impenji tagħha taħt il-Ftehimiet ta’ bejn il-KE u t-Turkija, inkluża d-Deċiżjoni ta’ l-Unjoni Doganali 1/95 u deċiżjonijiet oħra, passi konkreti ulterjuri sabiex tersaq lejn li tissodisfa effettivament il-kriterji ta’ Kopenħagen u b’mod partikolari l-progress li tilħaq il-prijoritajiet speċifiċi ta’ din is-Sħubija ta’ Adeżjoni. Jekk tonqos milli tirrispetta dawn il-kondizzjonijiet ġenerali, dan jista’ jwassal għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sospensjoni ta’ l-għajnuna finanzjarja fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 5 tar-regolament (KE) Nru 2500/2001. Kondizzjonijiet speċifiċi huma inklużi wkoll fil-programmi annwali individwali.

6. SUPERVIŻJONI

L-implimentazzjoni tas-Sħubija ta’ l-Adeżjoni għandha tiġi eżaminata permezz ta’ qafas tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif xieraq u permezz tar-rapporti tal-Progress tal-Kummissjoni.

Is-sottokumitati tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdu l-possibilità li jirrevedu l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Ftehim ta’ Adeżjoni kif ukoll il-progress fir-rigward ta’ l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar legali. Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jiddiskuti żviluppi, progress u problemi globali fir-rigward ta’ jekk jintlaħqux il-prijoritajiet tas-Sħubija ta’ l-Adeżjoni kif ukoll dwar kwistjonijiet aktar speċifiċi mressqa quddiemu mis-sottokumitati.

Is-superviżjoni tal-programm ta’ l-għajnuna finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni għandha titwettaq b’mod konġunt mit-Turkija u l-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Kumitat Konġunt ta’ Superviżjoni. Sabiex tiżgura l-effettività tas-superviżjoni, proġetti li qegħdin jiġu ffinanzjati taħt kull Ftehim ta' Finanzjament iridu jinkorporaw indikaturi verifikabbli u li jistgħu jitkejlu tal-kisbiet. Is-superviżjoni bbażata fuq dawn l-indikaturi se jgħinu lill-Kummissjoni, il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-PHARE (u s-suċċessur tiegħu taħt l-IPA) u t-Turkija f’li sussegwentement jorjentaw mill-ġdid programmi fejn meħtieġ u fit-tfassil ta’ programmi ġodda.

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-PHARE jiżgura li l-azzjonijiet taħt il-programm ta’ qabel l-adeżjoni huma kompatibbli ma’ xulxin kif ukoll mas-Sħubija ta’ l-Adeżjoni kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001, ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).]

Is-Sħubija ta’ l-Adeżjoni se tkompli tiġi emendata kif meħtieġ skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 622/98.

[1] ĠU L 58, tat-28.2.2001, p. 1.

[2] COM (2004) 656 finali, tas-6.10.2004

[3] Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/235/KE tat-8 ta’ Marzu 2001 (ĠU L 85, ta’ l-24.3.2001, p. 13) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/398/KE tad-19 ta’ Mejju 2003 (ĠU L 145, tat-12.6.2003, p.40)

[4] Ara wkoll id-dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-21 ta’ Settembru 2005.

[5] Ara d-dikjarazzjoni tal-Presidenza bil-kunsens tal-Kunsill tat-3 ta’ ottubru 2005: il-Paragrafu 7 tal-Qafas tan-Negozjati, li jkopri l-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti kollha, ma jistax jiġi interpretat li jippreġudika l-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tad-drittijiet ta' kwalunkwe waħda minn dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew tal-membri tagħha, jew ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

Top