This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0527
Proposal for a Council Decision on a Community position within the Joint Committee on a recommendation on the re-importation of originating products and on the acceptance by the Contracting Parties of simplified proofs of origin, made out by approved exporters, to the Agreement between the European Economic Community, of the one part, and the Swiss Confederation, of the other part
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt fuq rakkomandazzjoni dwar l-importazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta’ oriġini u dwar l-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti ta' provi ssimplifikati ta’ l-oriġini, magħmula minn esportaturi approvati, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt fuq rakkomandazzjoni dwar l-importazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta’ oriġini u dwar l-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti ta' provi ssimplifikati ta’ l-oriġini, magħmula minn esportaturi approvati, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra
/* KUMM/2005/0527 finali - ACC 2005/0218 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt fuq rakkomandazzjoni dwar l-importazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta’ oriġini u dwar l-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti ta' provi ssimplifikati ta’ l-oriġini, magħmula minn esportaturi approvati, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra /* KUMM/2005/0527 finali - ACC 2005/0218 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 8.11.2005 KUMM(2005) 527 finali 2005/0218 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt fuq rakkomandazzjoni dwar l-importazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta’ oriġini u dwar l-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti ta' provi ssimplifikati ta’ l-oriġini, magħmula minn esportaturi approvati, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Il-bażi għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, ma jagħmilx distinzjoni, fil-prinċipju, bejn prodotti li joriġinaw fil-Parti l-waħda jew fl-oħra, biex jiddefinixxi l-ambitu tat-tneħħija tad-dazji doganali u l-ħlasijiet li għandhom effetti ekwivalenti, u dak tal-projbizzjoni ta’ l-introduzzjoni ta’ ħlasijiet ġodda maħsuba fil-Ftehim. Distinzjoni bħal din issir biss fir-rigward tat-trattament preferenzjali applikabbli għal ċerti prodotti. Għandu għalhekk ikun iċċarat li, jekk il-prodotti huma koperti minn tneħħija reċiproka tad-dazji doganali mingħajr ma ssir distinzjoni bejn il-prodotti li joriġinaw mill-Parti l-waħda jew mill-oħra, din it-tneħħija ta’ dazji doganali tapplika għall-importazzjoni fil-Komunità jew fl-Iżvizzera tal-prodotti kkonċernati, sew jekk dawn il-prodotti joriġinaw mill-Iżvizzera sew jekk mill-Komunità. L-Artikolu 22 (1) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim jistipula li l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li jesporta jistgħu jawtorizzaw kull esportatur, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘l-esportatur approvat’, li jagħmel trasportazzjoni ta’ spiss ta’ prodotti taħt il-Ftehim biex jagħmel id-dikjarazzjonijiet tal-fatturi. IL-partijiet kontraenti jaqblu li, fil-kuntest tal-Ftehim, l-awtorizzazzjoni ta’ l-esportatur approvat tinħareġ jew mill-awtoritajiet doganali tal-Konfederazzjoni Żvizzera jew mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea, li mhuwiex neċessarjament l-Istat Membru fejn saret id-dikjarazzjoni tal-fattura u lanqas ma huwa l-Istat Membru li forna l-merkanzija. | 120 | Kuntest ġenerali Biex ikun hemm linji ta' gwida ċari, ġew miftiehma żewġ noti interpretattivi bejn ir-rappreżentanti ta’ l-Amministrazzjoni Federali Żvizzera u dawk tas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn iż-żewġ noti ġew approvati fl-10 ta’ Mejju 2004 permezz ta’ ittri amministrattivi li ġew iffirmati mis-Sur Gerber, Segretarju ta’ l-Istat Żvizzeru għall-Affarijiet Ekonomiċi, għall-amministrazzjoni Żvizzera u mis-Sur Verrue, Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, għas-servizzi tal-Kummissjoni. Iż-żewġ kwistjonijiet kienu indirizzati wkoll f’livell ministerjali. Fl-Anness C għall-konklużjonijiet tas-samit ta’ l-UE – l-Iżvizzera fid-19 ta' Mejju 2004 ġew ikkonfermati l-interpretazzjonijiet ta’ l-esperti. Iż-żewġ naħat qablu li jifformalizzaw dawn l-interpretazzjonijiet mir-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat konġunt inkarigat mit-tmexxija tal-ftehim bilaterali tal-kummerċ ħieles. | 139 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta. | 141 | Il-konsistenza ma' politika u ma’ għanijiet oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT | Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati | 219 | Ma teħtieġ l-ebda konsultazzjoni billi r-rakkomandazzjoni proposta ssegwi talba tal-partijiet interessati. | Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert | 229 | Ma kienx hemm ħtieġa ta' għarfien espert estern. | 230 | L-evalwazzjoni ta' l-impatt Mhux applikabbli. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sinteżi ta' l-azzjoni proposta Biex id-delegazzjoni tal-Komunità tiġi awtorizzata li tadotta r-rakkomandazzjonijiet il-Kunsill irid jaqbel ma' l-abbozz ta' rakkomandazzjoni mehmuż bħala l-pożizzjoni Komunitarja li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt KE – Żvizzera. Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni Komunitarja s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni se jissoktaw bl-adozzjoni ta’ l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni mill-Kumitat Konġunt KE - Żvizzera u l-pubblikazzjoni sussegwenti tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. | 310 | Bażi legali L-Artikolu 133 flimkien ma’ l-Artikolu 300, paragrafu 2, it-tieni sottoparagrafu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tosserva l-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġuni li ġejja/għar-raġunijiet li ġejjin. | 331 | Ma hemm l-ebda għażla oħra f’dan il-każ. Għalhekk, din hija l-aktar miżura sempliċi possibbli. | 332 | Ma hemm l-ebda piż finanzjarju jew amministrattiv ieħor. | Għażla ta' strumenti | 341 | Strumenti proposti: rakkomandazzjoni. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni li ġejja/għar-raġunijiet li ġejjin. L-Artikolu 29 tal-Ftehim jipprevedi li, għall-għanijiet ta’ l-amministrazzjoni tal-Ftehim, il-miżuri li ttieħdu mill-Kumitat Konġunt KE – Żvizzera jieħdu l-forma ta' rakkomandazzjoni. | IMPLIKAZZJONI TAL-BAġIT | 409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. | 1. 2005/0218 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt fuq rakkomandazzjoni dwar l-importazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta’ oriġini u dwar l-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti ta' provi ssimplifikati ta’ l-oriġini, magħmula minn esportaturi approvati, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-Artikolu 300, il-paragrafu 2, it-tieni sottoparagrafu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 29 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra, jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu uniku Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra, fuq rakkomandazzjoni dwar l-importazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta’ oriġini u dwar l-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti tal-provi ssimplifikati ta’ l-oriġini, magħmula minn esportaturi approvati, hija dik definita fl-abbozz ta’ rakkomandazzjoni mehmuż tal-Kumitat Konġunt KE - Żvizzera. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Abbozz DECISION No ... /2005 tal-KUMITAT KONĠUNT KE-ŻVIZZERA dwar l-importazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta' oriġini u l-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti ta’ provi ssimplifikati ta’ l-oriġini, magħmula minn esportaturi approvati ta’ .... IL-KUMITAT KONĠUNT, Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq in-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu; Billi: (1) il-Ftehim ma jiddistingwix bejn prodotti li joriġinaw fil-Parti l-waħda jew fl-oħra, biex jiddefenixxi l-ambitu tat-tneħħija tad-dazji doganali u l-ħlasijiet li għandhom effetti ekwivalenti, u dak tal-projbizzjoni ta’ l-introduzzjoni ta’ ħlasijiet ġodda maħsuba fil-Ftehim. Distinzjoni bħal din issir biss fir-rigward tat-trattament preferenzjali applikabbli għal ċerti prodotti; (2) il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim huma tal-fehma li din it-tneħħija ta’ dazji doganali tapplika għall-importazzjoni fil-Komunità jew fl-Iżvizzera tal-prodotti kkonċernati, kemm jekk dawn il-prodotti joriġinaw mill-Iżvizzera kif ukoll mill-Komunità, esklussivament fil-każijiet fejn tneħħija reċiproka tad-dazji doganali tapplika mingħajr ma tagħmel distinzjoni bejn il-prodotti li joriġinaw fil-Parti l-waħda jew fl-oħra; (3) L-Artikolu 22 (1) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim jistipula li l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li jesporta jistgħu jawtorizzaw kull esportatur, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ‘l-esportatur approvat’, li jagħmel trasportazzjoni ta’ spiss ta’ prodotti taħt dan il-Ftehim biex jagħmel id-dikjarazzjonijiet tal-fatturi; (4) IL-Partijiet Kontraenti jaqblu li, fil-kuntest tal-Ftehim, l-awtorizzazzjoni ta’ l-esportatur approvat tinħareġ jew mill-awtoritajiet doganali tal-Konfederazzjoni Żvizzera jew mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea, li mhuwiex neċessarjament l-Istat Membru fejn saret id-dikjarazzjoni tal-fattura u lanqas ma huwa l-Istat Membru li forna l-merkanzija. (5) Huwa xieraq, għat-tħaddim tajjeb tal-Ftehim, li tiġi rrakkomandata interpretazzjoni konsistenti tal-Ftehim lill-Partijiet Kontraenti; ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI: Artikolu uniku IL-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw il-Ftehim, mill-1 ta’ Ġunju 2004, fi qbil maż-żewġ noti interpretattivi fl-anness għal din ir-Rakkomandazzjoni, li għandhom x’jaqsmu ma’ l-importazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta’ l-oriġini u l-aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti ta’ provi ssimplifikati ta’ l-oriġini, magħmula minn esportaturi approvati. Magħmula fi [...], Għall-Kumitat Konġunt Il-President Nota Interpretattiva L-esperti li jirrappreżentaw is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Amministrazzjoni Federali Żvizzera, KONXJI mill-fatt li l-Ftehim tat-22 ta’ Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera jimmira, b’mod partikolari, lejn il-promozzjoni, permezz ta l-espansjoni tal-kummerċ reċiproku, ta’ l-iżvilupp armonjuż tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet, u li għan bħal dan jimplika prinċipalment it-tneħħija progressiva tax-xkiel fil-kummerċ sostanzjalment kollu tagħhom, skond id-dispożizzjonijiet tal-GATT li għandhom x’jaqsmu mal-ħolqien ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles, WAQT LI JQISU li, f’termini tariffarji, din it-tneħħija timplika għal Parti l-waħda, suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti, li għandha tneħħi d-dazji doganali u l-ħlasijiet li għandhom effetti ekwivalenti u tipprojbixxi l-introduzzjoni ta' dazji doganali ġodda jew ħlasijiet ġodda li għandhom effetti ekwivalenti fuq prodotti li joriġinaw fil-Parti l-oħra, koperti mill-Ftehim, WAQT LI JIĠBDU L-ATTENZJONI, wara analiżi konġunta tat-termini speċifiċi tal-Ftehim, b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, li għandu jinqara flimkien ma’ l-Artikoli 3 sa 7, li dan m’għamilx distinzjoni bejn il-prodotti li joriġinaw fil-Parti l-waħda jew fl-oħra, fid- definizzjoni ta’ l-ambitu tat-tneħħija tad-dazji doganali u l-ħlasijiet li għandhom effetti ekwivalenti – kif imwettaq fl-1 ta’ Lulju 1977 – u tal-projbizzjoni ta’ l-introduzzjoni ta’ ħlasijiet ġodda, iżda li madankollu distinzjoni tali qed issir, fir-rigward tat-trattament preferenzjali li japplika għal ċerti prodotti, FTIEHMU kif ġej: “It-tneħħija tad-dazji doganali u l-ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, kif ukoll il-projbizzjoni ta’ l-introduzzjoni ta’ dazji doganali ġodda u ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, japplikaw għall-importazzjoni fil-Komunità jew fl-Iżvizzera tal-prodotti kkonċernati, kemm jekk dawn il-prodotti joriġinaw mill-Iżvizzera kif ukoll jekk mill-Komunità. Din l-interpretazzjoni tapplika biss għal prodotti li jibbenefikaw mit-tneħħija reċiproka tad-dazji doganali. Għalhekk mhijiex applikabbli għal prodotti li joriġinaw fil-Parti l-waħda, li għalihom il-Ftehim iddefinixxa trattament tariffarju preferenzjali billi jagħmel referenza għal prodotti li joriġinaw fil-Parti l-oħra biss.” Nota Interpretattiva L-esperti li jirrappreżentaw is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Amministrazzjoni Federali Żvizzera, WAQT LI JQISU LI t-termini ta’ l-Artikolu 22 (1) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tat-22 ta’ Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, li skond hu l - awtoritajiet doganali tal-pajjiż li jesporta jistgħu jawtorizzaw lil kull esportatur, minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-‘esportatur approvat’, li jagħmel trasportazzjoni ta’ spiss ta’ prodotti taħt dan il-Ftehim biex jagħmel id-dikjarazzjonijiet tal-fatturi irrispettivament mill-valur tal-prodotti kkonċernati. Esportatur li jfittex din it-tip ta’ awtorizzazzjoni jrid joffri, b’tali mod li jissodisfa lill-awtoritajiet doganali, l-garanżiji kolla meħtieġa sabiex dawn jivverifikaw l-istatus oriġinarju tal-prodotti kif ukoll jivverifikaw it-twettiq tar-rekwiżiti l-oħrajn ta’ dan il-Protokoll . WAQT LI JQISU l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1207/2001 tal-11.6.2001, FTIEHMU kif ġej: « Il-frażi awtoritajiet doganali tal-pajjiż li jesporta tirreferi, minn naħa waħda, għall-awtoritajiet doganali tal-Konfederazzjoni Żvizzera u, min-naħa l-oħra, għall-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea li ħareġ l-awtorizzazzjoni, mingħajr ma jitqies la l-Istat Membru fejn twettqet id-dikjarazzjoni tal-fattura u lanqas l-Istat Membru li forna l-merkanzija »