This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0487
Proposal for a Council Regulation (EC, Euratom) adjusting, from 1 July 2005, the rate of contribution to the pension scheme of officials and other servants of the European Communities
Proposta ta’ regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej
Proposta ta’ regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej
/* KUMM/2005/0487 finali */
Proposta ta’ regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej /* KUMM/2005/0487 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 12.10.2005 KUMM(2005) 487 finali Proposta ta’ REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | Raġunijiet u obbjettivi tal-proposta Il-Kunsill għandu jiddeċiedi kull sena, dwar proposta mill-Kummissjoni, dwar l-adattament tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. | Kuntest ġenerali B’konformità ma’ l-Artikolu 83a(4) tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, il-Kummissjoni tippreżenta kull sena lill-Kunsill verżjoni aġġornata ta’ l-evalwazzjoni attwarja ta’ kull ħames snin magħmula b’konformità ma’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff. B’konformità ma’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-Eurostat ippreżenta r-rapport annwali relatat ma’ din l-evalwazzjoni li tiddetermina r-rata tal-kontribuzzjoni neċessarja biex ikun żgurat il-bilanċ ta’ l-iskema tal-pensjonijiet. | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex tadatta r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet. | Koerenza mal-politiki u l-obbjettivi l-oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżIJIET TA’ IMPATT | Konsultazzjoni tal-partijiet interessati | Metodi użati ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-personell skond il-proċeduri fis-seħħ. | Sinteżi tat-tweġibiet irċevuti u tal-mod kif huma kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. | Akkwist u użu ta’ kompetenza | Rikors għal kompetenza esterna ma kienx neċessarju. | Analiżi ta’ impatt - Il-proposta timmira biex tadatta r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet b’konformità mar-regoli fis-seħħ. - Ir-regoli fis-seħħ ma jippermettux alternattiva oħra. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Sommarju tal-miżuri proposti B’konformità ma’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-Eurostat ippreżenta rapport relatat ma’ l-evalwazzjoni attwarja ta’ l-iskema tal-pensjonijiet. Skond din l-evalwazzjoni r-rata neċessarja tal-kontribuzzjoni biex ikun żgurat il-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet hi ta’ 10.3% tas-salarju bażiku. B’konformità ma’ l-Artikolu 2(1), ta’ l-Anness XII, l-adattament ma jistax ikun aktar minn punt ta’ perċentwali tar-rata applikabbli fis-sena preċedenti. Għaldaqstant, b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ l-istess Artikolu, l-adattament li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2005 ma jistax iwassal għal kontribuzzjoni li taqbeż l-10.25%. Konsegwentement, il-Kummissjoni qed tipproponi li tadatta r-rata tal-kontribuzzjoni għal 10.25% b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. | Bażi legali Ir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tagħhom. | Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jiddependi mill-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax. | Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | - L-Artikolu 83a tar-Regolamenti ta’ l-Istaff jipprevedi regolament tal-Kunsill. | - Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq. L-impatt fuq id-dħul jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ adattament previst fir-Regolamenti ta’ l-Istaff. | Għażla ta’ l-istrumenti | Strument(i) propost(i): regolament. | Strumenti oħra ma kinux ikunu adegwati għar-raġunijiet li ġejjin. - L-Artikolu 83a tar-Regolamenti ta’ l-Istaff jipprevedi regolament tal-Kunsill. | IMPATT BAġITARJU | L-impatt, fuq id-dħul, ta’ l-adattament tar-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet hu ddettaljat fir-rapport finanzjarju li jinstab fl-Anness. | - Proposta ta’ REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-iskema applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, iffissati mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII ta’ l-imsemmija Regolamenti ta’ l-Istaff, wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, billi: (1) B’konformità ma’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru, ir-rapport relatat ma’ l-evalwazzjoni attwarja 2005 ta’ l-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri mmirati f’dan l-Anness. Skond din l-evalwazzjoni r-rata neċessarja tal-kontribuzzjoni biex ikun żgurat il-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet hi ta’ 10.3% tas-salarju bażiku. (2) Għaldaqstant, b’konformità ma’ l-Artikolu 2(2) ta’ l-Anness XII, l-adattament li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2005 ma jistax iwassal għal kontribuzzjoni li taqbeż l-10.25%. (3) Għalhekk hu meħtieġ li jitwettaq adattament neċessarju fir-rata tal-kontribuzzjoni, li jiżgura l-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej li ma jaqbiż il-massimu awtorizzat ta’ 10.25% tas-salarju bażiku. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni mmirata fl-Artikolu 83(2), tar-Regolamenti ta’ l-Istaff hi ffissata għal 10.25%. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru. Magħmul fi Brussell, ... Mill-Kunsill Il-President RAPPORT FINANZJARJU LEĠIŻLATTIV GĦALL-PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU LIMITAT B’MOD ESKLUŻIV GĦAD-DĦUL 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA Proposta ta’ regolament li tadatta, mill-1 ta’ Lulju 2005, ir-rata tal-kontribuzzjoni ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej 2. LINJI BAĠITARJI : Kapitolu u Artikolu : 400 Taxxa fuq is-salarji ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra 410 Kontribuzzjonijiet tal-personell għall-finanzjament ta’ l-iskema tal-pensjonijiet Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata 466.7 M€ 239.8 M€ 3. IMPATT FINANZJARJU ( Proposta mingħajr impatt finanzjarju X Proposta mingħajr impatt finanzjarju fuq l-infiq iżda b’impatt finanzjarju fuq id-dħul - l-effett hu kif ġej: (miljuni ta’ euros sa l-ewwel deċimali) Linja bagitarja | Dħul[2] | perjodu ta’ 12-il xahar mill-01/07/2005 | [Sena n=2005] | L-Artikolu 400 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | -2.6 | -1.3 | L-Artikolu 410 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | +12.4 | +6.2 | Sitwazzjoni wara l-azzjoni | [n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] | L-Artikolu 400 | -2.6 | -2.6 | -2.6 | -2.6 | -2.6 | L-Artikolu 410 | +12.4 | +12.4 | +12.4 | +12.4 | +12.4 | 4. MIŻURI KONTRA L-FRODI 5. RIMARKI OHRA Metodu ta’ kalkolu: Kontribuzzjoni tal-pensjoni = il-kontribuzzjoni l-gdida - l-implimentazzjoni tas-sena kurrenti.Kontribuzzjoni l-gdida = l-implimentazzjoni x ir-rata l-gdida / ir-rata fis-sehh Effett tat-tnaqqis tat-taxxa = 21% taż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-pensjoni. [1] ĠU L 56 ta’ l-4.3.68, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-… (KE, Euratom) Nru... p… [2] F’dak li jikkonċerna ir-riżorsi tradizzjonalment proprji (taxxi fuq l-agrikultura, taxxi fuq iz-zokkor, taxxi doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ta’ l-ammonti netti, jiġifieri ta’ l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.