This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0236
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the establishment, operation and use of the second generation Schengen information system (SIS II)
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
/* KUMM/2005/0236 finali - COD 2005/0106 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 31.5.2005 KUMM(2005) 236 finali 2005/0106 (COD) . Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) .. (preżentata mill-Kummissjoni) IL-MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-għan ġenerali L-għan ġenerali ta’ dan ir-Regolament, flimkien mad-Deċiżjoni dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ l-Informazzjoni ta’ Schengen (minn issa ’il quddiem imsejħa “SIS II”) ibbażata fuq it-Titolu VI tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’l quddiem imsejjaħ “It-Trattat tal-KE”) huwa li jwaqqaf il-qafas legali li ser jirregola s-SIS II. Id-disponibbiltà tas-SIS II bħala miżura kompensatorja li tgħin biex jinżamm livell għoli tas-sigurtà f’żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni hija kruċjali sabiex l-Istati Membri jistgħu japplikaw b’mod sħiħ l- acquis ta’ Schengen u biex iċ-ċittadini tagħhom jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi kollha ta’ żona ta’ moviment ħieles. F’dan il-kuntest, f’Diċembru 2001 il-Kunsill qiegħed l-ewwel sisien għas-SIS II billi assenja l-iżvilupp tekniku tiegħu lill-Kummissjoni u alloka r-riżorsi finanzjarji meħtieġa mill-Baġit ta’ l-Unjoni Ewropea[1]. Dan ir-Regolament flimkien mad-Deċiżjoni imsemmija aktar ’il fuq (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-Regolament”) issa jirrappreżentaw it-tieni pass legali, u ż-żewġ strumenti jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet komuni dwar l-istruttura, l-iffinanzjar, ir-responsabbiltajiet u r-regoli ġenerali ta’ l-ipproċessar tad- data u tal-ħarsien tad- data għas-SIS II. Barra minn dawn ir-regoli komuni, id-Deċiżjoni fiha dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ipproċessar tad- data tas-SIS II biex jingħata appoġġ għall-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, filwaqt li r-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament dwar l-ipproċessar tad- data tas-SIS II biex jingħata appoġġ lill-implimentazzjoni tal-politika marbuta mal-moviment tal-persuni li hija parti mill- acquis ta’ Schengen (eż., il-fruntieri esterni u l-visa). L-għanijiet speċifiċi Dan ir-Regolament kif ukoll id-Deċiżjoni huwa fil-parti l-kbira bbażat fuq id-dispożizzjonijiet korrenti tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (minn issa ’l quddiem imsejħa “SIS”) li tinsab fil-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-unjoni ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tħassir gradwali tal-verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom, ((minn issa ’l quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta’ Schengen”)[2] filwaqt li jitqiesu wkoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar is-SIS II[3]. Barra minn dan, dan ir-Regolament għandu wkoll l-għan li tqarreb aktar il-qafas legali tas-SIS mal-liġi ta’ l-Unjoni Ewropea u li tkabbar l-użu tas-SIS II, b’mod partikolari f’dawn l-oqsma li ġejjin: - Is-sejħiet ta’ allarm maħruġa lil persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi għall-iskop li jiġi miċħud id-dħul. Ir-regoli korrenti dwar dawn is-sejħiet ta’ allarm ġew riveduti sabiex jiġu armonizzati aktar ir-raġunijiet sabiex jinħarġu dawn is-sejħiet ta’ allarm fis-SIS II. Dan huwa minħabba l-prattika li bħalissa hija diverġenti fl-Istati Membri biex jinħarġu dawn is-sejħiet ta’ allarm. - L-aċċess addizzjonali għas-sejħiet ta’ allarm maħruġa lil persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi . Ir-Regolament kabbar l-għan ta’ dawn is-sejħiet ta’ allarm sabiex l-awtoritajiet responsabbli għar-rifuġju u l-immigrazzjoni ikollhom ukoll aċċess għal dawn is-sejħiet ta’ alarm f’xi każijiet u skond il-kompetenzi tagħhom. Dawn l-użi ġodda huma previsti fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u b’mod aktar partikolari biex il-persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jintbagħtu lura, kif ukoll biex jiġu implimentati tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis tar-rifuġju li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ordni pubblika u mas-sigurtà pubblika jew id-determinazzjoni tar-responsabbiltà ta’ l-Istati Membru għal applikazzjoni għall-ażil. - Il-kwalità aħjar tad- data u twettiq aħjar ta’ l-identifikazzjoni . Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-possibbiltà, bla ħsara għall-kunsens ta’ l-individwu, li tiddaħħal fis-SIS l-informazzjoni ta’ persuni li l-identità tagħhom ġiet abbużata sabiex jiġu evitati aktar inkonvenjenzi kawżati minn identifikazzjonijiet żbaljati. Dan ir-Regolament jagħti l-possibbiltà li jiġu proċessati l-biometriċi li jirriżultaw f’identifikazzjonijiet aktar preċiżi u kwalità aħjar tad- data personali mdaħħla fis-sistema. - Il-ħarsien tad- data . Ir-Regolament jikkonferma l-kompetenza tas-Sorveljatur Ewropew tal-Ħarsien tad-Data biex jissorvelja l-ipproċessar tad- data tas-SIS II data imwettqa mill-Kummissjoni u l-applikazzjoni ta’ l- acquis tal-Komunità rilevanti għal dan il-qasam. - L-oriġini inter-governativa tad-dispożizzjonijiet preżenti tas-SIS . Dawn id-dispożizzjonijiet żviluppaw f’qafas inter-governativ u ser jiġu sostitwiti minn strumenti klassiċi tal-liġi Ewropea. Il-vantaġġ huwa li l-istituzzjonijiet differenti ta’ l-Unjoni Ewropea din id-darba jkunu msieħba fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti l-ġodda u l-valur legali li jirregola s-SIS ikun imsaħħaħ. - L-immaniġġjar tat-tħaddim tas-SIS II. Dan ir-Regolament jafda lill-Kummissjoni bl-immaniġġjar tat-tħaddim tas-sistema. L-immaniġġjar tat-tħaddim tal-Parti Ċentrali tas-SIS kurrenti jsir minn Stat Membru wieħed. 1.2. Il-kuntest ġenerali Is-SIS It-twaqqif progressiv ta’ żona tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja jeħtieġ li tinħoloq żona mingħajr fruntieri interni. Għal dak l-għan, l-Artikolu 61 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “it-Trattat tal-KE”) jeħtieġ l-adozzjoni ta’ miżuri immirati biex jiġi assigurat il-moviment ħieles tal-persuni, skond l-Artikolu 14 tat-Trattat tal-KE, flimkien ma’ miżuri li jittieħdu fl-istess ħin dwar kontrolli fuq il-fruntieri esterni, l-ażil u l-immigrazzjoni, kif ukoll il-miżuri biex għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-delitti. Is-SIS hija sistema komuni ta’ informazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jikkooperaw, billi jiskambjaw informazzjoni biex tiġi implimentata l-politika varja meħtieġa, sabiex titwaqqaf żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni. Hija tagħti l-possibbiltà lil dawn l-awtoritajiet, permezz ta’ proċedura awtomatika ta’ tiftix, li jiksbu informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ sejħiet ta’ allarm fuq persuni u oġġetti. L-informazzjoni miksuba tintuża, b’mod partikolari, għall-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali kif ukoll għall-kontrolli tal-persuni fuq il-fruntieri esterni jew fuq it-territorju nazzjonali u għall-ħruġ tal-visas u l-permessi tar-residenza. Għalhekk, is-SIS hija komponent indispensabbli taż-żona ta’ Schengen biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ Schengen dwar il-moviment tal-persuni u biex jiġi assigurat livell għoli ta’ sigurtà f’din iż-żona. Il-konsistenza ma’ varjetà kbira ta’ politika relatata mal-kontroll tal-fruntieri esterni, il-visa, l-immigrazzjoni u wkoll il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali hija, għalhekk, essenzjali. Id-dispożizzjonijiet eżistenti u l-proposti relatati f’dan il-qasam L-Artikoli 92 – 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen huma d-dispożizzjonijiet bażiċi legali li jirregolaw lis-SIS. Kienu adottati f’qafas inter-governativ, u ġew inkorporati fil-qafas istituzzjonali u legali ta’ l-Unjoni Ewropea wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam. Dan ir-Regolament qed jiġi ppreżentat flimken ma’ Deċiżoni dwar l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu tas-SIS II, bażat fuq it-Titolu VI tat-Trattat ta’ l-UE. It-tielet proposta bażata fuq it-Titolu V tat-Trattat tal-KE (Trasport) dwar il-kwistjoni speċifika ta’ l-aċċess għas-SIS II mill-awtoritajiet u s-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi ser tikkompleta dawn iż-żewġ proposti. Dan ir-Regolament u d-Deċiżjoni bażata fuq it-Titolu VI tat-Trattat ta’ l-UE, ser jissostitwixxu l-Artikoli 92-119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u d-Deċiżjonijiet u d-Dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen li għandhom x’jaqsmu mas-SIS. Ukoll, dan ir-Regolament ser iħassar ir-Regolament (KE) Nru 378/2004[4] tad-19 ta’ Frar 2004 dwar proċeduri biex jiġi emendat il-manwal tas-SIRENE. Il-programm L-istrumenti legali li jirregolaw is-SIS II għandhom jiġu adottati f’biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu jsiru l-preparazzjonijiet meħtieġa għal din is-sistema l-ġdida u. b’mod partikolari, il-konverżjoni mis-sistema kurrenti għas-SIS II. 2. L-ASPETTI LEGALI 2.1. Il-bażi legali L- acquis ta’ Schengen , inkluż is-SIS, ġie integrat fil-qafas ta’ l-UE fl-1 ta’ Mejju 1999 bil-Protokoll anness mat-Trattat ta’ Amsterdam. Il-Kunsill iddefinixxa l-partijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen integrati fil-qafas ta’ l-Unjoni fid-Deċiżjoni tiegħu ta’ l-20 ta’ Mejju 1999. Dawn kienu jinkludu l-arranġamenti dwar is-SIS, jiġifieri l-Artikoli 92 sa 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u d-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/436/KE ta’ l-20 ta’ Mejju 1999[5] iddeterminat il-bażi legali fit-Trattati għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l- acquis ta’ Schengen. Madankollu, il-Kunsill ma laħaqx deċiżjoni dwar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-SIS. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen jitqiesu bħala atti bbażati fuq it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fuq bażi ta’ l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll ta’ Schengen. Iżda, taħt l-Artikolu 5 (1) tal-Protokoll, kwalunkwe proposta ġdida dwar l- acquis ta’ Schengen għandha tkun ibbażata fuq il-bażi legali xierqa fit-Trattati. Bħala strument legali li għandu l-għan li jistabbilixxi proċeduri biex l-informazzjoni tiġi skambjata b’mod sistematiku bejn l-Istati Membri u li jiddefinixxi l-istruttura tas-sistema ta’ l-informazzjoni (SIS II) li għandha tagħtihom appoġġ, il-bażi legali xieraq huwa l-Artikolu 66 tat-Trattat tal-KE. L-iskambju ta’ informazzjoni huwa att ta’ kooperazzjoni bejn id-dipartimenti rilevanti ta’ l-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 66. Il-bażi legali ta’ l-Artikolu 66 tista’ wkoll tkopri dispożizzjonijiet dwar liema awtoritajiet għandhom aċċess għas-SIS II; għalhekk il-proposta tagħti l-possibbiltà ta’ l-aċċess għall-awtoritajiet responsabbli għall-fruntieri esterni, il-visas, ir-rifuġju u l-immigrazzjoni. L-Artikolu 62 (2) (a) jikkostitwixxi wkoll bażi legali xierqa għal dan ir-Regolament minħabba li qed jiġu stabbiliti regoli sostantivi li jaffettwaw il-politika dwar il-kontroll fuq il-fruntieri esterni; b’mod partikolari dan għandu x’jaqsam man-natura tas-sejħiet ta’ allarm li jistgħu jinħarġu u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fuqhom mill-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri esterni. Dawn l-awtoritajiet għandhom, bħala parti mill-verifiki fuq il-fruntieri esterni, ifittxu lill-persuna li tixtieq tidħol fit-territorju Komunitarju mas-SIS. 2.2. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-għan ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri t-taqsim ta’ l-informazzjoni dwar xi kategoriji ta’ persuni u oġġetti permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata, ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri. Minħabba n-natura proprja ta’ sistema ta’ informazzjoni komuni u minħabba l-iskala u l-impatt ta’ l-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju. Din l-inizzjattiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa mehtieġ biex jintlaħaq l-għan tagħha. L-attivitajiet tal-Kummissjoni huma limitati għall-immaniġġjar tat-tħaddim tas-SIS II li hija magħmula minn bażi ta’ tagħrif ċentrali, punti nazzjonali ta’ aċċess u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni li tikkollega lil dawn it-tnejn. L-Istati Membri huma kompetenti għas-sistemi nazzjonali, għar-rabta tagħhom mas-SIS II u jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jipproċessaw id- data tas-SIS II. Il-konsultazzjoni tad- data hija limitata għall-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, speċifikata għal kull wieħed mill-għanijiet kif iddefiniti f’dan ir-Regolament u limitati sa fejn id-data hija meħtieġa biex jitwettqu l-funzjonijiet skond dawn l-għanijiet. 2.3. L-għażla ta’ l-istrumenti L-istrument ta’ Regolament huwa rakkmandat minħabba l-ħtieġa li jiġu applikati regoli għal kollox armonizzati, b’mod partikolari dwar l-ipproċessar tad- data fis-sistema. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiffurmaw sett ta’ dispożizzjonijiet preċiżi, mingħajr kundizzjonijiet, li jgħoddu direttament u b’mod uniformi u obbligatorju u, min-natura tagħhom stess, ma jeħtieġu ebda azzjoni mill-Istati Membri biex jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali 2.4. Il-parteċipazzjoni fis-SIS II Dan id-dokument għandu l-bażi legali tiegħu fit-Titolu IV tat-Trattat tal-KE u tikkostitwixxi żvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen. Għalhekk, għandha tiġi proposta u adottata skond il-Protokolli annessi mat-Trattat ta’ Amsterdam dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda u dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka u l-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea. a) Ir-Renju Unit u l-Irlanda Ir-Regolament propost jiżviluppa d-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen, li fih ma jieħdux sehem ir-Renju Unit u l-Irlanda, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Bretanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen [6], u skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002, dwar it-talba ta’ l-Irlanda li tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[7]. Ir-Renju Unit u l-Irlanda, għalhekk, mhumiex partijiet għall-adozzjoni tar-Regolament, li la jorbothom u lanqas jgħodd għalihom. b) Id-Danimarka Skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-KE, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri skond it-Titolu Title IV tat-Trattat tal-KE. Meta dawn il-proposti jiżviluppaw l- acquis ta’ Schengen, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll, “Id-Danimarka għandha tiddeċiedi f' perjodu ta’ 6 xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda fuq proposta jew inizjattiva li jiżviluppa fuq l- Acquis ta’ Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IIIa tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, jekk timplimentax din id-deċiżjoni fil-liġi nazzjonali tagħha”. c) In-Norveġja u l-Islanda Barra minn hekk, skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 6 tal-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen, ġie iffirmat ftehim fit-18 ta’ Mejju 1999 bejn il-Kunsill, in-Norveġja u l-Islanda sabiex dawk iż-żewġ pajjiżi jissieħbu ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen. L-Artikolu 1 tal-Ftehim jipprovdi li n-Norveġja u l-Islanda għandhom jiġu assoċjati ma’ l-attivitajiet tal-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ewropea fl-oqsma koperti bid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Annessi A (dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen) u B (dispożizzjonijiet ta’ l-atti tal-Komunità Ewropea li ssostitwew id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’, jew kienu adottati skond, il-Konvenzjoni ta’ Schengen) tal-Ftehim u żviluppi ulterjuri. Skond l-Artikolu 2, l-atti u l-miżuri adottati mill-Unjoni Ewropea biex temenda jew tissupplimenta l- acquis ta’ Schengen li diġà ġie integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea (l-Annessi A u B) huma implimentati u applikati min-Norveġja u mill-Irlanda. Il-proposta ppreżentata tiżviluppa l- acquis ta’ Schengen, kif definit fl-Anness A tal-Ftehim. d) L-Istati Membri l-ġodda Minħabba l-inizzjattiva tikkostitwixxi att li jibni fuq l- acquis ta’ Schengen jew mod ieħor relatat miegħu fis-sens ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, ir-Regolament għandu jgħodd biss f’Stat Membru ġdid skond Deċiżjoni tal-Kunsill skond din id-dispożizzjoni. e) L-Isvizzera Rigward l-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen[8] li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE[9] moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4 (1) tad-deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ xi dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim[10]. 3. L-IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAġIT Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/JHA dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen[11] stabbilew li l-infiq involut fl-iżvilupp tas-SIS II għandha titħallas mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. Din il-proposta twaqqaf li l-ispejjeż li jkunu saru għat-tħaddim tas-SIS II għandhom ikomplu jiġu koperti mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. Minkejja li l-akbar spiża ser issir waqt il-fażi ta’ l-iżvilupp (id-disinn, il-kostruzzjoni u l-ittestjar tas-SIS II), il-fażi tat-tħaddim, li tibda fl-2007 ser tikkostitwixxi rabta tal-baġit għal żmien twil li għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-perspettivi finanzjarji l-ġodda. Ikollhom jiġu allokati riżorsi finanzjarji xierqa u riżorsi umani xierqa lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għall-immaniġġjar tat-tħaddim tas-sistema matul l-ewwel fażi transitorja jew intermedja. Għat-terminu medju jew twil, il-Kummissjoni ser tivvaluta l-għażliet kollha biex ix-xogħol isir minn barra, filwaqt li jitqiesu l-effetti ta’ sinerġija li jirriżultaw mit-tħaddim ta’ bosta sistemi oħrajn ta’ l-IT fuq skala kbira, bħall-VIS (sistema ta l-Informazzjoni dwar il-Visa) u EURODAC. Il-Kummissjoni ippreparat prospett finanzjarju komuni anness ma’ dan ir-Regolament, li huwa validu wkoll għad-Deċiżjoni proposta taħt it-Titolu VI tat-Trattat ta’ l-UE. 2005/0106 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62 (2) (a) u l-Artikolu 66 tiegħu, Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [12], Wara li mxew skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[13], Billi: (1) Is-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen, (minn hawn ’il quddiem imsejħa “SIS”), stabbilita skond skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-unjoni ekonomika ta’ Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tħassir gradwali tal-verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom[14] (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Schengen”), tikkostitwixxi għodda essenzjali biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen kif inhu integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea. (2) L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS (minn hawn ’il quddiem imsejħa “SIS II”) ġie fdat lill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001[15] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/886/JHA[16] tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II). Is-SIS II ser jissostitwixxi s-SIS kif stabbilita mill-Konvenzjoni ta’ Schengen. (3) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-bażi leġislattiva meħtieġa biex is-SIS jiġi regolat dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-“Trattat tal-KE”). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/XX/JHA dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-SIS II[17] tikkostitwixxi l-bażi leġislattiva meħtieġa biex is-SIS jiġi regolat dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem riferrut bħala “Trattat UE”). (4) Il-fatt li l-bażi leġislattiva meħtieġa biex is-SIS jiġi regolat hija magħmula minn strumenti separati ma jaffettwax il-prinċipju li s-SIS II hija sistema unika ta’ informazzjoni li għandha taħdem b’dan il-mod. Xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti għalhekk għandhom ikunu identiċi. (5) Is-SIS II għandha tikkostitwixxi miżura li tikkumpensa li tikkontribwixxi biex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà f’żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni bejn l-Istati Membri billi tappoġġja l-implimentazzjoni tal-politika marbuta ma’ persuni li huma parti mill- acquis ta’ Schengen. (6) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-għanijiet u li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim, u l-użu u r-responsabbiltajiet tas-SIS, inkluża l-istruttura teknika tagħha u l-iffinanzjar, il-kategoriji tad- data li għandhom jiġu mdaħħla fis-sistema, l-iskopijiet għaliex għandhom jiġu mdaħħla, il-kriterji biex jiġu mdaħħla, l-awtoritajiet awtorizzati li jkollhom aċċess għaliha, ir-rabta reċiproka bejn is-sejħiet ta’ allarm u aktar regoli dwar l-ipproċessar tad- data u l-ħarsien tad- data personali (7) L-infiq involut fit-tħaddim tas-SIS II għandu jitħallas mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. (8) Huwa xieraq li jiġi stabbilit manwal li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari dwar l-azzjoni meħtieġa minn sejħa ta’ allarm. L-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru għandhom jassiguraw l-iskambju ta’ din l-informazzjoni. (9) Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-immaniġġjar tat-tħaddim tas-SIS II b’mod partikolari sabiex tiżgura tranżizzjoni mingħajr problemi bejn l-iżvilupp tas-sistema u meta tibda taħdem. (10) Huwa xieraq li jiġu armonizzati aktar id-dispożizzjonijiet dwar ir-raġunijiet li joħorġu sejħiet ta’ allarm dwar persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi għall-iskopijiet li jiġi miċħud id-dħul u li l-użu tagħhom jiġi ċċarat fil-qafas tal-politika dwar l-ażil, l-immigrazzjoni u l-politiki ta’ ritorn lura tal-persuni. Ir-raġunijiet biex jinħarġu dawn is-sejħiet ta’ allarm, l-iskopijiet tagħhom u l-awtoritajiet bid-dritt ta’ aċċess għandhom ikunu aktar omoġeni. (11) Is-sejħiet ta’ allarm immirati li jiġi miċħud id-dħul m’għandhomx jinżammu fis-SIS II għal aktar miż-żmien taċ-ċaħda tad-dħul stabbilit fid-deċiżjoni nazzjonali li wasslet għas-sejħa ta’ allarm. Bħala prinċipju ġenerali għandhom awtomatikament jiġu mħassra mis-SIS II wara perjodu massimu ta’ ħames snin. L-Istati Membri għandhom jirrevedu dawn is-sejħiet ta’ allarm mill-inqas darba fis-sena. (12) Is-SIS II għandha tagħti l-possibbiltà li tiġi pproċessata data biometrika sabiex tgħin fl-identifikazzjoni li wieħed jista’ joqgħod fuqha ta’ l-individwi konċernati. Fl-istess kuntest, is-SIS II għandha wkoll tagħti l-possibbiltà li tiġi pproċessata data ta’ individwi li l-identità tagħhom intużat b’mod żbaljat, sabiex jiġu evitati l-inkonvenenzji minħabba l-identifikazzjoni żbaljata tagħhom, bla ħsara għal salvagwardji xierqa, b’mod partikolari l-kunsens ta’ l-individwu konċernat u limitazzjoni stretta ta’ l-għanijiet li għalihom din id- data tista’ tiġi proċessata skond il-liġi. (13) Is-SIS II għandha toffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jistabbilixxu rabtiet bejn is-sejħiet ta’ allarm. Il-fatt li Stat Membru jagħmel irbit bejn żewġ sejħiet ta’ allarm jew aktar m’għandux ikollu impatt fuq l-azzjoni li ser tittieħed, il-perjodu tal-konservazzjoni jew id-drittijiet għall-aċċess għas-sejħiet ta’ allarm. (14) Id-Direttiva 1995/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta’ l-individwi dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-moviment ħieles ta’ din id-data[18] tgħodd għall-ipproċessar tad-data personali li ssir skond dan ir-Regolament. Dan jinkludi l-ħatra tal-kontrollur skond l-Artikolu 2 (d) ta’ dik id-Direttiva u l-possibbiltà li l-Istati Membri jipprovdu eżenzjonijiet u restrizzjonijiet għal xi wħud mid-drittijiet u obbligazzjonijiet provduti skond l-Artikolu 13 (1) ta’ dik id-Direttiva inkluż dwar id-drittijiet ta’ l-aċċess u ta’ l-informazzjoni ta’ l-individwu konċernat. Il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 1995/46/KE għandhom jiġu supplimentati jew iċċarati f’dan ir-Regolament, fejn meħtieġ. (15) Ir-Regolament KE Nru 2001/45 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta’ l-indivdwi rigward l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-data[19] jgħodd għall-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni Ewropea. Il-prinċipji stabbiliti f’dak ir-Regolament għandhom jiġu supplimentati jew iċċarati, fejn meħtieġ. (16) Huwa xieraq li awtoritajiet nazzjonali indipendenti tas-sorveljanza jissorveljaw il-legalità ta’ l-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri, filwaqt li s-Sorveljatur Ewropew tal-Ħarsien tad-Data għandu jissorvelja l-attivitajiet tal-Kummissjoni rigward l-ipproċessar tad-data personali. (17) Ir-responsabbiltà tal-Komunità li tirriżulta minn kwalunkwe vjolazzjoni mill-Kummissjoni ta’ dan ir-Regolament hija regolata mit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 tat-Trattat tal-KE. (18) Sabiex tassigura t-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport dwar l-attivitajiet tas-SIS II u dwar l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari kull sentejn. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni ġenerali kull erba’ snin. (19) Xi aspetti tas-SIS II bħall-kompatibilità tas-sejħiet ta’ allarm, iż-żieda tal-marki, ir-rabtiet bejn sejħiet ta’ allarm u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari ma jistgħux jiġu koperti b’mod eżawrjenti mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament minħabba n-natura teknika tagħhom, il-livell tad-dettall u l-ħtieġa għal aġġornamenti regolari. Is-setgħet ta’ l-implimentazzjoni marbuta ma’ dawk l-aspetti għandhom għalhekk jiġu delegati lill-Kummissjoni. (20) Il-miżuri mehtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[20]. (21) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji rigward is-sejħiet ta’ allarm maħruġa fis-SIS skond il-Konvenzjoni ta’ Schengen, li ser jiġu trasferiti għas-SIS II jew is-sejħiet ta’ allarm maħruġa fis-SIS II matul perjodu tranżitorju qabel ma jibdew jgħoddu d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament. Xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen għandhom ikomplu jgħoddu għal żmien limitat sakemm l-Istati Membri jkunu eżaminaw il-kompatibilità ta’ dawk is-sejħiet ta’ allarm mal-qafas legali l-ġdid. (22) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali dwar il-bilanċi li jifdal, tal-baġit affettwati lill-operazzjonijiet tas-SIS li mhumiex parti mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. (23) Ladarba l-għanijiet ta’ l-azzjoni li ser tittieħed, jiġifieri li tiġi mwaqqfa u rregolata sistema konġunta ta’ informazzjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx `il hinn minn dak li huwa meħieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet. (24) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u jħares il-prinċipji magħrufa, b’mod partikolari, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. (25) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex parti għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk, mhix marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Minħabba li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat KE li li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta’ l-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tiegħu. (26) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tas-SIS għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu dwar id-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen li għandhom x’jaqsmu mal-moviment tal-persuni; ir-Renju Unit ma applikax għal u mhux qed jieħu sehem fis-SIS għal dawn l-iskopijiet, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Bretanja u l-Irlanda ta’ fuq li jieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen [21]; għalhekk, ir-Renju Unit mhuwiex parti għall-adozzjoni tiegħu u lanqas ma huwa marbut minnu jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. (27) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tas-SIS għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu dwar id-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen li għandhom x’jaqsmu mal-moviment tal-persuni; l-Irlanda ma applikatx għal u mhux qed tieħu sehem fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għal dawn l-iskopijiet, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/EC tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda li tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen [22]; għalhekk, l-Irlanda mhijiex parti għall-adozzjoni tiegħu u lanqas ma hija marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. (28) Dwar l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen[23], li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar xi arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. (29) Dwar l-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ xi dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim[24]. (30) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l- acquis ta’ Schengen jew li mod għandu x’jaqsam miegħu fis-sens ta’ l-Artikolu 3 (2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: IL-KAPITOLU I Id-Dispożizzjonijiet Ġenerali Artikolu 1 It-twaqqif u l-għan ġenerali tas-SIS II 1. Hija b’dan imwaqqfa sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata imsejħa s-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (minn issa ’l quddiem imsejħa “SIS II”) hu hawnhekk stabbilit biex jgħin lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni għall-iskop ta’ kontrolli fuq persuni jew oġġetti. 2. Is-SIS II għandha tagħti sehem għaż-żamma ta’ livell għoli ta’ sigurtà f’żona mingħajr kontrolli fuq fruntieri interni bejn l-Istati Membri. Artikolu 2 L-Għan 1. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ipproċessar ta’ sejħiet ta’ allarm maħruġa dwar persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi fis-SIS II u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari għall-iskop li jiġi miċħud id-dħul fit-territorju ta’ l-Istati Membri. 2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-istruttura teknika tas-SIS II, ir-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni, l-ipproċessar ġenerali tad-data, id-drittijiet ta’ l-individwi konċernati u r-responsabbiltà. Artikolu 3 Id-Definizzjonijiet 1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu dawn id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) “sejħa ta’ allarm” tfisser sett ta’ data mdaħħla fis-SIS II li jagħti l-possibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti li jidentifikaw persuna jew oġġett minħabba azzjoni speċifika li ser tittieħed; (b) “informazzjoni supplimentari” tfisser l-informazzjoni mhux maħżuna fis-SIS II, iżda li għandha x’taqsam mas-sejħiet ta’ allarm tas-SIS II, li hija meħtieġa minħabba l-azzjoni li għandhom jittieħdu; (c) “ data addizzjonali” tfisser id- data maħżuna fis-SIS II u li għandha x’taqsam mas-sejħiet ta’ allarm tas-SIS II li hija meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu l-azzjoni xierqa; (d) “persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe individwu li mhuwiex ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea fis-sens ta’ l-Artikolu 17(1) tat-Trattat tal-KE u li mhuwiex persuna li tgawdi d-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles; (e) “persuni li jgawdu d-dritt Komunitarju tal-moviment ħieles” tfisser: (i) ċittadini ta’ l-Unjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 17(1) tat-Trattat tal-KE, u persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu tal-moviment ħieles, li għalihom tgħodd id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu bil-libertà kollha fit-territorju ta’ l-Istati Membri [25]; (ii) persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u l-familja tagħhom, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, li, taħt ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-pajjiżi li għandhom in-nazzjonalità tagħhom, fuq in-naħa l-oħra, igawdu d-drittijiet tal-moviment ħieles ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni. 2. “Proċessar tad- data personali”, “proċessar” u “ data personali” għandhom jinftiehmu skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [26]. Artikolu 4 L-istruttura teknika u l-modi kif topera s-SIS II 1. Is-SIS II hija magħmula minn dawn li ġejjin: (a) bażi ta’ tagħrif centrali msejħa “Is-Sistema Ċentrali ta’ l-Informazzjoni ta’ Schengen” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “CS-SIS”); (b) punt wieħed jew tnejn ta’ aċċess definiti minn kull Stat Membru (minn hawn ’il quddiem imsejħa “NI-SIS”); (c) infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS. 2. Is-Sistemi Nazzjonali ta’ l-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem imsejħa “NS”) għandhom ikunu kollegati mas-SIS II permezz tal-NI-SIS. 3. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 21 (3) għandhom idaħħlu d- data , jkollhom aċċess għal, u jagħmlu t-tfittxijiet fis-SIS II direttament, jew f’kopja tad- data tas-CS-SIS disponibbli fl-NS tagħhom. 4. L-Istati Membri għandhom ukoll jużaw l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Artikolu 5 L- ispejjeż 1. L-ispejjeż li jsiru biex titħaddem u tinżamm taħdem s-SIS II, inklużi s-CS-SIS, l-NI-SIS u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS għandhom jitħallsu mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea. 2. L-ispejjeż għall-iżviluppar, l-adattazzjoni u t-tħaddim ta’ kull NS għandhom jitħallsu mill-Istat Membru konċernat. 3. L-ispejjeż addizzjonali li jsiru b’riżultat ta’ l-użu tal-kopji msemmija fl-Artikolu 4 (3) għandhom jitħallsu mill-Istati Membri li jagħmlu użu minn dawn il-kopji. IL-KAPITOLU II Ir-Responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri Artikolu 6 Is-Sistemi Nazzjonali Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex iħaddem u jżomm taħdem l-NS tiegħu u li jqabbadha mas-SIS II. Artikolu 7 L- uffiċċju nazzjonali tas-SIS II u l-awtoritajiet ta’ SIRENE 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar uffiċċju li għandu jassigura l-aċċess ta’ l-awtoritajiet kompetenti għas-SIS II skond dan ir-Regolament. 2. Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-awtoritajiet li ser jassiguraw l-iskambju ta’ l-informazzjoni supplimentari kollha, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-awtoritajiet ta’ SIRENE”. Dawn l-awtoritajiet għandhom jivverifikaw il-kwalità ta’ l-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II. Għal dawk l-iskopijiet għandu jkollhom aċċess għad- data pproċessata fis-SIS II. 3. L-Istati Membri għandhom javżaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-uffiċċju msemmija fil-paragrafu 1 u dwar l-awtoritajiet ta’ SIRENE imsemmijafil-paragrafu 2. Artikolu 8 L-iskambju ta’ l-informazzjoni supplimentari 1. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni supplimentari permezz ta’ l-awtoritajiet ta’ SIRENE. Din l-informazzjoni għandha tiġi skambjata sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonsultaw jew jinfurmaw lil xulxin filwaqt li jagħmlu allarm wara riżultat pożittiv għal tfittxija, meta ma tistax tittieħed l-azzjoni meħtieġa, meta dan għandu x’jaqsam mal-kwalità tad-data tas-SIS II u l-kompatibilità tas-sejħiet ta’ allarm kif ukoll ma’ l-eżerċizzju tad-drittijiet għall-aċċess. 2. Ir-regoli dettaljati għall-iskambju ta’ l-informazzjoni supplimentari għandhom jiġu adottati skond il-proċedura definita fl-Artikolu 35 (3) fil-forma ta’ manwal li ser jissejjaħ il-“Manwal ta’ SIRENE”. Artikolu 9 Il-Konformità Teknika 1. Kull Stat Membru għandu jassigura l-kompatibilità tal-NS tiegħu mas-SIS II u josserva l-proċeduri u l-istandards tekniċi stabbiliti għal dak l-iskop, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35 (2). 2. Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li d- data preżenti fil-kopji tad- data tad-bażi ta’ tagħrif tas-CS-SIS hija dejjem identika u konsistenti mas-CS-SIS. 3. Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tfittxija f’kopji tad- data tas-CS-SIS jipproduċi l-istess riżultat bħal tfittxija li ssir direttament fis-CS-SIS. Artikolu 10 Is-Sigurtà u l-kunfidenzjalità 1. L-Istati Membri li għandhom aċċess għal data pproċessata fis-SIS II għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex: (a) irażżnu lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata milli jkollha aċċess għal istallazzjonijiet li fihom isiru l-operazzjonijiet relatati mal-NI-SIS u man-NS (verifiki fid-daħla ta’ l-istallazzjoni); (b) irażżnu lid- data tas-SIS II u l-medja tad- data milli jiġu aċċessati, moqrija, ikkopjati, modifikati jew imħassra minn persuni mhux awtorizzati (kontroll tal- medja tad- data ); (c) irażżnu l-aċċess għal, il-qari, l-ikkopjar, il-modifikazzjoni jew it-tħassir mhux awtorizzati tad- data tas-SIS II għat-trasmissjoni bejn l-NS u s-SIS II (kontroll tat-trasmissjoni); (d) jassiguraw il-possibbiltà li jiġi verifikat u stabbilit a posteriori liema data tas-SIS II ġie irrekordjat fiha, meta u minn min (kontroll tar-rekordjar tad- data ); (e) irażżnu l-ipproċessar mhux awtorizzat tad- data tas-SIS II fl-NS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzati tad- data tas-SIS II irrekordjata fl-NS (kontroll tad-tidħil tad- data ); (f) jassiguraw li, meta jużaw in-NS, il-persuni awtorizzati għandhom aċċess biss għad- data tas-SIS II li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom (kontroll ta’ l-aċċess); (g) jassiguraw li huwa possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema awtoritajiet jista’ jiġi trasmess lilhom id- data tas-SIS II rekordjata fl-NS permezz tat-tagħmir tat-trasmissjoni tad- data (kontroll tat-trasmissjoni). (h) jimmonitorjaw kemm qed ikunu effettivi l-miżuri tas-sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu (verifika tagħhom infushom). 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 dwar is-sigurtà u l-kunfidenzjalità fuq l-iskambju u proċessar ulterjuri ta’ informazzjoni supplimentari. 3. Is-sigriet professjonali jew obbligu ekwivalenti tal-kunfidenzjalità għandu jgħodd għall-persuni kollha u l-organizzazzjonijiet kollha meħtieġa li jaħdmu bid- data tas-SIS II u bl- informazzjoni supplimentari. L-obbligu tal-kunfidenzjalità għandu jgħodd ukoll wara li dawk il-persuni jitilqu mill-kariga jew mill-impieg jew wara t-tmiem ta’ l-attivitajiet ta’ dawk l-organizzazzjonijiet. Artikolu 11 Iż-żamma ta’ rekords fuq livell nazzjonali 1. Kull Stat Membru għandu jżomm rekords ta’ l-iskambji kollha ta’ data mas-SIS II u l-ipproċessar ulterjuri tagħha, għall-iskop tas-sorveljanza tal-legalità ta’ l-ipproċessar tad- data , li jiġu assigurati t-tħaddim tajjeb tal-NS, u l-integrità u s-sigurtà tad- data . 2. Ir-rekords għandhom juru, b’mod partikolari, id-data u l-ħin tad- data trasmessa, id- data użata għall-interrogazzjoni tad- data transmessa u kemm l-isem ta’ l-awtorità kompetenti u l-persuna responsabbli li tipproċessa d- data . 3. Ir-rekords għandhom jiġu protteti b’miżuri xierqa kontra l-aċċess mhux awtorizzat u mħassra wara żmien ta’ sena, jekk mhumiex meħtieġa għal proċeduri ta’ sorveljanza li diġà bdew. 4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, b’mod partikolari dawk inkarigati bis-sorveljanza ta’ l-ipproċessar tad- data fis-SIS II, għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għar-rekords biex tkun tista’ ssir is-sorveljanza tal-legalità ta’ l-ipproċessar tad- data u biex jiġu assigurati t-tħaddim tajjeb tal-NS, inkluża l-integrità u s-sigurtà tad- data . Kull Stat Membru għandu jittrasmetti s-sejbiet ta’ din is-sorveljanza lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, biex dawn ikunu jistgħu jiġu integrati, kif xieraq, fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 34 (3). IL-KAPITOLU III Ir-Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni Artikolu 12 L-immaniġġjar ta t-tħaddim 1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-immaniġġjar tat-tħaddim tas-SIS II. 2. L-immaniġġjar tat-tħaddim għandu jikkonsisti fil-funzjonijiet kollha meħtieġa biex is-SIS II tibqa’ taħdem fuq bażi ta’ 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa skond dan ir-Regolament, b’mod partikolari x-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex is-sistema titħaddem mingħajr problemi. Artikolu 13 Is-sigurtà u l-kunfidenzjalità Il-Kummissjoni għandha tapplika l-Artikolu 10 mutatis mutandis fir-rigward tat-tħaddim tas-SIS II Artikolu 14 Iż-żamma ta’ rekords fuq livell ċentrali 1. L-operazzjonijiet kollha ta’ l-ipproċessar ġewwa s-SIS II għandhom jiġu rekordjati għall-iskopijiet tas-sorveljanza tal-legalità ta’ l-ipproċessar tad- data u biex jiġi assigurat li s-sistema taħdem tajjeb kif ukoll jiġu assigurati l-integrità u s-sigurtà tad- data . 2. Ir-rekords għandhom juru, b’mod partikolari, id-data u l-ħin ta’ l-operazzjoni, id- data pproċessata u l-identifikazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti. 3. Ir-rekords għandhom jiġu protteti b’miżuri xierqa kontra l-aċċess mhux awtorizzat u mħassra wara żmien ta’ sena minn meta tiġi mħassra s-sejħa ta’ allarm li għandhom x’jaqsmu magħha, jekk mhumiex meħtieġa għal proċeduri ta’ sorveljanza li diġà bdew. 4. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, b’mod partikolari dawk inkarigati li jissorveljaw l-ipproċessar tad- data fis-SIS II, għandu jkollhom aċċess għar-rekords biss biex jissorveljae il-legalità ta’ l-ipproċessar tad-data u biex jassiguraw li s-sistema tkun qed taħdem tajjeb, inklużi l-integrità u s-sigurtà tad- data u biex jissorveljaw il-legalità ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar tad- data .Dan l-aċċess għandu jkun riżervat għar-rekords li għandom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar li jagħmel l-Istat Membru konċernat. 5. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess għar-rekords biss biex tassigura li s-sistema tkun qed taħdem tajjeb, u l-integrità u s-sigurtà tad- data . 6. Is-Sorveljatur Ewropew tal-Ħarsien tad- Data għandu jkollu d-dritt li jaċċessa l-logs għall-iskop uniku li jissorvelja l-legalità ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar tad- data personali li tagħmel il-Kummissjoni, inkluża s-sigurtà tad- data . IL-KAPITOLU IV Is- sejħiet ta’ allarm maħruġa dwar persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi għall-iskopijiet li jiġi miċħud id-dħul Artikolu 15 L-għanijiet u l-kundizzjonijiet biex jinħarġu s- sejħiet ta’ allarm 1. L-Istati Membri għandhom joħorġu s-sejħiet ta’ allarm rigward persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi għall-iskopijiet li jiġi miċħud id-dħul fit-territorju ta’ l-Istati Membri fuq bażi ta’ deċiżjoni li tiddefinixxi l-perjodu li matulu d-dħul huwa miċħud meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti, f’dawn il-każijiet li ġejjin: (a) jekk il-preżenza tal-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru tirrappreżenta theddida gravi għall-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika ta’ kwalunkwe Stat Membru fuq bażi ta’ stima individwali, b’mod partikolari jekk: (i) il-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz ingħatat penali li tinvolvi deprivazzjoni tal-libertà ta’ mhux inqas minn sena wara li nstabet ħatja ta’ offiża kriminali msemmija fl-Artikolu 2 (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/JHA[27]. (ii) il-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz hija s-suġġett ta’ miżura ristrettiva maħsuba li tipprevjeni d-dħul fi jew tranżitu mit-territorju ta’ Stati Membri, meħuda skond l-Artikolu 15 tat-Trattat ta’ l-UE; (b) jekk il-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz hija s-suġġett ta’ projbizzjoni fuq dħul mill-ġdid b’applikazzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-bgħit lura jew ordni tat-tneħħija li saru skond id-Direttiva 2005/XX/KE[dwar il-r-Ritorn Lura][28]. 2. L-Istati Membri għandhom joħorġu s-sejħiet ta’ allarm imsemmija fil-paragrafu 1 skond l-Artikolu 25 (2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni li tista’ tkun aktar favorevoli għall-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz stabbilit f’dawn: (a) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE dwar id-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja[29], (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE dwar l-istat ta’ persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi li huma residenti għal żmien twil[30], (c) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE dwar il-permess tar-residenza maħruġ lil persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fil-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni biex tiġi ffaċilitata l-immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti[31], (d) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/EC dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala rifuġjati jew bħala persuni li mod ieħor għandhom bżonn ta’ ħarsien internazzjonali u l-kontenut tal-ħarsien mogħtija[32], (e) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-ammissjoni għal persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi għall-iskopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ mingħajr ħlas jew servizz volontarju[33], (f) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/XX/KE dwar proċedura speċifika biex persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jiġu ammessi għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika[34]. 3. Fejn id-deċiżjoni li tinħareġ sejħa ta’ allarm tittieħed minn awtorità amministrattiva, il-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz għandu jkollha dritt li titlob stħarriġ minn, jew tappella lil, awtorità ġudizzjarja. Artikolu 16 Il-kategoriji tad-data 1. Is-sejħiet ta’ allarm m’għandux ikollhom aktar minn din id- data li ġejja dwar persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi għall-iskopijiet li jiġi miċħud id-dħul: (a) il-kunjomi/kunjomijiet u l-isem/ismijiet, isem tat-twelid u ismijiet użati qabel u kwalunkwe laqam, possibbilment imdaħħla separatament; (b) id-data u l-post tat-twelid; (c) is-sess; (d) ir-ritratti; (e) il-marki tas-swaba’; (f) in-nazzjonalità; (g) kwalunkwe għan speċifiku u karatteristiċi fiżiċi mhux soġġetti li jinbidlu spiss; (h) l-awtorità li qed toħroġ is-sejħa ta’ allarm; (i) ir-riferenza għad-deċiżjoni li wasslet għas-sejħa ta’ allarm li għandha tkun: - id-deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva bbażata fuq theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna inkluż, jekk rilevanti, id-deċiżjoni li biha il-persuna tkun instabet ħatja jew il-miżura ristrettiva meħuda skond l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-UE; jew - deċiżjoni dwar ir-ritorn lura u/jew ordni tat-tneħħija flimkien ma projbizzjoni fuq dħul mill-ġdid; (j) rabta/rbit ma’ sejħiet oħrajn ta’ l-allarm ipproċessati fis-SIS II. 2. Id- data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża biss biex persuna tiġi identifikata għall-iskopijiet imsemmija f’dan ir-Regolament. 3. Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal u tiġi aċċessata d- data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35 (3). Artikolu 17 L-awtoritajiet li għandhom dritt ta’ aċċess għas-sejħiet ta’ allarm 1. Dawn l-awtoritajiet li ġejjin għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għas-sejħiet ta’ allarm imsemmija fl-Artikolu 15 (1) għall-iskopijiet li jiċħdu d-dħul: (a) l-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri; (b) l-awtoritajiet responsabbli biex joħorġu l-visas 2. Fil-każ ta’ riżultat pożittiv għal tfittxija, l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tad-dħul meħtieġa bl-Artikolu 5 (2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandha tiġi pprovduta bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Ir-regoli dettaljati għal dan l-iskambju għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35 (3) ta’ dan ir-Regolament u mdaħħla fil-Manwal ta’ SIRENE. 3. L-aċċess għas-sejħiet ta’ allarm għandu jingħata lill-awtoritajiet responsabbli biex joħorġu l-permessi tar-residenza sabiex jiddeċiedu dwar l-għotja tal-permess tar-residenza skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25 (1) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. 4. Il-konsultazzjoni meħtieġa bl-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandha ssir permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni supplimentari. Ir-regoli dettaljati għal dan l-iskambju għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35 (3) ta’ dan ir-Regolament u mdaħħla fil-Manwal ta’ SIRENE. Artikolu 18 Awtoritajiet oħrajn li għandhom id-dritt għall-aċċess 1. L-aċċess għas-sejħiet ta’ allarm maħruġa skond l-Artikolu 15 (1) (b) għandu jingħata lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/XX/KE sabiex tiġi identifikata persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz li qed toqgħod illegalment fit-territorju sabiex tiġi esegwita deċiżjoni tal-bgħit lura jew ordni tat-tneħħija. 2. L-aċċess għas-sejħiet ta’ allarm maħruġa skond l-Artikolu 15 (1) (b) għandu jingħata lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi il-kriterja u l-mekkaniżmi għad-determinazzjoni ta’ l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet ta’ l-ażil li jsiru f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz[35], sabiex jiġi ddeterminat jekk applikant għar-rifuġju kienx baqa’ illegalment f’Stat Membru ieħor. 3. L-aċċess għas-sejħiet ta’ allarm maħruġa skond l-Artikolu 15 (1) (a) għandu jingħata lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/83/KE u d-Direttiva 2005/XX/KE[36] [dwar standards minimi fuq proċeduri fl-Istati Membri għall-għotja u l-irtirar ta’ l-istat ta’ rifuġjati] sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz tirrappreżentax theddida għall-ordni pubblika jew għas-sigurtà interna. Artikolu 19 L-aċċess għas- sejħiet ta’ allarm dwar dokumenti ta’ l-identità L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 17 u 18 (1) għandu jkollhom id-dritt ta’ aċċess għas-sejħiet ta’ allarm dwar dokumenti ta’ l-identità imsemmija fl-Artikolu 35 (1) (d) u (e) tad-Deċiżjoni 2006/XX sabiex jiġi verifikat li d-dokument ta’ l-identità prodott mill-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz kienx misruq, miżapproprjat jew mitluf. Artikolu 20 Il-perjodu tal-konservazzjoni tas-sejħiet ta l-allarm 1. Is-sejħiet ta’ allarm maħruġa skond l-Artikolu 15 (1) m’għandhomx jinżammu għal aktar mill-perjodu taċ-ċaħda tad-dħul stabbilit fid-deċiżjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni. 2. Is-sejħiet ta’ allarm maħruġa rigward persuna li kisbet ċittadinanza ta’ kwalunkwe Stat Membru għandhom jitħassru malli l-Istati Membru li ħareġ is-sejħa ta’ allarm isir jaf li l-persuna kisbet din iċ-ċittadinanza. 3. Is-sejħiet ta’ allarm maħruġa dwar persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi li jsiru membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni jew ta’ benefiċjarji oħrajn tal-liġi Komunitarja dwar id-dritt tal-moviment ħieles għandhom jitħassru malli l-Istat Membru li ħareġ is-sejħa ta’ allarm isir jaf li l-persuna kisbet dan l-istati il-ġdid. 4. Is-sejħiet ta’ allarm għandhom jiġu eżaminati sabiex jiġi ddeterminat jekk iħarsux id-Direttivi fil-lista fl-Artikolu 15 (2) meta dawn jibdew jgħoddu għall-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz rigward min inħarġet is-sejħa ta’ allarm. 5. Is-sejħiet ta’ allarm għandhom jiġu mħassra awtomatikament wara ħames snin mid-data tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15 (1). L-Istati Membri li daħħlu d-data fis-SIS II jistgħu jiddeċiedu li jżommu s-sejħiet ta’ allarm fis-sistema jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15. 6. L-Istati Membri ser jiġu mgħarrfa b’mod sistematiku xahar qabel it-tħassir awtomatiku tas-sejħiet ta’ allarm mis-sistema. Il-Kapitolu V Ir-regoli ġenerali ta’ l-ipproċessar tad- data Artikolu 21 L-ipproċessar tad- data tas-SIS II 1. Id- data mdaħħla fis-SIS II skond dan ir-Regolament għandha tiġi proċessata biss għall-iskopijiet u mill-awtoritajiet nazzjonali definiti mill-Istati Membri skond dan ir-Regolament. 2. L-aċċess għad- data tas-SIS II għandha tkun awtorizzata biss fil-limiti tal-kompetenza ta’ l-awtorità nazzjonali u lil impjegati debitament awtorizzati. 3. Kull Stat Membru għandu jżomm u jittrasmetti lill-Kummissjoni lista aġġornata ta’ l-awtoritajiet nazzjonali li huma awtorizzati jipproċessaw id- data tas-SIS II. Dik il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, liema kategorija ta’ data tista’ tipproċessa, għal liema skop u min għandu jitqies bħala l-kontrollur, u għandha tiġi komunikata mill-Kummissjoni lis-Sorveljatur Ewropew tal-Ħarsien tad- Data. Il-Kummissjoni għandha tassigura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 22 Tidħil ta’ numru ta’ riferenza Stat Membru li jikkonsulta s-SIS II mingħajr ma jagħmel użu minn kopja tad- data tas-CS-SIS imsemmija fl-Artikolu 4 (3) jista’ jżid numru ta’ riferenza għas-sejħiet ta’ allarm li joħroġ għall-iskop uniku li jfittex l-informazzjoni nazzjonali marbuta mas-sejħa ta’ allarm maħruġa. L-aċċess għan-numru ta’ riferenza għandu jkun ristrett għall-Istat Membru li ħareġ is-sejħa ta’ allarm. Artikolu 23 Kopja tad- data tas-SIS II 1. Ħlief għall-kopja tad- data tas-CS-SIS imsemmija fl-Artikolu 4 (3), id- data pproċessata fis-SIS II tista’ tiġi kkopjata biss għal skopijiet tekniċi u kemm-il darba dan l-ikkupjar huwa meħtieġ biex l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom aċċess għad- data skond dan ir-Regolament. 2. Id- data mdaħħla fis-SIS II minn Stat Membru ieħor m’għandhiex tiġi ikkopjata fil-fajls tad-data nazzjonali ta’ l-Istat Membru. 3. Il-paragrafu 2 m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajl nazzjonali tiegħu d- data tas-SIS II li ttieħdet azzjoni konnessa magħha fit-territorju tiegħu. Din id- data għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali għal mhux aktar minn tliet snin, ħlief jekk dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali jipprovdu biex tinżamm għal żmien itwal. 4. Dan l-Artikolu m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajl nazzjonali tiegħu d-data li tinsab f’sejħa ta’ allarm partikolari, li dak l-Istat Membru ħareġ fis-SIS II. Artikolu 24 Il-kwalità tad-data proċessata fis-SIS II u l-kompatibilità bejn is-sejħiet ta’ allarm 1. L-Istat Membru li jdaħħal id- data fis-SIS II għandu jkun responsabbli li jassigura li d- data hija proċessata skond il-liġi u, b’mod partikolari, li hija preċiża u aġġornata. 2. L-Istat Membru li daħħal id- data fis-SIS II biss jista’ jimmodifikaha, iżid fuqha, jikkoreġiha jew iħassarha. 3. Jekk Stat Membru, li ma jkunx daħħal id- data , għandu evidenza li tissuġġerixxi li d- data hija inkorretta jew ġiet ipproċessata kontra l-liġi fis-SIS II, għandu javża lill-Istat Membru li daħħal id-data bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, mill-aktar fis possibbli u jekk possibbli mhux aktar minn 10 ijiem wara l-evidenza tkun waslet għall-attenzjoni tiegħu. L-Istat Membru li daħħal id- data għandu jivverifikaha u, jekk meħtieġ, jimmodifikaha, iżid fuqha, jikkoreġiha jew iħassarha. Ir-regoli dettaljati għal dan l-iskambju ta’ l-informazzjoni supplimentari għandhom jiġu adottati skond il-proċedura definita fl-Artikolu 35 (3) u mdaħħla fil-Manwal ta’ SIRENE. 4. Jekk l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu ftehim fi żmien xahrejn dwar il-korrezzjoni tad- data , kull wieħed minnhom jista’ jissottometti l-każ lis-Sorveljatur Ewropew dwar il-Ħarsien tad-Data, li għandu jaġixxi bħala medjatur. 5. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplimentari sabiex jiddistingwu b’mod preċiż bejn is-sejħiet ta’ allarm fis-SIS II relatati mal-persuni b’karatteristiċi simili. Ir-regoli dettaljati għal dan l-iskambju ta’ l-informazzjoni supplimentari għandhom jiġu adottati skond il-proċedura definita fl-Artikolu 35 (3) u mdaħħla fil-Manwal ta’ SIRENE. 6. Meta persuna hija diġà s-suġġett ta’ sejħa ta’ allarm fis-SIS II, l-Istat Membru li joħroġ sejħa ta’ allarm ġdida rigward l-istess persuna għandu jilħaq ftehim dwar it-tidħil ta’ din is- sejħa ta’ allarm ġdida ma’ l-Istat Membru li ħareġ l-ewwel sejħa ta’ allarm. Il-ftehim għandu jintlaħaq fuq il-bażi ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Ir-regoli dettaljati għal dan l-iskambju ta’ l-informazzjoni supplimentari għandhom jiġu adottati skond il-proċedura definita fl-Artikolu 35 (3) u mdaħħla fil-Manwal ta’ SIRENE. Jistgħu jiġu mdaħħla fis-SIS II sejħiet ta’ allarm differenti dwar l-istess persuna jekk huma kompatibbli. Ir-regoli dwar il-kompatibilità u l-prijorità tal-kategoriji tas-sejħiet ta’ allarm għandhom jiġu determinati skond il-proċedura definita fl-Artikolu 35 (3). 7. Id- data miżmuma fis-SIS II għandha tiġi eżaminata għall-inqas kull sena mill-Istat Membru li ħariġha. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodu iqsar għall-eżaminazzjoni. Artikolu 25 Id-data addizzjonali sabiex jigu trattati identifikazzjonijiet ħżiena ta’ persuni 1. Fejn tista’ tqum konfużjoni bejn il-persuna li attwalment dwarha kellha ssir is-sejħa ta’ allarm u persuna li l-identità tagħha ġiet użata b’mod żbaljat, l-Istati Membri għandhom iżidu mas-sejħa ta’ allarm data relatata ma’ dik ta’ l-aħħar sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta’ l-identifikazzjonijiet żbaljati. 2. Id- data li għandha x’taqsam ma’ individwu li l-identità tiegħu intużat b’mod żbaljat għandha tiżdied biss bil-kunsens espliċitu ta’ dak l-individwu u għandha tintuża biss għall dawn l-iskopijiet li ġejjin: a) biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tagħmel differenza bejn l-individwu li l-identità tiegħu intużat b’mod żbaljat u l-persuna attwalment intiża mis-sejħa ta’ allarm; b) biex l-individwu li l-identità tiegħu intużat b’mod żbaljat ikun jista’ jipprova l-identità tiegħu u jistabbilixxi li l-identità tiegħu intużat b’mod żbaljat. 3. Ma jista’ jiddaħħal u jiġi proċessat fis-SIS II xejn aktar minn din id- data personali li ġejja għall-iskop ta’ dan l-Artikolu: (a) il-kunjomijiet u l-ismijiet, kwalunkwe laqmijiet possibbilment imdaħħla separatament; (b) id-data u l-post tat-twelid; (c) is-sess; (d) ritratti; (e) il-marki tas-swaba’; (f) kwalunkwe għan speċifiku u karatteristiċi fiżiċi mhux soġġetti li jinbidlu spiss; (g) in-nazzjonalità; (h) in-numru/i tal-karta/i ta’ l-identità u d-data tal-ħruġ. 4. Id- data msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi mħassra fl-istess ħin mas-sejħa ta’ allarm korrispondenti jew aktar kmieni jekk il-persuna hekk titlob. 5. L-awtoritajiet li għandhom dritt li jikkonsultaw is-sejħa ta’ allarm rilevanti biss jistgħu jikkonsultaw id-data msemmija fil-paragrafu 3 u għall-iskop uniku li jevitaw l-identifikazzjoni żbaljata. 6. Ir-regoli tekniċi msemmija fl-Artikolu 16 (3) għandhom japplikaw biss għad- data msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 26 I r-rabtiet bejn is-sejħiet ta’ allarm 1. Stat Membru jista’ joħloq rabta bejn is-sejħiet ta’ allarm maħruġa fis-SIS II skond il-leġislazzjoni nazzjonali. L-effett ta’ tali rabta għandu jkun li tiġi mwaqqfa relazzjoni bejn żewġ sejħiet ta’ allarm jew aktar. 2. Il-ħolqien ta’ rabta m’għandux jaffettwa l-azzjoni speċifika li għandha tittieħed fuq il-bażi ta’ kull sejħa ta’ allarm marbuta jew il-perjodu tal-konservazzjoni ta’ kull waħda mis-sejħiet ta’ allarm marbutin. 3. Il-ħolqien ta’ rabta m’għandux jaffettwa d-drittijiet ta’ l-aċċess provduti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet mingħajr dritt ta’ aċċess għal xi kategoriji m’għandhomx ikollhom aċċess għar-rabtiet ma’ dawk il-kategoriji. 4. Meta Stat Membru jqis li l-ħolqien ta’ rabta huwa inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu jew obbligazzjonijiet internazzjonali, jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li ma jista’ jkun hemm ebda aċċess għar-rabta mit-territorju nazzjonali tiegħu. 5. Ir-regoli tekniċi biex is-sejħiet ta’ allarm jintrabtu għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 35 (3). Artikolu 27 L-iskop u ż-żmien tal-konservazzjoni ta’ l-informazzjoni supplimentari 1. L-Istati Membri għandhom iżommu kopja tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16 (1) (i) biex jappoġġjaw l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. 2. L-informazzjoni supplimentari trasmessa minn Stat Membru ieħor għandha tintuża biss għall-iskop li għalih ġiet trasmessa. Għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali biss sakemm is-sejħa ta’ allarm li tirrelata għaliha tinżamm fis-SIS II. L-Istati Membri jistgħu jżommu din l-informazzjoni għal żmien itwal jekk dan huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan li għalih ġiet trasmessa. F’kull każ, l-informazzjoni supplimentari għandha tiġi mħassra mhux aktar tard minn sena wara li s-sejħa ta’ allarm relatata tkun tħassret mis-SIS II. 3. Il-paragrafu 2 m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu data dwar sejħa ta’ allarm partikolari li ttieħdet azzjoni li għandha x’taqsam magħha fit-territorju tiegħu. Din id- data għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali għal perjodu massimu ta’ tliet snin, ħlief jekk dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali jipprovdu għal żmien itwal li matulu trid tinżamm id- data . IL-KAPITOLU VI Il- ħarsien tad- data Artikolu 28 Id-dritt għall-informazzjoni Individwu li d-data tiegħu hija pproċessata fis-SIS II għall-iskop li jiġi miċħud id-dħul għandu jkun infurmat dwar: (a) l-identità tal-kontrollur u r-rappreżentant tiegħu, jekk għandu; (b) l-iskopijiet li għalihom id- data ser tiġi ipproċessata fis-SIS II; (c) ir-reċipjenti potenzjali tad- data ; (d) ir-raġuni għaliex inħarġet is-sejħa ta’ allarm fis-SIS II; (e) l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess għad- data personali tiegħu u d-dritt li jikkoreġi dik id-data. Artikolu 29 Id-dritt ta’ l-aċċess, tal-korrezzjoni u tat-tħassir 1. Id-dritt ta’ l-individwi li jkollhom aċċess għal, u li jiksbu l-korrezzjoni jew it-tħassir tad-data personali tagħhom li hija ipproċessata fis-SIS II għandu jkun eżerċitat skond il-liġi ta’ l-Istat Membru li quddiemu huwa invokat dak id-dritt. 2. Jekk l-Istat Membru li quddiemu jiġi invokat id-dritt ta’ l-aċċess ma daħħalx id- data , għandu jikkomunika d- data lill-individwu konċernat wara li jkun ta lill-Istat Membru li kien daħħal id- data opportunità jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu. Dan għandu jsir bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Ir-regoli dettaljati għal dan l-iskambju ta’ l-informazzjoni supplimentari għandhom jiġu adottati skond il-proċedura definita fl-Artikolu 35 (3) u mdaħħla fil-Manwal ta’ SIRENE. 3. Id- data personali għandha tiġi komunikata lill-individwu konċernat mill-aktar fis possibbli u f’kull każ mhux aktar tard minn 60 jum mid-data li fiha japplika għall-aċċess. 4. L-individwu għandu jkun mgħarraf dwar ix-xogħol li jsir fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu tal-korrezzjoni u tat-tħassir mill-aktar fis possibbli u f’kull każ mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data li fiha japplika għall-korrezzjoni jew għat-tħassir. Artikolu 30 Ir-Rimedji Kwalunkwe persuna fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru għandu jkollha d-dritt tressaq azzjoni jew ilment quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru jekk jiġi miċħud lilha d-dritt ta’ l-aċċess jew id-dritt li tikkoreġi jew li tħassar id- data li għandha x’taqsam magħha jew id-dritt li tikseb tagħrif jew rimedju fejn għandu x’jaqsam ma’ l-ipproċessar tad- data personali tagħha magħmul bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 31 L-awtoritajiet tal- ħarsien tad-data 1. Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li l-awtoritajiet maħtura skond l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE jissorveljaw b’mod indipendenti l-legalità ta’ l-ipproċessar tad- data personali tas-SIS II fit-territorju tiegħu, inkluż l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta’ l-informazzjoni supplimentari. 2. Is-Sorveljatur Ewropew tal-Ħarsien tad- Data għandu jissorvelja li l-attivitajiet ta’ l-ipproċessar tad-data tas-SIS II tal-Kummissjoni isiru skond dan ir-Regolament. 3. L-awtoritajiet tas-sorveljanza nazzjonali u s-Sorveljatur Ewropew tal-Ħarsien tad- Data għandhom jikkooperaw b’mod attiv ma’ xulxin. Is-Sorveljatur Ewropew tal-Ħarsien tad- Data għandu jsejjaħ laqgħa għal dak l-iskop għall-inqas darba fis-sena. IL-KAPITOLU VII Ir-responsabbiltà u s-sanzjonijiet Artikolu 32 Ir-responsabbiltà 1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe dannu kawżat lil individwu mill-ipproċessar tad- data mhux awtorizzat jew mhux korrett, komunikat permezz tas-SIS II jew l-awtoritajiet ta’ SIRENE, li jsir minn dak l-Istat Membru. 2. Jekk l-Istat Membru li ssir azzjoni kontrih skond il-paragrafu 1 mhuwiex l-Istat Membru li daħħa id- data fis-SIS II, dan ta’ l-aħħar għandu jħallas lura, fuq talba, is-somom imħallsa bħala kumpens kemm-il darba dik id-data ma ntużatx bi ksur ta’ dan ir-Regolament mill-Istat Membru li ġie mitlub iħallas lura. 3. Jekk nuqqas ta’ Stat Membru li jħares l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża dannu lis-SIS II, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal dan id-dannu, kemm-il darba u sa fejn il-Kummissjoni jew Stati Membri oħrajn li qed jieħdu sehem fis-SIS II ikunu naqsu milli jieħdu passi raġonevoli biex jipprevjenu li jseħħ id-dannu jew li jimminimiżżaw l-impatt tiegħu. Artikolu 33 Is-sanzjonijiet L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ipproċessar tad-data tas-SIS II jew informazzjoni supplimentari li jsir kontra dan ir-Regolament huwa soġġett għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi skond il-liġi nazzjonali. IL-KAPITOLU VIII Id-Dispożizzjonijiet Finali Artikolu 34 Is-sorveljanza, l-evalwazzjoni u l-istatistiċi 1. Il-Kummissjoni għandha tassigura li hemm sistemi li jissorveljaw it-tħaddim tas-SIS II skond l-għanijiet, rigward riżultati, effettività skond l-ispiża u l-kwalità tas-servizz. 2. Għall-iskopijiet tal-manutenzjoni teknika, ir-rapportar u l-istatistiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għat-tagħrif meħtieġ li għandu x’jaqsam ma’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar li jsiru fis-SIS II. 3. Sentejn wara li tibda taħdem is-SIS u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-attivitajiet tas-SIS II u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. 4. Erba’ snin wara li tibda taħdem is-SIS u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi valutazzjoni ġenerali tas-SIS II u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din il-valutazzjoni ġenerali għandha tinkludi l-eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba ma’ l-għanijiet u tivvaluta l-validità kontinwata tar-raġunijiet fondamentali li huma l-bażi u kwalunkwe implikazzjonijiet ta’ operazzjonijiet fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapporti dwar l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tabbozza r-rapporti msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Artikolu 35 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn Kumitat. 2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandha tgħodd il-proċedura rakkmandatorja stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond l-Artikolu 7 (3) tagħha. 3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandha tgħodd il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/ KE, skond l-Artikolu 7 (3) tagħha.Iż-żmien provdut fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun tliet xhur. 4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Artikolu 36 L-Emenda tal-Konvenzjoni ta’ Schengen 1. Sabiex taqa’ fl-ambitu tat-Trattat tal-KE, dan ir-Regolament jissostitwixxi lill-Artikoli 92 sa 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen minbarra l-Artikolu 102 (a) tagħha. 2. Hija tissostitwixxi wkoll dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ l- acquis ta’ Schengen li jimplimentaw lil dawk l-Artikoli [37]: a) id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993 dwar ir-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-istallazzjoni u tat-tħaddim tas-sistema ta’ l-informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS) (SCH/Com-ex (93) 16); b) id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-7 ta’ Ottubru 1997 dwar kontribuzzjonijiet min-Norveġja u mill-Islanda dwar l-ispejjeż ta’ l-istallazzjoni u tat-tħaddim tas-C.SIS (SCH/Com-ex (97) 18); c) id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ tas-7 ta’ Ottubru 1997 dwar l-iżvilupp tas-SIS (SCH/Com-ex (97) 24); d) id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-15 ta’ Diċembru 1997 li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar is-C.SIS (SCH/Com-ex (97) 35); e) id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-21 ta’ April 1998 dwar C.SIS b’konnessjonijiet 15/18 (SCH/Com-ex (98) 11); f) id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-ispejjeż ta’ l-istallazzjoni tas-C.SIS (SCH/Com-ex (99) 4); g) id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-aġġornar tal-manwal ta’ SIRENE (SCH/Com-ex (99) 5); h) id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-18 ta’ April 1996 li tiddefinixxi l-kunċett ta’ frustier (SCH/Com-ex (96) decl. 5); i) id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-istruttura tas-SIS (SCH/Com-ex (99) decl. 2 rev.). 3. Għall-iskopijiet tal-kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat ta’ l-UE, ir-riferenzi għall-Artikoli sostitwit tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l- acquis ta’ Schengen li jimplimentaw lil dawk l-Artikoli għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni li tinsab fl-Anness. Artikolu 37 It-T ħassir Ir-Regolament (KE) Nru 378/2004 huwa mħassar. Artikolu 38 Il-Perjodu tranżitorju u l-baġit 1. L-Artikoli 94, 96 u 101 (1) u (2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandhom ikomplu jgħoddu għas-sejħiet ta’ allarm maħruġa fis-SIS u trasferiti għas-SIS II għas-sejħiet ta’ allarm maħruġa direttament fis-SIS II qabel id-data stabbilita skond l-Artikolu 39 (3) ta’ dan ir-Regolament sa sena wara dik id-data.Sena wara d-data stabbilita skond l-Artikolu 39(3), dawk is-sejħiet ta’ allarm għandhom awtomatikament ikunu mħassra mis-SIS II sakemm l-Istati Membri ma jkunux ħarġu dawk is-sejħiet ta’ allarm mill-ġdid skond dan ir-Regolament. 2. Il-bqija tal-baġit fid-data stabbilita b’mod konformi ma’ l-Artikolu 39 (2), li kien approvat skond l-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandu jitħallas lura lill-Istati Membri. L-ammonti li għandhom jitħallsu lura għandhom jiġu kalkolati fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993 dwar ir-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-istallazzjoni u tat-tħaddim tas-sistema ta’ l-informazzjoni ta’ Schengen.. Artikolu 39 Id-d ħul fis-seħħ u l-applikabilità 1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .Għandu jgħodd minn data li għandha tiġi determinata mill-Kummissjoni skond il-paragrafi 2 u 3. 2. Id-data mil-liema l-Artikoli 1 sa 14 u 21 sa 38 bl-eċezzjoni ta’ l-Artikoli 22, 25 u 26 għandhom japplikaw għandhom ikunu determinati wara: . (a) Il-miżuri neċessarji implimentati jkunu addottati; (b) Il-Kummissjoni tkun għamlet l-arranġamenti tekniċi neċessarja biex jippermettu s-SIS II jkunu mqabbda ma’ l-Istati Membri u (c) L-Istati Membri kollha jkunu nnotifikaw il-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti neċessarji tekniċi u legali biex jipproċessaw id-data tas-SIS II u l-informazzjoni ta’ skambju supplimentari b’mod konformi ma’ l-artikoli msemmija qabel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea 3. Id-data li minnha għandhom jgħoddu l-Artikoli 15 sa 20 u l-Artikoli 22, 25 u 26 għandhom japplikaw wara li jiġi determinata wara: (a) li jkunu ġew adottati l-miżuri meħtieġa ta’ l-implimentazzjoni u (b) l-Istati Membri kollha jkunu avżaw ill-Kummissjoni li għamlu l-arranġamenti meħtieġa tekniċi u legali biex jipproċessaw id- data tas-SIS II u jiskambjaw informazzjoni supplimentari b’mod konformi mar-regolament msemmija qabel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS It-Tabella tal-korrelazzjoni L-Artikoli tal-Konvenzjoni ta’ Schengen[38] | L-Artikoli tar-Regolament | Art. 92(1) | Art. 1(1); Art. 2(1); Art. 4(1)(2)(3) | Art. 92(2) | Art. 4(1)(2)(3); Art. 5(2)(3); Art.6; Art.9 | Art. 92(3) | Art. 4(1)(2)(3), Art. 5(1), Art. 12 | Art. 92(4) | Art.3(1); Art. 7(2)(3); Art.8 | Art. 93 | Art.1(2) | Art. 94(1) | Art.15(1) | Art. 94(2) | Art.15(1) | Art. 94(3) | Art. 16(1); Art. 25(3) | Art. 94(4) | Art. 95(1) | Art. 95(2) | Art. 95(3) | Art. 95(4) | Art. 95(5) | Art. 95(6) | Art. 96(1) | Art. 15(1) | Art. 96(2) | Art. 15(1) | Art. 96(3) | Art. 15(1) | Art. 97 | Art. 98(1) | Art. 98(2) | Art. 99(1) | Art. 99(2) | Art. 99(3 ) | Art. 99(4) | Art. 99(5) | Art. 99(6) | Art. 100(1) | Art. 100(2) | Art. 100(3) | Art. 101(1) | Art. 17(1) | Art. 101(2) | Art. 17(1)(3); Art. 18; Art. 19 | Art. 101(3) | Art. 21(1)(2) | Art. 101(4) | Art. 21(3) | Art. 101A(1) | Art. 101A(2) | Art. 101A(3) | Art. 101A(4) | Art. 101A(5) | Art. 101A(6) | Art. 101B(1) | Art. 101B(2) | Art. 101B(3) | Art. 101B(4) | Art. 101B(5) | Art. 101B(6) | Art. 101B(7) | Art. 101B(8) | Art. 102(1) | Art. 21(1) | Art. 102(2) | Art. 23(1)(2) | Art. 102(3) | Art. 102(4) | Art.17(1)(3); Art.18; Art.19 | Art. 102(5) | Art. 32(1) | Art. 103 | Art. 11 | Art. 104(1) | Art. 104(2) | Art. 104(3) | Art. 105 | Art. 24(1) | Art. 106(1) | Art. 24(2) | Art. 106(2) | Art. 24(3) | Art. 106(3) | Art. 24(4) | Art. 107 | Art. 24(6) | Art. 108(1) | Art. 7(1) | Art. 108(2) | Art. 108(3) | Art. 6; Art. 7(1); Art. 9(1) | Art. 108(4) | Art. 7(3) | Art. 109(1) | Art. 28; Art. 29(1)(2)(3) | Art. 109(2) | Art. 110 | Art. 29(1)(4); Art.31(1) | Art. 111(1) | Art. 30 | Art. 111(2) | Art. 112(1) | Art. 20(1)(2)(3)(4)(5); Art. 24(7) | Art. 112(2) | Art. 24(7) | Art. 112(3) | Art. 20(6) | Art. 112(4) | Art.20(5) | Art. 112A(1) | Art. 27(2) | Art. 112A(2) | Art. 27(3) | Art. 113(1) | Art. 113(2) | Art. 14(3)(4)(5)(6) | Art. 113A(1) | Art. 27(2) | Art. 113A(2) | Art. 27(3) | Art. 114(1) | Art. 31(1) | Art. 114(2) | Art. 31 | Art. 115(1) | Art. 31(2) | Art. 115(2) | Art. 115(3) | Art. 115(4) | Art. 116(1) | Art. 32(1) | Art. 116(2) | Art. 32(2) | Art. 117(1) | Art. 117(2) | Art. 118(1) | Art. 10(1) | Art. 118(2) | Art. 10(1) | Art. 118(3) | Art. 10(3) | Art. 118(4) | Art. 13 | Art. 119(1) | Art. 5(1); Art.38(2) | Art. 119(2) | Art. 5(2)(3) | FINANCIAL STATEMENT Policy area(s): JLS Activit(y/ies): Strategy, policy and coordination. | TITLE OF ACTION: FUNCTIONING OF THE SIS II | 1. BUDGET LINE(S) + HEADING(S) 18 08 02 Schengen Information System, second generation (SIS II) 2. OVERALL FIGURES 2.1 Total allocation for action (Part B): 132 Million € for commitments until 2013 2.2 Period of application: - From 2007 to 2013 (for this statement) - Undetermined duration, after 2013. 2.3 Overall multi-annual estimate of expenditure: a) Schedule of commitment appropriations/payment appropriations (financial intervention) (cfr. point 6.1.1) € Million ( to 3 decimal places) 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 and subsequent years | Total | Commitments | 11,000 | 13,000 | 21,000 | 33,000 | 18,000 | 36,000 | 132,000 | Payments | 5,500 | 12,000 | 17,000 | 27,000 | 25,500 | 45,000 | 132,000 | It is estimated that fifty percent of the payments will be made in the year of commitment, the rest the following year. b) Technical and Administrative assistance and support expenditure (cf. point 6.1.2) CE | 0,000 | 0,000 | 0,000 | 0,000 | 0,000 | 0,000 | 0,000 | CP | 0,000 | 0,000 | 0,000 | 0,000 | 0,000 | 0,000 | 0,000 | Sub-total a+b | CE | 11,000 | 13,000 | 21,000 | 33,000 | 18,000 | 36,000 | 132,000 | CP | 5,500 | 12,000 | 17,000 | 27,000 | 25,500 | 45,000 | 132,000 | c) Overall financial impact of human resource and other administrative expenditure (cf. points 7.2 and 7.3) CE | 14,401 | 16,401 | 24,401 | 36,401 | 21,401 | 42,802 | 155,807 | CP | 8,901 | 15,401 | 20,401 | 30,401 | 28,901 | 51,802 | 155,807 | 2.4 Compatibility with financial programming and financial perspectives ( Proposal is compatible with existing financial programming. The amounts indicated for the period 2007-2013 are subject to the adoption of the new financial perspectives. 2.5 Financial impact on revenue ( Proposal has financial impact – the effect on revenue is as follows: The present proposal builds upon the Schengen acquis, as defined in Annex A of the Agreement signed on 18 May 1999 between the Council and the Republic of Iceland and the Kingdom of Norway concerning the association of both these States with the implementation, application and development of the Schengen acquis[39]. Article 12(1) last paragraph lays down: “In cases where operational costs are attributed to the general budget of the European Community, Iceland and Norway shall share in these costs by contributing to the said budget an annual sum in accordance with the percentage of the gross national product of their countries in relation with the gross national product of all participating States”[40]. Contribution from Iceland/Norway: 2.128% (2002 figures) € Million (to one decimal place) Prior to action | Situation following action | Non compuls. | Diff | NO | NO | NO | N° 3 | 4. LEGAL BASIS This statement accompanies two legislative proposals: - a Regulation of the European Parliament and the Council on the establishment, operation and use of the Second Generation Schengen Information System (SIS II) based on Articles 62 (2) (a) and 66 of the EC Treaty and; - a Council Decision on the establishment, operation and use of the Second Generation Schengen Information System (SIS II) based on Articles 30 (1) (a) and (b), Article 31 (1) (a) and (b) and Article 34 (2) (c) of the EU Treaty. 5. DESCRIPTION AND GROUNDS 5.1 Need for Community intervention 5.1.1 Objectives pursued The SIS II will be a common information system allowing the competent authorities in the Member States to cooperate, by exchanging information for the implementation of various policies required, in order to establish an area without internal frontiers. It will replace the current SIS, which does not have the capacity to service more than 18 participating States. It is at present operational for 13 Member States and 2 other States (Iceland and Norway). The Council therefore adopted a Regulation (EC) No 2424/2001 and Decision No 2001/886/JHA of 6 December 2001[41] on the development of the SIS II and entrusted this task to the Commission. These instruments also allowed the expenditure involved in the development phase (2002-2006) of the SIS II to be charged to the budget of the European Union. The present proposal aims to ensure the continuity of this Community support during the operational phase and provide findings for the development of new functionalities. The target date for the SIS II to be operational, as required by the Council, is set for the beginning of 2007. The Commission will need adequate facilities and sufficient resources to manage the SIS II for the start of operations. The estimates indicated in the Communication on the development of the Schengen Information System II and possible synergies with a future Visa Information System (VIS) of December 2003 [42] covered the development of the system for the period 2004-2006, whilst the present financial statement covers the expenditure necessary for operating the SIS II. The objective is to ensure daily maintenance of the IT system by acquiring the necessary resources to verify the system’s activity, carry out maintenance interventions, and react in case of difficulties appearing during the operational management procedures. SIS II management needs resources both technical (IT infrastructure and networks, technical and office space) and human (people in charge of administrative and technical management of the IT system). The objective is also to manage future evolutions of the system, including the integration of new functionalities such as the development of a biometrics search engine. 5.1.2 Measures taken in connection with ex ante evaluation A feasibility study on the SIS II was carried out between September 2002 and July 2003. The results of this feasibility study were endorsed by the Council in June 2003 and presented by the Commission in the aforementioned Communication on the SIS II. The chosen architecture (a central database and national interfaces which store no data) requires a high availability and robustness, to be achieved through specific measures, such as doubled hardware and software, as well as data replication. The high availability of the SIS II, including the possibility for Member States to query the central SIS II database, allows those Member States, which are ready to do so, to discard their copy of data contained in the CS-SIS database. The added value of such a feature is that the annual costs for the management and maintenance of the national database will be reduced for those Member States concerned. Apart from the feasibility study, the Commission examined the level of financial and human resources which the French Ministry of the Interior devotes to the operational management of the current SIS to which the Member States directly contribute, in accordance with Article 119 of the Schengen Convention[43]. The budget of the European Union must cover some additional items such as premises and infrastructure for hosting the systems, the cost covered at this moment by France, and which do not impact on the total amount of the operating costs of the current SIS. 5.1.3 Measures taken following ex post evaluation Not applicable 5.2 Action envisaged and budget intervention arrangements The planned financial resources must cover the expenses for the hosting of the information system and for the necessary resources for its daily management and of its possible technical evolution. This is in line with the Council conclusions of 29 April 2004, which foresee two sites for the development of the SIS II. The financial resources must also cover the expenses related to the network which will link the Member States to the central domain. SIS II Management (see specific line in section 6.1.1 table): The estimates of the expenses to be borne by the budget of the European Union for the SIS II management include: - Costs related to the office space occupied by people and computers (server rooms, offices, meeting rooms); these costs represent a significant part of the SIS II management budget for 2007 and increase slowly consistent with usual rates (maximum 4% yearly grow). - Hardware costs: - For 2007, a provision has been made for a specific investment intended to acquire network devices enabling 29 users (Member States and potential European bodies) to be directly connected to the European network. This represents 52% of the SIS II management budget for 2007. For 2008, the envisaged provision covers only the linking-up of future new Members States (1 to 2 additional MS as from 2008) and so will not be very significant (only 4% in 2008). This provision covers the acquiring of the equipment. As far as the rental expenses are concerned, see the section related to “ Network: direct access point rental ” hereunder. As from 2010, the envisaged provisions cover the partial upgrade and renewal of the system in order to adapt the system’s capacity to the demand (new requests for access to the central system) while allowing its progressive replacement. These costs represent 47% of the 2010 SIS II management budget. - The future maintenance contract for the IT system will start in 2010. In the first 3 years, the system will remain under the terms of the guarantee, therefore, no budget is planned for the period 2007-2009. As from 2010, the system maintenance will be covered by a specific contract, the budget is estimated at a maximum of 35% of the SIS II management budget for 2010. This amount is based on the value of the offer that was selected for the implementation of SIS II. - Stationery, furniture and various work equipment, documentation, costs related to public relations and training activities: These costs represent 15.5 % of the SIS II management budget for 2007. Network: direct access point rental (see specific line in section 6.1.1 table): The estimates of the expenses borne by the budget of the European Union also include the costs for the rental of devices allowing Member States to connect their National system directly to the European network. At this stage, the contract for the future network infrastructure is not yet signed and, therefore, the estimates are based on the current contract for TESTA II. The 2007 financial figures cover the estimated rental cost for 29 direct s-TESTA lines, the link between the two sites and their relevant equipment. These costs are re-evaluated every year in order to cover 36 direct access points by 2013. The communications infrastructure (lease of access points, lines, etc...) represents an important expenditure. This is due to the very high sensitivity and necessary high availability of the SIS II. The users have thus requested a dedicated line from the common domain (TESTA) to their national SIS II access points, significantly increasing the communication costs. This same communication infrastructure will be used for the bilateral or multilateral transmission of supplementary information between the SIRENE authorities. However, the provisional costs of the network are comparable to the prices available in the current SIS. The global amount (6 Mio) might appear higher than that of the SISNET, but this is mainly due to the doubling of the number of access points. From 15 access points in the first generation Schengen Information System, the SIS II will provide for 29 access points. External support for the assistance of the maintenance of IT management systems (see specific line in section 6.1.1 table): The estimates of the expenses borne by the budget of the European Union also foresee the costs for consultancy and technical assistance. The figure given will cover: - consultancy on specific topics that require particular attention through feasibility studies or ad-hoc expertise, - IT technical assistance in various fields such as new technology, biometrics, system & network management. Development and operation of a search engine based on a biometric identifier (see specific line in section 6.1.1 table): Contrary to the current SIS, the new system should be flexible enough to cope with changing requirements. The Council Conclusions of 14 June 2004 on the SIS II mentioned the possible implementation of a central biometric search engine, for the purpose of identification of persons and this will represent a significant improvement for the system and a separate expenditure heading has, therefore, been included in the financial statement. The development of such a biometric search engine will require a new public procurement procedure and, given the currently very dynamic biometric market, the estimates regarding costs can only be very approximate. In any case, the implementation will be very progressive, since the Member States will need a considerable time for rolling out within the country and, at the external borders, the necessary infrastructure for entering and searching biometric data in the SIS II. The price estimates in this financial statement are based on a gradual increase of capacity, with annual investments of the capacity needed for the next year, and taking into account the constant drop in prices. The figures presented hereunder are based on the available estimates, in particular the number of searches on wanted persons. It is envisaged that a gradual introduction of biometric searches will result in up to 30% of the total searches in 3 years’ time being carried out on the basis of biometric data. This number of total searches is estimated to grow from 65 Mio to 95 Mio over the period 2008-2010, provided that Members States progressively increase their use of the central system. External human resources (see specific line in section 6.1.1 table): The total of 21 security agents must be seen in terms of up to 7 persons on site, 24 hours a day, 7 days a week (3 teams of seven). The same reasoning applies for the 21 data input operators. Currently, 3 teams of 7 data input operators are available on the C.SIS site, 24 hours a day, 7 days a week. 5.3 Methods of implementation The system shall be maintained by the Commission, which shall be responsible for operating the Central database and the communication infrastructure between the Central database and the National Interfaces. External evaluation and consultancy will have to be provided by contractors who will also assist the Commission in carrying out specific studies where necessary. The Commission will be assisted by the Committees laid down in the Regulation and Decision on the establishment, operation and use of the SIS II and that will replace the Committees established by Regulation (EC) No 2424/2001 and Decision (EC) No 886/2001 on the development of the SIS II. In the context of the new financial perspectives, the scope for entrusting tasks related to the management of large-scale IT systems (EURODAC, SIS II, VIS) to the external borders agency will be explored at a later stage. 6. FINANCIAL IMPACT 6.1. Total financial impact on Part B - (over the entire programming period). For certain items, the table below provides estimates prepared on the basis of a projection of the costs related to the operation of the current system. For the post-2007 years, an inflation rate was applied when necessary. For every part the amounts are rounded to the unit above. 6.1.1 Financial Participation Commitments in € million (to three decimal places) Number of permanent posts | Number of temporary posts | Officials or temporary staff | A B C | 8 14 1 | 8 14 1 | 2 managers, 1 intermediate manager , 2 operating managers, 3 desk officers 8 operating engineers, 3 test engineers, 1 assistant and 2 secretaries 1 support | Other human resources | Total | 23 | 23 | 7.2 Overall financial impact of human resources Type of human resources | Amount K € | Method of calculation* (K€) | Officials Temporary staff | 2484 | 2007 | Personnel for operational tasks | 1836 | 1 | Manager (1 current) [A] | 108 | 1 | Intermediate manager between manager and staff (1 current) [A] | 108 | 2 | Operating managers (2 current) [A] | 216 | 8 | Operating engineers (6 current + 2 new) [B] | 864 | 3 | Test engineers (3 current) [B] | 324 | 2 | Secretaries (2 current) [B] | 216 | Personnel for strategic management tasks | 648 | 1 | Manager (A) | 108 | 1 | Assistant (B) | 108 | 3 | Desk officers (A) | 324 | 1 | Support (C) | 108 | TOTAL | 2484 | Other human resources (please indicate the budget line) | Total | 2484 | The amounts are total expenditure for twelve months. 7.3 Other administrative expenditure deriving from the action Budget line (number and heading) | Amount € | Method of calculation | Overall allocation (Title A7) 18 01 02 11 01 – Missions 18 01 02 11 – Meetings 18 01 02 11 – Compulsory committees 18 01 02 11 – Non-compulsory committees 18 01 02 11 – Conferences 18 01 02 11 04 – Studies and consultations Other expenditure (specify) | 66.000 300.000 15.000 36.000 500.000 | 30*1.000+12*3.000 10 * 30.000 2*7500 1*36.000 500.000 | Steering Committee | Information systems (A-5001/A-4300) | Other expenditure - Part A (specify) | Total | 917.000 | The amounts are total expenditure for twelve months. I. Annual total (7.2 + 7.3) II. Duration of action III. Total cost of action (I x II) | 3.401.000 € 7 years 23.807.000 € | 8. FOLLOW-UP AND EVALUATION 8.1 Follow-up arrangements Regarding the performance of the system, the Commission will ensure that systems are in place to monitor the functioning of the SIS II against objectives, in terms of output, cost-effectiveness and quality of service. For this purpose, the Commission will produce statistics on the use of the SIS II. The Commission will also systematically involve the users via the SIS II Committee or specific working groups for assessing the performance of the system and taking appropriate action in cooperation with selected contractors. 8.2 Arrangements and schedule for the planned evaluation Two years after the SIS II starts operations and every two years thereafter, the European Commission will submit a report to the European Parliament and the Council on the technical functioning of the SIS II and on the bilateral and multilateral exchange of supplementary information between Member States. Four years after the SIS II starts operations and every four years thereafter, the Commission will produce an overall evaluation of the SIS II and the bilateral and multilateral exchange of supplementary information between Member States. This overall evaluation shall include the examination of results achieved against objectives and assess the continuing validity of the underlying rationale and any implications of future operations. The Commission shall transmit the reports on the evaluations to the European Parliament and the Council. 9. ANTI-FRAUD MEASURES The Commission procedures for the award of contracts will be applied, ensuring compliance with Community law on public contracts. [1] Ir-Regolament (KE) Nru 2424/2001 u d-Deċiżjoni 2001/886/JHA dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. [2] L-Artikoli 92 sa 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (ĠU L 239,22.9.2000, p. 19) filwaqt li jiġu meqjusa wkoll l-emendi li għandhom jiġu mdaħħla fil-Konvenzjoni wara l-adozzjoni tar-Regolament KE Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta’ xi funzjonijiet ġodda għas-SIS, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu, ĠU L 162, 30.04.2004, p. 29. [3] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-SIS II tal-5-6 ta’ Ġunju 2003, id-29 ta’ April u l-14 ta’ Ġunju 2004 u l-Opinjonijiet u r-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew T4-0082/1997, T5-0610/2002,T5-0611/2002, T5-0391/2003, T5-0392/2003 u T5-0509/2003 [4] ĠU L 64, 2.3.2004, p. 5. [5] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 17. [6] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43. [7] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20. [8] Id-Dokument tal-Kunsill 13054/04. [9] ĠU L 176 of 10.07.1999, p. 31. [10] ĠU L 370, 17.12.2004, p.78. [11] ĠU L 328 of 13.12.2001, p. 1. [12] ĠU L […], […], p. […]. [13] ĠU L […], […], p. […]. [14] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Il-Konvenzjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/JHA. [15] ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4. [16] ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1. [17] ĠU L […], […], p. […]. [18] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31 [19] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. [20] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [21] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43. [22] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20. [23] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31. [24] ĠU L 370, 17.12.2004, p.78 [25] ĠU L 158, 30.04.04, p. 77. [26] Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewrope u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles tat-tali data,ĠU L 281 23.11.1995, p. 31. [27] ĠU L190, 18.7.2002, p.1. [28] ĠU L […], […], p. […]. [29] ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12. [30] ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44. [31] ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19. [32] ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12. [33] ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12. [34] ĠU L […], […], p. […]. [35] ĠU L 50, 25.2.2003, p.1 [36] ĠU L […], […], p. […]. [37] ĠU L 239 22.9.2000, p. 439. [38] L-artikoli u l-paragrafi bl-ittri italiċi ġew miżjuda jew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 u d-Deċiżoni tal-Kunsill 2005/211/JHA dwar l-introduzzjoni ta’ funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu. [39] OJ L 176, 10.7.1999, p. 36. [40] Switzerland as a country to be associated with the implementation, application and development of the Schengen acquis will also contribute to the EU Budget. [41] OJ L 328, 13.12.2001, p. 1. [42] COM (2003) 711 [43] In particular the Management report for 2003 on C.SIS installation and operation Council Doc. No 10613 SIRIS 73/COMIX 402, 07.07.2004 [44] Computer maintenance on 2 sites, upkeep and operating costs of premises (offices, meeting room and computer room), furniture, equipment and supplies, documentation, public relations, training.