This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0211
Proposal for a Council Decision on the Community common position on the draft Decision No 2/2005 of the Joint Committee set up by the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Economic Community and the Principality of Andorra, concerning certain veterinary matters
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni komuni tal-Komunità rigward l-abbozz ta' Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, dwar ċerti kwistjonijiet veterinarji
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni komuni tal-Komunità rigward l-abbozz ta' Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, dwar ċerti kwistjonijiet veterinarji
/* KUMM/2005/0211 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni komuni tal-Komunità rigward l-abbozz ta' Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, dwar ċerti kwistjonijiet veterinarji /* KUMM/2005/0211 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.05.2005 KUMM(2005)211 finali . Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni komuni tal-Komunità rigward l-abbozz ta' Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, dwar ċerti kwistjonijiet veterinarji . (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra stipulat il-leġiżlazzjoni li kellha tiġi adottata mill-Andorra biex jiġi implimentat il-Protokoll dwar il-kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, li ġie ffirmat fi Brussell fil-15 ta' Mejju 1997[1]. Id-Deċiżjoni żgurat it-tkomplija tal-flussi tradizzjonali tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti dderivati mill-annimali bejn l-Andorra u l-Komunità. 2. Id-Deċiżjonijiet Nru 1/2001[2] u Nru 2/2003[3] tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra stipulaw aktar regoli għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, u biex iwessgħu ż-żona tal-kummerċ armonizzat. 3. F'laqgħa fil-25 u s-26 ta' Jannar 2005, is-sotto-grupp veterinarju bejn il-KE u l-Andorra kkunsidra twessigħ tal-Protokoll dwar kwistjonijiet veterinarji, b'tali mod li jinkludi oqsma tal-leġiżlazzjoni veterinarja li ma kienux koperti qabel, u applikabbli għal kwalunkwe fluss ġdid li għad jista' jiżviluppa ta' annimali ħajjin u prodotti dderivati mill-annimali. Is-sotto-grupp veterinarju tal-Kumitat Konġunt tal-KE u l-Andorra rrakkomanda l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, li fih leġiżlazzjoni Komunitarja addizzjonali li l-Andorra għandha tadotta u tapplika l-iktar tard sa 18-il xahar wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt. 4. L-abbozz ta' Deċiżjoni jinkludi leġiżlazzjoni rigward is-sikurezza alimentari, ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali li huma applikabbli għaċ-ċaqliq mhux kummerċjali ta' annimali tad-dar, l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini, u r-regolamenti tas-saħħa ta' l-annimali li jiggvernaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni għall-konsum mill-bniedem ta' prodotti dderivati mill-annimali. L-abbozz ta' Deċiżjoni jistipula l-leġiżlazzjoni li trid tiġi adottata kif ukoll kwalunkwe miżura oħra li l-Andorra jeħtiġilha tieħu biex tiżgura l-applikazzjoni korretta ta' din il-leġiżlazzjoni. 5. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jadotta l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż bħala pożizzjoni Komunitarja, bil-ħsieb ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni komuni tal-Komunità rigward l-abbozz ta' Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, dwar ċerti kwistjonijiet veterinarji IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Billi: (1) l-Artikolu 17.1 tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, li ġie ffirmat ġewwa l-Lussemburgu fit-28 ta' Ġunju 1990 u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 90/680/KEE ('il-Ftehim')[4], jistabbilixxi Kumitat Konġunt li għandu r-responsabbiltà li jamministra l-Ftehim u li jiżgura li jiġi implimentat kif jixraq ('il-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra'). (2) Il-protokoll dwar kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim ('il-Protokoll') ġie approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/345/KE tas-17 ta' Frar 1997 rigward il-konklużjoni ta' Protokoll dwar kwestjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra[5]. Fil-Protokoll, l-Andorra timpenja ruħha li tapplika ċerti regolamenti veterinarji tal-Komunità. Il-Protokoll jipprevedi wkoll li l-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra jelenka l-proviżjonijiet Komunitarji li għandhom jiġu applikati mill-Andorra. Barra minn hekk, il-protokoll jipprovdi għat-twaqqif ta' sotto-grupp veterinarju sabiex iressaq rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt bil-għan li l-leġiżlazzjoni Komunitarja kkonċernata tiġi emendata jew aġġornata. (3) L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/345/KE jipprovdi li l-pożizzjoni Komunitarja rigward ir-rakkomandazzjonijiet tas-sotto-grupp veterinarju tiġi stabbilita mill-Kunsill. (4) Id-Deċiżjonijiet Nru 2/1999[6], 1/2002[7] u 2/2003[8] tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra elenka l-proviżjonijiet veterinarji li għandhom jiġu applikati mill-Andorra; (5) Fil-laqgħa tiegħu ġewwa l-Andorra fil-25 u s-26 ta' Jannar 2005, is-sotto-grupp veterinarju rrakkomanda l-adozzjoni ta' elenku addizzjonali ta' leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità li għandha tiġi applikata mill-Andorra sabiex twessa' l-ftehim, (6) Dak l-elenku addizzjonali għandu jiġi approvat f'isem il-Komunità. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra li twaqqaf skond l-Artikolu 17(1) tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, fuq ir-rakkomandazzjoni magħmula mis-sotto-grupp veterinarju li ġie mwaqqaf taħt dak il-Kumitat Konġunt fil-laqgħa tiegħu ġewwa l-Andorra fil-25 u s-26 ta' Jannar 2005, rigward it-twessigħ tal-proviżjonijiet veterinarji li għandhom jiġu applikati mill-Andorra, tikkorrispondi mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt annessa mad-Deċiżjoni preżenti. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea wara li tkun ġiet adottata. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Test ta' l-Abbozz ta' Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra IL-KUMITAT KONĠUNT, Wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra[9] li ġie ffirmat ġewwa l-Lussemburgu fit-28 ta' Ġunju 1990, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu, Wara li kkunsidra l-protokoll dwar kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra[10] li ġie ffirmat ġewwa Brussell fil-15 ta' Mejju 1997, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, Billi: (1) Fil-laqgħa tiegħu fl-Andorra fil-25 u s-s26 ta' Jannar 2005, is-sotto-grupp veterinarju tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra, li twaqqaf skond l-Artikolu 2 tal-protokoll dwar kwistjonjiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' l-Andorra, irrakkomanda l-adozzjoni ta' elenku addizzjonali ta' miżuri veterinarji Komunitarji li għandhom jiġu applikati mill-Andorra, flimkien mal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja msemmija fid-Deċiżjonijiet Nri 2/1999[11], 1/2001[12] u 2/2003[13] tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u l-Andorra. It-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni, min-naħa ta' l-Andorra, tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja li tidher f'dak l-elenku għandha sseħħ fi żmien 18-il xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. L-Andorra tittrasponi u timplimenta l-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni fi żmien 18-il xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, 2. Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Andorra jeħtiġilha tittrasponi u timplimenta biss il-proviżjonijiet dwar is-sikurezza alimentari. Il-parteċipazzjoni ta' l-Andorra fis-sistema ta' twissija rapida stabbilita mill-Artikolu 50(6) ta' dak l-istess Regolament tinfetaħ mid-data tat-traspożizzjoni fil-liġi ta' l-Andorra u l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija hawn fuq. 3. L-Andorra tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-elenki ta' l-istabbilimenti approvati f'konformità ma' l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. 4. L-istabbilimenti fl-Andorra jkunu suġġetti għall-ispezzjonijiet Komunitarji bl-istess mod li huma l-istabbilimenti fi ħdan il-Komunità, skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. L-Andorra tissottometti lis-sotto-grupp veterinarju mwaqqaf f'konformità ma' l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar kwistjonijiet veterinarji l-pjan tagħha għas-sorveljanza uffiċjali, li dwaru hemm proviżjoni fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Aġġornamenti sussegwenti tal-pjan tagħha jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u approvati minnha. Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, tinforma lill-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. 5. Għal dak li għandu x'jaqsam maċ-ċaqliq mhux kummerċjali ta' l-annimali tad-dar, u għall-implimentazzjoni tal-miżura uffiċjali ta' iżolament prevista taħt il-punt (b) tat-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-Andorra tikkonkludi ftehim ma' Franza u Spanja. Biex timplimenta l-miżura taħt l-Artikolu 15 ta' dak l-istess Regolament, l-Andorra tuża l-laboratorji ddeżinjati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/233/KE ta' l-4 ta' Marzu 2004 li tawtorizza l-laboratorji li jivverifikaw l-effettività f'ċerti karnivori domestiċi tat-tilqim kontra l-idrofobija[14]. L-Andorra titneħħa minn Sezzjoni 2 u tiddaħħal f'Sezzjoni 1 fl-Anness Parti B ta' dak ir-Regolament. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tieħu effett fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara dak li fih tiġi adottata. ANNESS Referenzi għal dawn it-test bażiċi għandhom jiġu mifhuma li jinkludu referenzi għall-emendi u għar-regoli ta' implimentazzjoni kollha. Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi alimentari, li tistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari u li tistipola proċeduri rigward is-sikurezza alimentari[15]. Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel.[16] Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistipola regoli speċifiċi dwar l-iġjene ta' l-ikel idderivat mill-annimali[17]. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistipola regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali ta' prodotti dderivati mill-annimali u maħsuba għall-konsum mill-bniedem[18]. Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf tal-bhejjem u l-ikel, saħħet l-annimali u r-regoli tal-benessri ta' l-annimali[19]. Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi dwar l-iġjene ta' l-ikel u l-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti dderivati mill-annimali u maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE[20]. Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 998/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 dwar ir-rekwiżiti sanitarji ta' l-annimali li japplikaw għaċ-ċaqliċ mhux kummerċjali ta' l-annimali tad-dar u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE[21]. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE[22]. Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji ta' l-annimali li jiggvernaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti għall-konsum mill-bniedem idderivati mill-annimali[23].
[1] ĠU L 31, tal-5.2.2000, p. 84.
[2] ĠU L 33, tat-2.2.2002, p. 35.
[3] ĠU L 269, tal-21.10.2003, p. 28.
[4] ĠU L 374, tal-31.12.1990, p. 14.
[5] ĠU L 148, tas-6.6.1997, p. 16.
[6] ĠU L 31, tal-5.2.2000, p. 84.
[7] ĠU L 35, tat-2.2.2002, p. 35.
[8] ĠU L 269, tal-21.10.2003, p. 28.
[9] ĠU L 374, tas-31.12.1990, p. 14.
[10] ĠU L 148, tas-6.6.1997, p. 16.
[11] ĠU L 31, tal-5.2.2000, p. 84.
[12] ĠU L 35, tat-2.2.2002, p. 35.
[13] ĠU L 269, tal-21.10.2003, p. 28.
[14] ĠU L 71, ta l-10.3.2004, p. 30. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/693/KE. ĠU L 315, ta' l-14.10.2004, p. 47.
[15] ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.
[16] ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 1.
[17] ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 55.
[18] ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 155.
[19] ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1.
[20] ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33.
[21] ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1.
[22] ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8.
[23] ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11.