This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005DC0573
Communication from the Commission to the Council and the European Parliament - The impact of the accession of Bulgaria and Romania on the human resources of the Commission
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - L-impatt ta' l-adeżjoni tal-Bulgarijau tar-Rumanija fuq ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - L-impatt ta' l-adeżjoni tal-Bulgarijau tar-Rumanija fuq ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni
/* KUMM/2005/0573 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 15.11.2005 KUMM(2005) 573 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW L-IMPATT TA' L-ADEŻJONI TAL-BULGARIJAU TAR-RUMANIJA FUQ IR-RIŻORSI UMANI TAL-KUMMISSJONI KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW L-IMPATT TA' L-ADEŻJONI TAL-BULGARIJAU TAR-RUMANIJA FUQ IR-RIŻORSI UMANI TAL-KUMMISSJONI INTRODUZZJONI Il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fit-13 ta' April 2005. Fuq bażi ta' dan, it-Trattat ta' l-Adeżjoni ġie ffirmat mill-Istati Membri ta' l-UE u l-Bulgarija u r-Rumanija fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005. Suġġett għar-ratifika tat-trattati ta' l-adeżjoni, u sakemm ikunu konformi fil-waqt mal-kondizzjonijiet meħtieġa biex jimplimentaw l-acquis mill-ewwel jum ta' l-adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija huma mistennija li jsiru membri ta' l-UE f'Jannar 2007. Fil-fatt, fil-25 ta' Ottubru l-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni (Rapport ta' monitoraġġ komprensiv dwar l-istat ta' tħejjija tal-Bulgarija u r-Rumanija għas-sħubija fl-UE), li tirreferi għal "…rapport ta' monitoraġġ li l-Kummissjoni bi ħsiebha tippreżenta lill-Kunsill fil-Parlament f'April/Mejju 2006" u tiġbed l-attenzjoni li "F'dak il-mument, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda li l-Kunsill jipposponi l-adeżjoni tal-Bulgarija jew ir-Rumanija sal-1 ta' Jannar 2008 jekk ikun hemm riskju serju li kwalunkwe minn dawk l-istati juru biċ-ċar li mhumiex ippreparati sew sabiex jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa ta' sħubija sa' Jannar 2007 f'għadd ta' oqsma importanti. Il-Kummissjoni tistenna li, sa dak in-nhar, il-Bulgarija u r-Rumanija jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa u korrettivi sabiex hi tevita milli jkollha toħroġ rakkommandazzjoni bħal din”. L-għan ta' din il-komunikazzjoni huwa li tissostanzja t-talba tal-Kummissjoni għal aktar riżorsi umani billi l-bżonnijiet ta’ kull dipartiment jiġu evalwati skond l-impatt fuq l-attivitajiet tal-Kummissjoni ta' l-adeżjoni ta' dawn iż-żewġ Stati Membri ġodda. Din tfassal l-orjentazzjonijiet u l-impatt ġenerali tat-tkabbir fuq ir-riżorsi umani mill-gruppi ta' oqsma ta' politika u permezz tal-profil tax-xogħol. Għandha tkun element prinċipali fil-proposti baġetarji tal-ġejjieni u fid-disinn ta' l-istrateġija ta' reklutaġġ. Madankollu, din il-komunikazzjoni ma tkoprix il-miri ta' reklutaġġ taċ-ċittadini mill-Istati Membri ġodda, li hija kwistjoni differenti li għandha tiġi indirizzata meta jkun il-waqt. Din l-evalwazzjoni testendi għall-Bulgarija u r-Rumanija (UE-2) il-komunikazzjoni ppreżentata fl-2002 għall-għaxar Stati Membri li ssieħbu fl-Unjoni f'Mejju ta' l-2004 (UE-10). In-natura u ż-żmien tat-tkabbir ta' l-UE-2 huma simili ħafna għal dak li sar dan l-aħħar. Minħabba x-xebh ċar, din l-analiżi saret b'użu ta' l-istess metodoloġija bħal fl-2002, iżda tieħu in kunsiderazzjoni wkoll it-tagħlimiet li nkisbu mill-adeżjoni ta' l-UE-10 peress illi fil-fatt dan sar fl-2004. Għalhekk, din il-komunikazzjoni tikkonferma u taġġorna l-istimi ta' medda medja tal-bżonnijiet ta' riżorsi-umani li saru fl-2002, kif ġew mitluba mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija Annwali ta' Politika għall-2006. 1. L-GĦAN U L-QAFAS TAL-KOMUNIKAZZJONI L-esperjenza turi illi r-reklutaġġ ta' persunal ġdid u l-integrazzjoni tagħhom mingħajr xkiel fid-dipartimenti tal-Kummissjoni hija ħafna aktar faċli jekk ikun imħejji minn ħafna qabel. Dan il-qafas stabbli huwa pprovdut permezz ta' l-identifikazzjoni u l-ippjannar tal-livelli ta' persunal li jkunu meħtieġa għall-perjodu ta' wara l-adeżjoni. Il-komunikazzjoni UE-10[1] ta' qabel enfassizat ir-rwol ċentrali ta' dan l-eżerċizzju u s-siwi tiegħu kemm għall-awtorità baġitarja kif ukoll għall-Kummissjoni. Meta ppreżentat l-Abbozz Preliminarju tal-Baġit għall-2006[2], il-Kummissjoni ġdida kkonfermat espressament is-siwi ta' l-analiżi li saret fl-2002 u l-bżonn fuq terminu ta’ żmien medju ta’ xi 3,900[3] membru tal-persunal ġodda sa' l-2008 sabiex iwettqu xogħolijiet li jinħolqu minħabba l-adeżjoni ta' dawn l-għaxar Stati Membri ġodda. Is-sejbiet tal-komunikazzjoni ta' l-2002 jibgħu validi llum għal UE-10[4]. Matul l-aħħar tliet snin, mill-2003 sa l-2005, l-awtorità baġitarja tat lill-Kummissjoni 1,980 persunal ġdid għal xogħolijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tkabbir (1,480 uffiċjal ġdid u 500 persunal estern). Għalkemm sinifikanti, dan it-tisħiħ inizjali m'huwiex adekwat biex jiżgura l-ħidma tajba ta' l-UE mkabbra u l-applikazzjoni sħiħa tal-politika kollha tal-Kummissjoni, ir-regoli u l-programmi tal-Komunità. Sabiex tħares il-kontinwità ta' l-attivitajiet kollha għaddejja, b'mod speċjali l-politika prinċipali komuni marbuta mal-koeżjoni u s-suq waħdieni, il-Kummissjoni se jkollha bżonn il-bqija tat-3,900 FTEs maħsuba neċessarja jekk beħsiebha tissoddisfa r-responsabbilitajiet istituzzjonali tagħha fil-perjodu pproġettat. 2. L-GĦAN TA' L-ISFIDA 2.1. X'inhu mistenni mill-Kummissjoni f'Unjoni mkabbra? Bħala l-korp esekuttiv ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni hija responsabbli għat-tmexxija u t-twettiq tal-baġit ta' l-UE u l-politika u l-programmi approvati mill-Parlament u mill-Kunsill. Wara t-tkabbir, il-Kummissjoni se jkollha tmexxi l-programmi mfassla għall-appoġġ ta' l-Istati Membri l-ġodda, b'mod prinċipali taħt il-politika agrikola komuni, l-operazzjonijiet strutturali u l-politika interna. Bħala gwardjana tat-Trattati, il-Kummissjoni se jkollha tiżgura illi l-liġi tal-Komunità tkun applikata b'mod xieraq fl-Istati Membri kollha. Għalkemm il-pajjiżi kandidati ilhom jagħmlu sforzi kunsidrevoli biex jassumu r-responsabbilitajiet futuri tagħhom bħala Stati Membri, is-sistemi u l-kapaċitajiet amministrattivi u ġudizzjali tagħhom jistgħu jieħdu xi ftit snin sakemm jistabbilixxu rwieħhom. Il-ħidma t-tajba tas-suq waħdieni, is-sigurtà u s-saħħa tal-pubbliku, il-ħarsien ta' l-ambjent, is-sorveljanza tal-fruntieri esterni ta' l-UE u t-tmexxija għaqlija tal-fondi tal-Komunità f'UE mkabbra kollha jinħtieġu li l-Kummissjoni tingħata riżorsi umani żejda sabiex hi tkun tista': - tmexxi b'mod attiv il-politika ta' l-UE u tgħasses it-twettiq tagħha fl-Istati Membri l-ġodda; - tgħin l-Istati Membri l-ġodda biex japplikaw il-liġi tal-Komunità b'mod korrett u tagħti bidu għall-proċedimenti ta' ksur fejn ikun hemm bżonn; - tipproponi u mbagħad twettaq il-programmi tal-Komunità biex tipprovdi l-Istati Membri l-ġodda b'appoġġ finanzjarju; - tgħasses jekk l-ipprogrammar u l-infiq ikunux qegħdin isiru b'mod għaqli; - tikkomunika u tippubblika d-dokumenti tal-Komunità f'żewġ lingwi ġodda. 2.2. L-iskala tax-xogħlijiet f'figuri L-iskop u l-isfidi tat-tkabbir li jmiss jistgħu jitqiesu permezz ta' dawn l-indikaturi li ġejjin: - Żewġ Stati Membri ġodda se jżidu l-isħubija ta' l-UE minn 25 sa 27 (żieda ta' 8%). - Żewġ lingwi uffiċjali ġodda se jżidu t-total minn 20 sa 22 (żieda ta' 10%[5]). - Żieda ta' 30 miljun ċittadin se żżid il-popolazzjoni totali ta' l-UE minn 452 sa 482 miljun fl-2007 (żieda ta' 6.6%). - Bil-PGD per capita fl-Istandards tal-Poter ta’ Akkwist ta' madwar 30% tal-medja ta' l-UE-25, iż-żewġ Stati Membri l-ġodda huma l-ifqar membri ġodda li qatt daħlu s'issa. L-impatt ta' dan it-tkabbir fuq l-attivitajiet tal-Kummissjoni għandu jitqies fil-kuntest tat-tkabbir ta' qablu peress illi l-adeżjoni ta' 12-il-Stat Membru ġdid fi żmien pjuttost qasir ovvjament toħloq sfidi ġodda għall-istituzzjonijiet tal-Komunità, li issa għandhom jittrattaw ma' 80% aktar Stati Membri u l-ammont doppju ta' lingwi. 3. SUPPOŻIZZJONIJIET, METODOLOĠIJA U STRATEĠIJA 3.1. Suppożizzjonijiet Ix-xenarju ta' ħidma għal valutazzjoni ta' l-impatt tat-tkabbir huwa bbażat fuq dawn il-preżunzjonijiet li ġejjin: 1. Suġġett għar-ratifika tat-trattati ta' l-adeżjoni, u sakemm ikunu konformi fil-waqt mal-kondizzjonijiet meħtieġa biex jimplimentaw l-acquis mill-ewwel jum ta' l-adeżjoni, iż-żewġ pajjiżi l-ġodda huma mistennija li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007. Jekk dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux sodisfatti, il-kalendarju ppreżentat f'din il-komunkazzjoni ikun adattat kif jixraq. Madankollu, l-istimi tal-bżonnijiet tar-rizorsi umani jibqgħu validi independentament mid-data finali ta' l-adeżjoni. 2. L-attivitajiet huma valutati fuq livell sħiħ ta' ħidma, sakemm l-attivitajiet u x-xogħolijiet kollha assoċjati mat-tkabbir ikunu introdotti jew jinqatgħu bil-mod il-mod, u b'mod partikolari jittieħed f'kunsidrazzjoni l-bżonn li jiżguraw li l-impjegati tat-tmexxija ta' programmi qabel l-adeżjoni u l-attivitajiet ta' kontroll jibqgħu adekwati kompletament sakemm jagħlqu. It-terminu ta' żmien tal-bżonnijiet ta' riżorsi umani se jkun differenti minn dipartiment għal ieħor, differenza li se tidher fl-allokazzjoni annwali[6]. 3. Il-punt tat-tluq għal livell ta' riżorsi umani skond l-attività jirrifletti s-sitwazzjoni ta' l-2006, jekk nassumu li dan it-tkabbir speċifiku ma jbiddilx il-politika, il-programmi u s-sistemi ta' konsenja. Madankollu, tibdiliet għall-futur li diġa ġew approvati jew proposti mill-Kummissjoni ġew ikkunsidrati (per eżempju, l-aġenzija esekuttiva[7]). 4. Kull xorta ta' riżorsi umani (persunal effettiv stabbilit u persunal estern) u s-sorsi kollha ta' finanzjament (ta' baġit amministrattiv jew programmi operattivi) huma kkunsidrati bħala fuq livell indaqs. Il-bżonnijiet ta' persunal jitqiesu bħala ekwivalenti ta' full-time (FTE). Il-preżunzjoni bażika hija illi dan it-tkabbir mhux se jbiddel b'mod fundamentali l-proporzjon bejn it-tipi differenti ta' riżorsi umani fil-Kummissjoni. L-analiżi ta' riżorsi umani skond it-tip u s-sors ta' finanzjament saret fuq livell aggregat u se tkun speċifikata f'kull proċedura baġitarja individwali. 5. L-istima saret fuq bażi nett, billi ħadet in kunsiderazzjoni l-iskop ta' tqassim mill-ġdid fid-dawl tat-tlestija mistennija ta' l-attivitajiet ta' qabel l-adeżjoni matul dan il-perjodu (il-programmi ta' qabel l-adeżjoni, in-negozjati, ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi applikanti). 6. L-istima totali tinkludi l-100 persunal estern li diġa kienu inklużi fl-Abbozz ta’ Baġit Preliminarju (PDB) għall-2006 bħala avvanza fuq il-bżonnijiet ta' perjodu-medju. Sabiex ikunu lesti għat-tkabbir, it-tħejjijiet għandhom jibdew fl-2006. Fil-PDB tagħha, il-Kummissjoni stmat il-bżonnijiet prijoritarji tagħha ta' riżorsi-umani bħala 100 persunal sabiex dawn iwettqu l-ħidmiet essenzjali għat-tħejjija tat-tkabbir, partikolarment fis-settur tal-lingwistika. Dawn l-impjegati m'għandhomx jitqiesu bħala addizzjonali għall-bżonnijiet stmati ta' wara t-tkabbir iżda bħala parti mill-pakkett ġenerali. 3.2. Metodoloġija Peress illi din il-valutazzjoni taġġorna l-komunikazzjoni ta' l-2002 għall-adeżjoni tal-pajjiżi UE-10 għall-għanijiet tat-tkabbir ta' l-UE-2, ikun konsistenti li wieħed japplika l-istess metodoloġija. Il-bżonnijiet ta' riżorsi-umani ġew valutati fuq bażi ta' l-attivitajiet identifikati min-nomenklatura tal-Baġit Ibbażata fuq l-Attività (ABB). Biex tkun żgurata rivista metodika u omoġenja ta' l-iżviluppi mistennija, ġie mibgħut kwestjonarju lid-dipartimenti kollha. Wara dan, l-impatt tat-tkabbir fuq l-attivitajiet kien analiżżat u l-attivitajiet tqiesu skond jekk dawn żdiedux, baqgħux l-istess jew tnaqqsux. Il-pass li jmiss kien il-valutazzjoni ta' l-impatt fuq ir-riżorsi umani. Bħala regola, it-tibdiliet fil-bżonnijiet tar-riżorsi umani ġew stmati skond it-tibdiliet fil-fatturi ewlenin li jiddeterminaw il-volum tax-xogħol għal attività partikolari. Fil-każ illi xi attività, organizzazzjoni jew sistema ta' konsenja għaddiet minn - jew m’hi se tgħaddi minn - l-ebda tibdiliet speċifiċi mill-2002, u fejn l-impatt tat-tkabbir ta' l-UE-2 huwa maħsub bħala proporzjonat mat-tkabbir ta' l-UE-10, ir-riżultati tal-komunikazzjoni preċedenti ta' l-UE-10 kienu estrapolati għat-tkabbir ta' l-UE-2. Sabiex il-konsistenza bejn it-talbiet għad-diversi attivitajiet tkun żgurata, ir-risposti kienu eżaminati biex jiżguraw trattament ugwali u tqabbil ta' data bil-għan illi jkun żgurat illi: - il-figuri u l-ġustifikazzjonijet li ngħataw abbażi tagħhom kienu koerenti; - il-bżonnijiet smati tad-dipartimenti diversi għall-attivitajiet simili ġew ittrattati b'mod indaqs; - kien kopert biss il-volum tax-xogħol zejjed li rriżulta mit-tkabbir; - l-iskop għat-tqassim mill-ġdid mill-attivitajiet qabel l-adeżjoni ġie kkunsidrat kif jixraq. 3.3. Il-perjodu transizzjonali għall-impjiegi ġodda Il-valutazzjoni tqies il-bżonnijiet tad-dipartimenti u l-kapaċità ta' l-Istitut li jassorbi l-impjiegi ġodda. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li impjiegi ġodda jiġu introdotti fuq perjodu ta' tliet snin, suġġetti għad-disponibbiltà ta' listi ta’ riżerva u għall-kapaċita ta' l-assorbiment tas-servizzi kkonċernati. Madankollu, l-biċċa l-kbira tad-dipartimenti tal-Kummssjoni ħassew li l-perjodu ta' ħames snin għall-impjiegi ġodda ta' l-UE-10, perjodu li kien ikkontrollat minn limitazzjonijiet baġitarji u ta' reklutaġġ, kien twil wisq u r-ritmu ta' selezzjoni u reklutaġġ issa kienu laħqu l-livell massimu. Dan ma jippreġudikax it-tul tal-perjodu transizzjonali għar-reklutaġġ ta' l-uffiċjali miż-żewġ Stati Membri ġodda, li għalih il-Kummissjoni qed tipproponi perjodu ta' 5 snin. Għalhekk, il-Kummissjoni se twaqqaf, fi żmien xieraq, il-miri ta' reklutaġġ għal ċittadini ta' l-Istati Membri l-ġodda, li hija kwistjoni differenti. 4. IL-BŻONNIJIET TA' RIŻORSI UMANI LI NĦOLQU 4.1. Ir-riżultat ta' l-evalwazzjoni Fil-valutazzjonijiet inizjali tagħhom, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkalkulaw li l-bżonnijiet grossi tagħhom għall-impjegati żejda kienu madwar 1,084 FTE u stennew li t-tmiem ta' l-attivitajiet ta' qabel l-adeżjoni jilliberaw 237 FTEs. L-evalwazzjoni pproduċiet reviżjoni ta' stimi li qiegħdet iż-żieda grossa fir-riżorsi umani mitluba minn espansjoni fl-attivitajiet fuq livell ta' iżjed minn 984 FTEs. Dawn il-bżonnijiet jistgħu jintlaħqu billi jitqassmu mill-ġdid madwar 98 impjegati (23 minnhom fid-dipartimenti) u r-reklutaġġ ta' 886 impjegat ġdid. Il-bżonn għat-tqassim mill-ġdid huwa mbuttat mill-għan tal-Kummissjoni li tipprovdi servizz ta' kwalità għal nefqa raġunevoli. Wieħed jassumi wkoll illi l-ekwivalenza ta' madwar 145 impjegat estern li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq strumenti ta' qabel l-adeżjoni (u ffinanzjati mill-elementi preċedenti tal-BA baġit) se jkollhom jitħallew peress illi ma jistgħux jitqassmu mill-ġdid. Għalhekk, ir-riżorsi netti addizzjonali huma ta' 741 FTEs. [pic] Meta tipparaguna mas-sitwazzjoni preżenti, is-741s FTEs addizzjonali jirrappreżentaw żieda ta' madwar 2.5% fir-riżorsi umani ġenerali impjegati mill-istituzzjoni, li hija inqas mill-piż relattiv tal-pajjiżi li se jissieħbu, kif ġie meqjus mid-diversi indikaturi speċifikati fit-taqsima 2 tal-komunikazzjoni. 4.2. It-tip ta' riżorsi umani u s-sors ta' finanzjament Kif ġie speċifikat fit-Tabella 1 taħt, is-741 impjegat addizzjonali skond it-tip u s-sors ta' finanzjament jistgħu jkunu mqassma kif ġej: - 750 impjieg fil-pjanijiet stabbiliti operattivi (baġit amministrattiv taħt it-titolu 5 kurrenti tal-perspettiva finanzjarja), inklużi madwar 166 impjieg għall-lingwisti; - 36 impjieg fil-pjanijiet stabbiliti ta' riċerka (baġit operattiv); - approprijazzjonijiet addizzjonali għal madwar 100 impjegat estern fil-baġit amministrattiv; - tnaqqis fl-approprazzjonijiet ekwivalenti għal 145 impjegat estern attwalment iffinanzjati mill-baġit operattiv (affarijiet preċedenti tal-BA ta' l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni). Tabella Nru 1 Impjiegi fil-pjanijiet ta' stabbiliment | Impjegati esterni (FTE) | Baġit Amministrattiv | 750 | 100 | 850 | Baġit Operattiv | 36 | -145 | -109 | 786 | -45 | 741 | Din it-tabella tikkonferma illi se jkun hemm bżonn ta' madwar 850 FTEs ffinanzjati mill-baġit amministrattiv, konformi mas-suppożizzjoni li fuqha hija bbażata il-perspettiva finanzjarja proposta. 4.3. L-introduzzjoni ta' 850 impjegat ġdid fil-baġit amministrattiv Il-Kummissjoni tipproponi li impjiegi ġodda għandhom ikunu introdotti fuq perjodu ta' tliet snin. Din tippermetti li l-bżonnijiet reali tad-dipartimenti jkunu jistgħu jitqiesu u tirrifletti l-kapaċità ta' l-Istitut li jassorbi l-impjiegi ġodda. Il-profil indikattiv jidher fit-Tabella 2 hawn taħt, f'każ illi l-adeżjoni ssir fl-2007. Tabella Nru 2 Sena | Sehem ta' impjiegi addizzjonali | Postijiet ġodda tax-xogħol stabbiliti (baġit amministrattiv) | Impjegati esterni[8] | Baġit totali amministrattiv ippjanat għall-impjegati | 2006 | 100 | 100 | 2007 | 33% | 250 | 350 | 2008 | 33% | 250 | 600 | 2009 | 33% | 250 | 850 | It-terminu ta' żmien u s-sehem annwali ta' talbiet futuri għal postijiet ġodda tax-xogħol stabbiliti jista' jitlob livell ta' flessibilità. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-talbiet annwali tagħha għall-impjiegi ġodda, b'mod kumulattiv ma' l-1,280 persuna li għad għandhom ikunu impjegati għat-tkabbir ta' l-UE-10 fl-2007-08[9], f'kull Strateġija Annwali ta' Politika u fl-Abbozz Preliminarju tal-Baġit. L-iskeda ppjanati għall-kompetizzjonijiet se tittieħed f'kunsidrazzjoni ukoll. L-analiżi bejn il-postijiet ġodda tax-xogħol stabbiliti u l-impjegati esterni ukoll għandha tkun aġġurnata f'kull proċedura annwali tal-baġit. Madankollu, waqt illi l-impjegati kuntrattwali li ġew impjegati fl-2006 biex iħejju t-tkabbir għandhom ikunu sostitwiti b'mod propgressiv minn uffiċjali, il-Kummissjoni għad ikollha bżonn ta' impjegati esterni fuq livell sħiħ ta' ħidma, l-aktar fis-servizzi tal-lingwi u r-rappreżentanzi fl-Istati Membri ġodda. Jekk il-bżonn finali ta' impjegati esterni jkun inqas minn 100, il-Kummissjoni titlob it-tibdil ta' ċertu impjegati esterni f'impjiegi. 4.4. L-implikazzjonijiet baġitarji għall-infiq amministrattiv Fuq ħidma sħiħa, in-nefqa totali għal dawn l-impjegati ġodda mistenni tkun madwar €85 miljun[10] (inklużi l-ispejjeż relatati ma' l-infrastruttura) għall-Kummissjoni biss[11]. Dan l-ammont jaqbel kompletament mal-perspettiva finanzjarja proposta mill-Kummissjoni. Il-ftehim finali dwar il-perspettiva finanzjarja definittiva għandu jipprovdi għal dan il-baġit speċifiku waqt li jippermetti l-Kummissjoni timpjega l-persunal meħtieġ għat-tkabbir; għandhom jitqiesu wkoll il-bżonnijiet korrispondenti ta' l-istituzzjonijiet l-oħra. 5. L-IMPATT FUQ IL-POLITIKA U L-ATTIVITAJIET L-analiżi li saret mill-Kummissjoni bil-għan illi tevalwa l-bżonnijiet tagħha ta' riżorsi umani tippermetti illi r-riżultati jkunu analizzati skond il-"Grupp ta' Politika" (dipartimenti) u l-"Profil tax-Xogħol" (individwi). 5.1. Tibdiliet skond il-grupp ta' politika [pic] 5.1.1. Politika Interna It-tfassil tal-liġi u l-infurzar ta' dik il-liġi fl-Istati Membri l-ġodda huma ż-żewġ fatturi ewlenin li joħolqu żieda ta' impjiegi fil-politika interna. Mill-jum ta' l-adeżjoni, l-acquis tal-Komunità se ssir applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda u l-proċess kollu leġislattiv se kollu jadatta sabiex jinkludihom fil-proċess konsultattiv dwar l-inizjattivi ta' politika u l-proposti leġislattivi. Dan il-qasam ikopri karigi li huma diversi u kumplessi, bħal m'hu s-suq intern, l-ambjent, il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-unjoni tad-dwana u s-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur. Aktar minn hekk, għadd ta' miri ġodda strateġiċi stabbiliti mill-UE jiffokaw fuq politika interna, fosthom hemm "l-Istrateġija ta' Liżbona" għar-risq permezz tat-tkabbir ekonomiku u "l-Programm ta' l-Aja" li jsaħħaħ il-ħelsien, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea. Dan it-titolu jkopri wkoll it-twaqqif gradwali ta' l-uffiċċji ta' l-istampa fl-Istati Membri l-ġodda. L-integrazzjoni sħiħa ta' l-Istati Membri l-ġodda fl-applikazzjoni ta' din il-politika u r-regoli tal-Komunità teħtieġ l-assenjament ta' madwar 349 FTEs. Minħabba l-firxa ta' politika li teħtieġ tkun implimentata madwar s-27 Stat Membru u r-riżorsi attwali, din tirrappreżenta żieda relattivament żgħira fir-riżorsi umani u tirrifletti b'mod preċiż l-enfasi prinċipali ta' l-attivitajiet tal-Kummissjoni llum. 5.1.2. Is-Servizzi tal-Lingwa Waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni hija li tipprovdi servizzi tal-lingwa ta' kwalità fil-perjodu wara t-tkabbir. Madankollu, iż-żieda relattivament qawwija (322 FTEs) f'dan il-qasam ta' attività (it-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-pubblikazzjoni) għandha tiġi meqjusa fil-kuntest ta' l-introduzzjoni ta' tmexxija effiċjenti ħafna u sistemi ta’ l-assigurazzjoni ta’ kwalità. Minħabba f'hekk, it-talbiet fuq ir-riżorsi jistgħu jinżammu fuq il-minimu waqt illi tingħata garanzija tal-multilingualiżmu u t-trawwim tal-leġittimità, it-trasparenza u l-effiċjenza ta' l-UE. 5.1.3. Is-servizzi ta' appoġġ u l-koordinazzjoni Fi strateġija komprensiva ta' tkabbir, is-servizzi ta' appoġġ u l-koordinazzjoni għandhom rwol deċiżiv u għandhom jirċievu impjegati adekwati għat-tħaddim ta' l-operazzjonijiet kollha mingħajr xkiel. It-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE se jsir aktar kumpless u se jkun hemm bżonn ta' aktar impjegati għall-uffiċċji privati tal-Kummissarji l-ġodda u għall-koordinazzjoni ta' politika f'UE li jkollha 27 Stat Membru. Attenzjoni speċjali għandha tingħata l-applikazzjoni tal-liġi Ewropea fil-lingwi l-ġodda kollha. Attivitajiet oħra jinkludu t-titjieb tal-proċess ta' reklutaġġ u t-tisħiħ ta' kapaċitajiet kontra l-frodi u l-verifika tal-kontijiet f'Ewropa mkabbra. Stima ta' 144 FTEs tidher adekwata għal dawn il-ħidmiet eteroġeni. 5.1.4. Interventi strutturali, inklużi l-agrikoltura u s-sajd Il-politika strutturali u koeżiva ssegwi l-għan ta' konverġenza ekonomika billi trawwem it-tkabbir u l-kompetittività u ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali ta' l-Unjoni. Dawn huma programmi ewlenin Ewropej li għandhom impatt sinifikanti makroekonomiku. Il-leġislazzjoni preżenti trendi ż-żewġ pajjiżi ta' l-adeżjoni eliġibbli għall-appoġġ f'reġjuni inqas żviluppati (Għan 1). Dan huwa l-qasam ta' attività fejn l-adeżjoni mistennija toħloq l-akbar żieda f'approprazzjonijiet. Peress illi dawn il-programmi huma mmexxija fuq bażi deċentralizzata, (ġestjoni deċentralizzata) se jkun hemm inqas impjegati addizzjonali li jkunu meħtieġa meta wieħed iqabbel mas-soltu. Minkejja dan, wieħed għandu jieħu ħsieb il-kundizzjonijiet meħtieġa ta' kontroll u funzjoni ta' verifika ta' kontijiet. L-agrikoltura għandha parti prinċipali fil-ħajja politika u ekonomika taż-żewġ pajjiżi li dalwaqt se jissieħbu fl-UE. Attivitajiet attwali taħt l-istrument ta' qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp rurali (Sapard) għandhom jinġabru taħt l-umbrella tal-politika dominanti ta' l-agrikoltura. Madankollu, kif inhu l-każ għall-istrumenti oħra ta' qabel l-adeżjoni (per eżempju, PHARE u ISPA), għandu jkun hemm perjodu ta' transizzjoni peress illi t-twettiq ta' dawn il-programmi għandu jkompli wara l-adeżjoni sa l-għeluq tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tgħasses il-mod kif l-acquis jiġi implimentat mill-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni mill-istess mekkaniżmi bħal dawk applikabbli għall-Istati Membri eżistenti. Interventi strutturali, inklużi l-agrikoltura u s-sajd flimkien jgħaqqdu madwar 93 FTEs f'riżorsi umani addizzjonali, figura relattivament baxxa fid-dawl tal-figuri involuti iżda xorta taqbel mal-mekkaniżmi għat-twettiq. 5.1.5. Politika esterna It-tibdiliet prinċipali għandhom x'jaqsmu mal-politika tal-kummerċ u l-miżuri dwar id-difiża tal-kummerċ, inklużi n-negozjati fil-WTO wara l-adozzjoni tat-tariffa komuni tad-dwana fl-Istati Membri l-ġodda u l-bżonn li tissaħħaħ il-Politika Ewropea tal-Viċinat b'mod partikolari lejn il-ġirien tagħna tal-Lvant. L-impatt ġenerali għar-relazzjonijiet esterni se jkun relattivament limitat, billi l-bżonnijiet huma stmati għal 17 FTEs. 5.1.6. Qabel l-Adeżjoni (inklużi d-delegazzjonijiet, PHARE [12] Id-Delegazzjonijiet fil-pajjiżi li se jissieħbu u l-attivitajiet ta' qabel l-adeżjoni li għandhom x'jaqsmu mar-Rumanija u l-Bulgarija, bħal m'huma n-negozjati u s-sorveljanza u t-tmexxija ta' l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni, se jinqatgħu bil-mod taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat ta' l-Adeżjoni. B'hekk, l-impjegati rilevanti fid-Delegazzjonijiet u l-biċċa l-kbira ta' l-impjegati bħalhom fil-Kwartieri Ġenerali se jitqassmu mill-ġdid b'mod progressiv waqt li jitqies iż-żmien tal-proċess ta' l-adeżjoni. It-tqassim mill-ġdid ta' l-impjegati qabel l-adeżjoni se jieħu f'kunsiderazzjoni l-fatt illi l-programmi qabel l-adeżjoni saru taħt prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda skond iż-żmien taċ-ċiklu tal-ġestjoni tal-programm innifsu. Kollox ma' kollox, dan se jnaqqas l-impjegati b'220 FTEs b'mod progressiv (75 FTEs ffinanzjati mill-baġit amministrattiv u 145 impjegati esterni ffinanzjati mill-programm PHARE). 5.1.7. Riċerka Il-maġġoranza ta' programmi ta' riċerka diġa huma miftuħa għall-pajjiżi ta' l-adeżjoni, u s-sitt Programm ta’ Qafas żdied l-involviment tal-pajjiżi kandidati qabel it-tkabbir. Madankollu, huwa ffoka fuq għadd iżgħar ta' prijoritajiet u mezzi u proċeduri ta' tmexxija ssimplifikata. Waqt illi l-programm ta' qafas multiannwali li ġej se jkompli t-tendenza favur aktar effiċjenza u konċentrazzjoni, il-bżonnijiet stmati ta' riżorsi umani għat-tkabbir ta' l-UE-2 jeħtieġu żieda modesta ta' 36 FTEs, li se jkunu ffinanzjati fi ħdan il-limitu tas-Seba' Programm ta' Qafas dwar l-infiq amministrattiv. 5.2. Tibdiliet skond il-profil tax-xogħol [pic] 5.2.1. Lingwistika In-numru ta' lingwisti se jiżdied aktar minn kull profil ieħor ta' xogħol sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tressaq il-politika tagħha eqreb liċ-ċittadin u tiffaċilita l-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni fil-laqgħat Il-bżonnijiet stmati bħalissa huma ta' 328 FTEs, inklużi l-impjegati esterni kif ukoll l-impjegati ta' appoġġ. 5.2.2. It-tfassil tal-liġijiet, il-manteniment u l-infurzar Il-leġislazzjoni hija pilastru ċentrali ieħor fix-xogħol tal-Kummissjoni, qasam ta' attività li jinkludi s-sorveljanza u l-infurzar meħtieġ biex tinħoloq "komunità legali" tassew. M'hemmx dubju li dan il-qasam ta' xogħol se jgħaddi mit-tieni tkabbir l-aktar importanti. Il-volum ta' xogħol kkawżat mit-tkabbir fi kważi kull fażi tal-proċess leġislattiv huwa direttament proporzjonat man-numru ta' l-Istati Membri. B'mod partikolari, dan huwa veru fil-fażi ta' infurzar. In-numru ta' partijiet interessati u d-diversità tagħhom se jinfluwenza wkoll l-abbozz leġislattiv u l-manteniment. Il-bżonnijiet stmati bħalissa huma ta' 279 FTEs addizzjonali. 5.2.3. It-tfassil ta' politika u l-koordinament It-tfassil tal-politika se jsir dejjem aktar kumpless bl-għadd dejjem jikber ta' Stati Membri u partijiet interessati Il-bżonnijiet tat-tfassil ta' politika se jikber biex jirrifletti l-importanza li l-membri ġodda jkunu inklużi fil-proċessi kollha. Il-bżonnijiet stmati huma ta' 135 FTEs. 5.2.4. It-tmexxija tal-programm Iż-żieda żgħira fir-riżorsi umani għat-tmexxija tal-programmi (59 FTEs) tista' tidher impressjonanti mad-daqqa t'għajn. Ir-raġunijiet għal din iż-żieda jidhru biċ-ċar meta wieħed jikkunsidra illi l-pajjiżi kandidati bħalissa diġa huma eliġibbli għal bosta programmi ta' l-UE u li sforzi serji qed isiru bħalissa sabiex ikun hemm qbil bejn il-proċeduri amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ipprogrammar. Il-bżonnijiet addizzjonali stmati biex ikunu estiżi l-attivitajiet dwar it-tmexxija tal-programm huma koperti mit-tqassim mill-ġdid tar-riżorsi li bħalissa qed jintużaw għat-tmexxija u l-kontroll ta’ l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni, sal-mument ta’ l-għeluq tagħhom li għandu jkun aktar minn 3 snin wara l-adeżjoni[13]. Madankollu, se jinħolqu aktar bżonnijiet għall-ippjannar u l-koordinazzjoni kif ukoll għall-funzjonijiet ta' kontroll. Meta dawn l-aspetti jittieħdu f'kunsiderazzjoni, jipproduċu stampa iktar ibbilanċjata. 5.2.5. Ir-Riżorsi umani u t-tmexxija tal-baġit Iż-żieda ġenerali fl-attività titlob żieda xierqa għat-tmexxija tal-baġit operattiv u r-riżorsi umani. Dawn il-bżonnijiet huma stmati għal 49 FTEs. 6. KONKLUŻJONIJIET Fuq bażi ta' l-esperjenza tagħha u r-riżultati tal-komunikazzjoni tagħha fl-2002 fl-aħħar tkabbir, il-Kummissjoni stmat il-bżonnijiet tagħha għar-riżorsi umani fid-dawl ta' l-adeżjoni li ġejja. Il-Kummissjoni tikkonferma l-bżonnijiet għar-riżorsi umani għat-tkabbir preċedenti u tistma l-bżonnijiet tagħha li nħolqu minħabba t-tkabbir li ġej għal 850 FTEs fuq il-baġit amministrattiv u 36 FTEs żejda għall-baġit ta' riċerka. Dan ir-riżultat jaqbel ma' l-eżerċizzju preċedenti u indikaturi rilevanti li jqisu l-effetti ta' din l-adeżjoni. Tagħti prova wkoll tal-ħila tal-Kummissjoni li tiġġenera titjib fil-produttività mingħajr ma tqiegħed fil-periklu l-kapaċità tagħha li twettaq il-ħidmiet tagħha b'mod xieraq. Din l-analiżi tenfasizza aktar fil-fond l-immirar ta' impjegati ġodda fuq attivitajiet operattivi, u b'hekk turi illi l-politika ta' riżorsi umani taqbel mal-prijoritajiet politiċi. Il-profil ta' żmien għall-introduzzjoni gradwali jaqbel mal-figuri magħżula għall-infiq amministrattiv fl-Abbozz tal-Perspettiva Finanzjarja 2007-2013 u mal-kapaċità tal-Kummissjoni biex tassorbi impjegati ġodda. L-appoġġ ta' l-awtorità baġitarja għall-għotja ta' dawn ir-riżorsi huwa kruċjali għat-tħejjija tajba ta' l-istrateġija ta' reklutaġġ u l-ippjannar sod tax-xogħolijiet. [1] COM(2002) 311, 5.6.2002. [2] COM(2005) 300, 15.6.2005. [3] Li minnhom 3960 FTEs huma koperti mill-baġit amministrattiv u tnaqqis ta' 60 FTE koperti minn titoli oħrajn. [4] Spjegazzjonijiet oħra ġew mogħtija lill-awtorità baġitarja, fuq talba tagħha, matul il-proċedura baġitarja: Ara d-dokument ta' ħidma fuq "Ir-Riżorsi Umani għat-Tkabbir" bid-data mill-14 ta' Lulju 2005. [5] Għall-iskop ta' paragun, l-Irlandiż m'huwiex inkluż fl-20 lingwa eżistenti peress illi huwa suġġett għal miżuri speċifiċi u għal perjodu transizzjonali ta' 5 snin li jibda' mill-2007. [6] Dan jista' jkun il-każ partikolarment għas-servizzi lingwistiċi. [7] Din il-komunikazzjoni ma tikkunsidrax il-persunal fl-aġenziji esekuttivi. Madankollu, stima ta' l-bżonnijiet ta' riżorsi umani għall-Kummissjoni tnaqqset meta tikkumparaha ma' l-analiżi ta' l-2002 fejn aġenzija esekuttiva kienet ilha stabbilita sa mill-2002. [8] Xi ftit minn dawn il-100 impjegat estern jistgħu jkunu mibdula f'postijiet waqt illi t-850 FTE jibgħu l-istess. [9] Jekk wieħed jassumi li s-700 impjieg ġdid mitlub għall-2006 jingħataw kif mistenni. [10] Għall-prezzijiet ta' l-2004. [11] Il-kalkolu li nħadem għall-abbozz tal-perspettiva finanzjarja juri illi ammont ta' madwar 130 miljun għandu jkun inkluż fil-perspettiva finanzjarja għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jekk wieħed jassumi illi l-bżonnijiet tar-riżorsi umani ta' l-istituzzjonijiet l-oħra huma proporzjonali ma' l-aħħar tkabbir. [12] Eskluża l-Ispa u s-Sapard, billi l-impjegati tagħhom se jitqassmu mill-ġdid fl-istess dipartiment, peress illi l-bżonnijiet ta' riżorsi-umani għall-agrikoltura u l-operazzjonijiet strutturali huma ppreżentati fuq bażi nett. [13] Meta wieħed jikkunsidra r-riżorsi li ma jitqassmux mill-ġdid mil-linji preċedenti tal-BA, it-tnaqqis fl-impjegati ta' tmexxija tal-programm li se jsir fit-tmiem ta' l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni huwa ikbar.