EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0830

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni impjegati għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jmorru minn post għall-ieħor fil-Komunità u r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

/* KUMM/2004/0830 finali - COD 2004/0284 */

52004PC0830

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni impjegati għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jmorru minn post għall-ieħor fil-Komunità u r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 /* KUMM/2004/0830 finali - COD 2004/0284 */


Brussel 23.12.2004

KUMM(2004) 830 finali

2004/0284 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni impjegati għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jmorru minn post għall-ieħor fil-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. DAħLA

Ir-Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 ġew aġġornati bir-Regolament (KE) Nru 118/97[1] u ġew emendati l-aktar reċentament bir-Regolament (KE) Nru 631/2004[2] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Din il-proposta taħseb sabiex taġġorna dawn ir-Regolamenti Komunitarji biex jirreflettu t-tibdil fil-leġislazzjoni nazzjonali, b’ mod partikolari ta’ l-Istati Membri l-ġodda mit-tmiem tan-negozjati dwar l-adeżjoni. Hija taħseb ukoll li tlesti l-proċeduri ta’ simplifikazzjoni dwar it-teħid ta’ kura medika f’ pajjiż barrani introdott bir-Regolament (KE) Nru 631/2004[3] billi testendi wħud minn dawk il-modifiki għall-proċeduri identiċi dwar benefiċċji għall-inċidenti fuq xogħol u mard fuq xogħol.

2. Kummenti dwar l-artikoli

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

L-Annessi I, II IIa, III, IV u VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandhom jiġu emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Tħassir ta’ l-Artikolu 60 (5) u (6)

Dawn huma dispożizzjonijiet dwar benefiċċji għall-inċidenti fuq xogħol u mard fuq xogħol li huma identiċi għall-Artikoli 17 (6) u (7) dwar benefiċċji għall-mard mhux fi flus u li tħassru bir-Regolament (KE) Nru 631/2004. Fl-istess interess ta’ simplifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet identiċi dwar benefiċċji għall-inċidenti fuq xogħol u mard fuq xogħol għandhom ukoll jiġu mħassra.

Il-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 60, li jobbliga lill-istituzzjoni tal-post tar-residenza, fil-każ ta’ dħul fl-isptar, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti dwar id-data ta’ l-ammissjoni fl-isptar u t-tul taż-żmien probabbli taż-żamma fl-isptar, għandu jitħassar. Fil-prattika, in-notifika tad-dħul fl-isptar huwa ta’ ftit utilità u tingħata dejjem inqas.

Ukoll fl-interessi tas-simplifikazzjoni, il-paragrafu (6), li jobbliga lill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tavża lill-istituzzjoni kompetenti fil-każ ta’ għotja ta’ kwalunkwe benefiċċji kbar mhux fi flus, għandu jitħassar.

Emenda ta’ l-Artikolu 62

Din l-emenda testendi t-tħassir ta’ l-Artikolu 20 u l-emenda ta’ l-Artikolu 21 dwar benefiċċji tal-mard mhux fi flus bir-Regolament 631/2004 għad-dispożizzjoni paralleli ta’ l-Artikolu 62 dwar inċidenti fuq xogħol u mard fuq xogħol: l-Artikolu 62 (1) sa (5) li jkopru biss persuni impjegati fit-trasport internazzjonali m’ għadux meħtieġ wara l-introduzzjoni tal-Karta Ewropea ta’ l-Assikurazzjoni tas-Saħħa u l-alineament tad-drittijiet għall-benefiċċji tal-mard bir-Regolament 631/2004 għall-persuni kollha assikurati. L-Artikolu 62 (6) u (7) jgħid li l-individwu għandu jissottometti lill-istituzzjoni tal-post fejn qiegħda l-persuna dikjarazzjoni attestata li tgħid li huwa/hija intitolat/a għall-benefiċċji mhux fi flus. Minħabba li l-obbligazzjoni identika għall-benefiċċji tal-mard ġiet sostitwita bil-possibilità li jkun hemm aċċess dirett għall-kura medika mingħajr ma tkun trid tiġi kuntattjata l-istituzzjoni tal-post fejn qiegħda l-persuna qabel, l-istess għandu jgħodd għall-benefiċċji ta’ l-inċidenti fuq xogħol u mard fuq xogħol.

Emenda ta’ l-Artikolu 63 (2)

L-Artikolu 63 (2) jkun jeħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti t-tħassir tal-paragrafi (5) u (6) ta’ l-Artikolu 60.

Emenda ta’ l-Artikolu 66 (1)

L-Artikolu 66 (1) jkun jeħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti t-tħassir ta’ l-Artikolu 20 bir-Regolament 631/2004.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali elenkati fl-Anness III li jinvolvu Stati Membri ġodda jkomplu jgħoddu u mhumiex sostitwiti bir-Regolament 1408/71 mill-applikazzjoni tiegħu fl-Istati Membri l-ġodda, dawn l-emendi m’għandhomx bżonn jiġu applikati mid-data ta’ l-adeżjoni 1 ta’ Mejju 2004.

3. KUMMENTI DWAR L-ANNESS

1. Emenda ta’ l-Anness I taqsima I

L-Anness I taqsima I jiddefinixxi t-tifsira tat-terminu “membru tal-familja” fejn il-leġislazzjoni nazzjonali ma tippermettix lill-membru tal-familja jiġu distinti minn persuni oħrajn.

Il-kliem taħt it-titoli "V. SLOVAKKJA" għandhom jiġu addattati biex jirreflettu l-adozzjoni ta’ l-Att il-ġdid bin-nru 600/2003 Coll. dwar allowance tat-tfal u l-emenda għall-Att nru 461/2003 Coll. dwar assikurazzjoni soċjali.

2. Emenda ta’ l-Anness II taqsima I

L-Anness II taqsima I jelenka l-iskemi speċjali għal persuni impjegati għal rashom li huma esklużi mill-ambitu tar-Regolament skond ir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 (j).

It-tibdiliet għall-leġislazzjoni Franċiża rilevanti ressqu l-inizzjattiva għattwaqqif ta’ xi wħud mill-iskemi bħalissa elenkati taħt it-titolu "H. FRANZA" mill-gruppi konċernati għand il-leġislatur nazzjonali. B’konsegwenza, m’għadhomx jilħqu l-kundizzjoni għal esklużjoni mir-Regolament 1408/71, kif meħtieġ fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 (j), iżda huma fl-ambitu normali tar-Regolament. Ir-riferenza taħt it-titolu "H. FRANZA" għandha tiġi emendata f’dan is-sens.

3. Emendi ta’ l-Anness II taqsima II

L-Anness II taqsima II jelenka l- allowances speċjali tat-twelid jew ta’ l-adozzjoni li huma esklużi mill-ambitu tar-Regolament, inklużi r-regoli tiegħu dwar benefiċċji għall-esportazzjoni.

Il-leġislatura Estonjana tagħti benefiċċju għall-familja fil-forma ta’ somma ta’ flus li huwa maħsub li jikkumpensa l-ispejjeż ta’ darba relatati ma’ l-adozzjoni ta’ tifel. Dan jilħaq l-istess għanijiet bħall- allowances għall-adozzjoni ċitati fl-Artikolu 1 u) i) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u msemmija fl-Anness II taqsima II. Ir-riferenza taħt it-titolu "E. ESTONJA" għandha tiġi emendata biex tieħu kont ta’ dan.

Il-liġi Latvjana ġiet emendata biex tintroduċi allowance ġdida għall-adozzjoni tat-tfal li jikkonsisti f’ ħlas ta’ somma ta’ flus għall-adozzjoni ta’ tifel li tqiegħed f’ kura istituzzjonali qabel l-adozzjoni. Ir-riferenza taħt it-titolu "L. LATVJA" għandha tiġi emendata biex tieħu kont ta’ dan.

B’konsegwenza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każ Leclere C-43/99, l- allowances tat-twelid tal-Lussemburgu m’għandhomx ikomplu jitqiesu bħala allowances speċjali tat-twelid esklużi mill-ambitu tar-Regolament iżda bħala benefiċċji tal-familja li jistgħu jiġu esportati. Għandhom għalhekk jiġu mħassra mit-titolu "N. LUSSEMBURGU".

Il-Liġi Pollakka ġiet emendata biex tintroduċi benefiċċju addizzjonali ta’ darba għall- allowances tal-familja, maħsub li jkopri l-ispejjeż addizzjonali relatati mat-twelid. Ir-riferenza taħt it-titolu "S. POLONJA" għandha tiġi emendata biex tieħu kont ta’ dan.

4. Emendi għall-Anness IIa

L-Anness IIa fih benefiċċji speċjali mhux kontributorji mogħtija lill-persuni konċernati esklussivament fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn jirrisjedu, taħt it-termini ta’ l-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

Il-liġi Ġermaniża ġiet emendata biex tintroduċi dispożizzjoni bażika għal min qed ifittex ix-xogħol, li tissostitwixxi l-benefiċċju kurrenti tal-qgħad u, parzjalment, l- allowance tas-sussistenza taħt l-għajnuna soċjali. Dan il-"benefiċċju tal-qgħad II" huwa benefiċċju mħallat li fih elementi ta’ sigurtà soċjali u għajnuna soċjali u mhuwiex kontributorju għax huwa finanzjat mill-gvern, u għalhekk jilħaq il-kriterji li għandhom jitqiesu benefiċċju speċjali mhux kontributorju. Għandha ssir riferenza għalih taħt it-titolu "D. ĠERMANJA". Madankollu, għal persuni li qabel irċevew benefiċċji tal-qgħad kontributorji, il-benefiċċju tal-qgħad II jikkonsisti, għall-ewwel sentejn, f’suppliment li huwa perċentwal tad-differenza bejn il-benefiċċju tal-qgħad ta’ qabel – mhux kontributorju – u l-benefiċċju tal-qgħad II. B’dan is-suppliment, il-benefiċċju – indirettament – huwa konness mad-dħul ta’ qabel. Għalhekk, ir-riferenza taħt it-titolu "D. ĠERMANJA" ma tirriferix għall-benefiċċju tal-qgħad II fil-każ ta’ eliġibilità ta’ dan is-suppliment.

Il-liġi Latvjana ġiet emendata biex tissostitwixxi l-Liġi dwar Għajnuna Soċjali ta’ qabel bil-Liġi dwar l-Istat tal-Benefiċċji Soċjali għall-iskopijiet tal-kjarezza. Minħabba li m’għandhiex effetti fuq in-natura taż-żewġ benefiċċji bħalissa elenkati fl-Anness IIa, ir-riferenza taħt it-titolu "L. LATVJA" għandha tiġi emendata biex tirrefletti dan it-tibdil fil-bażi legali nazzjonali.

Fil-Polonja, il-bażi legali għall-għotja tal-pensjoni soċjali li bħalissa hija inkluża fl-Anness IIa ġiet emendata mingħajr ma nbidlet in-natura tal-benefiċċju. Ir-riferenza taħt it-titolu "S. POLONJA” għandha tiġi emendata biex tieħu kont ta’ dan.

Il-leġislatura Slovakka ħassret l-Att dwar Sigurtà Soċjali li kien ta l-intitolament għal benefiċċji speċjali mhux kontributorji elenkati fl-Anness IIa u ssostitwietu b’Att ġdid. L-ebda intitolamenti ġodda ma jqumu mill-Att il-ġdid, iżda biex tgħodd għall-intitolamenti li diġà saru taħt l-Att il-qadim, ir-riferenza taħt it-titolu "V. SLOVAKKJA” għandha tiġi emendata biex tirrefletti dan it-tibdil fil-leġiżazzjoni nazzjonali.

5. Emendi għall-Anness III

Hemm elenkati fl-Anness III dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti li kienu fis-seħħ qabel l-applikazzjoni tar-Regolament fl-Istat Membru in kwistjoni. Il-Parti A telenka d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali li jkomplu jgħoddu, minkejja l-fatt li d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali huma ġeneralment sostitwiti bir-Regolament (KEE) Nru 1408/71, u l-Parti B telenka dawk id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali li ma jgħoddux għall-persuni kollha li jgħodd għalihom ir-Regolament.

Dawk in-noti li jimmodifikaw li saru għall-Anness III Parti A u B bit-Trattat ta’ l-Adeżjoni li jindikaw jew li ma jeżistu ebda ftehim bilaterali, jew li jeżisti ftehim bilaterali iżda li ebda mid-dispożizzjonijiet tiegħu ma jilħqu l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu elenkati f’ waħda mill-Partijiet, għandhom jitħassru. Mhumiex meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament 1408/71 u jagħmlu diffiċli l-qari ta’ l-Anness II. It-tħassir ta’ dawn in-noti jikkonċidi mal-modifiki li ġew proposti għall-Anness III Parti A u B mill-proposta tal-Kummissjoni KUMM (2003) 468 finali dwar ir-Regolament 1408/71 qabel l-adeżjoni. In-noti kollha li jifdal għandhom jiġu enumerati mill-ġdid.

Id-dħul tad-dispożizzjonijiet fl-Anness III Parti A jista’ biss jiġi ġustifikat f’ dawn iż-żewġ każijiet: fejn id-dispożizzjonijiet in kwistjoni jipproduċu effetti favorevoli għall-benefiċjarji tal-ftehim in kwistjoni, u b’ hekk tiġi riflessa l-każistika tal-Qorti; jew fejn id-dispożizzjonijiet in kwistjoni jirrispondu għal ċirkostanzi speċifiċi eċċezzjonali, normalment storiċi, u l-effetti huma limitati fiż-żmien bl-eżawriment ta’ drittijiet potenzjali għal persuni konċernati mis-sitwazzjoni speċifika in kwistjoni.

Il-ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja, bejn ir-Repubblika Ċeka u ċ-Ċipru, bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Lussemburgu u bejn ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, kif ukoll bejn il-Ġermanja u s-Slovakkja, il-Lussemburgu u s-Slovakkja, u l-Awstrija u s-Slovakkja fihom dispożizzjonijiet li jilħqu dawn il-kondizzjonijiet. Għalhekk, it-titoli rispettivi għandhom jiġu emendati.

Noti fl-Anness III Parti B għandhom jiġu limitati għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali oġġettivi, li jiġġustifikaw deroga mill-Artikolu 3 (1) tar-Regolament u l-Artikoli 12, 39 u 42 tat-Trattat.

Dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika Ċeka u ċ-Ċipru, u bejn l-Awstrija u l-Islovakkja jilħqu dawn ir-rekwiżiti.

Minħabba li dawn id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali li kienu jgħoddi fil-ħin ta’ l-adeżjoni ser ikomplu jgħoddu minħabba li huma inklużi fl-Anness III, huwa meħtieġ li r-riferenza jkollha effett retroattiv mid-data ta’ l-adeżjoni.

6. Emenda ta’ l-Anness IV

L-Anness IV, parti A, fih il-lista ta’ dawk il-leġislazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 37 (1) tar-Regolament li taħtu l-ammont ta’ benefiċċji ta’ invalidità huwa independenti mit-tul tat-termini ta’ l-assikurazzjoni".

Fir-Repubblika Ċeka, il-livell ta’ pensjonijiet ta’ l-invalidità jiddependi fuq it-tul tat-termini ta’ l-assikurazzjoni (sistema tip "B"), bl-eċċezzjoni tal-pensjoni ta’ diżabilità sħiħa għal persuni li d-diżabilità sħiħa tagħhom seħħet qabel ma laħqu t-18-il sena u li ma kinux assikurati għat-terminu meħtieġ. Dan il-benefiċċju huwa provdut taħt is-sistema ta’ assikurazzjoni tal-pensjoni iżda mingħajr tnaqqis ta’ l-assikuraazzjoni u għalhekk għandha tiġi inkluża taħt it-titolu "B. IR-REPUBBLIKA ĊEKA".

L-Anness IV, parti C jelenka l-"każijiet imsemmija fl-Artikolu 46 (1) (b) tar-Regolament fejn il-kalkolu tal-benefiċċji huwa skond l-Artikolu 46 (2) tar-Regolament jista’ jiġi rinunzjat" minħabba li l-kalkolazzjoni tal-pensjoni doppja qatt ma twassal għal riżultat ogħla.

Taħt il-leġislazzjoni Ċeka, il-benefiċċji tas-superstiti jistgħu jiġu kalkolati mhux biss fuq bażi ta’ pensjonijiet ta’ l-invalidità jew ta’ l-eta’ anzjana li l-persuna mejta attwalment irċeviet, iżda wkoll fuq bażi tal-pensjoni ta’ l-invalidità jew ta’ l-eta’ anzjana li l-persuna mejta kienet tkun intitolata għaliha fil-ħin tal-mewt. F’dan il-każ, il-kalkolazzjoni "pro rata" skond l-Artikolu 46 (2) tar-Regolament dwar il-pensjoni ta’ l-età anzjana tista’ tkun ogħla milli taħt il-liġi nazzjonali u tagħmel neċessarju li jkun hemm kalkolazzjoni doppja. In-nota kurrenti taħt it-titolu "B. IR-REPUBBLIKA ĊEKA " teħtieġ li tiġi emendata.

Taħt il-leġislazzjoni Estonjana, il-pensjonijiet bażati fuq termini ta’ assikurazzjoni miksuba sal-31 ta’ Diċembru 1998 jikkonsistu f’ żewġ partijiet, li waħda minnhom hija ammont bażiku ta’ somma flus. F’ dawn il-każijiet, il-kalkolazzjoni nazzjonali ta’ pensjoni dejjem twassal għall-inqas għall-istess ammont daqs kalkolazzjoni skond l-Artikolu 46 (2) tar-Regolament. Għalhekk, it-titolu "E. ESTONIA" għandu jiġi emendat f’ dan is-sens.

L-Anness IV parti D jelenka l-benefiċċji u l-ftehim imsemmija fid-dispożizzjonijet speċjali ta’ l-Artikolu 46b (2) tar-Regolament dwar benefiċċji ta’ l-istess tip li jidħlu fuq xulxin f’ żewġ Stati Membri jew aktar.

Minħabba li l-leġislazzjoni Slovakka ġiet emendata, u ħassret l-istitut ta’ “pensjoni ta’ l-invalidità parzjali”, in-nota kurrenti fl-Anness IV, parti D, taħt il-punt 2) g) għandha tiġi emendata f’ dan is-sens.

7. Emendi għall-Anness VI

L-Anness VI jistabbilixxi metodi partikolari għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta’ xi Stati Membri.

Il-punt 4 (b) taħt it-titolu "Q. L-OLANDA" għandu jiġi emendat biex ikun ċar li l-fattur deċiżiv biex jiġi determinat jekk benefiċċju għandux jiġi kalkulat taħt l-assikurazzjoni Olandiża għall-invalidità għall-persuni impjegati, jew taħt l-assikurazzjoni Olandiża għall-invalidità għall-persuni impjegati għal rashom, huwa jekk il-persuna konċernata kinitx, fil-ħin meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol, imqabbad f’ xogħol bħala persuna impjegata jew persuna impjegata għal rasha.

In-nota taħt il-Punt 7 tat-titolu "Q. L-OLANDA", dwar id-determinazzjoni tal-liġi tas-sigurtà soċjali applikabbli, għandha tiġi emendata biex tirrifletti li l-Qorti Ewropea Olandiża estendiet il-kwalifika ta’ xi persuni bħala impjegati jew impjegati għal rashom jew gruppi oħrajn ta’ persuni. Dan jikkonċerna persuni li jagħmlu attività fl-Olanda li għaliha huma, taħt il-liġi nazzjonali, fl-istess ħin affiljati għal skema ta’ impieg jew impieg għal rashom.

4. APPLIKAZZJONI FIL-PAJJIżI TAż-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA U FIL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA

Il-moviment ħieles tal-persuni huwa wieħed mill-għanijiet u l-prinċipji tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994[4]. Fil-Kapitolu 1 tat-tielet parti, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, servizzi u kapital, l-Artikoli 28, 29 u 30 għandhom x’jaqsmu mal-moviment ħieles tal-ħaddiema impjegati u impjegati għal rashom. L-Artikolu 29, aktar speċifikament, jerġa’ jsemmi l-prinċipji elenkati fl-Artikolu 42 tat-Trattat tal-KE dwar sigurtà soċjali għal persuni li jmorru minn post għall-ieħor fil-Komunità Ewropea. Għalhekk din il-proposta għal Regolamemt għandha, jekk tiġi addottata, tgħodd fil-pajjiżi membri taż-ŻEE.

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002[5], fih Artikolu 8 li jerġa’ jsemmi l-prinċipji elenkati fl-Artikolu 42 tat-Trattat tal-KE dwar sigurtà soċjali għal persuni li jmorru minn post għall-ieħor fil-Komunità. Għalhekk din il-proposta għal Regolamemt għandha, jekk tiġi addottata, tgħodd fil-Konfederazzjoni Svizzera.

2004/0284 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni impjegati għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jmorru minn post għall-ieħor fil-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (Test b’relevanza għall-EEA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Filwaqt li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6],

Filwaqt li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Filwaqt li aġixxew skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

Billi:

(1) Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9], l-aċċess għall-benefiċċji mhux fi flus matul qgħadha temporanja fi Stat Membru ieħor ma jkomplix jeħtieġ formalitajiet oħrajn minbarra preżentazzjoni ta’ dokument. Dawn ir-rekwiżiti żejda, speċifikament l-obbligazzjoni li tiġi sottomessa sistematikament u minn qabel dikjarazzjoni attestata lill-istituzzjoni tal-post tal-qgħadha li tiċċertifika intitolament għall-benefiċċji mhux fi flus u l-kompletazzjoni ta’ formalitajiet żejda mal-wasla fit-territorju ta’ l-IStat Membru l-ieħor, ġie rikjest formalment, iżda ma ġiex applikat fil-prattika. L-istess obbligazzjoni formali għadha teżisti għall-ksib ta’ benefiċċji rigward inċidenti fuq xogħol u mard fuq xogħol waqt mawra fi Stat Membru ieħor u tidher li hija ristrettiva mingħajr ħtieġa u ta’ natura li trażżan il-moviment ħieles tal-persuni konċernati. Huwa għalhekk xieraq li l-proċeduri simplifikati jiġu estiżi għad-dispożizzjonijiet dwar benefiċċji rigward inċidenti fuq xogħol u mard fuq xogħol li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71[10] u r-Regoalment tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72[11].

(2) Sabiex jittieħed kont tat-tibdil fil-leġislazzjoni ta’ xi Stati Membri, b’ mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda minn meta ntemmu n-negozjati dwar l-adeżjoni, l-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jeħtieġu li jiġu addattati. Jeħtieġ isir ukoll xi tibdil għar-Regolament (KEE) Nru 574/72.

(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għalhekk għandhom jiġu emendati f’ dan is-sens.

(4) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u sabiex jiġu mħarsa l-aspettazzjonijiet leġittimi tal-persuni affettwati, huwa meħtieġ illi jiġi provdut li xi dispożizzjonijiet li jimmodifikaw l-Anness III tar-Regolament 1408/71 jieħdu effett retrospettivament mill-1 ta’ Mejju 2004.

(5) It-Trattat ma jipprovdix poteri minbarra dawk taħt l-Artikolu 308 biex jittieħdu miżuri xierqa fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal persuni minbarra persuni impjegati.

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, IIa, III, IV u VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 60, il-paragrafi 5 u 6 huma mħassra.

(2) L-Artikolu 62 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 62

Benefiċċji mhux fi flus f’każ ta’ qgħadha fi Stat Membru minbarra mill-Istat kompetenti

1. Sabiex tirċievi benefiċċji mhux fi flus taħt l-Artikolu 55 (1) (a) (i) tar-Regolament, persuna impjegata jew impjegata għal rasha għandha tissottometti lill-persuna li tagħti l-kura dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti li jiċċertifika li hija intitolata għall-benefiċċji mhux fi flus. Dak id-dokument għandu jsir skond l-Artikolu 2. Jekk il-persuna koncernata ma tistax tissottometti dan id-dokument, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni tal-post tal-mawra li għandha titlob mill-istituzzjoni kompetenti dikjarazzjoni ċertifikata li tattesta li l-persuna konċernata hija intitolata għall-benefiċċji mhux fi flus.

Dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti għall-intitolament għal benefiċċji skond l-Artikolu 55 (1) (a) (i) tar-Regolament, f’ kull każ individwali konċernat, għandu jkollu l-istess effett, fil-konfront ta' min qed jagħti l-kura, bħala evidenza nazzjonali ta’ l-intitolamenti tal-persuna assikurata ma’ l-istituzzjoni tal-post tal-mawra."

2. L-Artikolu 60 (9) tar-Regolament li jimplimenta għandu jgħodd b’ analoġija."

(3) L-Artikolu 63 (2) huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"2. L-Artikolu 60 (9) tar-Regolament li jimplimenta għandu jgħodd b’analoġija."

(4) Fl-Artikolu 66 (1), il-kliem "fl-Artikoli 20 u 21" huma sostitwiti bil-kliem "fl-Artikolu 21".

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Il-punt 5 (a) (ii) sa (ix) u l-punt 5 (b) (ii) u (iv) ta’ l-Anness għandhom jgħoddu mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f’Brussel,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma emendati kif ġej:

1. Fl-Anness I taqsima II, it-taqsima "V. SLOVAKKJA" hija sostitwita b’ dan li ġej

"V. SLOVAKKJA

Għall-iskopijiet li jiġi determinat intitolament għall-benefiċċji mhux fi flus skond id-id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-titolu III tar-Regolament, “membru tal-familja” tfisser mara/raġel u/jew tfal dipendenti kif definit mill-Att dwar allowances għat-tfal".

2. Fl-Anness II taqsima I, it-taqsima "H. FRANZA" hija sostitwita b’dan li ġej:

“H. FRANZA

1. L-iskemi ta’ benefiċċji supplimentari għall-persuni impjegati għal rashom fin-negozju tas-snajja’, okkupazzjonijiet industrijali jew kummerċjali, jew il-professjonijiet ħielsa, skemi ta’ assikurazzjoni supplimentari ta’ età anzjana għall-persuni impjegati għal rashom fil-professjonijiet ħielsa li jkopru invalidità jew mewt, u skemi ta’ benefiċċji supplimentari ta’ età anzjana għal prattikanti mediċi kuntrattati u awżiljarji, kif imsemmija rispettivament fl-Artikoli L.615-20, L.644-1, L.644-2, L.645-1 u L.723-14 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali.

2. Skemi supplimentari ta’ l-assikurazzjoni tal-mard u tal-maternità għall-persuni impjegati għal rashom fl-agrikultura, kif imsemmija fl-Artikolu L.727-1 tal-Kodiċi Rurali.”

3. L-Anness II taqsima II huwa emendat kif ġej:

(a) It-Taqsima "E. ESTONJA" hija sostitwita b’dan li ġej:

"E. ESTONJA

(a) Allowance għat-twelid

(b) Allowance għall-adozzjoni"

(b) It-Taqsima "L. LATVJA" hija sostitwita b’dan li ġej:

"L. LATVJA

(a) Għotja ta’ flus għat-twelid

(b) Allowance għat-twelid tat-trabi"

(c) It-Taqsima "N. LUSSEMBURGU" hija sostitwita b’dan li ġej:

"N. LUSSEMBURGU

Xejn"

(d) It-Taqsima "S. POLONJA" hija sostitwita b’dan li ġej:

"S. POLONJA

Suppliment għat-twelid tat-trabi (Att tat-28 ta’ Novembru 2003 dwar benefiċċji għall-familja)".

4. L-Anness IIa huwa emendat kif ġej:

(a) Taħt it-titolu "D. ĠERMANJA", il-kelma "xejn" hija sostitwita b’:

"Benefiċċji biex ikopru spejjeż tas-sussistenza taħt id-dispożizzoni bażika għal min qed ifittex xogħol, kemm-il darba, rigward dawn il-benefiċċji, ir-rekwiżiti dwar l-eliġbilità għal suppliment temporanju wara rċevuta ta’ benefiċċju għall-qgħad (Artikolu 24 (1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali) mhux milħuqa”

(b) It-Taqsima "L. LATVJA" hija sostitwita b’dan li ġej:

"L. LATVJA

(a) Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ l-Istat (Liġi dwar Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 2003)

(b) Allowance għall-kumpens ta’ spejjeż ta’ trasport għal persuni b’diżabilità b’mobbiltà ristretta (Liġi dwar Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 2003)"

(c) It-Taqsima "S. POLONJA" hija sostitwita b’dan li ġej:

"S. POLONJA

Pensjoni soċjali (Att tas-27 ta’ Ġunju 2003 dwar pensjoni soċjali)"

(d) It-Taqsima "V. SLOVAKKJA" hija sostitwita b’dan li ġej:

"V. SLOVAKKJA

Aġġustament ta’ pensjonijiet bħala l-uniku għajn ta’ dħul bl-intitolament tagħhom li jkun seħħ skond l-Att Nru 100/1998 Coll."

5. L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i) Dawn il-punti li ġejjin huma mħassra:

Punti 1, 4, 10, 11, 12, 14, 15, 18, 20, 21, 25, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 34, 35, 37, 38, 39, 41, 42, 43, 45, 46, 47, 49, 55, 56, 57, 59, 60, 63, 65, 66, 70, 76, 77, 78, 81, 91, 92, 93, 94, 95, 96, 97, 98, 99, 100, 101, 102, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 115, 116, 117, 119, 120, 123, 125, 126, 133, 134, 135, 137, 138, 141, 143, 144, 150, 151, 152, 154, 155, 158, 160, 161, 166, 167, 168, 170, 171, 174, 176, 177, 181, 182, 183, 185, 186, 189, 192, 196, 197, 198, 199, 200, 201, 202, 203, 204, 205, 206, 207, 208, 209, 210, 211, 212, 213, 214, 215, 216, 217, 218, 219, 220, 221, 222, 223, 224, 225, 226, 227, 228, 229, 230, 231, 232, 233, 234, 235, 236, 239, 241, 246, 247, 249, 250, 252, 253, 254, 255, 256, 257, 258, 259, 260, 261, 262, 263, 264, 266, 268, 269, 280, 281, 282, 283, 284, 285, 286, 287, 291, 292, 293, 294, 295, 296, 297.

(ii) huma mibdula dawn l-enumerazzjonijiet:

tat-titolu BELĠJU-ĠERMANJA minn '3' sa '1',

tat-titolu BELĠJU-FRANZA minn '7' sa '2,

tat-titolu IR-REPUBBLIKA ĊEKA -ĠERMANJA minn '26' sa '3',

tat-titolu IR-REPUBBLIKA ĊEKA - ĊIPRU minn '33' sa '4',

tat-titolu IR-REPUBBLIKA ĊEKA -LUSSEMBURGU minn '36' a '5',

tat-titolu IR-REPUBBLIKA ĊEKA -AWSTRIJA minn '40' sa '6',

tat-titolu IR-REPUBBLIKA ĊEKA -SLOVAKKJA minn '44' sa '7',

tat-titolu DANIMARKA-FINLANDJA minn '67' sa '8',

tat-titolu DANIMARKA-SVEZJA minn '68' sa '9',

tat-titolu ĠERMANJA-GREĊJA minn '71' sa '10',

tat-titolu ĠERMANJA-SPANJA minn '72' sa '11',

tat-titolu ĠERMANJA-FRANZA minn '73' sa '12',

tat-titolu ĠERMANJA-LUSSEMBURGU minn '79' sa '13',

tat-titolu ĠERMANJA-UNGERIJA minn '80' sa '14',

tat-titolu ĠERMANJA-L-OLANDA minn '82' sa '15',

tat-titolu ĠERMANJA-AWSTRIJA minn '83' sa '16',

tat-titolu ĠERMANJA-POLONJA minn '84' sa '17',

tat-titolu ĠERMANJA-SLOVENIJA minn '86' to sa,

tat-titolu ĠERMANJA-SLOVAKKJA minn '87' sa '19',

tat-titolu ĠERMANJA-SVEZJA minn '89' to '20',

tat-titolu ĠERMANJA-RENJU UNIT minn '90' sa '21',

tat-titolu SPANJA-PORTUGALL minn '142' sa '22',

tat-titolu FRANZA-ITALJA minn '149' sa '23',

tat-titolu IRLANDA-RENJU UNIT minn '180' to '24',

tat-titolu ITALJA-SLOVENIJA minn '191' sa '25',

tat-titolu LUSSEMBURGU-SLOVAKKJA minn '242' sa '26',

tat-titolu UNGERIJA-AWSTRIJA minn '248' sa '27',

tat-titolu UNGERIJA-SLOVENIJA minn '251' sa '28',

tat-titolu OLANDA-PORTUGALL minn '267' sa '29',

tat-titolu AWSTRIJA-POLONJA minn '273' sa '30',

tat-titolu AWSTRIJA-SLOVENIJA minn '275' sa '31',

tat-titolu AWSTRIJA-SLOVAKKJA minn '276' sa '32',

tat-titolu PORTUGAL-RENJU UNIT minn '290' sa '33' u

tat-titolu FINLANDJA-SVEZJA minn '298' sa '34'.

(iii) Taħt it-titolu "3. IR-REPUBBLIKA ĊEKA –ĠERMANJA", il-kliem “ebda konvenzjoni" huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: "Artikolu 39 (1) (b) u (c) tal-Ftehim dwar Sigurtà Soċjali tas-27 ta’ Lulju 2001;Punt 14 tal-Protokoll Finali tal-Ftehim dwar Sigurtà Soċjali tas-27 ta’ Lulju 2001"

(iv) Taħt it-titolu "4. IR-REPUBBLIKA ĊEKA - ĊIPRU", il-kelma "xejn" hija sostitwita b’dan li ġej:

"Artikolu 32 (4) tal-Ftehim dwar Sigurtà Soċjali tad-19 ta’ Jannar 1999"

(v) Taħt it-titolu "5. IR-REPUBBLIKA ĊEKA –LUSSEMBURGU", il-kelma "xejn" hija sostitwita b’dan li ġej:

"Artikolu 52 punt 8 tal-Konvenzjoni tas-17 ta’ Novembru 2000"

(vi) It-Taqsima "7. IR-REPUBBLIKA ĊEKA –SLOVAKKJA" hija sostitwita b’dan li ġej:"7. IR-REPUBBLIKA ĊEKA –SLOVAKKJAArtikoli 12, 20 u 33 tal-Konvenzjoni dwar Sigurtà Soċjali tad-29 ta’ Ottubru 1992"

(vii) Taħt it-titolu "19. ĠERMANJA-SLOVAKKJA ", il-kliem “ebda konvenzjoni" huma sostitwiti b’dan li ġej:"Artikolu 29 (1) punti 2 u 3 tal-Ftehim tat-12 ta’ Settembru 2002Paragrafu 9 tal-Protokoll Finali tal-Ftehim tat-12 ta’ Settembru 2002"

(viii) Taħt it-titolu "26. LUSSEMBURGU-SLOVAKKJA" il-kliem “ebda konvenzjoni" huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Artikolu 50 paragrafu 5 tat-Trattat dwar Sigurtà Soċjali tat-23 ta’ Mejju 2002"

(ix) Taħt it-titolu "32. AWSTRIJA-SLOVAKKJA", il-kliem “ebda konvenzjoni" huma sostitwiti b’dan li ġej:"Artikolu 34 (3) tal-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2001 dwar sigurtà soċjali".

(b) Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i) Dawn il-punti li ġejjin huma mħassra:

Punti 1, 4, 10, 11, 12, 14, 15, 18, 20, 21, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 34, 35, 36, 37, 38, 29, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 49, 55, 56, 57, 59, 60, 63, 65, 66, 70, 76, 77, 78, 81, 84, 87, 91, 92, 93, 94, 95, 96, 97, 98, 99, 100, 101, 102, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 115, 116, 117, 119, 120, 123, 125, 126, 133, 134, 135, 137, 138, 141, 143, 144, 150, 151, 152, 154, 155, 158, 160, 161, 166, 167, 168, 170, 171 174, 176, 177, 181, 182, 183, 185, 186, 189, 192, 196, 197, 198, 199, 200, 201, 202, 203, 204, 205, 206, 207, 208, 209, 210, 211, 212, 213, 214, 215, 216, 217, 218, 219, 220, 221, 222, 223, 224, 225, 226, 227, 228, 229, 230, 231, 232, 233, 234, 235, 236, 239, 241, 242, 246, 247, 249, 250, 252, 253, 254, 255, 256, 257, 258, 259, 260, 261, 262, 263, 264, 266, 268, 269, 280, 281, 282, 283, 284, 285, 286, 287, 291, 292, 293, 294, 295, 296, 297.

(ii) huma mibdula dawn l-enumerazzjonijiet:

tat-titolu IR-REPUBBLIKA ĊEKA - ĊIPRU minn '33' sa '1',

tat-titolu IR-REPUBBLIKA ĊEKA -AWSTRIJA minn '40' sa '2',

tat-titolu ĠERMANJA-UNGERIJA minn '80' sa '3',

tat-titolu ĠERMANJA-SLOVENIJA minn '86' sa '4',

tat-titolu ITALJA-SLOVENIJA minn '191' sa '5',

tat-titolu UNGERIJA-AWSTRIJA minn '248' sa '6',

tat-titolu UNGERIJA-SLOVENIJA minn '251' sa '7',

tat-titolu AWSTRIJA-POLONJA minn '273' sa '8',

tat-titolu AWSTRIJA-SLOVENIA minn '275' sa '9' u

tat-titolu AWSTRIJA-SLOVAKKJA minn '276' sa '10'.

(iii) Taħt it-titolu "1. IR-REPUBBLIKA ĊEKA -Ċ-ĊIPRU", il-kelma “xejn” hija sostitwita b’dan li ġej:

"Artikolu 32 (4) tal-Ftehim dwar is-sigurtà Soċjali tad-19 ta’ Jannar 1999"

(iv) Taħt it-titolu "10. AWSTRIJA-SLOVAKKJA", il-kliem “ebda konvenzjoni" huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Artikolu 34 (3) tal-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà Soċjali ".

6. L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a) Fit-Taqsima A, taħt it-titolu "B. IR-REPUBBLIKA ĊEKA", il-kelma "Xejn" hija sostitwita b’dan li ġej:

"Pensjoni għal diżabilità sħiħa għal persuni li d-diżabilità sħiħa tagħhom seħħet qabel ma laħqu t-tmintax-il sena u li ma kinux assikurati għaż-żmien meħtieġ (Taqsima 42 ta’ l-Att dwar l-Assikurazzjoni tal-Pensjoni Nru 155/1995 Coll.)".

(b) It-Taqsima C hija emendata kif ġej:

(i) It-Taqsima "B. IR-REPUBBLIKA ĊEKA" hija sostitwita b’dan li ġej:"B. IR-REPUBBLIKA ĊEKAPensjonijiet ta’ l-invalidità (sħiħa u parzjali) u tas-superstiti (romol u ltiema) fil-każ li mhumiex derivati mill-pensjoni ta’ l-età anzjana li għalihom id-deċedut ikun intitolat fil-ħin tal-mewt".

(ii) Taħt it-titolu "E. ESTONJA", il-kelma "Xejn" hija sostitwita b’dan li ġej:

"L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet ta’ l-invalidità, ta’ l-età anzjana u tas-superstiti li għalihom

- termini ta’ assikurazzjoni fl-Estonja ġew kompletati sal-31 ta’ Diċembru 1998

- taxxa soċjali fuq il-persuni ta’ l-applikant imħallsa skond il-leġislazzjoni ta’ l-Estonja hija għall-inqas it-taxxa soċjali medja għas-sena rilevanti ta’ l-assikurazzjoni ".

(c) Fit-Taqsima D, il-punt 2) (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(g) Pensjoni ta’ l-invalidità u tas-superstiti Slovakja derivata minnhom"

7. L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a) Taħt it-titolu "Q. L-OLANDA", il-punt 4) (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"b) Jekk, skond is-subparagrafu (a), il-persuna konċernata hija intitolata għal benefiċċju ta’ invalidità Olandiż, il-kalkolazzjoni tal-benefiċċji kif imsemmi fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament għandu jitwettaq:

(i) skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-WAO jekk, qabel l-okkorrenza ta’ l-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna konċernata kienet l-aħħar imqabbda f’xogħol bħala persuna impjegata fis-sens ta’ l-Artikolu 1(a) tar-Regolament;

(ii) skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar Assikurazzjoni ta’ l-Invalidità (Persuni Impjegati għal Rashom) (WAZ) jekk, qabel l-okkorrenza ta’ l-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna konċernata kienet l-aħħar imqabbda f’xogħol f’kapaċità minbarra dik ta’ persuna impjegata fis-sens ta’ l-Artikolu 1(a) tar-Regolament."

(b) Taħt it-titolu "Q. L-OLANDA", il-punt 7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7. Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament, persuna meqjusa bħala persuna impjegata fis-sens ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq il-paga ta’ l-1964 u li hija assikurata fuq dan il-bażi għall-assikurazzjoni nazzjonali, titqies li qiegħda tagħmel attivitajiet f’impieg imħallas”.

[1] ĠU L 28, tat-30.1.1997

[2] ĠU L 100, tas-6.4.2004

[3] ĠU L 100, tas-6.4.2004

[4] ĠU L 1, tat-3.1.1994, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21.3.1994 (ĠU L 160, tat-28.6.1994)

[5] ĠU L 114, tat-30.4.2002

[6] ĠU C […] […], p.[…]

[7] ĠU C […] […], p.[…].

[8] ĠU C […] […], p.[…].

[9] ĠU L 100, tas-6.4.2004, p. 1.

[10] ĠU L 149 tal-5.7.1971, Regolament aġġornat bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (ĠU L 28, tat-30.1.1997, p. 1), l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, tas-6.4.2004) u mħassar b’ effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jimplimentaħ bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 166, tat-30.4.2004)

[11] ĠU L 74 tas-27.3.1972, Regolament aġġornat bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (ĠU L 28, tat-30.1.1997, p. 1) u l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, tas-6.4.2004)

Top