Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0769

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkoncerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE dwar is-sits, l-ankragg taghhom u dwar fejn wiehed iserrah rasu tal-vetturi bil-mutur

/* KUMM/2004/0769 finali - COD 2003/0128 */

52004PC0769

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkoncerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE dwar is-sits, l-ankragg taghhom u dwar fejn wiehed iserrah rasu tal-vetturi bil-mutur /* KUMM/2004/0769 finali - COD 2003/0128 */


Brussel 25.1.2005

KUMM(2004) 769 finali

2003/0128 (COD)

.

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE dwar is-sits, l-ankraġġ tagħhom u dwar fejn wieħed iserraħ rasu tal-vetturi bil-mutur

.

2003/0128 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE dwar is-sits, l-ankraġġ tagħhom u dwar fejn wieħed iserraħ rasu tal-vetturi bil-mutur

1- L-ISFOND

Data tat-trasmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument KUMM(2003)361 finali – 2003/0128(COD)): | 20.6.2003 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 10.12.2003 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew wara l-ewwel qari: | 17.12.2003 |

Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 24.1.2005. |

2- GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-proposta għad-Direttiva tifforma parti minn ġabra ta’ tliet proposti li l-għan tagħhom huwa li jitwaħħlu b’mod obbligatorju ċintorini tas-sigurtà fil-vetturi kollha. Dawn il-miżuri jsegwu l-adozzjoni tad-Direttiva 2003/20/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-ilbies obbligatorju taċ-ċinturin tas-sigurtà.

Din il-proposta b’mod partikolari taħseb għat-twaħħil ta’ sits kompatibbli mat-twaħħil taċ-ċintorini tas-sigurtà. Dan ifisser ukoll il-projbizzjoni tat-twaħħil ta' sits laterali fil-vetturi li jittrasportaw lin-nies (ħlief f'dawk għat-trasport pubbliku) peress illi dawn ma joffrux l-aħjar protezzjoni għall-passiġġieri.

3- KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

3.1. Rimarki ġenerali dwar il-pożizzjoni komuni

L-emenda ewlenija li qed jagħmel il-Kunsill lill-proposta tal-Kummissjoni hija dwar is-sits li jiltwew li kienu esklużi mill-iskop ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva. Bl-introduzzjoni ta’ dan it-tip ta’ sit fil-firxa ta' l-applikazzjoni, il-Kunsill xtaq li dawn is-sits jirrispettaw l-istess dispożizzjonijiet tekniċi bħas-sits l-oħra.

Barra minn hekk, il-Kunsill daħħal ċertu kriterji ġeometriċi li permezz tagħhom ikun jista’ jiġi determinat x’inhu sit laterali.

Il-Kummissjoni tapprova dawn l-emendi, l-ewwel wieħed minħabba li dan se jżid is-sigurtà tal-passiġġieri li jkunu qed jużaw dawn is-sits (ħafna drabi t-tfal), it-tieni minħabba li dan se jiffaċilita d-dispożizzjonijiet tekniċi tad-Direttiva.

3.2. Kummenti dwar l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew wara l-ewwel qari

Il-Parlament ippropona li l-kowċis ikunu eżentati mill-projbizzjoni li jitwaħħlu sits laterali. Il-Kunsill ma aċċettax il-proposta tal-Parlament u żamm il-proposta tal-Kummissjoni kif kienet.

Il-Kummissjoni, li kienet stqarret wara l-ewwel qari li ma kinitx se temenda l-proposta tagħha, tappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill.

4- KONKLUŻJONIJIET

Il-Kummissjoni tipproponi li tarma b’mod obbligatorju l-vetturi kollha b’ċintorini tas-sigurtà sabiex tipprevjeni l-periklu li l-passiġġieri jiġu mormija minn posthom. Sabiex iċ-ċintorini jkunu jistgħu joffru l-aħjar protezzjoni, dawn għandhom jitwaħħlu fuq sits kompatibbli mas-saħħa li titpoġġa fuq iċ-ċintorin f'każ ta' ħabta. Huwa importanti wkoll li id-dahar tas-sit jista' jassorbi l-enerġija. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti għas-sits laterali, il-Kummissjoni tipproponi li jkunu pprojbiti.

Il-Kunsill approva l-ġabra ta’ dawn il-miżuri mressqa mill-Kummissjoni iżda għamel żewġ emendi li jistgħu itejbuhom.

Min-naħa l-oħra l-Kunsill irrifjuta l-emendi mressqa mill-Parlament Ewropew.

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill.

Top