Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0768

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkoncerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 76/115/KEE tal-Kunsill dwar l-armonizzar tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-ankraggi tac-cintorini tas-sigurtà fil-vetturi bil-mutur

/* KUMM/2004/0768 finali - COD 2003/0136 */

52004PC0768

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkoncerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 76/115/KEE tal-Kunsill dwar l-armonizzar tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-ankraggi tac-cintorini tas-sigurtà fil-vetturi bil-mutur /* KUMM/2004/0768 finali - COD 2003/0136 */


Brussel 25.1.2005

KUMM(2004) 768 finali

2003/0136 (COD)

.

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 76/115/KEE tal-Kunsill dwar l-armonizzar tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-ankraġġi taċ-ċintorini tas-sigurtà fil-vetturi bil-mutur

.

2003/0136 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 76/115/KEE tal-Kunsill dwar l-armonizzar tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-ankraġġi taċ-ċintorini tas-sigurtà fil-vetturi bil-mutur

1- SFOND

Data tat-trasmissjoni tal-proposta tal-PE u tal-Kunsill (dokument KUMM(2003)362 finali – 2003/0136(COD)): | 20.6.2003 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew : | 10.12.2003 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari : | 17.12.2003 |

Data tad-dħul fis-seħħ tal-pożizzjoni komuni: | 24.1.2005 |

2- L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

IL-PROPOSTA TAD-DIRETTIVA HIJA PARTI MINN ġABRA TA’ TLETT PROPOSTI BIL-GħAN LI JKUN HEMM L-OBBLIGU TA’ L-INSTALLAZZJONI TAċ-ċINTORINI TAS-SIGURTÀ FIL-VETTURI KOLLHA. DAWN IL-MIżURI HUMA R-RIżULTAT TAD-DħUL FILS-SEħħ TA’ L-ADOZZJONI TAD-DIRETTIVA 2003/20/KE LI EMENDAT ID-DIRETTIVA 91/6 71/KEE tal-Kunsill dwar l-ilbies obbligatorju taċ-ċintorin tas-sigurtà.

Din il-proposta taħseb b’ mod partikolari għat-twaħħil ta’ ankraġġi normali, reżistenti biżżejjed, u maħsuba għat-twaħħil taċ-ċintorini tas-sigurtà.

3- KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

3.1. Rimarki ġenerali dwar il-pożizzjoni komuni

L-emenda ewlenija min-naħa tal-Kunsill għall-proposta tal-Kummissjoni hija dwar l-ankraġġi maħsuba għaċ-ċintorini tas-sigurtà adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni ħandikappati. Wara li tqiesu s-soluzzjonijiet tekniċi eżistentikollha , il-Kunsill wera x-xewqa li waqt perjodu transitorju dawn l-ankraġġi ma jkunux soġġetti għad-dispożizzjonijiet tekniċi kollha meħtieġa għall-ankraġġi.

Il-Kunsill, madankollu, għaraf il-ħtieġa ta’ l-armoniżżar tad-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti f’dan il-qasam u qiegħed fuq il-Kummissjoni l-obbligu li din il-kwistjoni tiġi studjata.

Il-Kummissjoni tista’ tapprova din l-emenda.

3.2. Kummenti dwar l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-ewwelqari

Wara li tqieset il-pożizzjoni adottata vis-à-vis il-projbizzjoni eventwali tas-sits tal-ġenb użati fl- autocar s turistiċi (ara d- dossier 2003/0128(COD)), il-Parlament ippropona, fi-dawl taż- żamma ta’ dawn is-sits, li jitgħammru b’ ankraġġi għat-twaħħil taċ-ċintorini minn żewġt ibnadi. Il-Kunsill ma laqax l-emendi tal-Parlament Ewropew u żamm il-proposta tal-Kummissjoni kif inhi.

Il-Kummissjoni, li indikat, fil-ħarġa ta’ l-ewwel qari, li ma kinet se tbiddel xejn mill-proposta tagħha qablet bis-sħiħ mal-pożizzjoni adotatta mill-Kunsill.

4- KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni tipproponi li l-vetturi kollha jkollhom ċintorini tas-sigurtà obbligatorji sabiex inaqqsu l-periklu li l-passiġġieri jintefgħu ‘l barra mill-vettura. Sabiex iċ-ċintorini tas-sigurtà joffru protezzjoni massima, huma jridu jkunu mwaħħla ma’ ankraġġi magħmula sabiex jilqgħu għall-isforzi li jseħħu fuq iċ-ċintorin f’każ ta’ ħabta.

Il-Kunsill approva l-ġabra ta’ miżuri rakkomandati mill-Kummissjoni iżda ddeċida li jtaffi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-ankraġġi maħsuba għal ċintorini milbusa minn persuni ħandikappati. Huwa qiegħed l-obbligu fuq il-Kummissjoni li tistudja din il-kwistjoni fid-dettal.

Il-Kunsill irrifjuta l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew.

In konklużjoni, il-Kummissjoni approvat bis-sħiħ il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill.

Top