Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0730

    Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni tal-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u l-manteniment u l-bdil tal-kapital tagħhom {SEC(2004) 1342}

    /* KUMM/2004/0730 finali - COD 2004/0256 */

    52004PC0730

    Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni tal-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u l-manteniment u l-bdil tal-kapital tagħhom {SEC(2004) 1342} /* KUMM/2004/0730 finali - COD 2004/0256 */


    Brussel 29.10.2004

    KUMM(2004) 730 finali

    2004/0256 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni tal-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u l-manteniment u l-bdil tal-kapital tagħhom {SEC(2004) 1342}

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

    1.1. RAġUNIJIET U GħANIJIET TAL-PROPOSTA

    It-Tieni Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji[1] kienet adottata fl-1976 bil-ħsieb li tikkordina, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u ta’ tielet partijiet, id-disposizzjonjiet nazzjonali applikabbli għall-kumpaniji b'responsabilità limitata i.a. fl-oqsma li ġejjin: formazzjoni ta’ kumpaniji, ħtiġijiet ta’ sehem kapitali minimu, distribuzzjoni lill-azzjonisti, żieda fil-kapital, tnaqqis fil-kapital.

    L-iskop globali tad-Direttiva hu dak li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti biex jassigura li l-kapital tal-kumpaniji jinżamm fl-interess tal-kredituri. Iżjed minhekk, hi għandha l-għan li tipproġi l-azzjonisti minoritarji u tgħid li l-prinċipju li l-azzjonjisti kollha li huma fl-istess pożizzjoni għandhom ikunu trattati bl-istess mod.

    Il-proposta preżenti għall-emendar tad-Direttiva għandha l-għan li tiffaċilita l-miżuri relatati mal-kapital f’kumpaniji pubbliċi b’responsabbilità limitata. Dan jipprova jsir billi tippermetti l-Istati Membri jeleminaw ħtiġijiet speċifiċi ta’ rapportaġġ taħt ċertu kundizzjonijiet, biex jiffaċilitaw, taħt ċertu kundizzjonjiet, tibdil speċifiku f’min ikollu l-ishma, u fl-aħħar imma mhux l-inqas, biex tipprovdi proċeduri legali bażiċi armonizzati għall-kredituri taħt ċertu ċirkustanzi fil-kuntest ta' tnaqqis ta' kapital.

    B’dan, il-kumpaniji għandhom ikunu jistgħu, fir-rigward tad-daqs tal-kapital, struttura tal-kapital u ta’ min ikunu, jirreaġixxu iktar mill-ewwel u b’mod li jiswa’ inqas u li jiġbdu anqas fit-tul għall-iżviluppi fis-swieq li huma relevanti għalihom. Bħala riżultat, dan il-modernizzar propost tat-Tieni Direttiva għandu jagħmel kontribuzzjoni għall-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fin-negozju u l-kompetitività mingħajr ma jnaqqas il-protezzjoni offruta lill-azzjonjisti u l-kredituri, kif maħsuba fil-“Kommunikazzjoni”[2] tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Modernizzar tal-Liġi tal-Kumpanija u Tisħiħ fil-Governabbilità tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea – Pjan biex Timxi ‘il Quddiem”.

    1.2. KUNTEST ġENERALI

    Fil-kuntest tar-raba’ fażi tas-Simplifikazzjoni tal-Leġislazzjoni tal-proċess tas-Suq Intern (SLIM) imniedi mill-Kummissjoni f’Ottubru 1998, Grupp ta’ Ħidma tal-Liġi tal-Kumpaniji maħruġ f’Settembru 1999 Rapport fuq is-simplifikazzjoni ta’ l-Ewwel u t-Tieni Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji.[3] Dan ir-rapport kellu rakkomandazzjonjiet fl-oqsma li fihom simplifikazzjoni tista’ tinkiseb. Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin relatati mat-Tieni Direttiva enfasizzati i.a. il-bżonn li telimina taħt ċertu kundizzjonjiet li jirraportaw il-ħtiġijiet f’xi każijiet (ħruġ ta’ ishma għall-konsiderazzjonijiet mhux kontanti; esklużjonjiet ta’ drittijiet pri-entivi), iżjed minnhekk il-bżonn li jiffaċilitaw l-akwiżizzjoni ta’ kumpanijia ta’ l-ishma tagħha, tiffaċilita l-għajuna minn kumpanija għall-akwiżizzjoni ta’ l-isma tagħha minn parti terza, u l-bżonn li tiffaċilita l-irranġar ta’ min ikollu l-ishma kapitali tal-kumpanija.

    Fir-rapport tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,[4] il-Kummissjoni qalet li l-appoġġ ta’ l-għanijiet globali tagħha u r-rakkomandazzjonijiet ewlwnin li għandhom x’jaqsmu mat-tieni Direttiva u li għandhom ikunu eżaminiati iżjed kif l-aħjar jemendaw it-Tieni Direttiva kif meħtieġ.

    Skond ir-“Rapport dwar il-Kwadru Regolatorju Modern għal-Liġi tal-Kumapniji fl-Ewropa” (maħruġ f’Novembru 2002 mill-“Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti tal-Liġi tal-Kumpaniji”), ħafna mill-proposti tal-Grupp SLIM kienu tabilħaqq ta’ min jimplimenthom. Barra minnhekk, il-Grupp ta’ Livell Għoli fformula ftit suġġerimenti addizzjonali bil-għan li jimmodernizza it-Tieni Direttiva.

    Proposta biex temenda it-Tieni Direttiva fuq dawn il-linji kienet għalhekk meqjusa mill-Kummissjoni bħala prijorità fit-terminu qasir, skond l-Anness 1 tal-Kommunikazzjoni msemmija hawn fuq, li titlob għas-simplifikazzjoni tat-Tieni Direttiva fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet-SLIM kif supplimentati mill-Grupp ta’ Livell Għoli msemmi hawn fuq permezz ta’ Direttiva (“SLIM-Plus”).

    1.3. DISPOSIZZJONIJIET EżISTENTI FIL-QASAM TA’ DIN IL-PROPOSTA

    Fir-rigward ta’ miżuri relatai mal-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata, li din il-proposta tipprova tissimplifika, il-ħtiġijiet ewlenin huma bħalissa stabbiliti bit-Tieni Direttiva kif ġej:

    - Ishma ma jistgħux jinħarġu bi prezz iktar baxx mill-valur nominali tagħhom, jew, fejn m’hemmx valur nominali, l-par kontabbli tagħhom. Din il-projbizzjoni tapplika għall-ħruġ kollu ta’ l-ishma mingħajr eċċezzjoni, mhux biss għall-ħarġa ta' l-ishma inizjali fil-kuntest ta' l-inkorporazzjoni tal-kumpanija. Dan ma jimplikax li l-ħarġiet sussegwenti ta’ l-ishma ma jistgħux isiru f’par nominali jew kontabbli inqas mill-ħarġa ta’ qabel, sa kemm il-prezz li fiha l-ishma l-ġodda huma maħruġa jħarsu l-obbligazzjoni msemmija fuq.

    - Ħruġ ta’ ishma għall-konsiderazzjonjiet li mhumiex kontanti hi suġġetta għall-valutazzjoni minn espert wieħed jew iżjed indipendenti;- Irranġar ta’ min għandu l-ishma kapitali tal-kumpanijia hu, jekk inhu possibli fuq kollox, suġġett għall-prinċipju ta’ awtorizazzjoni ex-ante mill-istatuti, mill-istrumenti ta’ l-inkorporazzjoni u/jew mil-laqgħa ġenerali;- Akwiżizzjoni mill-kumpanijia ta’ l-ishma propji tagħha hi suġġetta għall-prinċipju ta’ l-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali għal ċertu perjodu ta’ żmien u biss għal ċertu frazzjoni tal-kapital tal-kumpaniji;

    - Għajnuna finanzjarja mill-kumpanija għall-akwisizzazzjoni ta’ l-ishma tagħha minn parti terza hi possibbli biss f’każijiet limitati u biss sa ċertu limitu;

    - Esklużjoni ta’ drittijiet preventivi fiż-żieda tal-kapital għall-konsiderazzjoni fi flus kontanti hi suġġetta għall-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali u għall-ħtieġa ta’ rapport bil-miktub tal-korp amministrattiv u ta’ ġestjoni;

    - F’każijiet ta’ tnaqqis tal-kapital, hu kompitu ta’ l-Istati Membri li jfasslu l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dritt tal-kreditur li jikseb is-sigurtà adekwata.

    1.4. SIMILARITAJIET JEW DIFFERENZI B’DISPOżIZZJONJIJIET EżISTENTI JEW ATTI

    Meta tqis is-similitaritajiet u d-differenzi bejn l-Artikoli 39a u 39b tal-proposta preżenti fuq naħa, u, fuq naħa oħra, id-disposizzjoni tad-Direttiva 2004/25/KE dwar offerti ta’ takeover li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk li huma magħrufa bħala “squeeze-out” u drittijiet-”sell-out” ta’ l-azzjonisti maġġoritarji u minoritarji, rispettivament, jingħad ċar fil-proposta, li dan ta’ l-aħħar jieħu preċedenza fuq ta’ qabel fil-kuntest ta’ offerti għal takeovers fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/25/KE.

    1.5. KONSISTENZA MA’ POLITIKI OħRAJN

    Fil-Kommunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Modernizzar tal-Liġijiet tal-Kumpanijia u Tisħiħ tal-Governabilità tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea – Pjan biex timxi ‘il quddiem” (maħruġ f'Mejju 2003)[5], il-Kummissjoni ikkonsidrat li simplifikazzjoni tat-Tieni Direttiva fuq il-bażi tal-proposti u r-rakkomandazzjonijiet kif msemmija hawn fuq f’punt 1.2 għandhom jikkontribwixxu sinifikament għall-promozzjoni ta’ l-effiċjenza tan-negozzju u l-kompetitività mingħajr ma jnaqqsu l-protezzjoni ta’ l-azzjonijisti u l-kredituri.

    B’ dan il-mod, il-listi ta' Kommunikazzjoni msemmija hawn fuq jniżżlu proposta pertinenti għad-Direttiva li temenda it-Tieni Direttiva tal-Liġi tal-Kumpanija bħala waħda mill-iktar modernizzazzjonijiet important tal-liġi tal-kumpanijia li għandha ssir fi żmien qasir.

    Barra minnhekk, fl-isforz biex tissimplifika u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji, il-proposta preżenti tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Kwadru għall-Azzjoni ta’ Frar 2003 tal-Kummissjoni dwar “l-Aġġornar u s-simplifikazzjoni ta’ l-Aquis tal-Komunità”[6]. Din l-inizjattiva hi waħda mill-grupp ta’ azzjonijiet fl-inizjattiva tal-Kummissjoni “Regolamentazzjoni Aħjar” ta’ Ġunju 2002[7] li i.a. tirrispondi għall-għan li ttejjeb l-ambjent regolatorju li fiha negozji joperaw sabiex itejbu l-kompetitvità bħala waħda mill-miri stabbiliti fl-Istrateġija ta’ Lisbona.

    2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EŻAMI TA’ L-IMPATT

    2.1. ĠABRA U UżU TA’ L-ABBILITÀ

    Id-disposizzjonjiet ewlenin li jinsabu fil-proposta huma spirati mir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Ħidma tal-Liġi tal-Kumpaniji f'Settembru 1999, fil-kuntest tar-raba' fażi tal-proċess ta’ Simplifikazzjoni tal-Leġislazzjoni fuq is-Suq Intern (SLIM) imniedi mill-Kummissjoni f'Ottubru 1998. Dan il-Grupp iltaqa' tliet darbiet fl-1999 u kien kompost mill-uffiċjali ta' l-Istati Membri, prattikanti tal-liġi tal-kumpanijiu akkademiċi.

    Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp-SLIM dwar it-Tieni Direttiva u l-implikazzjonijiet prattiċi tagħhom ġew sussegwentament diskussi ma’ l-esperti tal-liġi tal-kumpaniji ta’ l-Istati Membri fil-laqgħat f’Ġunju 2000 u Marzu 2001. Min dawn id-diskussjonjiet, jidher li r-rakkomandazzjonjiet ewlenin li għandhom x’jaqsmu mat-Tieni Direttiva ġew megħjuna, sa kemm, madanakollu, numru ta’ affarijiet tekniċi li għandhom jiġu kkunsidrati iktar fil-fond.

    Fl-okkażjoni tal-ħolqien tal-“Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Esperti tal-Liġi tal-Kumpaniji”, mill-Kummissjoni f’Settembru 2001, tqies xieraq li jiġi inkluż fil-mandat tal-Grupp il-ħidma li jikkonsidra s-simplifikazzjoni possibbli tar-regoli koperattivi fid-dawl tar-rapport-SLIM fuq it-Tieni Direttiva.

    2.2. KONSULTAZZJONIJIET

    Wara l-konsultazzjoni pubblika estiża li saret i.a dwar tressiq possibbli lejn riforma tar-reġim kapitali Ewropew (mniedi fit-tieni kwart ta’ l-2002), “il-Grupp ta’ Livell Għoli” kkonferma fir-“Rapport dwar il-Kwadru Regolatorju Modern għal-Liġi tal-Kumpaniji fl-Ewropa” tiegħu (maħruġ f’Novembru 2002), li ħafna mill-proposti tal-Grupp SLIM, kif modifikati sa ċertu punt mill- “Grupp Livell Għoli”, kienu tabilħaq utli li jiġu mplimentati.

    Il-metodu tal-Kummissjoni lejn is-simplifikazzjoni tat-Tieni Direttiva, kif inpirat mill-gruppi ta’ l-esperti msemmija qabel u mill-konsultazzjoni msemmija hawn fuq, u kif sussegwentament stabbilit fil-Kumminikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, ġiet ikkonfermata mill-ġdid b’mod qawwi b’maġġoaranza kbira ta’ dawk li wieġbu l-konsultazzjoni pubblika ta’ din il-Kommunikazzjoni.

    2.3. EżAMI TA’ L-IMPATT (ARA WKOLL L-ANNESS 1)

    It-Tieni Direttiva tapplika għall-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata ma’ l-UE kollha. Tnejn mill-emendi proposti relatati mal-kumpaniji mniżżlin biss (l-Artikolu 39a u b; l-Artikolu 29(5a)). L-ebda distinzjoni mhi qed issir bħalissa fis-setturi tan-negozzju, id-daqsijiet tan-negozzju jew taż-żoni ġeografiċi tal-Komunità.

    Fir-rigward ta’ xi disposizzjonijiet emendati jew li għadhom kif idaħħlu, bħal l-Artikolu 39a u b, kif ukoll l-Artikolu 32(1), il-proposta fiha disposizzjonijiet li jridu jiġu trasposti mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali tagħhom fuq bażi obbligatorja. Fir-rigward ta’ disposizzjonijiet oħrajn, għażliet eżistenti għat-trasposizzjoni mill-Istati Membri huma modifikati, bħal l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 29(5a), jew maħluqa ġodda, bħal l-Artikoli 10a u 10b u l-Artikolu 23(1) b’konnessjoni ma’ l-Artikoli 23a u 23b.

    Apparti minn miżuri implimentattivi ġenerali, Stati Membri għandhom, xi drabi, jieħdu wkoll miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni, speċjalment fir-rigward ta’ ċerti proċeduri ta’ salvagwardja, taħt id-disposizzjonijiet emendati tad-Direttiva.

    Kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata għandhom mbagħad jkunu jistgħu jagħmlu użu mis-simplifikazzjonijiet li huma maħsuba ma’ din il-proposta, filwaqt – fejn hu neċessarju – jkunu obbligati jħarsu s-salvagwardji li huma ntrodotti fl-interessi ta’ azzjonijiet u partijiet terzi.

    Billi jagħmlu użu mis-simplifikazzjonijiet għall-miżuri relatati mal-kapital, li din il-proposta għandha l-għan li ġġib, kumpaniji għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jirreaġixxu aktar malajr u b’mod li jiswa anqas u anqas fit-tul għal żviluppi fis-swieq li huma relevanti għalihom. Bħala riżultat, dan il-modernizzar propost tat-Tieni Direttiva għandu jagħmel kontribuzzjoni għall-promuzzjoni ta’ l-effiċjenza fin-negozju u l-kompetitività mingħajr ma jnaqqas il-protezzjoni offruta lill-azzjonjisti u l-kredituri, kif maħsuba fil-“Kommunikazzjoni”[8] tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Modernizzar tal-Liġi tal-Kumpaniji u Tisħiħ fil-Governabbilità tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea – Pjan biex Timxi ‘il Quddiem”.

    3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    3.1. BAżI LEGALI

    Id-Direttiva proposta hi mfassla fuq il-bażi legali ta’ l-Artikolu 44(1) tat-Trattat.

    3.2. PRINċIPJU TA’ PROPORZJONALITÀ U SUSSIDJARJETÀ

    Is-simplifikazzjonijiet proposti tal-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata jinħtieġu azzjoni tal-Komunità għaliex huma jmissu serje ta’ disposizzjonjiet tal-liġi tal-Komunità li sa issa jeskludu jew jillimitaw l-użu ta’ dawn is-simplifikazzjonijiet proposti mill-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata. Din il-porposta hi għalhekk b’mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imfassla fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

    Barra minnhekk, u b'mod konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-proposta preżenti tipprova tillimita l-azzjoni leġislattiva sal-minimu li hu kkunsidrat neċessarju biex twettaq is-simplifikazzjonjiet intiżi.

    3.3. GħAżLA TA’ L-ISTRUMENTI

    Biex idaħħal dawn is-simplifikazzjonijiet maħsuba, huwa indispensabbli għall-leġislatur tal-Komunità li jintroduċi tibdil għat-Tieni Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji. Dan jista’ jsir biss ma’ proposta għal Direttiva li temeda t-Tieni Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji.

    4. IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

    Kwalunkwe implikazzjonijiet tal-baġit mhumiex maħsuba.

    2004/0256 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni tal-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u l-manteniment u l-bdil tal-kapital tagħhom

    (Test b’relevanza għall-EEA)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[9],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[10],

    Jaġixxu b’mod konformi mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[11],

    Billi:

    (1) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-ko-ordinazzjoni tas-salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fit-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, fir-rigward tal-formazzjonjiet tal-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u l-manteniment u l-bdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li tagħmel it-tali salvagwardji ekwivalenti[12], tistabbilixxi il-ħtiġijiet għal diversi miżuri relatati mal-kapital meħuda minn dawk il-kumpanijia.

    (2) Fil-Kommunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Modernizzar tal-Liġijiet tal-Kumpanijia u Tisħiħ tal-Governabilità tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea – Pjan biex Timxi ‘il Quddiem” tal-21 ta’ Mejju 2003[13] il-Kummissjoni tikkonkludi li l-simplifikazzjoni tad-Direttiva 77/91/KEE tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-promozzjoni ta’ l-effiċjenza u l-kompetitività fin-negozju mingħajr ma tnaqqas il-protezzjoni offruta lill-azzjonisti u l-kredituri.

    (3) Stati Membri għandhom ikollhom l-possibilità li jawtorizzaw kumpaniji pubbliċi b'responsabilità limitata li jattiraw konsiderazzjonijet li mhumiex fi flus kontanti għall-kapital tagħhom mingħajr ma jħalluhom jirreferu għall-valutazzjoni speċjali ta' l-espert f’każijiet li jkun hemm punt ċar ta' referenza għall-valutazzjoni tat-tali konsiderazzjoni. Madanakollu, id-dritt ta’ l-azzjonisti minoritarji li jeżiġu t-tali valutazzjoni għandha tkunu garantita.

    (4) Kumpaniji pubbliċi b’responsabbilità limitata għandhom jitħallew jakwistaw l-ishma tagħhom stess sal-limitu tar-riservi tal-kumpanija li jistgħu jitqassmu u l-perjodu li għaliha t-tali akwiżizzjoni tista’ tiġi awtorizzata mil-laqgħa ġenerali għandha tikber sabiex tkabbar il-flessibilità u tnaqqas l-piż amministrattiv għall-kumpanniji li għandhom jirreaġixxu b’mod immedjat għall-iżviluppi fis-suq li jaffetwaw l-prezz ta’ l-ishma tagħhom.

    (5) Kumpaniji pubbliċi b’responsabbilità limitata għandhom ikunu jistgħu jgħatu għajnuna finanzjarja bil-ħsieb għall-akwiżazzjoni ta’ l-ishma tagħhom minn parti terza sal-limitu tar-riservi tal-kumpanija li jistgħu jinqasmu sabiex iżidu l-flessibilità fir-rigward tat-tibdil fl-istruttura tas-sidien ta’ l-ishma tal-kapital tal-kumpaniji. Il-possibilità għandha tkun suġġetta għas-salvagwardji imposti mill-għanijiet tad-Direttiva tal-protezzjoni ta' kemm l-azzjonijisti kif ukoll il-partijiet terzi.

    (6) Kumpaniji pubbliċi b’responsabbilità limitata għandhom jgħinu biex iżidu, taħt ċertu kundizzjonijiet, il-kapital tagħhom mingħajr ma jilħqu l-ħtiġijiet tar-rapportaġġ marbut mar-restrizzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet preventivi ta’ l-azzjonisti sabiex inaqsu l-piż amministrattiv għall-kumpaniji elenkati li jkunu jridu jimbarakaw fuq żieda mill-ewwel fil-kapital.

    (7) Kredituri għandhom ikunu jistgħu jirreferu, taħt ċertu kundizzjonijiet, għall-proċeduri ġudizzjali jew amministrattivi fejn it-talbiet tagħhom huma fir-riskju bħala konsegwenza ta’ tnaqqis fil-kapital ta’ kumpanija pubblika b’responabbilità limitata sa biex itejbu l-protezzjoni tal-kreditur standarizzata fl-Istati Membri kollha.

    (8) Azzjonisti li għandhom maġġoranza kbira tal-kapital ta’ kumpanijia pubblika b’responsabbilità limitata, għandhom ikollhom id-dritt li jakwistaw l-ishma li fadal għal kumpens adekwat, sabiex tawtorizza organizzazzjoni aħjar u pussess aktar vijabbli f’kumpaniji elenkati. Bl-istess mod, f’ tali sitwazzjoni, l-azzjonisti li jibqgħu għandhom ikunu jistgħu jitolbu t-tali akwisizzjoni. Madanakollu, ir-regoli applikabbli skond id-Direttiva 2004/25/KE[14] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar attentati ta’ akkwiżizzjonijiet m’għandhomx ikunu affetwati minn dawk id-drittijiet.

    (9) Biex jiġi assigurat li jiġi evitat l-abbuż fis-suq, l-Istati Membri għandhom jieħdu in konsiderazzjoni, għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, id-disposizzjonjiet tad-Direttiva 2003/6/KE[15] tal-Paralament Ewropew u tal-Kunisll tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar in-negozju minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE[16] tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prattiċitajiet tas-suq aċċettati, d-definizzjonaijiet ta’ l-informazzjoni ta’ ġewwa b’relazzjoni mad-derivati dwar il-kommoditajiet, it-tfassil ta’ lista ta’ insiders , in-notifikazzjoni tat-transazzjonijiet tal-maniġers u n-notifikazzjonijiet tat-transazzjonijiet suspettużi, kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003[17] tat-22 Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-eżenzjonijiet għall-programmi ta’ ri-akkwisti u stabbilizzazzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji.

    (10) Id-Direttiva 77/91/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata b’mod xieraq,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Id-Direttiva 77/91/KE hi hawnhekk emendata kif ġej:

    Artikolu 1

    1. L-Artikoli 10a u 10b li ġejjin huma mdaħħla:

    "Artikolu 10a

    1. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, wara deċiżjoni tal-korp amministrattiv u l-korp tal-ġestjoni, sigurtajiet trasferibbli kif definiti fl- Artikolu 4(1)(18) tad-Direttiva 2004/39/KE* huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti, u dawk is-sigurtajiet huma valutati bħala prezz medju miżun f’liema qed ikunu negozzjati f’wieħed jew iżjed suq (swieq) regolat) kif definuti fl-Artikoli 4(1)(14) tad-Direttiva fit-3 xhur li jippreċiedu l-effetwazzjoni tal-konsiderazzjoni rispettiva għajr fi flus kontanti.* ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1 Madanakollu, fejn dak il-prezz ġie affetwat minn okkorenzi eċċezzjonali li jibdlu sinifikkativament il-valur ta’ l-assi fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni, l-Artrikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.

    2. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni, assi huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li diġà kienu suġġetti għal opinjoni ta’ valur ġust minn espert rikonoxxut indipendenti u fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

    (a) l-espert rikonoxxut li wettaq il-valutazzjoni hu suffiċjentament imħarreġ u b’esperjenza fil-valutazzjoni tat-tip ta’ assi li għandhom ikunu kontribwiti;

    (b) il-valur ġust hu determinat sad-data mhux iżjed minnn 3 xhur qabel id-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta’ l-assi;

    (c) il-valutazzjoni twetqet b’mod konformi ma’ l-istandards ta’ valutazzjoni ġeneralment aċċettati u prinċipji fl-IstatiMembru, li huma applikabbli mat-tip ta’ assi li għandhom ikunu kontribwiti.

    Fil-każ ta’ ċirkustanzi kwalifikanti ġodda, li jbiddlu b’mod sinifikanti l-valur ta’ l-assi fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni, valutazzjoni mill-ġdid għandha ssir fuq inizjattiva u taħt ir-responsabbilità tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni. Dak il-korp għandu jinforma l-azzjonisti jekk seħħux kwalunkwe miċ-ċirkustanzi ta’ kwalifikazzjoni ġodda.

    Fi kwalunkwe każ, azzjonijist li jkollhom persentaġġ aggregat ta’ mill-anqas 5% tal-kapital sottoskritt tal-kumpanija jistgħu jinħtieġu valutazzjoni mill-ġdid ta’ l-assi kkonċernati, u jistgħu jitolbu valutazzjoni minn espert indiependenti, f’liema każ l-Artikolu 10(1), (2) u (3) għandhu japplika.

    3. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp aministrattiv u tal-ġestjoni, assi huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li l-valur tagħhom hu derivat minn assi individwali minn kontijiet statutorji tas-sena finanzjarja ta’ qabel sakemm il-kontijiet statutorji tfasslu b’mod konformi mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 78/660/KEE u li kienu soġġetti għal verifika b’mod konformi mad-Direttiva 84/253/KEE.Fil-każ ta’ ċirkostanzi ta’ kwalifikazzjoni ġodda, li jbiddlu b’mod sinifikanti l-valur ta’ l-assi kontribwit fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, valutazzjoni mill-ġdid għandha ssir fuq inizjattiva u taħt ir-responabbilità tal-korp ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni. Dak il-korp għandu jinforma l-azzjonisti jekk seħħux kwalunkwe miċ-ċirkustanzi ta’ kwalifikazzjoni ġodda.Fi kwalunkwe każ, azzjonijist li jkolhom persentaġġ aggregat ta’ mill-anqas 5% tal-kapital sottoskritt tal-kumpanija jistgħu jinħtieġu valutazzjoni mill-ġdid ta’ l-assi kkonċernati, u jistgħu jitolbu valutazzjoni minn espert indiependenti, f’liema każ l-Artikolu 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.

    Artikolu 10b

    1. Fejn konsiderazzjoni għajr flus kontanti kif imsemmija fl-Artikolu 10a isseħħ mingħajr rapport ta’ l-espert, il-persuni, kumpaniji u impriżi msemmija fl-Artikolu 3(i) jew il-korp amministrattiv jew ta’ ġestjoni għandhom, barra mill-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(h), jissottomettu lir-reġistru għall-pubblikazzjoni dikjarazzjoni li jkun fiha dan li ġej:

    (a) deskrizzjoni tal-konsiderazzjoni għajr -flus kontanti maħruġa;

    (b) stima tal-valur tagħha u s-sors ta’ din il-valutazzjoni;

    (c) stqarrija ta’ jekk il-valuri konklużi jikkorrispondux għall-inqas għan-numru u l-valur nominali jew, fejn m’hemmx valur nominali, għall-par li jagħti kont u, fejn hu xieraq, għall-primjum fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għalihom;

    (d) jekk hemm bżonn, stqarrija ta’ jekk seħħewx ċirkustanzi kwalifikanti ġodda fir-rigward tal-valutazzjoni oriġinali .

    Dik id-dikjarazzjoni għandha tkun ppubblikata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE.

    2. Kull Stat Membru għandu jinnomina amministrazzjoni indipendenti jew awtorità ġudizzjarja li tkun responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-legalità tal-konsiderazzjonijiet għajr flus kontanti magħmula b’mod konformi ma’ l-Artikolu 10a u d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”

    2. Fl-Artikolu 11(1)(a), l-ewwel subparagrafu hu emendat kif ġej:

    (a) Il-kelma “Artikolu 10” hi mibdula b’“Artikolu 10 (1), (2) u (3)”.

    (b) Is-sentenza li ġejja hi miżjuda:

    “L-Artikoli 10a u 10b għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

    3. Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1, hu mibdul b’li ġej:

    “1. Fejn il-liġijiet ta’ Istat Membru jippermettu li kumpanija takwista l-ishma tagħha, hi stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpanija, huma għandhom jagħmlu t-tali akwisizzjonijiet suġġetta għall-kondizzjonjiet li ġejjin:

    (a) awtorizazzjoni trid tingħata permezz tal-laqgħa ġenerali, li għandha tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ tali akwiżizzjonjiet, u b’mod partikolari in-numru massimu ta’ ishma li għandhom ikunu akwistati, it-tul tal-perjodu li għaliha l-awtorizazzjoni hi mogħtija u li ma tistax teċċedi 5 snin, u, fil-każ ta' akwisizzjoni għall-valur, il-konsiderazzjoni massima u minima. Membri tal-korp aministrattiv jew ta’ ġestjoni jrid jissodisfaw lilhom nfushom li, fiż-żmien meta kull akwisizzjoni awtorizzata hi effetwata, il-kondizzjonijiet imsemmija f’sub-paragrafi (b), (c) u (d) huma rispettatti;

    (b) l-akwisizzjonjiet, inklużi ishma qabel akwistati mill-kumpanija jew miżmuma minnha, u ishma akwistati minn persuna li taġixxi taħt isimha imma f’isem il-kumpanija, jistgħu ma jkollhomx l-effett li jnaqqsu l-assi netti taħt l-ammont imsemmi fl-Artikolu 15(1)(a);

    (c) ishma mħallsa kompletament biss jistgħu jkunu inklużi fit-transazzjoni;

    (d) il-prinċipju ta’ trattament indaqs ta’ azzjonijist għandu japplika; b’mod partikolari, akwisizzjoni u bejgħ minn kumpanija ta’ l-ishma tagħha fis-suq regolat kif definit fl-Art. 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE għandu jkun konsidrat li jissodisfa dak il-prinċipju.

    Stati Membri jistgħu wkoll jagħmlu akwisizzjonjiet soġġetti għat-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu għall-kundizzjoni li l-valur nominali jew, fl-assenza ta’ dan, il-par li jagħti kont ta’ l-ishma akwistati, inklużi ishma akwistati qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u ishma akwistati minn persuna li taġixxi taħt isimha imma għall-kumpanija, ma tistax teċċedi 10% tal-kapital sottoskritt.”

    4. Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1, hu mibdul b’ li ġej:

    "1. Kumpanija ma tistax tavvanza fondi, u l-anqas tisselef, u l-anqas tipprovdi sigurtà, bil-ħsieb li takkwista l-ishma tagħha minn parti terza, sakemm it-tali transazzjonijiet fil-leġislazzjoni nazzjonali huma suġġetti għall-kondizzzjonijiet stabbiliti fit-tieni sal-ħames subparagrafi.

    It-transazzjonijiet iridu jsiru fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbilità tal-korp amministrattiv u ta’ ġestjoni fil-kondizzjonijiet xierqa tas-suq, speċjalment fir-rigward ta’ l-interessi li tirċievi l-kumpanija minn parti terza u fir-rigward tas-sigurtà pprovduta lill-kumpanijia minn parti terza għall-self u avvanzi msemmija fil-paragrafu 1. L-istanding tal-kreditu tal-parti terza jrid ikun investgat sew u l-kumpanijia trid tkun kapaċi iżomm il-likwidità tagħha u s-solvenza għall-ħames snin li ġejjin. Dan ta’ l-aħħar irid jintwera b’mod kredibbli permezz ta' analiżi dettaljata tal-likwidità ibbażata fuq l-informazjoni fil-ħin ta' l-approvazzjoni tat-transazzjoni.

    It-transazzjonijiet iridu jkunu sottomessi mill-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni lil-laqgħa ġenerali għal approvazzjoni ex ante, fejn il-laqgħa ġenerali għandha taġixxi b’mod konformi mar-regoli tal-kworum u maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 40. Il-korp amministrattiv u ta’ ġestjoni jrid jippreżenta rapport bil-miktub lil-laqgħa ġenerali, li fiha jindika r-raġunijiet għat-transazzjoni, l-interess tal-kumpanija fl-affettwazzjoni tat-tali transazzjoni, il-kondizzjonijiet li fiha t-transazzjoni ġiet magħmula, ir-riskji involuti fit-transazzjoni għal-likwidità u s-solvezza tal-kumpanija u l-prezz li fiha l-parti terza għandha takwista l-ishma. Dan ir-rapport għandu jkun sottomess lir-reġistru għall-pubblikazzjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE.

    L-għajnuna finanzjarja aggregata mogħtija lill-partijiet terzi ma jridx ikollha l-effet li tnaqqas l-assi netti taħt l-ammont speċifikat fl-Artikolu 15(1)(a).

    Fejn ishma proprja tal-kumpanijia fit-tifsira ta' l-Artikolu 19(1) jew ishma maħruġa fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt huma akwistati minn parti terza mill-kumpanija, din l-akwisizzjoni għandha ssir fi prezz ġust, sabiex tevita d-dilwizzjoni ta’ minn ikollu l-ishma eżistenti.”

    5. L-Artikoli 23a u 23 b li ġejjin huma mdaħħla:

    “Artikolu 23a

    Azzjonist għandu d-dritt li jikkontesta l-approvazzjoni tal-laqgħat ġenerali ta’ transazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) billi japplika lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjara adattata biex tiddeċiedi fuq il-legalità ta’ dik it-transazzjoni.

    Artikolu 23b

    Fil-każijiet fejn membri individwali tal-korp amministrattiv jew ta’ ġestjoni tal-kumpanija jkun parti għat-transazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1), jew tal-korp amministrattiv jew ta’ ġestjoni ta’ impriża prinċipali fit-tifsira ta’ l-Artikoli 1 tad-Direttiva tal-Kunisill 83/349/KEE* jew tat-tali impriża prinċipali infisha, jew individwi li jaġixxi taħt isimhom proprju, imma għall-membri tat-tali korpi jew f'isem it-tali impriża, huma parti mit-tali transazzjoni, Stati Membri għandhom jassiguraw salwagwardji adekwati għat-tali transazzjoni, Stati Membri għandhom jassiguraw salvagwardji adegwati li tali transazzjoni ma’ tmurx kontra l-aħjar interess tal-kumpanija.”

    * ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

    6. Fl-Artikolu 27(2)(a), it-tieni subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

    “L-Artikolu 10(2) u (3) u l-Artikolu 10a u 10b għandhom japplikaw.”

    7. Fl-Artikolu 29 il-paragrafu 5a li ġej hu miżjud:

    “5a. Fejn amministazzjoni jew korp amministrattiv ta’ kumpanija elenkata hu mogħti l-poter li jirristrinġi jew jirtira d-dritt ta’ prelazzjoni b’mod konformi mal-paragrafu 5, taħt il-kondizzjoni addizzjonali, li l-ishma għal żieda fil-futur tal-kapital sottoskritt irid ikun maħruġ fil-prezz tas-suq li, fil-ħin tal-ħruġ, jipprevali fuq wieħed jew iżjed suq/swieq regolati fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE, il-korp amministrattiv jew ta’ ġestjoni hu eżentat milli jkollu jippreżenta rapport bil-miktub lil-laqgħa ġenerali taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Azzjonisti jistgħu, madanakollu, jitolbu lill-korp amministrattiv jew ta’ ġestjoni biex jindika r-raġunijiet għar-restrizzjoni jew l-irtirar tad-dritt ta’ prelazzjoni.”

    8. Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 hu mibdul b’li ġej:

    “1. Fl-eventwalità ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt, għall-inqas il-kredituri li t-talbiet tagħhom kienu saru qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex issir tnaqqis għandhom ikunu ntitolati għalmenu għad-dritt li jakwistaw sigurtà għat-talbiet li ma jkunux dovuti sad-data tal-pubblikazzzjoni. Stati Membri jistgħu ma jwarbux t-tali dritt sakemm il-kreditur ikollu salwagwardji adekwati, jew sakemm dan ta’ l-aħħar mhux neċessarju mħabba l-assi tal-kumpanija.

    Stati Membri għandhom ifasslu l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt provdut taħt l-ewwel subparagrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kredituri huma awtorizzati li japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja għal salvagwardji adekwati jipprovdu li huma jistgħu juru b’mod kredibli li minħabba t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt is-sodisfazzjoni tat-talbiet tagħhom hi fin-nofs, u li l-ebda salvagwardji adekwati ma nkisbux mill-kumpanija.”

    9. L-Artikoli 39a u 39b li ġejjin huma mdaħħla:

    “Artikolu 39a

    1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li azzjonist li jkollu mill-anqas 90% tal-kapital sottoskritt ta’ kumpanija elenkata, minhawn ‘il quddiem msemmija “azzjonist maġġoritarju”, għandu jkun jista’ jinħtieġ li d-detenturi kollha ta’ l-ishma li jibqgħu, minn hawn ‘il quddiem imsemmija “azzjonisti minoritarji”, biex ibigħulu dawk l-ishma bi prezz ġust. Madanakollu, Stati Membri jistgħu jistabbilixxi limitu bażiku iktar għoli li ma jeċċedix 95% tal-kapital sottoskritt tal-kumpanija.Kumpanija hi kkunsidrata kumpanija elenkata fit-tifsira ta' din id-disposizzjoni jekk l-ismha tagħha huma negozzjati fis-suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE.

    2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li hu possibli li jiddeterminaw meta l-limitu bażiku tintlaħaq.

    3. Fejn kumpanija tkun ħarġet iktar minn klassi waħda ta’ ishma, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dritt li tinħtieġ li azzjonist maġġoritarju ibigħ kif ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu japplika biss fil-klassi li fiha l-limiti bażiċi msemmija f’dak il-paragrafu jintlaħqu.

    4. L-Istati Membri għandhom jassiguarw li kull azzjonist minoritarju assigurat jista’ jitlob apprezzament tal-prezz ġust.L-apprazzament ta’ jekk il-prezz hux ġust għandu jsir minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja indipendenti jew minn espert indipendenti jew approvati mit-tali awtorità. It-tali esperti jistgħu jkunu persuni naturali kif ukoll persuni legali u kumpanijia jew impriżi taħt il-liġijiet ta’ kull Stat Membru. It-talba għat-tali apprezzament trid tkun eżerċitata fi żmien tliet xhur wara li l-azzjonist minoritarju jkun meħtieġ li jbigħ u l-prezz jkun mħabbar b’mod konformi mal-paragrafu 1.

    5. Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/25/KE**ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

    Artikolu 39b

    1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-azzjonisti minoritarji fil-kumpanija elenkata jridu jkunu kapaċi li jinħtieġu, flimkien jew individwalment, l-azzjonist maġġoritarju li jixtri mill-ishma tagħhom f’dik il-kumpanija bi prezz ġust.

    2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każijiet fejn m’hemmx ftehim fuq il-prezz ġust bejn il-partijiet prospettivi tat-transazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-prezz hu eżaminat minn amministrazzjoni indipendenti jew awtorità ġudizzjarja jew minn espert indipendenti appuntat jew approvat mit-tali awtorità. It-tali esperti jistgħu jkunu persuni naturali kif ukoll persuni legali u kumpanijia jew impriżi taħt il-liġijiet ta’ kull Stat Membru.-{}-

    3. Id-disposizzjonijet ta’ l-Artikolu 39a(1) it-tieni u t-tielet sentenza, (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    4. Stati Membri għandhom jassiguraw proċedura adegwata li tiggaranatixxi trattament ġust ta’ l-azzjonisti minoritarji kollha.

    5. Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/25/KE.”

    10. Fl-Artikolu 41 il-paragrafu 1 hu mibdul b’ li ġej:

    “1.L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-Artikolu 9(1), l-Artikolu 19(1)(a), l-ewwel sentenza, u mill-Artikoli 25, 26 u 29 sakemm it-tali derogazzjonijiet huma neċessarji għall-adozzjoni jew l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet maħsuba biex iħeġġu l-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati, jew gruppi oħrajn definiti mil-liġi nazzjonali, fil-kapital ta’ l-impriżi.”

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti, u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-disposizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.Meta Stati Membri jadottaw dawn il-provvedimenti, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testijiet tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea .

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, [...]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    Anness 1: Statement Preliminari ta’ l-Eżami ta’ l-Impatt

    1. IDENTIFIKAZZJONI TAL-PROBLEMA

    Iddeskrivi l-problema li l-politika/proposta hi mistennija li titratta:

    Proċeduri tqal mhux neċessarji maħsuba f’ċertu strumenti, li kumpaniji pubbliċi b’responsabbilità limitata għandhom għad-disposizzjoni tagħhom għal skopijiet ta’ formazzjoni tal-kapital u alterazzjoni.

    Indika tendenzi potenzjali li mhumiex sostenibbli assoċjati mal-problema,

    Ekonomikament: Flessibilità ftit wisq u spejjeż għoljin ħafna għall-kumpaniji li, għal raġunijiet finanzjarji, għandhom jagħmlu reazzjoni fil-pront għall-iżviluppi fis-suq tal-kapital.

    - Soċjalment: n.a.

    B’mod ambjentali: n.a.

    Indika l-inkonsistenzi potenzjali bejn it-tliet dimensjonijiet jew ma’ politiki oħrajn n.a.

    2. GħAN TAL-PROPOSTA

    X’inhi l-għan tal-politika globali f’termini ta’ l-impatti mistennija? L-iffrankar ta’ spejjeż u ħin għall-kumpaniji li jagħmlu ċertu miżuri relatati mal-kapital

    3. GħAżLIET TAL-POLITIKA

    X’inhi l-metodu bażiku suġġerit biex jintlaħaq l-oġġettiv? Metodu derogolatorju moderat.

    Liema strumenti tal-politika ġew ikkonsidrati? Modifikazzjoni tat-tieni Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji ta’ bħallissa.

    F’liema mod l-għażliet identifikati jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità? Fil-mod li huma jillimitaw strettament lilhom infushom għal simplifikazzjoni sempliċi tat-Tieni Direttiva stess, li hi strument ewlieni ta’ l-armonizzazzjoni tal-Liġi tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea.

    Liema għażliet jistgħu jkunu esklużi f’dan l-istadju bikri? Tibdil għar-reġim tal-manteniment tal-kapital tat-Tieni Direttiva li għandu jkun inkonsistenti ma’ l-azzjonisti minoritarji u l-oġġettivi tal-protezzjoni tal-kredituri ta’ din id-direttiva.

    4. IMPATTI—POżITTIVI U NEGATTIVI

    Fuq bażi preliminarja jekk jogħġbok indika l-impatti posittivi u negattivi mistennija ta’ għażliet magħżula, partikolarment f’termini ta’ kosegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali? Posttiv: Inaqqsu l-ispejjeż u l-piż amministrattiv għall-kumpaniji pubbliċi b’responsabbilità limitata bl-introduzzjoni ta’ proċeduri eħfef għall-kategorijji ta’ transazzjonjiet msemmija hawn fuq.

    Negattivi: mhux maħsuba

    Jekk jogħġbok indika min hu affettwat u impatti severi possibli fuq grupp soċjali partikolari, settur ekonomiku jew reġjun (ġewwa jew barra l-UE), fit-terminu qasir, medju u twil? n.a.

    [1] It-Tieni Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-ko-ordinazzjoni tas-salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fit-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, fir-rigward tal-formazzjonjiet tal-kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u l-manteniment u l-bdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li tagħmel it-tali salvagwardji ekwivalenti (77/91/KEE), ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1., kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Sħubija ta’ l-2003 (ĠU L 236, volum 46, 23.9.2003).

    [2] Dokument tal-Kummissjoni COM(2003) 284 finali.

    [3] Rakkomandazzjonjiet mill-Grupp ta’ Ħidma SLIM tal-Liġi tal-Kumpaniji dwar is-Sipmplifikazzjoni ta’ l-Ewwel u t-Tieni Direttivatal-Liġijiet tal-Kumpaniji, Settembru 1999.

    [4] Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunisll – Riżultati tar-raba’ fażi tas-SLIM,4 ta’ Frar (COM(2000) 56).

    [5] Ara d-dokument tal-Kummissjoni COM(2003) 284 finali.

    [6] COM(2003) 71; cf. Ukoll l-Ewwel u t-Tieni Rapport ta' Progress tiegħu: COM(2003) 623 uCOM(2004) 432.

    [7] COM(2002) 278.

    [8] Dokument tal-Kummissjoni COM(2003) 284 finali.

    [9] ĠU C […], […], p. […].

    [10] ĠU C […], […], p. […].

    [11] ĠU C […], […], p. […].

    [12] ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1, kif l-aħħar emendati bl-Att tas-Sħubija ta’ l-2003.

    [13] COM(2003) 284 finali.

    [14] ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

    [15] ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

    [16] ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70 .

    [17] ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.

    Top