Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0428(02)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropeatar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja

/* KUMM/2004/0428 finali - AVC 2004/0131 */

52004PC0428(02)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropeatar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja /* KUMM/2004/0428 finali - AVC 2004/0131 */


Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropeatar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Skond it-termini ta' l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda ta' l-UE għall-UE , l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda ta' l-UE għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju għandu jiġi miftiehem permezz ta' protokoll għal dan il-Ftehim. L-istess artikolu jipprovdi proċedura simplifikata, li permezz tagħha l-protokoll għandu jiġi konkluż mill-Kunsill, li jopera unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat. Din il-proċedura hija bla ħasara għall-kompetenzi proprji tal-Komunità.

Fl-10 ta' Frar 2004, il-Kunsill approva mandat biex il-Kummissjoni tinnegozja protokoll tali mar-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu. In-negozjati ġew konklużi b'mod li tqies sodisfaċenti mill-Kummissjoni. It-test tal-Protokoll ġie inizjalat mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Eġizzjani fil-11 ta' Mejju 2004 fil-Kajr.

Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-protokoll innegozjat ma' l-Eġituu huwa mehmuż. L-aspetti l-aktar importanti tal-protokoll huma d-dispożizzjoni għall-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Eġittu-UE, l-adozzjoni tal-Protokoll dwar prodotti agrikoli u l-inklużjoni tal-lingwi uffiċjali ġodda ta' l-UE.

Il-Kummissjoni għandha tistaqsi lill-Kunsill biex japprova l-abbozz mehmuż tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill għall-firma u l-konklużjoni tal-Protokoll.

Il-Parlament Ewropew ser jissejjaħ biex jagħti l-qbil tiegħu għal dan il-Protokoll.

2004/0131 (AVC)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropeatar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni fażi ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda għall-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri f'

(2) Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu min-naħa l-oħra, biex titiqes l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja , huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju

>TABELPOSITION>

Top