This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42018X0630
Regulation No 132 of the Economic Commission for Europe of the United Nations (UNECE) — Uniform provisions concerning the approval of Retrofit Emission Control devices (REC) for heavy duty vehicles, agricultural and forestry tractors and non-road mobile machinery equipped with compression ignition engines [2018/630]
Ir-Regolament Nru 132 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' tagħmir Modifikat għall-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet (“Retrofit Emission Control” — REC) għall-vetturi heavy duty, għal tratturi agrikoli u tal-forestrija u għal makkinarju mobbli mhux tat-triq mgħammra b'magni li jaqbdu bil-kompressjoni [2018/630]
Ir-Regolament Nru 132 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' tagħmir Modifikat għall-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet (“Retrofit Emission Control” — REC) għall-vetturi heavy duty, għal tratturi agrikoli u tal-forestrija u għal makkinarju mobbli mhux tat-triq mgħammra b'magni li jaqbdu bil-kompressjoni [2018/630]
ĠU L 109, 27.4.2018, p. 100–154
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/100 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 132 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' tagħmir Modifikat għall-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet (“Retrofit Emission Control” — REC) għall-vetturi heavy duty, għal tratturi agrikoli u tal-forestrija u għal makkinarju mobbli mhux tat-triq mgħammra b'magni li jaqbdu bil-kompressjoni [2018/630]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-serje 01 tal-emendi tar-Regolament: Data tad-dħul fis-seħħ: It-22 ta' Jannar 2015
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Skop |
2. |
Kamp ta' applikazzjoni |
3. |
Definizzjonijiet |
4. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
5. |
Marki u tikketti |
6. |
Approvazzjoni |
7. |
Rekwiżiti ġenerali |
8. |
Rekwiżiti tar-rendiment |
9. |
Rekwiżiti tad-durabilità |
10. |
Firxa tal-applikazzjoni |
11. |
Modifiki fl-emissjonijiet bażi tal-magna |
12. |
L-għażla tal-magni tal-ittestjar u tal-kombinazzjoni ta' REC |
13. |
Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-kejl tal-emissjonijiet |
14. |
Il-familja ta' REC għat-tnaqqis tal-partikuli |
15. |
Il-familja ta' REC għat-tnaqqis tal-NOx |
16. |
Il-familja ta' REC għat-tnaqqis tal-PM u tal-NOx |
17. |
Il-konsum tal-fjuwil u ta' fjuwil speċifiku |
18. |
L-imġiba operattiva u l-periklu għas-sikurezza |
19. |
Emissjonijiet tal-Ħsejjes |
20. |
Installazzjoni ta' REC |
21. |
Il-modifika u l-estensjoni tal-approvazzjoni ta' REC |
22. |
Konformità tal-produzzjoni |
23. |
Penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
24. |
Produzzjoni mwaqqfa b'mod definittiv |
25. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet ta' approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
26. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
ANNESSI
1. |
Dokument ta' informazzjoni |
2. |
Komunikazzjoni |
3. |
Addendum għall-komunikazzjoni dwar tip ta' tagħmir modifikat għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet (“retrofit emission control” - REC) skont ir-Regolament Nru 132 |
4. |
Arranġament tal-marka tal-Approvazzjoni tat-Tip ta' Sistema REC |
5. |
Test ta' tnaqqis ta' partikuli ta' REC (Klassi I jew II REC) |
6. |
Test ta' tnaqqis ta' NOx ta' REC (Klassi III REC) |
7. |
Testijiet ta' tnaqqis ta' PM u NOx ta' REC (Klassi IV REC) |
8. |
Sekwenzi tal-ittestjar |
9. |
Tabelli tal-ekwivalenza tal-valur limitu |
10. |
Rekwiżiti tas-sistema dijanjostika ta' kontroll ta' NOx ta' NOx jew REC għat-tnaqqis ta' partikuli u NOx li jirrikjedu reaġent |
11. |
Struzzjonijiet dwar l-Installazzjoni u t-Tħaddim |
12. |
Rekwiżiti speċifiċi dwar l-approvazzjoni ta' REC fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fis-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49 |
1. SKOP
Dan ir-Regolament jipprovdi metodu armonizzat għall-klassifikazzjoni, l-evalwazzjoni u l-approvazzjoni ta' sistemi Modifikati ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (REC) għall-materja partikolata (PM), għall-ossidi tan-nitroġenu (NOx), jew kemm għall-PM kif ukoll għall-NOx, u għad-determinazzjoni tal-livelli ta' emissjonijiet minn magni ta' tqabbid bil-kompressjoni (magni CI) li jintużaw f'applikazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni indikat fil-paragrafu 2.
Ir-Regolament jipprovdi qafas għall-approvazzjoni ta' REC għal applikazzjonijiet differenti b'livelli ta' prestazzjoni ambjentali korrispondenti u għall-identifikazzjoni fl-Approvazzjoni tat-Tip ta' dawk il-livelli.
2. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għat-tagħmir Modifikat ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (“Retrofit Emission Control” - REC) li jrid jiġi installat:
2.1. |
Fuq vetturi tal-kategoriji M2, M3 u N (1) u l-magni CI tagħhom, minbarra dawk il-vetturi approvati skont ir-Regolament Nru 83; |
2.2. |
Fuq magni CI li għandhom potenza netta ogħla minn 18 kW iżda mhux aktar minn 560 kW installati f'makkinarju mobbli mhux intiż għat-triq, (1) imħaddma b'veloċità varjabbli; |
2.3. |
Fuq magni CI li għandhom potenza netta ogħla minn 18 kW iżda mhux aktar minn 560 kW installati f'makkinarju mobbli mhux intiż għat-triq, (1) imħaddma b'veloċità kostanti; |
2.4. |
Fuq magni CI li għandhom potenza netta ogħla minn 18 kW iżda mhux aktar minn 560 kW installati f'vetturi tal-kategorija T. (1) |
3. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
3.1. |
“Riġenerazzjoni attiva” tfisser kwalunkwe miżura addizzjonali maħsuba sabiex tibda r-riġenerazzjoni fuq REC b'riġenerazzjoni kontinwa jew perjodika. |
3.2. |
“Fatturi ta' aġġustament” tfisser fattur addittiv ta' aġġustament 'il fuq u fattur addittiv ta' aġġustament 'l isfel jew fatturi multiplikattivi li jridu jiġu kkunsidrati matul riġenerazzjoni perjodika. |
3.3. |
“Firxa tal-applikazzjoni” tfisser il-firxa ta' magni li għalihom jista' jiġi applikat tagħmir Modifikat ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (REC) approvat f'konformità ma' dan ir-Regolament. |
3.4. |
“Tagħmir Modifikat ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (REC) tal-Klassi I” tfisser tagħmir modifikat ta' kontroll tal-emissjonijiet li huwa maħsub biex jikkontrolla l-emissjonijiet tal-materja partikolata biss u li ma jżidx l-emissjonijiet diretti ta' NO2. |
3.5. |
“Tagħmir modifikat ta' kontroll tal-emissjonijiet (REC) tal-Klassi IIA jew IIB” tfisser tagħmir REC li huwa maħsub biex jikkontrolla l-emissjonijiet tal-materja partikolata biss u li ma jżidx l-emissjonijiet diretti ta' NO2 mill-egżost b'aktar mill-perċentwal speċifikat fil-paragrafu 8.4.2 abbażi tal-livell ta' emissjonijiet bażi ta' NO2 mill-magna. |
3.6. |
“Tagħmir Modifikat ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (REC) tal-Klassi III” tfisser tagħmir modifikat ta' kontroll tal-emissjonijiet li huwa maħsub biex jikkontrolla l-emissjonijiet ta' NOx biss. |
3.7. |
“Tagħmir Modifikat ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (REC) tal-Klassi IV” tfisser tagħmir modifikat ta' kontroll tal-emissjonijiet li huwa maħsub biex jikkontrolla kemm l-emissjonijiet ta' materja partikolata kif ukoll l-emissjonijiet ta' NOx. |
3.8. |
“Riġenerazzjoni kontinwa” tfisser il-proċess ta' riġenerazzjoni ta' sistema ta' posttrattament tal-egżost li ssir jew b'mod permanenti jew għall-inqas darba għal kull ċiklu tat-test applikabbli. |
3.9. |
“Sistema DeNOx” tfisser sistema ta' posttrattament tal-egżost iddisinjata biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) (pereżempju, katalisti passivi u attivi tal-NOx f'taħlita fqira, assorbituri tal-NOx u sistemi selettivi ta' tnaqqis katalitiku (SCR)). |
3.10. |
“Sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll tal-emissjonijiet” tfisser is-sistema li timmonitorja t-tħaddim tal-miżuri għall-kontroll tal-emissjonijiet implimentati fil-magna u/jew fis-sistema REC f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 18 ta' dan ir-Regolament. |
3.11. |
“Emissjoni bażi tal-magna” tfisser l-emissjonijiet ta' magna jew sistema ta' magna partikolari mingħajr ebda tagħmir modifikat ta' kontroll tal-emissjonijiet. Għall-magni mingħajr posttrattament, l-emissjonijiet bażi tal-magna huma ugwali għall-emissjonijiet mhux ipproċessati li joħorġu mill-magna. Għall-magni b'posttrattament, l-emissjonijiet bażi tal-magna huma ugwali għall-emissjonijiet mill-egżost 'l isfel mis-sistema ta' posttrattament. |
3.12. |
“Familja tal-magna” tfisser ir-raggruppament mill-manifattur tas-sistemi ta' magni li, permezz tad-disinn tagħhom kif definit fil-paragrafu 7 tar-Regolament Nru 49 jew fil-paragrafu 7 tar-Regolament Nru 96, kif xieraq, għandhom karatteristiċi simili ta' emissjonijiet tal-egżost; il-membri kollha tal-familja għandhom jikkonformaw mal-valuri tal-limitu applikabbli għall-emissjonijiet. |
3.13. |
“Sistema tal-magna” tfisser il-magna, is-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u l-interfaċċa tal-komunikazzjoni (ħardwer u messaġġi) bejn l-Unità/Unitajiet ta' Kontroll Elettroniku (ECU) tas-sistema tal-magna u kwalunkwe sistema tal-motopropulsjoni jew unità ta' kontroll oħra tal-vettura. |
3.14. |
“ESC” tfisser ċiklu tat-test li jikkonsisti fi 13-il modalità ta' statiċità li jridu jiġu applikati f'konformità mas-serje rilevanti ta' emendi tar-Regolament Nru 49. |
3.15. |
“ETC” tfisser ċiklu tat-test li jikkonsisti f'1 800 modalità tranżitorja sekonda b'sekonda definiti fis-serje rilevanti ta' emendi tar-Regolament Nru 49 u li jridu jiġu applikati f'konformità magħhom. |
3.16. |
“Inkwinanti gassużi” tfisser monossidu tal-karbonju, idrokarburi (jekk nassumu proporzjon ta' CH1,85 għad-diżil), ossidi tan-nitroġenu (NOx, espressi bħala ekwivalenti għal NO2) u diossidu tan-nitroġenu (NO2). |
3.17. |
“Kundizzjoni tat-tagħbija” tfisser it-tagħbija tal-materja partikolata li tinħażen fi kwalunkwe mument f'sistema ta' tnaqqis tal-partikuli (bħal filtru) espressa bħala proporzjon tat-tagħbija massima tal-materja partikolata li tista' tinħażen fis-sistema taħt kundizzjonijiet tas-sewqan speċifiċi mingħajr ma jingħata bidu għal miżuri ta' riġenerazzjoni esterna. |
3.18. |
“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li huma responsabbli lejn l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip u li jistgħu juru li għandhom il-karatteristiċi meħtieġa u l-mezzi neċessarji sabiex jiksbu valutazzjoni tal-kwalità u konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li huma s-suġġett tal-proċess ta' approvazzjoni. |
3.19. |
“Installatur” tfisser persuna jew korp li huma responsabbli għall-installazzjoni sikura u korretta tal-REC approvat. |
3.20. |
“Sistema Dijanjostika għall-Kontroll tal-NOx (NCD)” tfisser sistema tal-REC li għandha l-kapaċità li:
|
3.21. |
“REC għat-tnaqqis tal-NOx” tfisser REC li għandu effiċjenza massiva ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-NOx li tikkwalifikah bħala li huwa ċċertifikat sabiex jissodisfa l-klassi tal-klassifikazzjoni kif definita f'dan ir-Regolament. |
3.22. |
“Familja ta' REC għat-tnaqqis tal-NOx” tfisser familja ta' sistemi ta' tnaqqis tal-NOx li huma teknikament identiċi fir-rigward tal-funzjonament tagħhom f'konformità mal-paragrafu 15 ta' dan ir-Regolament. |
3.23. |
“NRSC” tfisser ċiklu tat-test li jikkonsisti f'modalitajiet ta' statiċità definiti fis-serje rilevanti ta' emendi tar-Regolament Nru 96 u li jridu jiġu applikati f'konformità magħhom. |
3.24. |
“NRTC” tfisser ċiklu tat-test li jikkonsisti f'1 173 modalità tranżitorja sekonda b'sekonda definiti fis-serje rilevanti ta' emendi tar-Regolament Nru 96 u li jridu jiġu applikati f'konformità magħhom. |
3.25. |
“Sistema ta' twissija tal-operatur abbord” tfisser tagħmir li jidentifika t-tħaddim jew it-tneħħija skorretti tal-REC. |
3.26. |
“Magna ġenitur” tfisser magna magħżula minn familja ta' magni b'tali mod li l-karatteristiċi tal-emissjonijiet tagħha jkunu rappreżentattivi għal dik il-familja ta' magni. |
3.27. |
“Materja partikolata (PM)” tfisser il-massa ta' kwalunkwe materjal miġbur fuq mezz ta' filtru speċifikat li huwa definit fis-serje rilevanti ta' emendi tar-Regolamenti Nru 49 jew Nru 96. |
3.28. |
“REC għat-tnaqqis tal-partikuli” tfisser REC li għandu effiċjenza ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-massa tal-partikuli jew tan-numru ta' partikuli li tikkwalifikah sabiex jiġi ċċertifikat li jissodisfa l-klassi tal-klassifikazzjoni kif definita f'dan ir-Regolament. Is-sistema u l-istrateġija ta' riġenerazzjoni huma parti mill-REC għat-tnaqqis tal-partikuli. |
3.29. |
“Familja ta' REC għat-tnaqqis tal-partikuli” tfisser familja ta' sistemi ta' tnaqqis tal-partikuli li huma teknikament identiċi fir-rigward tal-funzjonament tagħhom f'konformità mal-paragrafu 14 ta' dan ir-Regolament. |
3.30. |
“Riġenerazzjoni perjodika” tfisser il-proċess ta' riġenerazzjoni ta' tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet li jseħħ perjodikament f'inqas minn 100 siegħa tat-tħaddim normali tal-magna. Waqt iċ-ċikli fejn isseħħ ir-riġenerazzjoni, l-istandards tal-emissjonijiet jistgħu jinqabżu. |
3.31. |
“Numru ta' partikuli” tfisser in-numru ta' partikuli li huwa definit fis-serje rilevanti ta' emendi tar-Regolament Nru 49. |
3.32. |
“Reaġent” tfisser kwalunkwe mezz li jinħażen abbord il-vettura f'tank u li jiġi pprovdut lis-sistema ta' posttrattament tal-egżost (jekk meħtieġ) fuq talba tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet. |
3.33. |
“Effiċjenza tat-tnaqqis” tfisser il-proporzjon bejn l-emissjonijiet 'l isfel mis-sistema ta' REC (EREC) u l-emissjonijiet bażi tal-magna (EBase), it-tnejn imkejla f'konformità mal-proċeduri definiti f'dan ir-Regolament u kkalkolati kif definit fil-paragrafu 8.3.4 ta' dan ir-Regolament. |
3.34. |
“Livell ta' tnaqqis” tfisser effiċjenza tat-tnaqqis f'perċentwali li għandha tintlaħaq mit-tagħmir modifikat ta' kontroll tal-emissjonijiet (REC) sabiex jiġi ċċertifikat li jissodisfa l-livell ta' tnaqqis speċifikat fil-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament. |
3.35. |
“Tagħmir Modifikat ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (REC)” tfisser kwalunkwe sistema ta' tnaqqis tal-partikuli, sistema ta' tnaqqis tal-NOx jew taħlita tat-tnejn li tintuża għall-finijiet ta' modifika retroattiva. Dan jinkludi kwalunkwe sensuri u softwer essenzjali għat-tħaddim tat-tagħmir. Dawk is-sistemi li jimmodifikaw biss il-kontrolli tas-sistemi tal-magni eżistenti mhumiex meqjusa bħala REC. |
3.36. |
“Għodda għall-iskennjar” tfisser apparat tal-ittestjar estern li jintuża għall-komunikazzjoni off-board mas-sistema NCD.
|
3.37. |
“WHSC” tfisser ċiklu tat-test li jikkonsisti fi 13-il modalità ta' statiċità definiti fis-serje rilevanti ta' emendi tar-Regolament Nru 49 u li jridu jiġu applikati f'konformità magħhom. |
3.38. |
“WHTC” tfisser ċiklu tat-test li jikkonsisti f'1 800 modalità tranżitorja sekonda b'sekonda definiti fi-serje rilevanti ta' emendi tar-Regolament Nru 49 u li jridu jiġu applikati f'konformità magħhom. |
4. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
4.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' REC għandha tiġi sottomessa mill-manifattur jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.
4.2. Kull REC għandu jkun akkumpanjat bl-informazzjoni li ġejja:
(a) |
L-isem jew it-trademark tal-manifattur; |
(b) |
L-għamla u n-numru ta' identifikazzjoni tal-parti tal-REC kif ġew irreġistrati fid-dokument ta' informazzjoni maħruġ f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness 1; |
(c) |
Il-firxa tal-applikazzjoni (kif definita fil-paragrafu 10 ta' dan ir-Regolament), inkluża s-sena tal-manifattura, li għaliha jiġi approvat l-REC, inkluża, fejn tkun applikabbli, marka li tidentifika jekk l-REC huwiex addattat sabiex jiġi mmuntat f'vettura li tkun mgħammra b'sistema dijanjostika abbord (OBD); |
(d) |
Il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installazzjoni tal-modifika retroattiva; |
(e) |
Il-manwal tas-servizz tal-utent aħħari, inklużi struzzjonijiet dwar il-manutenzjoni. |
4.3. L-applikant għandu jipprovdi d-Dokument ta' Informazzjoni f'konformità mal-Anness 1 ta' dan ir-Regolament. L-applikant għandu jipprovdi wkoll kampjun(i) tal-REC li jridu jiġu ttestjati u li għandhom jinżammu mis-Servizz Tekniku għal mill-inqas ħames snin wara d-data tal-approvazzjoni tat-tip.
5. MARKI U TIKKETTI
5.1. L-REC kollha għandhom jiġu mmarkati bit-trademark jew bl-isem kummerċjali tal-manifattur tal-modifika retroattiva li hija indikata fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament, kif ukoll bin-numru ta' identifikazzjoni tal-part kif irreġistrat fid-dokument ta' informazzjoni maħruġ f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
5.2. L-REC kollha għandhom jiġu identifikati permezz ta' tikketta, fejn għandha titpoġġa l-marka tal-approvazzjoni li tinkludi l-klassi, kif stabbilit fl-Anness 4. Din it-tikketta għandha titwaħħal b'mod permanenti mal-REC u għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar wara l-installazzjoni tal-REC.
5.2.1. Sabiex jiżgura l-viżibilità ta' din it-tikketta f'sistema installata, il-manifattur jista' jipprovdi tikketta duplikata sabiex titwaħħal mill-installatur tal-REC. Din it-tikketta għandha tinkludi b'mod ċar il-kelma “duplikata”.
5.2.2. It-tikketti għandhom iservu għall-ħajja utli tat-tagħmir. It-tikketti għandhom jinqraw faċilment u l-ittri u ċ-ċifri li jidhru fuqhom għandhom ikunu ta' tip li ma jitħassarx. Barra minn hekk, it-tikketti għandhom jitwaħħlu b'tali mod li jibqgħu mwaħħlin għall-ħajja utli tat-tagħmir u ma jkunux jistgħu jitneħħew mingħajr ma jitqattgħu jew mingħajr ma titħassar il-kitba li jkun hemm fuqhom.
5.3. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti fi:
(a) |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (2) |
(b) |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku kif definit fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament. In-numru tal-approvazzjoni jidher fil-formola tal-komunikazzjoni għal dan it-tip (ara l-paragrafu 6.2 ta' dan ir-Regolament u l-Anness 2 ta' dan ir-Regolament) ippreċedut minn żewġ ċifri li jindikaw l-aħħar serje ta' emendi ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
Il-Klassi tal-REC. |
5.4. Il-kampjuni ta' REC għall-ittestjar tal-approvazzjoni għandhom jiġu identifikati b'mod ċar b'mill-inqas l-isem tal-applikant u r-referenza tal-applikazzjoni.
6. APPROVAZZJONI
6.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata jekk l-REC jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
6.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull REC approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 01 skont din is-serje ta' emendi) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin riċenti li saru fir-Regolament sa dak iż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess numru ta' approvazzjoni tat-tip ma għandux jiġi assenjat għal REC ieħor.
6.3. L-avviż tal-approvazzjoni, tar-rifjut jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni ta' REC skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' Komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
7. REKWIŻITI ĠENERALI
7.1. REC approvat f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jiġi ddisinjat, jinbena u jkun jista' jiġi mmuntat b'tali mod li jippermetti li l-applikazzjoni tkun konformi mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament matul il-ħajja normali tal-REC f'kundizzjonijiet normali tal-użu.
7.2. REC approvat f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jkun durabbli. Dan ifisser li għandu jiġi ddisinjat, jinbena u jkun jista' jiġi mmuntat b'tali mod li tkun tista' tinkiseb reżistenza raġonevoli għal fenomeni bħall-korrużjoni, l-ossidazzjoni, il-vibrazzjoni u l-istress mekkaniku li għalihom ikun espost f'kundizzjonijiet normali tal-użu. Ir-rekwiżiti speċifiċi tad-durabilità jinsabu fil-paragrafu 9 ta' dan ir-Regolament.
7.3. Il-manifattur ta' REC għandu jipprovdi d-dokumenti tal-installazzjoni li jiżguraw li l-REC, meta jiġi installat fil-vettura jew fil-makkinarju, jitħaddem, flimkien mal-parts tal-makkinarju meħtieġa, b'mod li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 7, 8 u 9 ta' dan ir-Regolament. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżiti tekniċi dettaljati u d-dispożizzjonijiet tal-REC (softwer, ħardwer u komunikazzjoni) meħtieġa għall-installazzjoni korretta tal-REC fil-makkinarju.
7.4. Mhuwiex permess tagħmir li jevita jew inaqqas l-effiċjenza tal-REC.
7.5. REC approvat f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jkun mgħammar b'sistema ta' twissija tal-operatur abbord li tibgħat sinjali lis-sewwieq dwar il-preżenza ta' ħsara li taffettwa l-effiċjenza tal-REC.
7.5.1. REC għat-tnaqqis tal-partikuli għandu jkun mgħammar b'tagħmir ta' monitoraġġ li jidentifika t-tħaddim skorrett jew it-tneħħija tal-REC u li jiskatta allarm li jinstema' u/jew viżwali għall-operatur. Għal REC għat-tnaqqis tal-partikuli abbażi ta' reaġent, it-tagħmir ta' monitoraġġ jista' jinterrompi l-input ta' kwalunkwe reaġent jew addittiv, jekk ikun meħtieġ. Is-sistema ta' twissija tista' tkun ibbażata, pereżempju, fuq il-kejl kontinwu tal-kontropressjoni tal-egżost tal-magna.
7.5.2. Ir-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għal REC għat-tnaqqis tal-NOx huma pprovduti fil-paragrafu 7.7 ta' hawn taħt u fl-Anness 10 ta' dan ir-Regolament.
7.5.2.1. L-istrateġija ta' kontroll tal-NOx tal-REC għandha tkun operattiva fil-kundizzjonijiet ambjentali kollha li jappartjenu regolarment fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti, speċjalment f'temperaturi ambjentali baxxi.
7.5.3. REC għat-tnaqqis ikkombinat ta' PM u NOx (REC tal-klassi IV) għandu jissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 7.5.1, 7.5.2 u 7.5.2.1 ta' dan ir-Regolament.
7.5.4. Il-filtru ta' REC għat-tnaqqis tal-partikuli jew ta' REC għat-tnaqqis ikkombinat ta' PM u NOx għandu jiġi ddisinjat u mibni b'mod li jkun jista' jiġi installat biss f'direzzjoni waħda. Ir-riversjar tal-filtru, b'mod intenzjonali jew mhux intenzjonali, għandu jkun fiżikament impossibbli.
7.6. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal REC li jirrikjedi reaġent jew addittiv.
7.6.1. Kull tank tal-ħażna separat li jiġi installat fuq vettura jew makkinarju għandu jinkludi mezzi sabiex jittieħed kampjun ta' kwalunkwe fluwidu ġewwa t-tank. Il-punt tal-kampjunar għandu jkun faċilment aċċessibbli mingħajr l-użu tal-ebda għodda speċjalizzata jew tagħmir speċjalizzat.
7.6.2. Is-sewwieq jew l-operatur tal-makkinarju għandu jiġi infurmat dwar il-livell ta' reaġent jew addittiv fit-tank tal-ħażna fuq il-vettura jew il-makkinarju permezz ta' indikazzjoni elettronika jew mekkanika speċifika f'konformità mal-Anness 10 ta' dan ir-Regolament. L-indikatur tal-livell tar-reaġent u l-indikatur tat-twissija għandhom jitqiegħdu fil-qrib tal-indikatur tal-livell tal-fjuwil.
7.6.3. Il-karatteristiċi tar-reaġent, inkluż it-tip ta' reaġent, l-informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni meta r-reaġent ikun f'soluzzjoni, il-kundizzjonijiet tat-temperatura waqt it-tħaddim u r-referenza għall-istandards internazzjonali fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-kwalità għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-REC fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
7.6.4. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata bil-miktub li tiddeskrivi l-karatteristiċi funzjonali tat-tħaddim tas-sistema ta' twissija tal-operatur definita fil-paragrafu 4 tal-Anness 10 għal dan ir-Regolament u tas-sistema ta' inċitament tal-operatur definita fil-paragrafu 5 tal-Anness 10 ta' dan ir-Regolament lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip fil-mument li tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
7.6.5. Il-protezzjoni tar-reaġent mill-iffriżar
7.6.5.1. Huwa permess li jintużaw tank tar-reaġent u sistema ta' dożaġġ imsaħħna jew mhux imsaħħna. Sistema msaħħna għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.6.5.2.2 ta' dan ir-Regolament. Sistema mhux imsaħħna għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 tal-Anness 10 ta' dan ir-Regolament. L-użu ta' tank tar-reaġent u sistema ta' dożaġġ mhux imsaħħna għandu jiġi indikat fl-istruzzjonijiet bil-miktub lis-sewwieq jew lill-operatur tal-vettura jew tal-makkinarju.
7.6.5.2. Tank tar-reaġent u sistema ta' dożaġġ
7.6.5.2.1. Jekk ir-reaġent ikun iffriża, ir-reaġent għandu jkun disponibbli sabiex jintuża f'ħin massimu ta' 70 minuta wara l-istartjar tal-vettura jew tal-makkinarju f'temperatura ambjentali ta' 266 K (– 7 °C).
7.6.5.2.2. Il-kriterji tad-disinn għal sistema msaħħna
7.6.5.2.2.1. It-tank tar-reaġent u s-sistema ta' dożaġġ għandhom jiġu mgħaddsa f'temperatura ta' 255 K (– 18 °C) għal 72 siegħa jew sakemm ir-reaġent isir solidu, skont liema jseħħ l-ewwel.
7.6.5.2.2.2. Wara l-perjodu ta' tgħaddis imsemmi fil-paragrafu 7.6.5.2.2.1 ta' hawn fuq, il-vettura/makkinarju/magna għandhom jiġu startjati u jitħaddmu f'temperatura ambjentali ta' 266 K (– 7 °C) jew inqas kif ġej: tħaddim għal bejn 10 minuti u 20 minuta mingħajr ma jkunu ingranati, segwit minn tħaddim sa 50 minuta b'tagħbija kklassifikata ta' mhux aktar minn 40 fil-mija.
7.6.5.2.2.3. Fil-konklużjoni tal-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 7.6.5.2.2.2 ta' hawn fuq, is-sistema ta' dożaġġ tar-reaġent għandha tkun funzjonali għalkollox.
7.6.5.2.3. L-evalwazzjoni tal-kriterji tad-disinn tista' ssir f'kompartiment imkessaħ taċ-ċellola tat-test billi jintużaw vettura sħiħa jew makkinarju sħiħ jew inkella parts li jirrappreżentaw dawk li jkunu installati fuq vettura jew makkinarju jew abbażi ta' testijiet fuq il-post.
7.7. Ir-rekwiżiti dwar il-miżuri ta' kontroll tal-NOx għal REC li jirrikjedi reaġent
7.7.1. Il-manifattur ta' REC għandu jipprovdi informazzjoni li tiddeskrivi b'mod sħiħ il-karatteristiċi operattivi funzjonali tal-miżuri ta' kontroll tal-NOx billi juża d-dokumenti stabbiliti fl-Anness 1.
7.7.2. L-REC għandu jkun mgħammar b'sistema Dijanjostika għall-Kontroll tal-NOx (NCD) li kapaċi tidentifika l-ħsarat fil-kontroll tal-NOx. L-NCD għandha tiġi ddisinjata, tinbena u tiġi installata b'tali mod li tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7 ta' dan ir-Regolament matul il-ħajja normali tal-REC f'kundizzjonijiet normali tal-użu.
7.7.2.1. Is-sistema NCD għandha tkun operattiva:
(a) |
F'temperaturi ambjentali ta' bejn 266 K u 308 K (– 7 °C u 35 °C); |
(b) |
Fl-altitudnijiet kollha taħt l-1 600 m; |
(c) |
F'temperaturi tal-fluwidu berried tal-magna ogħla minn 343 K (70 °C). |
Dan il-paragrafu ma japplikax fil-każ ta' monitoraġġ għal-livell ta' reaġent fit-tank tal-ħażna meta l-monitoraġġ għandu jsir fil-kundizzjonijiet kollha fejn il-kejl huwa teknikament fattibbli (pereżempju, fil-kundizzjonijiet kollha meta reaġent tal-likwidu ma jkunx iffriżat).
7.7.3. Is-sistema NCD għandha tissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness 10.
7.8. Ir-rekwiżiti tal-manutenzjoni
7.8.1. Il-manifattur ta' REC għandu jforni struzzjonijiet bil-miktub dwar is-sistema ta' REC u t-tħaddim korrett tagħha, li jridu jiġu pprovduti lis-sewwieqa kollha jew lill-operaturi ta' vetturi jew makkinarji.
Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li, jekk is-sistema ta' REC ma tkunx qed tiffunzjona b'mod korrett, is-sewwieq jew l-operatur jiġi informat bi problema mis-sistema ta' twissija tal-operatur u li l-attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur bħala konsegwenza tal-fatt li tkun ġiet injorata din it-twissija twassal sabiex il-vettura jew il-makkinarju ma jkunux jistgħu jerġgħu jistartjaw.
7.8.2. L-istruzzjonijiet għandhom jindikaw ir-rekwiżiti għall-użu u l-manutenzjoni xierqa tal-REC sabiex jinżamm ir-rendiment tal-emissjonijiet tiegħu, inkluż l-użu xieraq ta' reaġenti konsumabbli.
7.8.3. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu miktubin b'mod ċar u mhux tekniku, billi jintuża l-istess lingwaġġ li jintuża fil-manwal tal-operatur fuq il-vettura jew il-makkinarju.
7.8.4. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw jekk ir-reaġenti konsumabbli għandhomx jimtlew mill-ġdid mis-sewwieq jew mill-operatur bejn intervalli ta' manutenzjoni normali. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw ukoll il-kwalità meħtieġa tar-reaġent. Huma għandhom jindikaw kif is-sewwieq jew l-operatur jenħtieġ jerġa' jimla t-tank tar-reaġent. L-informazzjoni għandha tindika wkoll rata probabbli ta' konsum tar-reaġent u kemm ta' spiss għandu jimtela mill-ġdid.
7.8.5. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw li l-użu u l-mili mill-ġdid ta' reaġent meħtieġ bl-ispeċifikazzjonijiet korretti huma essenzjali sabiex il-vettura jew il-makkinarju jkunu konformi mar-rekwiżiti għall-ħruġ tal-approvazzjoni tal-REC għal dik il-vettura jew dak il-makkinarju.
7.8.6. L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li jista' jkun reat kriminali li jintużaw vettura jew makkinarju li ma jikkonsmaw l-ebda reaġent jekk ir-reaġent ikun meħtieġ għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
7.8.7. L-istruzzjonijiet għandhom jispjegaw kif jaħdmu s-sistemi ta' inċitament u ta' twissija tal-operatur. Barra minn hekk, għandhom jiġu spjegati l-konsegwenzi, f'termini ta' rendiment u lloggjar tal-ħsarat, ta' meta tiġi injorata s-sistema ta' twissija, ta' meta ma jerġax jimtela r-reaġent jew ta' meta ma tissolviex il-problema.
7.9. L-approvazzjoni għandha tkun kundizzjonali fuq is-subparagrafi li ġejjin.
7.9.1. Il-manifattur li jipprovdi struzzjonijiet bil-miktub dwar il-manutenzjoni, li jridu jingħataw mill-installatur lis-sewwieq jew lill-operatur.
7.9.2. Il-manifattur li jipprovdi dokumenti tal-installazzjoni għall-REC.
7.9.3. Il-manifattur li jipprovdi struzzjonijiet għal sistema ta' twissija tal-operatur, sistema ta' inċitament u protezzjoni tar-reaġent mill-iffriżar (fejn applikabbli), li jridu jingħataw mill-installatur lill-workshop jew lis-sewwieq jew lill-operatur, kif xieraq.
7.9.4. Il-manifattur li jipprovdi dikjarazzjoni bil-miktub lill-installatur, li trid tingħata lis-sewwieq jew lill-operatur, dwar il-kundizzjonijiet tat-tħaddim normali (il-firxa tat-temperatura, il-kundizzjonijiet ambjentali, …) li fihom l-REC jaħdem b'mod korrett.
8. REKWIŻITI TAR-RENDIMENT
8.1. L-REC approvat skont dan ir-Regolament għandu jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
Il-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet kif speċifikati fil-paragrafu 8.2; |
(b) |
Il-livelli ta' tnaqqis kif speċifikati fil-paragrafu 8.3; |
(c) |
Ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet ta' NO2 kif speċifikati fil-paragrafu 8.4; |
(d) |
Ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet sekondarji kif speċifikati fil-paragrafu 8.6. |
8.2. Valuri ta' limitu
Is-sistema tal-magna mmodifikata ma għandhiex taqbeż il-limiti tal-emissjonijiet għall-inkwinanti rilevanti (NOx jew PM jew it-tnejn, kif xieraq, għall-Klassi tal-REC) ta' stadju tal-emissjonijiet aktar strett kif speċifikat fir-Regolament Nru 49 jew fir-Regolament Nru 96, kif xieraq, u mkejjel bl-użu tal-proċedura/i tal-ittestjar assoċjati mal-valuri ta' limitu li jridu jinkisbu. Is-sistema tal-magna mmodifikata għandha tissodisfa mill-inqas il-limiti tal-emissjonijiet għall-istadju li għalih kienet approvata l-magna bażi għal kull wieħed mill-inkwinanti kkontrollati l-oħrajn rilevanti għal dak l-istadju.
8.2.1. Ir-rekwiżiti għal kull klassi ta' REC f'termini tal-issodisfar tal-limiti tal-istadju tal-emissjonijiet aktar strett li jmiss huma murija fit-tabelli fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.
8.2.2. Fil-każ ta' magna li ma jkollhiex it-tip tagħha approvat f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49 jew tar-Regolament Nru 96, l-emissjonijiet ta' kull wieħed mill-inkwinanti rregolati (CO, HC, NOx u PM) fil-kundizzjoni inizjali ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu għall-istadju tal-emissjonijiet immedjatament taħt dak li għalih tintalab iċ-ċertifikazzjoni tal-REC.
8.3. Il-livelli tat-tnaqqis u l-effiċjenza tat-tnaqqis
8.3.1. Il-livell tat-tnaqqis ta' sistema ta' REC huwa kkaratterizzat mill-effiċjenza tat-tnaqqis tagħha kif speċifikat fit-Tabella 1:
Tabella 1
Livelli ta' tnaqqis
|
Effiċjenza minima tat-tnaqqis (%) |
|
Massa ta' PM |
NOX |
|
Livell ta' tnaqqis 01 |
90 |
60 |
8.3.2. L-effiċjenza tat-tnaqqis għandha tiġi stabbilita permezz ta' tqabbil tal-emissjonijiet imkejla fuq id-WHTC ponderat għal REC li jrid jiġi applikat għal magni heavy duty jew fuq l-NRTC ponderat għal REC li jrid jiġi applikat għal makkinarju mobbli mhux intiż biex jintuża fit-triq jew għal magni ta' tratturi agrikoli u tal-forestrija. L-effiċjenza tat-tnaqqis għandha tiġi kkalkolata kif definit fil-punt 8.3.4 ta' dan ir-Regolament.
8.3.3. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, l-effiċjenza tat-tnaqqis għal NOx għandha tkun applikabbli għal sistemi li huma intiżi biex inaqqsu l-NOx u l-livell ta' tnaqqis tal-PM għandu jkun applikabbli għal sistemi intiżi biex inaqqsu l-PM. Għal REC tal-Klassi IV, għandhom jiġu ssodisfati l-livelli ta' tnaqqis kemm għall-NOx kif ukoll għall-PM murija fit-tabella 1 ta' dan ir-Regolament.
8.3.4. L-effiċjenza tat-tnaqqis għandha tiġi kkalkolata mill-emissjonijiet imkejla tal-inkwinant rilevanti 'l isfel mill-REC (EREC) u mill-emissjonijiet tas-sistema tal-magna mkejla qabel jitwaħħal l-REC (EBażi) għal dak l-inkwinant, it-tnejn li huma mkejla f'konformità mal-proċeduri definiti f'dan ir-Regolament:
effiċjenza tat-tnaqqis (fil-mija) = (1 – (EREC/EBażi)) × 100.
8.4. Rekwiżiti tal-emissjonijiet ta' NO2
8.4.1. Għal REC tal-Klassi I, ma għandu jkun hemm l-ebda żieda fl-emissjonijiet ta' NO2 'il fuq mill-emissjonijiet bażi ta' NO2, imkejla kif definit fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.
8.4.2. Għal REC tal-Klassi IIA, iż-żieda inkrimentali tal-NO2 ma għandhiex tkun aktar minn 20 punt perċentwali akbar mil-livell irreġistrat meta ma jiġi mmuntat l-ebda REC (bażi). Bħala eżempju, jekk l-NO2 fil-bażi jkun 10 fil-mija tal-NOx, l-emissjoni massima ta' NO2 permessa mal-REC tkun 30 fil-mija tal-NOx imkejjel kif definit fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament. Għal REC tal-Klassi IIB, iż-żieda inkrimentali tal-NO2 għandha tkun ta' mhux aktar minn 30 punt perċentwali.
8.4.3. Għal REC tal-Klassi III, ma għandu jkun hemm ebda żieda fl-emissjonijiet ta' NO2 imkejla fi g/kWh u kif definit fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.
8.4.4. Għal REC tal-Klassi IV, ma għandu jkun hemm ebda żieda fl-emissjonijiet ta' NO2 imkejla fi g/kWh u kif definit fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.
8.5. Rekwiżiti tal-emissjonijiet tan-numru ta' partikuli
8.5.1. L-REC tal-Klassi I, tal-Klassi IIA jew IIB u tal-Klassi IV approvati għal Livell 01 ta' Tnaqqis tal-PM għandhom jipprovdu effiċjenza tat-tnaqqis għal numru ta' partikuli ta' mill-inqas 97 fil-mija mill-emissjonijiet bażi tal-magna tal-ittestjar kif definiti fil-paragrafu 12 meta mkejla bl-użu tal-proċedura/i tal-ittestjar stabbilita/i f'dan ir-Regolament.
8.5.2. Huwa permess kampjunar dirett mill-gass tal-egżost mhux ittrattat qabel id-dilwizzjoni. Imbagħad, il-proporzjonijiet tad-dilwizzjoni tad-dilwituri tan-numru ta' partikuli (PND1 u PND2 tas-sistema ta' trasferiment tal-partikuli, kif definiti fir-Regolament Nru 49) għandhom jiġu adattati għall-firxa tal-kejl tal-kalkolatur tan-numru ta' partikuli (PNC).
8.5.3. L-effiċjenza tat-tnaqqis tan-numru ta' partikuli tiġi ddeterminata bħala d-differenza ta' 1 nieqsa l-penetrazzjoni, li hija l-proporzjon bejn l-emissjonijiet tan-numru ta' partikuli 'l isfel mis-sistema ta' REC u l-emissjonijiet tan-numru ta' partikuli tas-sistema tal-magna qabel jitwaħħal l-REC. L-effiċjenza tat-tnaqqis tan-numru ta' partikuli hija indikata bħala perċentwal. L-effiċjenza tat-tnaqqis tan-numru ta' partikuli għandha tiġi ddeterminata għaċ-ċiklu tat-test xieraq kif definit fil-paragrafu 8.3.2.
effiċjenza tat-tnaqqis (fil-mija) = (1 – (EREC/EBażi)) × 100.
8.5.4. Jekk jintużaw żewġ sistemi ta' kejl tan-numru ta' partikuli b'mod parallel għall-kejl tal-effiċjenza tat-tnaqqis tan-numru ta' partikuli, huma għandhom jagħtu l-kejl f'firxa ta' 5 fil-mija minn xulxin meta jitkejlu simultanjament mill-istess punt tal-kampjunar.
8.6. Rekwiżiti tal-emissjonijiet sekondarji
8.6.1. Il-manifattur tas-sistema ta' REC għandu jipprovdi evidenza dokumentarja li turi li l-materjali u l-proċessi li jintużaw fl-REC ma jippreżentaw ebda periklu addizzjonali għas-saħħa u għall-ambjent.
8.6.2. Għal REC tal-Klassi III u tal-Klassi IV, l-emissjonijiet ta' ammonijaka ma għandhomx jaqbżu valur medju ta' 25 ppm meta jitkejlu bl-użu tal-proċeduri definiti fl-Appendiċi 7 tal-Anness 4 tas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49.
8.6.3. L-REC ma għandux iżid l-emissjonijiet sekondarji għal konċentrazzjonijiet magħrufa li huma perikolużi għas-saħħa.
8.6.4. L-applikant għal approvazzjoni għandu jipprovdi valutazzjoni tar-rendiment tal-REC fir-rigward tal-emissjonijiet sekondarji. Il-valutazzjoni għandha tindirizza l-emissjonijiet sekondarji probabbli kollha mill-REC wara li tqis il-prinċipju tat-tħaddim tiegħu, id-disinn tiegħu, il-metodu ta' kostruzzjoni tiegħu u l-materjali applikati.
8.6.4.1. B'mod partikolari, il-valutazzjoni għandha:
(a) |
Fil-każijiet fejn l-REC ikun fih ram jew komposti tar-ram, tindirizza l-formazzjoni possibbli ta' diossini; |
(b) |
Fil-każijiet fejn l-REC jagħmel użu minn katalizzatur li jinġarr bil-fjuwil, tikkunsidra l-impatt fuq il-produzzjoni ta' emissjonijiet sekondarji ta':
|
8.6.4.2. Il-valutazzjoni għandha ssemmi kull wieħed mill-ispeċijiet ta' emissjonijiet sekondarji kkunsidrati.
8.6.4.3. Il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq analiżi u ġudizzju tal-inġenerija tajbin, fuq ir-riżultati tat-testijiet jew tas-simulazzjonijiet, fuq ir-riżultati tal-analiżi jew tat-testijiet ta' sistemi jew teknoloġiji simili jew fuq kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn l-elementi.
8.6.4.4. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-emissjonijiet sekondarji prodotti f'konċentrazzjonijiet mhux ogħla b'mod sinifikanti mill-konċentrazzjonijiet prodotti minn sistemi ta' magni b'tagħmir oriġinali għandhom jitqiesu bħala li mhumiex perikolużi għas-saħħa.
8.6.5. L-applikant jista' jintalab iwettaq testijiet għal emissjonijiet sekondarji bħala prerekwiżit għall-approvazzjoni fil-każijiet fejn il-valutazzjoni tar-rendiment tal-REC fir-rigward tal-emissjonijiet sekondarji tipproduċi aspettattiva raġonevoli li r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.6.3 ta' hawn fuq ma jiġux issodisfati.
9. REKWIŻITI TAD-DURABILITÀ
9.1. L-applikant għandu jiddikjara li s-sistema ta' REC, meta tintuża u tinżamm skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli waqt it-tħaddim normali matul il-ħajja utli ta':
(a) |
Għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 u N, kilometraġġ ta' 200 000 km jew ħajja operattiva ta' 6 snin, skont liema sseħħ l-ewwel; |
(b) |
Għall-applikazzjonijiet l-oħrajn kollha, 4 000 siegħa operattiva jew ħajja operattiva ta' 6 snin, skont liema sseħħ l-ewwel. |
9.2. L-applikant għandu jwettaq test tad-durabilità ta' 1 000 siegħa fuq kombinazzjoni ta' REC u magna. Dan it-test għandu jkun jew test fuq il-post f'applikazzjoni tipika ta' vettura jew makkinarju maqbula bejn l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip u l-applikant jew inkella test fuq bank tat-test ta' magna. Fil-każ ta' ttestjar fuq bank tat-test ta' magna, iċ-ċiklu tal-maturazzjoni, it-tagħbija u l-veloċità għandhom jinkludu kundizzjonijiet li japprossimaw għal 10 fil-mija ta' tħaddim ta' magna li mhijiex ingranata, 10 fil-mija ta' tħaddim tranżitorju, 75 fil-mija ta' tħaddim b'tagħbija kbira u b'veloċità għolja u 5 fil-mija ta' tħaddim b'tagħbija medja u b'veloċità baxxa.
Il-magna għall-prova tad-durabilità tista' tkun differenti mill-magna tal-ittestjar li tintuża għal testijiet li jsiru sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' tnaqqis tal-REC, iżda għandha tkun magna li taqa' fi ħdan il-firxa tal-applikazzjoni ddikjarata tal-REC partikolari.
9.3. Il-kontenut tat-test huwa kif ġej:
(a) |
1 000 siegħa ta' akkumulazzjoni ta' servizz tal-REC b'reġistrazzjoni tad-data operattiva rilevanti kollha tal-magna kkonċernata, inklużi t-tip u l-konsum tal-fjuwil u taż-żejt lubrikanti u, meta jkun meħtieġ reaġent jew addittiv xieraq mit-tagħmir ta' REC, illoggjar kontinwu u sekonda b'sekonda tad-data tat-temperatura tal-egżost qabel l-REC u t-telf tal-pressjoni fuq l-REC. Fil-każ ta' test fuq il-post, l-REC għandu jiġi ssiġillat mis-Servizz Tekniku u l-illoggjar tad-data għandu jsir mill-manifattur tal-REC jew mill-operatur tal-vettura jew tal-makkinarju li fuqhom jitwettaq it-test tar-reżistenza; |
(b) |
Barra minn hekk, fil-każ ta' REC li jitħaddem b'addittivi jew li jagħmel użu minn reaġent, għandha ssir ukoll verifika tar-rata ta' dożaġġ korretta fil-bidu tat-test fuq il-post, wara 500 siegħa ta' tħaddim u wara 1 000 siegħa ta' tħaddim. |
9.4. Wara li titlesta l-prova tad-durabilità, is-sistema ta' REC li tintuża sabiex tintwera d-durabilità għandha tintuża għal kwalunkwe ttestjar tal-evalwazzjoni ulterjuri bil-magna tal-ittestjar oriġinali.
F'każ li l-magna tal-ittestjar oriġinali ma tkunx għadha funzjonali, tista' tintuża magna tal-istess tip bil-ftehim minn qabel tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.
9.5. Is-sistema ta' REC għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 8 meta tiġi ttestjata f'konformità mal-paragrafu 9.4 wara li titlesta l-akkumulazzjoni tas-servizz.
10. FIRXA TAL-APPLIKAZZJONI
10.1. Il-firxa tal-applikazzjoni tiddeskrivi l-firxa ta' magni jew sistemi ta' magni li għalihom tista' tiġi applikata l-familja ta' REC. L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-firxa tal-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip kif speċifikat fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
10.2. Il-firxa tal-applikazzjoni hija limitata għall-familja tal-magna li għaliha tappartjeni l-magna tat-test definita fil-paragrafu 12.
10.3. Il-firxa tal-applikazzjoni tista' tiġi estiża għal:
(a) |
Magni oħrajn prodotti mill-istess manifattur tal-magni; u |
(b) |
Magni ta' manifatturi ta' magni oħrajn. |
Jekk l-applikant ikun jista' juri li l-karatteristiċi tal-kriterji li ġejjin tal-magni kkonċernati huma l-istess bħal dawk fil-magna tat-test:
(a) |
Spostament taċ-ċilindru individwali fi ħdan ± 20 fil-mija tal-magna tat-test; |
(b) |
Metodu ta' aspirazzjoni (magna li tiċċarġja bit-turbo jew li taspira b'mod naturali); |
(c) |
B'EGR jew mingħajrha; |
(d) |
Jekk hijiex magna b'veloċità kostanti jew b'veloċità varjabbli; (3) |
(e) |
Stadju tal-emissjonijiet bażi tal-magna; u |
(f) |
B'sistema ta' posttrattament jew mingħajrha. |
10.4. Il-firxa tal-applikazzjoni ma għandhiex tiġi estiża għall-magni bi stadju tal-emissjonijiet bażi inqas strett mill-istadju tal-emissjonijiet bażi tal-magna tat-test.
10.5. Jekk l-applikant ikun jista' jipprova li REC ittestjat għal vetturi tal-Kategoriji M2, M3 u N u l-magni CI tagħhom huwa maħsub ukoll sabiex jintuża bl-istess mod strutturali fuq magni CI għall-użu f'makkinarju mobbli mhux intiż għat-triq jew f'vetturi tal-Kategorija T, u l-magna tat-test f'konformità mal-paragrafu 12 ta' hawn taħt tkun rappreżentattiva għal applikazzjonijiet bħal dawn u tkun tissodisfa wkoll il-kriterji tal-familja tal-paragrafi 14, 15 jew 16 ta' hawn taħt, kif xieraq, il-firxa tal-applikazzjoni tista' tiġi estiża għall-magni CI għall-użu f'makkinarju mobbli mhux intiż għat-triq u f'vetturi tal-kategorija T.
Mhuwiex permess li l-firxa ta' REC li jkun ġie approvat sabiex jintuża ma' magni CI f'makkinarju mobbli mhux intiż għat-triq jew f'vetturi tal-kategorija T tiġi estiża sabiex tali REC ikun ikopri l-applikazzjonijiet intiżi għat-triq bil-mod deskritt f'dan il-paragrafu.
11. MODIFIKI FL-EMISSJONIJIET BAŻI TAL-MAGNA
11.1. Kwalunkwe modifika tal-parametri tat-tħaddim tal-magna li tista' taffettwa l-emissjonijiet bażi tal-magna trid tinżamm fil-limiti speċifikati mill-manifattur tal-magna oriġinali (pereżempju l-kontropressjoni massima tal-gass tal-egżost permessibbli jew il-limiti stabbiliti għall-impatt ta' tagħmir estern fuq is-sistemi elettriċi jew tal-immaniġġjar tad-data).
11.2. F'każijiet fejn ikunu meħtieġa miżuri addizzjonali fir-rigward tal-komponenti rilevanti għall-emissjonijiet jew tal-komponenti tas-sistemi, bħal modifiki għall-kontroll tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR) sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-magna u tas-sistemi tal-posttrattament tal-egżost flimkien mal-REC, l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-modifika tad-disinn flimkien ma' spjegazzjoni ta' kif il-modifika se tbiddel it-tħaddim u l-prestazzjoni tal-istrateġija ta' kontroll tal-emissjonijiet. Sabiex isostni t-talbiet tiegħu, l-applikant għandu jissottometti data tat-test addizzjonali, ġustifikazzjoni u analiżi tal-inġinerija jew kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala neċessarja mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mis-Servizz Tekniku sabiex jiġu indirizzati d-differenzi bejn id-disinji oriġinali u dawk immodifikati.
11.3. Is-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet tal-manifattur tal-magna oriġinali ma għandhiex tiġi mmodifikata, ħlief għal:
(a) |
Il-modifiki permessi bil-permess bil-miktub tal-manifattur tal-magna oriġinali; jew |
(b) |
Fil-każ ta' REC tal-Klassi I, tal-Klassi IIA jew tal-Klassi IIB, is-sostituzzjoni ta' katalizzatur tal-ossidazzjoni tad-diżil eżistenti diment li:
|
(c) |
L-installazzjoni ta' sondi għall-kejl tat-temperatura u/jew tal-pressjoni fid-daħla tas-sistema ta' REC għat-tnaqqis tal-NOx, inkluża l-unità tad-dożaġġ. |
11.4. Soġġett għall-issodisfar tar-rekwiżiti tal-paragrafu 11.1 ta' dan ir-Regolament, huma permessi modifiki 'l isfel minn sistema ta' posttrattament oriġinali.
11.5. Il-prestazzjoni ta' kwalunkwe Sistema Dijanjostika Abbord (OBD) u sistema ta' kontroll tal-NOx tas-sistema tal-magna oriġinali ma għandhiex tiġi kompromessa mill-REC.
12. L-GĦAŻLA TAL-MAGNI TAL-ITTESTJAR U TAL-KOMBINAZZJONI TA' REC
12.1. Il-magni tal-ittestjar għandhom joriġinaw minn familja ta' magna li tikkorrispondi għall-firxa tal-applikazzjoni sussegwenti tal-REC. Ir-rendiment tal-emissjonijiet tal-magna tal-ittestjar għandu jitkejjel u għandu jissodisfa l-limiti għall-istadju tal-emissjonijiet bażi applikabbli.
12.2. Il-magna tal-ittestjar u l-kombinazzjoni ta' REC għall-firxa tal-applikazzjoni magħżula għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
Il-magna għandu jkollha output tal-potenza nominali ta' bejn 100 fil-mija u 60 fil-mija tal-potenza massima tal-magna referenzjarja fil-familja partikolari meta tiġi vvalutata f'konformità mal-proċeduri tar-Regolament Nru 49 jew tar-Regolament Nru 96, kif xieraq; |
(b) |
Meta jiġi kkombinat mal-magna tal-ittestjar magħżula, l-REC għandu jkollu l-ogħla veloċità spazjali fi ħdan il-firxa tal-applikazzjoni tal-familja ta' REC; |
(c) |
L-REC għandu jkollu l-konċentrazzjoni volumetrika minima ta' materjali attivi b'mod katalitiku speċifikata mill-manifattur għall-familja ta' REC. |
Meta r-rekwiżiti tas-subparagrafi (b) u (c) ta' hawn fuq ikunu inkompatibbli b'mod reċiproku, ir-rekwiżiti tas-subparagrafu (b) għandhom jieħdu prijorità.
12.3. Għall-REC intiż sabiex jintuża fuq magni bit-tip approvat f'konformità mar-Regolament Nru 96, l-ittestjar fuq magna tal-ittestjar waħda għal kull kategorija ta' potenza li għaliha huwa intiż l-REC huwa obbligatorju.
12.4. Il-magna tal-ittestjar magħżula għandha tikkonforma, kemm fil-kundizzjoni tal-produzzjoni tas-serje kif ukoll fil-kundizzjoni mmodifikata, mal-limiti tal-emissjonijiet tal-inkwinanti kollha assoċjati mal-istadju jew mal-istandard li għalih oriġinarjament kellha t-tip tagħha approvat. Meta l-vetturi jew il-makkinarji jkunu mgħammra b'sistemi dijanjostiċi abbord, dawk is-sistemi ma għandhomx jiġu affettwati fir-rigward tal-funzjoni tal-monitoraġġ tagħhom wara li tkun ġiet installata s-sistema ta' modifika retroattiva. Il-karatteristiċi tal-unità ta' kontroll elettroniku tal-magna (fir-rigward ta', pereżempju, il-ħin tal-injezzjoni, il-kejl tal-fluss tal-massa tal-arja jew l-istrateġiji ta' tnaqqis tal-emissjonijiet mill-egżost) ma għandhomx jinbidlu mill-modifika retroattiva. Kwalunkwe modifika tal-magna tal-ittestjar li tbiddel l-imġiba oriġinali tal-emissjonijiet (pereżempju alternazzjoni tal-ħin tal-injezzjoni) mhijiex permessa.
13. SPEĊIFIKAZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-KEJL TAL-EMISSJONIJIET
13.1. Il-komponenti ta' gassijiet u partikuli emessi mill-magna jew mis-sistema tal-magna flimkien mal-REC sottomessi għall-ittestjar għandhom jitkejlu permezz tal-metodi deskritti fl-annessi applikabbli tar-Regolament Nru 49 u tar-Regolament Nru 96.
13.2. Jekk jintuża detettur kimiluminixxenti msaħħan (CLD) għad-determinazzjoni tal-NO2 f'konformità mal-paragrafu 8.4 ta' dan ir-Regolament, għandhom jintużaw żewġ kompartimenti tal-kejl paralleli sabiex jiddeterminaw l-NOx u l-NO simultanjament. Huma permessi żewġ CLDs b'mod parallel, diment li t-tnejn jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49 jew tar-Regolament Nru 96, kif xieraq, u diment li l-effiċjenzi assoluti tal-konvertitur jintwerew li huma f'firxa ta' 3 fil-mija minn xulxin.
14. IL-FAMILJA TA' REC GĦAT-TNAQQIS TAL-PARTIKULI
14.1. L-approvazzjoni ta' REC għat-tnaqqis tal-partikuli se tkompli tkun valida għal sistema simili b'mod nominali f'konfigurazzjoni jew applikazzjoni differenti, diment li ma tiddevjax mis-sistema ttestjata fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:
(a) |
It-tip ta' żamma tal-element attiv (pereżempju, iffissar mekkaniku jew adeżiv), u l-funzjonament; |
(b) |
Il-prinċipju ta' tħaddim tal-element attiv (pereżempju, materjal metalliku jew ċeramiku, filtrazzjoni tal-barrieri jew separazzjoni ajrudinamika); |
(c) |
Id-disinn u l-karatteristiċi tal-filtru jew ta' materjal attiv ieħor (pereżempju, kemm jekk jikkonsisti f'folji jew pjanċi, jew inkella huwiex immaljat jew imwaħħal, iċ-ċellola, il-materjal, jew id-densità mhux minsuġa, il-porożità u d-dijametru tal-pori tal-mezzi ta' filtri tal-barrieri, in-numru ta' kontenituri, xfafar jew blalen fis-separaturi ajrudinamiċi, il-ħruxija tas-superfiċje ta' komponenti kritiċi u d-dijametri ta' wajers, blalen jew fibri); |
(d) |
Il-konċentrazzjoni volumetrika minima ta' materjali attivi b'mod katalitiku tas-sistema ta' tnaqqis tal-partikuli, inklużi l-katalizzaturi upstream (jekk ikunu mmuntati) (grammi/m3); |
(e) |
Il-konċentrazzjoni volumetrika massima ta' materjali attivi b'mod katalitiku tas-sistema ta' tnaqqis tal-partikuli, inklużi l-katalizzaturi upstream (jekk ikunu mmuntati) (grammi/m3); |
(f) |
Il-karatteristiċi tad-disinn tal-inkapsulament jew tal-imballaġġ (pereżempju, il-ħażna jew iż-żamma tat-trasportatur tal-elementi attivi); |
(g) |
Il-volum ta' kull komponent attiv (pereżempju DOC, sottostrat tal-filtru) li għandu jkun fi ħdan ± 40 fil-mija tal-volum tat-tagħmir ittestjat; |
(h) |
It-tip ta' riġenerazzjoni (perjodika jew kontinwa); |
(i) |
Il-prinċipju tar-riġenerazzjoni (pereżempju, katalitika, termali jew elettrotermali) u l-istrateġija tar-riġenerazzjoni (pereżempju, passiva, attiva, sfurzata); |
(j) |
Il-metodu u l-istrateġija ta' kontroll għall-introduzzjoni ta' addittivi jew reaġenti (jekk jintużaw); |
(k) |
It-tip ta' addittiv jew reaġent (jekk jintuża); |
(l) |
Il-kundizzjonijiet tal-installazzjoni (differenza fl-introduzzjoni b'massimu ta' + 0,5 m bejn l-iżbokk tat-turboċarġer (turbina) u l-bokka tal-REC għat-tnaqqis tal-partikuli); |
(m) |
It-tip ta' kwalunkwe materjal attiv b'mod katalitiku; |
(n) |
B'katalizzatur tal-ossidazzjoni upstream jew mingħajru; |
(o) |
Meta t-tagħmir ittestjat ikun ġie ttestjat flimkien ma' tagħmir ieħor ta' kontroll tat-tniġġis:
|
14.2. Meta jiġi ttestjat l-REC ta' tnaqqis tal-partikuli fuq il-bank tat-test tal-magna, l-REC għandu jiġi mmuntat b'tali mod li jkun hemm distanza ta' mill-inqas 2 metri għall-bokka tal-REC mill-iżbokk tat-turboċarġer (turbina) jew mill-pjan tal-iżbokk tal-manifold tal-egżost fejn ma jkun immuntat ebda turboċarġer. Jekk l-applikant ikun jista' juri li se tintuża distanza iqsar mid-distanza minima speċifikata hawnhekk fl-applikazzjonijiet sussegwenti kollha tal-REC, it-tul tal-pajp użat fiċ-ċellola tat-test jista' jitnaqqas b'mod korrispondenti. L-insulazzjoni jew mezzi simili taż-żamma tat-temperatura tal-egżost huma permessibbli biss jekk huma jintużaw ukoll fl-installazzjoni sussegwenti tal-REC fuq il-vettura jew il-makkinarju.
15. IL-FAMILJA TA' REC GĦAT-TNAQQIS TAL-NOx
15.1. L-approvazzjoni ta' REC għat-tnaqqis tal-NOx se tkompli tkun valida għal sistema simili b'mod nominali (li tapplika l-istess teknoloġija ta' tnaqqis tal-NOx) f'konfigurazzjoni jew applikazzjoni differenti, diment li ma tiddevjax mis-sistema ttestjata fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:
(a) |
Id-dimensjonijiet kritiċi tal-elementi attivi tal-apparat (bħad-daqs tal-valvi jew tal-kanali, jew il-volum ta' element katalitiku, u inkluż kwalunkwe apparat għat-taħlit tar-reaġent) għandhom ikunu l-istess bħal dawk fuq it-tagħmir ittestjat, jew ma għandhomx ikunu differenti minn dawk id-dimensjonijiet fit-tagħmir ittestjat b'ammont akbar li jista' jiġi ġustifikat bħala insinifikanti mit-testijiet rilevanti jew minn analiżi inġineristika robusta. Il-volum attiv, pereżempju, ta' element katalitiku għandu jkun fi ħdan ± 40 fil-mija tal-volum attiv tat-tagħmir ittestjat; |
(b) |
Kwalunkwe metodu ta' kontroll tat-temperatura applikat (pereżempju, tisħin katalitiku, termali jew elettrotermali); |
(c) |
Meta t-tagħmir ittestjat ikun ġie ttestjat flimkien ma' apparat ieħor ta' kontroll tat-tniġġis:
|
(d) |
Il-materjal tas-sottostrat tal-katalizzatur u d-disinn mekkaniku tas-sottostrat (pereżempju monolitu miksi jew monolitu estruż, folji jew pjanċi) u l-forma, l-erja trażversali u d-densità tal-kanali tal-gass tal-egżost ifformati fih; |
(e) |
L-istess materjal attiv b'mod katalitiku, washcoat, tagħbija u distribuzzjoni tal-katalizzatur fuq is-sottostrat bħas-sistema bit-tip approvat, fi ħdan tolleranzi ta' produzzjoni raġonevoli; |
(f) |
Tip ta' reaġent jew addittiv (jekk jintuża); |
(g) |
Kwalunkwe strateġija ta' kontroll applikata, inklużi l-aspetti tal-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija, bħall-perjodi ta' dewmien, ir-rati ta' dożaġġ għar-reaġenti, il-pożizzjonament u l-karatteristiċi tas-sensuri u l-kostanti tal-ħin u l-karatteristiċi tal-fluss assoċjati mal-valvi. Jekk jintużaw reaġenti u/jew strateġiji differenti għal kundizzjonijiet klimatiċi differenti, għandha tiġi ttestjata l-istrateġija bl-aktar dożaġġ totali baxx matul it-test; |
(h) |
Il-kundizzjonijiet u l-post tal-introduzzjoni tar-reaġent. Din il-kundizzjoni titqies bħala li ġiet issodisfata jekk il-punt tal-introduzzjoni jkun mill-inqas fl-istess distanza mill-bokka tal-katalizzatur bħat-tagħmir ittestjat u l-mezzi tal-introduzzjoni tar-reaġent (pereżempju, assistita bl-arja jew le), u kwalunkwe tagħmir tat-taħlit, ikunu l-istess ukoll. |
15.2. Meta l-REC ta' tnaqqis tal-NOx jiġi ttestjat f'ċellola tat-test tal-magna, l-REC għandu jiġi mmuntat b'tali mod li jkun hemm distanza ta' mill-inqas 2 metri mill-iżbokk tat-turboċarġer (turbina), jew mill-flanġ tal-ħruġ tal-manifold tal-egżost fil-każ ta' magna mhux mgħammra b'turboċarġer, għall-bokka tal-REC. Jekk l-applikant ikun jista' juri li se tintuża distanza iqsar mid-distanza minima speċifikata hawnhekk fl-applikazzjonijiet sussegwenti kollha tal-REC, it-tul tal-pajp użat fiċ-ċellola tat-test jista' jitnaqqas b'mod korrispondenti. L-insulazzjoni jew mezzi simili taż-żamma tat-temperatura tal-egżost huma permessibbli biss jekk jintużaw ukoll fl-installazzjoni sussegwenti tal-REC fuq il-vettura jew il-makkinarju.
16. IL-FAMILJA TA' REC GĦAT-TNAQQIS TAL-PM U TAL-NOx
L-approvazzjoni ta' tagħmir ta' REC ta' tnaqqis tal-PM u tal-NOx se tkompli tkun valida għal sistema simili b'mod nominali f'konfigurazzjoni jew applikazzjoni differenti, diment li ma tiddevjax mis-sistema ttestjata fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:
(a) |
L-elementi ta' tnaqqis tal-PM tal-REC huma f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 14 ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
L-elementi ta' tnaqqis tal-NOx tal-REC huma f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 15 ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
Il-post fejn jinsabu l-elementi tal-REC ta' tnaqqis tal-PM u tal-NOx relattivi għal xulxin huwa l-istess bħar-relazzjoni bejn dawn l-elementi fit-tagħmir ittestjat (pereżempju, l-REC ta' tnaqqis tal-PM 'il fuq mill-REC ta' tnaqqis tal-NOx). |
It-tagħmir fejn it-tnaqqis tal-PM u tal-NOx isir fuq l-istess sottostrat ma għandux jitqies bħala li jappartjeni għall-istess familja bħat-tagħmir fejn iż-żewġ attivitajiet jitwettqu fuq sottostrati separati.
17. KONSUM TAL-FJUWIL U TA' FJUWIL SPEĊIFIKU
17.1. L-ittestjar tal-REC għandu jitwettaq bi fjuwil kummerċjalment disponibbli li jkun rappreżentattiv ta' dak ġeneralment użat għat-tip ta' vettura jew makkinarju li magħhom jiġi mmuntat l-REC.
17.2. Il-manifattur tal-REC jista', bħala alternattiva għall-użu ta' fjuwil tas-suq, japplika mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għal permess sabiex iwettaq it-testijiet fuq l-REC bl-użu ta' fjuwil ta' referenza. Il-fjuwil ta' referenza li jrid jintuża f'dan il-każ se jkun il-fjuwil xieraq speċifikat fir-Regolament Nru 49 jew fir-Regolament Nru 96.
17.3. Il-konsum tal-fjuwil speċifiku tal-magna mgħammra bl-REC matul iċ-ċikli tat-test applikabbli (il-paragrafi 2.3 u 3.3 tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament, il-paragrafi 2.3 u 3.3 tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament) għandu jkun mhux aktar minn 4 fil-mija ogħla fil-kundizzjoni mmodifikata mill-konsum speċifiku medju fil-kundizzjoni mhux immodifikata.
18. L-IMĠIBA OPERATTIVA U L-PERIKLU GĦAS-SIKUREZZA
18.1. L-REC għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jkun jista' jintuża fl-applikazzjonijiet intiżi tiegħu, meta jiġi mmuntat f'konformità mal-istruzzjonijiet ipprovduti, mingħajr ma jesponi lill-operaturi jew lill-persuni li jkunu fil-qrib għal kwalunkwe periklu għas-sikurezza direttament jew bħala riżultat ta' modifiki fil-vettura jew fil-makkinarju jew tal-karatteristiċi operattivi tiegħu.
18.2. L-REC għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jkun jista' jintuża fl-applikazzjonijiet intiżi tiegħu, meta jiġi mmuntat f'konformità mal-istruzzjonijiet ipprovduti, mingħajr indeboliment tal-imġiba operattiva tal-vettura jew tal-makkinarju sakemm:
(a) |
L-indeboliment ma jikkawżax periklu għas-sikurezza; |
(b) |
L-indeboliment ma jżidx il-konsum tal-fjuwil lil hinn mil-livell stabbilit fil-paragrafu 17 ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
In-natura u l-firxa tal-indeboliment ma jkunux iddikjarati b'mod ċar fl-istruzzjonijiet u l-informazzjoni li se jiġu mgħoddija lil min jagħmel il-modifika retroattiva, lill-operatur u lis-sid. |
18.3. Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 20 u tal-Anness 11 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-installazzjoni u l-għoti tal-informazzjoni jiġu rrispettati kif suppost, il-manifattur tal-REC għandu jagħmel valutazzjoni tal-perikli għas-sikurezza li jistgħu jirriżultaw mill-installazzjoni tal-REC fuq il-vettura jew il-makkinarju. Meta jwettaq din il-valutazzjoni, huwa għandu jieħu bħala l-bażi tal-livell ta' sikurezza pprovdut mill-vettura jew mill-makkinarju meta ġew introdotti fis-suq għall-ewwel darba.
19. EMISSJONIJIET TAL-ĦSEJJES
L-applikant għandu jipprovdi evidenza li turi li l-modifika retroattiva ta' REC f'konformità mal-istruzzjonijiet dwar l-immuntar ipprovduti mhijiex se twassal għal żieda fl-emissjonijiet tal-ħsejjes tal-vettura. L-evidenza li l-REC huwa intiż biss sabiex jiġi mmuntat flimkien mas-sistema ta' silenzjatur tal-produzzjoni standard tat-tagħmir oriġinali tal-manifattur fuq vettura intiża għat-triq (4) se titqies bħala li tissodisfa dan ir-rekwiżit.
20. L-INSTALLAZZJONI TA' REC
20.1. Il-manifattur ta' REC għandu jipprovdi linji gwida bil-miktub dwar l-installazzjoni u struzzjonijiet dwar it-tħaddim u l-manutenzjoni f'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 11 ta' dan ir-Regolament.
20.2. B'mod partikolari, tinġibed l-attenzjoni tal-manifattur ta' REC għar-rekwiżit fl-Anness 11 ta' dan ir-Regolament li l-linji gwida u l-istruzzjonijiet:
(a) |
Jinkitbu bil-lingwa tal-pajjiż fejn jinbiegħ l-REC jew li fih mistenni jintuża l-REC, u għandhom jinkitbu b'lingwaġġ ċar li jkun addattat għall-qarrejja intiżi tagħhom; |
(b) |
Ifakkru lill-installatur dwar ir-responsabbiltajiet legali potenzjali tiegħu; |
(c) |
Jindikaw lill-utent finali kwalunkwe rekwiżiti għall-manutenzjoni xierqa tal-REC, inkluż, fejn ikun rilevanti, l-użu ta' reaġenti jew addittivi konsumabbli; |
(d) |
Jindikaw kwalunkwe rekwiżiti jew limitazzjonijiet dwar l-użu tal-vettura jew tal-makkinarju li huma meħtieġa sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-funzjonament korrett tal-REC; |
(e) |
Jispeċifikaw jekk kwalunkwe reaġenti għandhomx jimtlew mill-ġdid mill-operatur tal-vettura jew tal-makkinarju bejn intervalli ta' manutenzjoni normali u jindikaw rata probabbli ta' konsum tar-reaġent; |
(f) |
Jispeċifikaw it-tip u l-kwalità ta' kwalunkwe reaġenti jew addittivi konsumabbli użati; |
(g) |
Ifakkru lis-sid u lill-operatur tal-vettura jew tal-makkinarju li, meta l-immuntar tal-REC ikun kundizzjoni għat-tħaddim tiegħu f'pajjiż jew żona partikolari, jew meta l-immuntar tal-REC jintitola lis-sid tal-vettura jew tal-makkinarju għal inċentivi jew privileġġi, in-nuqqas ta' żamma tal-REC f'kundizzjoni tajba ta' tħaddim (inkluż in-nuqqas li tiġi żgurata provvista xierqa ta' kwalunkwe reaġent jew addittiv), jista' jwassal għal ksur ta' kuntratt jew jikkostitwixxi reat kriminali. |
20.3. Il-manifattur ta' REC għandu juri lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip l-eżistenza ta' proċeduri adegwati sabiex jintgħażlu, jitħarrġu u jiġu mmonitorjati l-installaturi tal-REC awtorizzati.
21. IL-MODIFIKA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' REC
21.1. Kull modifika rilevanti tal-REC fil-kuntest ta' dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-REC. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tivvaluta jekk l-REC għadux konformi jew le mar-rekwiżiti għall-inklużjoni fil-familja ta' REC xierqa.
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' titlob li jitħejja rapport ieħor tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet sabiex jgħinha fil-valutazzjoni tagħha.
21.2. Meta l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tapprova l-modifika, għandha tiġi inkluża referenza għan-notifika formali ta' dik l-approvazzjoni fil-manwal tal-installazzjoni għall-REC.
21.3. Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-bidla, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 6 ta' hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament.
21.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-formula ta' komunikazzjoni speċifikata fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
22. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
22.1. Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha tikkonforma ma' daw k stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim tal-1958 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2).
22.2. Il-miżuri meħuda sabiex jiggarantixxu l-konformità tal-produzzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2 tal-Appendiċi 2 għall-Ftehim tal-1958.
22.3. Rekwiżiti speċjali
(a) |
Il-kontrolli skont il-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 għall-Ftehim tal-1958 jinkludu l-kontrolli fuq il-konformità mal-kriterji tal-paragrafi 7 u 8 ta' dan ir-Regolament. |
(b) |
Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2.4.4 tal-Appendiċi 2 għall-Ftehim tal-1958, jistgħu jitwettqu t-testijiet deskritti fil-paragrafi 8.2, 8.3 u 8.4 ta' dan ir-Regolament. |
22.4. Qabel ikunu jistgħu jingħataw l-approvazzjonijiet tat-tip, il-manifatturi għandhom jissottomettu d-data li ġejja dwar il-konformità tal-produzzjoni għall-fini tal-valutazzjoni inizjali:
(a) |
Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata, skont mudell li jrid jiġi pprovdut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip; |
(b) |
Deskrizzjoni tal-informazzjoni mitluba, skont il-formola tal-applikazzjoni; |
(c) |
Kopja taċ-ċertifikat ISO 9001:2000, jew kwalunkwe sistema ta' kwalità ekwivalenti, b'kamp ta' applikazzjoni rilevanti. |
22.5. Abbażi ta' din l-informazzjoni, il-manifatturi li għandhom sistema ta' kwalità ċċertifikata jistgħu jiddaħħlu għall-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip, fejn jirċievu Dikjarazzjoni ta' Valutazzjoni Inizjali abbażi tal-evalwazzjoni tad-dokumenti.
22.6. F'każ li l-manifattur ma jkollu ebda sistema ta' kwalità ċċertifikata, titwettaq valutazzjoni tal-kumpanija abbażi tal-ISO 9001:2000, inklużi aspetti tal-Konformità tal-Produzzjoni.
22.7. Għandhom jiġu deskritti u vverifikati mill-inqas l-aspetti li ġejjin tal-ISO 9001:2000:
(a) |
Sistema ta' ġestjoni tal-kwalità; |
(b) |
Ir-responsabbiltajiet tal-bord; |
(c) |
Il-ġestjoni tar-riżorsi; |
(d) |
Ir-realizzazzjoni tal-prodott; |
(e) |
Kejl, analiżi u titjib. |
22.8. Sabiex tiġi kkonfermata l-eżistenza ta' miżuri u proċeduri adegwati għal kontroll effettiv fuq il-Konformità tal-Produzzjoni, il-manifattur jirċievi Dikjarazzjoni tal-Konformità, bit-tariffa taċ-ċertifikat ippubblikata.
22.9. Id-dikjarazzjoni għandha validità ddikjarata.
22.10. Qabel l-iskadenza tal-validità taż-żewġ dikjarazzjonijiet, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip se twettaq verifika tal-Konformità tal-Produzzjoni permezz ta' kontroll tal-proċess fil-manifattur, sabiex tivverifika l-effettività tal-kontrolli tal-Konformità tal-Produzzjoni applikati.
22.11. Meta tipprattika s-sorveljanza tagħha fuq il-Konformità tal-Produzzjoni, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tqis is-sorveljanza mwettqa mill-awtoritajiet ikkwalifikati ta' Partijiet Kontraenti oħrajn għall-Ftehim tal-1958.
23. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
23.1. L-approvazzjoni tat-tip mogħtija fir-rigward ta' tip ta' REC skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 21 u 22 ta' hawn fuq ma jiġux irrispettati.
23.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li kienet tat qabel, hija għandha tinnotifika b'dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament, permezz tal-Komunikazzjoni speċifikata fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
24. PRODUZZJONI MWAQQFA B'MOD DEFINITTIV
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf kompletament il-manifattura ta' tip ta' tagħmir Modifikat ta' Kontroll tal-Emissjonijiet approvat f'konformità ma' dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-formola ta' komunikazzjoni speċifikata fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
25. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni tat-tip jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa f'pajjiżi oħrajn.
26. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
26.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta' emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta Approvazzjoni tat-Tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta' emendi.
26.2. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta' emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw is-serje 01 ta' emendi ta' dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip tal-REC li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-serje 01 ta' emendi ta' dan ir-Regolament.
26.3. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu l-approvazzjonijiet għal dawk l-REC li jikkonformaw ma' kwalunkwe livell preċedenti ta' dan ir-Regolament, diment li l-REC ikunu intiżi sabiex jintużaw fil-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.
(2) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(3) Għaldaqstant, magna approvata għar-Regolament Nru 49 titqies bħala magna b'veloċità varjabbli.
(4) Għaldaqstant, il-vetturi intiżi għat-triq huma vetturi tal-kategoriji M2, M3 u N kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html), minbarra dawk il-vetturi approvati skont ir-Regolament Nru 83.
ANNESS 1
DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI
Dokument ta' informazzjoni Nru … tar-Regolament Nru 132 li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta' tagħmir Modifikat ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (REC) għal vetturi heavy duty, tratturi agrikoli u tal-forestrija u makkinarju mobbli mhux intiż għat-triq mgħammra b'magni ta' tqabbid bil-kompressjoni.
Għandha tiġi mehmuża lista tal-komponenti ewlenin li tiddeskrivi l-firxa tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip. Kwalunkwe tpinġijiet u listi ta' parts għandhom jiġu pprovduti fi skala xierqa u b'biżżejjed dettall f'daqs A4 jew f'folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.
Fuq talba tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tista' tkun meħtieġa aktar informazzjoni għall-membri tal-familja ta' REC sabiex juru konformità mal-paragrafi 14, 15 jew 16 ta' dan ir-Regolament, kif xieraq.
Jekk is-sistema, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
1. ĠENERALI
1.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2. Isem u indirizz tal-manifattur: …
…
1.3. It-tip ta' REC: …
1.4. Il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni: …
…
1.5. L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
…
2. DESKRIZZJONI TAT-TAGĦMIR
2.1. Il-klassi ta' REC: …
2.2. L-għamla/għamliet (l-isem kummerċjali) u l-identifikazzjoni tat-tip ta' manifattur tal-REC: …
…
2.2.1. L-identifikazzjoni tan-numru/i tal-part tal-REC: …
…
2.3. It-tip jew it-tipi ta' magna li għalihom huwa intiż l-REC (il-firxa tal-applikazzjoni): …
…
2.4. In-numru/i u/jew il-karattru/i li jikkaratterizzaw ir-rendiment tal-emissjoni(jiet) bażi tal-magna: (1) …
2.5. In-numru/i u/jew il-karattru/i li jikkaratterizzaw ir-rendiment miksub tal-emissjoni(jiet) tal-magna: (1) …
2.6. Il-livell ta' tnaqqis tal-REC kif definit fil-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament: …
…
2.7. L-REC huwa intiż sabiex ikun kompatibbli mar-rekwiżiti tal-OBD: Iva/Le (2)
2.8. Deskrizzjoni u tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tat-tagħmir ta' REC b'mod relattiv għall-manifold(s) tal-egżost tal-magna: …
…
2.9. Il-kontropressjoni massima tal-egżost permessibbli tal-REC: … kPa
3. IL-KARATTERISTIĊI TAL-REC GĦAT-TNAQQIS TAL-PARTIKULI U TAL-FAMILJA TA' REC GĦAT-TNAQQIS TAL-PARTIKULI
3.1. Id-dimensjonijiet, il-forma u l-volum attiv tas-sistema ta' tnaqqis tal-materja partikolata: …
3.2. Id-distanza massima għall-bokka tal-REC mill-iżbokk tat-turboċarġer (turbina) jew mill-pjan tal-iżbokk tal-manifold tal-egżost fejn ma jiġi mmuntat ebda turboċarġer: …
3.3. Deskrizzjoni, tpinġijiet u listi ta' parts tal-REC ta' tnaqqis tal-Materja Partikolata (PM)
Id-deskrizzjoni għandha tinkludi lista tal-komponenti ewlenin (li tiddikjara n-numri tal-parts) li jiġu assemblati ma' REC għal kull applikazzjoni. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-familja ta' REC f'konformità mal-paragrafu 14 ta' dan ir-Regolament.
3.3.1. It-tip ta' żamma tal-element attiv (pereżempju, iffissar mekkaniku jew adeżiv): …
3.3.2. Il-prinċipju ta' ħidma tal-element attiv ta' tnaqqis tal-PM (pereżempju, materjal metalliku jew ċeramiku, inklużi t-tip ta' materjal, il-filtrazzjoni tal-barrieri jew is-separazzjoni ajrudinamika): …
3.3.3. Id-disinn u l-karatteristiċi tal-filtru jew ta' materjal attiv ieħor kif definit fil-paragrafu 14.1(c) ta' dan ir-Regolament: …
…
3.3.3.1. It-tip(i) ta' materjal(i) attiv(i) b'mod katalitiku (jekk ikun hemm): …
3.3.3.2. Id-disinn fiżiku tas-sottostrat: …
3.3.3.3. Id-densità ċellulari, il-porożità, id-daqs medju tal-pori u d-distribuzzjoni tad-daqs tal-pori: …
…
3.3.4. Il-post (upstream/downstream), il-funzjoni u l-prinċipju ta' ħidma (pereżempju ossidazzjoni) ta' kwalunkwe katalizzatur(i) supplimentari: …
3.3.4.1. It-tip(i) ta' materjal(i) attiv(i) b'mod katalitiku: …
3.3.4.2. Id-disinn fiżiku tas-sottostrat: …
3.3.4.3. Id-densità ċellulari: …
3.3.5. Il-konċentrazzjoni volumetrika minima ta' materjali attivi b'mod katalitiku ta' kull element tas-sistema ta' tnaqqis tal-partikuli, inklużi katalizzaturi supplimentari (jekk ikunu mmuntati) (grammi/m3): …
3.3.6. Il-konċentrazzjoni volumetrika massima ta' materjali attivi b'mod katalitiku ta' kull element tas-sistema ta' tnaqqis tal-partikuli, inklużi katalizzaturi supplimentari (jekk ikunu mmuntati) (grammi/m3): …
3.3.7. Il-karatteristiċi tad-disinn tal-inkapsulament jew tal-imballaġġ: …
3.3.8. Il-volum ta' kull komponent attiv: …
3.4. Il-metodu jew is-sistema ta' riġenerazzjoni (deskrizzjoni u/jew tpinġija komprensiva): …
…
3.4.1. It-tip ta' riġenerazzjoni (pereżempju perjodika jew kontinwa): …
…
3.4.2. Il-prinċipju, il-frekwenza u l-istrateġija tar-riġenerazzjoni: …
…
3.4.3. Il-metodu u l-istrateġija ta' kontroll għall-introduzzjoni ta' addittivi jew reaġenti (jekk jintużaw): …
…
3.4.4. It-tip u l-konċentrazzjoni ta' reaġent(i) jew addittiv(i): …
…
3.4.5. Il-frekwenza tal-mili mill-ġdid ta' reaġent jew addittiv: …
3.5. Deskrizzjoni tal-monitoraġġ tas-sistema ta' tnaqqis tal-PM (f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan ir-Regolament): …
…
3.6. Deskrizzjoni ta' kwalunkwe modifika fil-magna oriġinali jew fis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet kif definit fil-paragrafu 11 ta' dan ir-Regolament: …
…
3.7. Temperatura operattiva normali: … (K) u l-firxa tal-pressjoni: … (kPa)
3.8. L-użu ta' insulazzjoni: Iva/Le (2)
3.8.1. Id-disinn u l-karatteristiċi tal-insulazzjoni: …
4. IL-KARATTERISTIĊI TAL-REC TA' TNAQQIS TAL-NOx U TAL-FAMILJA TA' REC TA' TNAQQIS TAL-NOx
4.1. Id-dimensjonijiet, il-forma u l-volum attiv tas-sistema ta' tnaqqis tal-NOx: …
…
4.2. Id-distanza massima għall-bokka tal-REC mill-iżbokk tat-turboċarġer (turbina) jew mill-pjan tal-iżbokk tal-manifold tal-egżost fejn ma jitwaħħal ebda turboċarġer: …
…
4.3. Deskrizzjoni, tpinġijiet u listi ta' parts tal-REC ta' tnaqqis tal-NOx
Id-deskrizzjoni għandha tinkludi lista tal-komponenti ewlenin (li tiddikjara n-numri tal-parts) li jiġu assemblati ma' REC għal kull applikazzjoni. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-familja ta' REC f'konformità mal-paragrafu 15 ta' dan ir-Regolament.
4.3.1. It-tip ta' żamma tal-element attiv (pereżempju, iffissar mekkaniku jew adeżiv): …
4.3.2. Il-prinċipju ta' tħaddim tal-element attiv ta' tnaqqis tal-NOx (pereżempju Riduzzjoni Katalitika Selettiva, Ħażna u Tnaqqis tal-NOx): …
…
4.3.3. Id-disinn u l-karatteristiċi tas-sottostrat u tal-materjal attiv kif definiti fil-paragrafu 15.1(d) u (e) ta' dan ir-Regolament: …
4.3.3.1. It-tip(i) ta' materjal(i) attiv(i) b'mod katalitiku: …
4.3.3.2. Id-disinn fiżiku tas-sottostrat: …
4.3.3.3. Id-densità ċellulari: …
4.3.4. Il-post (upstream/downstream), il-funzjoni u l-prinċipju ta' ħidma (pereżempju ossidazzjoni) ta' kwalunkwe katalizzatur(i) supplimentari: …
4.3.4.1. It-tip(i) ta' materjal(i) attiv(i) b'mod katalitiku: …
4.3.4.2. Id-disinn fiżiku tas-sottostrat: …
4.3.4.3. Id-densità ċellulari: …
4.3.5. Il-konċentrazzjoni volumetrika minima ta' materjali attivi b'mod katalitiku ta' kull element tas-sistema ta' tnaqqis tal-NOx, inklużi katalizzaturi supplimentari (jekk ikunu mmuntati) (grammi/m3): …
4.3.6. Il-konċentrazzjoni volumetrika massima ta' materjali attivi b'mod katalitiku ta' kull element tas-sistema ta' tnaqqis tal-NOx, inklużi katalizzaturi supplimentari (jekk ikunu mmuntati) (grammi/m3): …
4.3.7. Il-karatteristiċi tad-disinn tal-inkapsulament jew tal-imballaġġ: …
4.3.8. Il-volum ta' kull komponent attiv: …
4.4. Il-metodu jew is-sistema ta' riġenerazzjoni (jekk applikabbli) (deskrizzjoni u/jew tpinġija komprensiva): …
4.5. Il-metodu u l-istrateġija ta' kontroll għall-introduzzjoni ta' addittiv(i) jew reaġent(i) (jekk jintużaw): …
…
4.5.1. It-tip u l-konċentrazzjoni ta' addittiv(i) jew reaġent(i): …
…
4.5.2. Il-firxa tat-temperatura operattiva normali tar-reaġent (K): …
4.5.3. Il-frekwenza tal-mili mill-ġdid ta' reaġent jew addittiv: …
4.5.4. Strateġija ta' kontroll (pereżempju l-perjodi ta' dewmien, ir-rati ta' dożaġġ tar-reaġent, il-pożizzjonament u l-karatteristiċi tas-sensuri, il-karatteristiċi tal-fluss u l-post tal-introduzzjoni tar-reaġent): …
4.6. Sistema msaħħna: Iva/Le (2)
4.6.1. Il-metodu ta' kontroll tat-temperatura (katalitiku, termali jew elettrotermali): …
4.7. Deskrizzjoni tas-sistema dijanjostika ta' kontroll tal-NOx (f'konformità mal-Anness 10): …
4.8. Deskrizzjoni ta' kwalunkwe modifika fil-magna oriġinali jew fis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet kif definit fil-paragrafu 11 ta' dan ir-Regolament: …
…
4.9. Temperatura operattiva normali: … (K) u l-firxa tal-pressjoni: … (kPa)
4.10. L-użu ta' insulazzjoni: Iva/Le (2)
4.10.1. Id-disinn u l-karatteristiċi tal-insulazzjoni: …
5. IL-KARATTERISTIĊI TAL-REC TA' TNAQQIS TAL-NOx U TAL-PM U TAL-FAMILJA TA' REC TA' TNAQQIS TAL-NOx U TAL-PM
5.1. Id-dimensjonijiet, il-forma/forom u l-volum(i) attiv(i) tas-sistema ta' tnaqqis tal-NOx u tal-PM: …
5.2. Id-distanza massima għall-bokka tal-REC mill-iżbokk tat-turboċarġer (turbina) jew mill-pjan tal-iżbokk tal-manifold tal-egżost fejn ma jitwaħħal l-ebda turboċarġer: …
5.3. Deskrizzjoni, tpinġijiet u listi ta' parts tal-REC ta' tnaqqis tal-NOx u tal-Materja Partikolata (PM)
Id-deskrizzjoni għandha tinkludi lista tal-komponenti ewlenin (li tiddikjara n-numri tal-parts) li jiġu assemblati ma' REC għal kull applikazzjoni. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-familja ta' REC f'konformità mal-paragrafu 16 ta' dan ir-Regolament.
5.3.1. It-tip ta' żamma tal-element(i) attiv(i) (pereżempju, iffissar mekkaniku jew adeżiv): …
5.3.2. Il-prinċipji ta' tħaddim tal-element attiv ta' tnaqqis tal-NOx (pereżempju Riduzzjoni Katalitika Selettiva, Ħażna u Tnaqqis tal-NOx) u tal-element attiv ta' tnaqqis tal-PM (pereżempju materjal metalliku jew ċeramiku u t-tip ta' materjal, il-filtrazzjoni tal-barrieri jew is-separazzjoni ajrudinamika): …
…
5.3.3. Id-disinn u l-karatteristiċi tas-sottostrat(i) u tal-materjal(i) attiv(i) kif definiti fil-paragrafu 14.1. (c) u 15.1. (d) u (e) ta' dan ir-Regolament: …
…
5.3.3.1. It-tip(i) ta' materjal(i) attiv(i) b'mod katalitiku: …
5.3.3.2. Id-disinn fiżiku tas-sottostrat(i): …
5.3.3.3. Il-prinċipju ta' tħaddim tal-element attiv ta' tnaqqis tal-PM (pereżempju, materjal metalliku jew ċeramiku, inklużi t-tip ta' materjal, il-filtrazzjoni tal-barrieri jew is-separazzjoni ajrudinamika) …
5.3.3.4. Id-densità ċellulari, il-porożità, id-daqs medju tal-pori u d-distribuzzjoni tad-daqs tal-pori tal-element attiv ta' tnaqqis tal-PM: …
…
5.3.4. Il-post (upstream/downstream), il-funzjoni u l-prinċipju ta' ħidma (pereżempju ossidazzjoni) ta' kwalunkwe katalizzatur(i) supplimentari: …
5.3.4.1. It-tip(i) ta' materjal(i) attiv(i) b'mod katalitiku: …
5.3.4.2. Id-disinn fiżiku tas-sottostrat: …
5.3.4.3. Id-densità ċellulari: …
5.3.5. Il-konċentrazzjoni volumetrika minima ta' materjali attivi b'mod katalitiku ta' kull element tas-sistema ta' tnaqqis tal-NOx u tal-PM, inklużi katalizzaturi supplimentari (jekk ikunu mmuntati) (grammi/m3): …
…
5.3.6. Il-konċentrazzjoni volumetrika massima ta' materjali attivi b'mod katalitiku ta' kull element tas-sistema ta' tnaqqis tal-NOx u tal-PM, inklużi katalizzaturi supplimentari (jekk ikunu mmuntati) (grammi/m3): …
…
5.3.7. Il-karatteristiċi tad-disinn tal-inkapsulament jew tal-imballaġġ: …
5.3.8. Il-volum ta' kull komponent attiv: …
5.4. Il-metodu/i jew is-sistema/i ta' riġenerazzjoni (jekk applikabbli) (deskrizzjoni u/jew tpinġija komprensiva): …
5.4.1. It-tip ta' riġenerazzjoni tas-sistema ta' tnaqqis tal-PM (pereżempju perjodika jew kontinwa): …
5.4.2. Il-prinċipju u l-istrateġija ta' riġenerazzjoni tas-sistema ta' tnaqqis tal-PM: …
…
5.5. Il-metodu u l-istrateġija ta' kontroll għall-introduzzjoni ta' addittivi jew reaġenti (jekk jintużaw): …
…
5.5.1. It-tip u l-konċentrazzjoni ta' reaġent(i) jew addittiv(i) (jekk jintużaw): …
…
5.5.2. Il-frekwenza tal-mili mill-ġdid ta' reaġent(i) jew addittiv(i): …
5.5.3. Il-firxa tat-temperatura operattiva normali tar-reaġent(i) ta' tnaqqis tal-NOx: … (K)
5.5.4. Strateġija ta' kontroll (pereżempju l-perjodi ta' dewmien, ir-rati ta' dożaġġ tar-reaġent, il-pożizzjonament u l-karatteristiċi tas-sensuri, il-karatteristiċi tal-fluss u l-post tal-introduzzjoni tar-reaġent): …
5.6. Sistema msaħħna: Iva/Le (2)
5.6.1. Il-metodu ta' kontroll tat-temperatura (katalitiku, termali jew elettrotermali): …
5.7. Deskrizzjoni tal-monitoraġġ tas-sistema ta' tnaqqis tal-PM (f'konformità mal-paragrafu 7.5.1 ta' dan ir-Regolament): …
5.8. Deskrizzjoni tas-sistema dijanjostika ta' kontroll tal-NOx (f'konformità mal-Anness 10): …
5.9. Deskrizzjoni ta' kwalunkwe modifika fil-magna oriġinali jew fis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet kif definit fil-paragrafu 11 ta' dan ir-Regolament: …
…
5.10. Temperatura operattiva normali: … (K) u l-firxa tal-pressjoni: … (kPa)
5.11. L-użu ta' insulazzjoni: Iva/Le (2)
5.11.1. Id-disinn u l-karatteristiċi tal-insulazzjoni: …
(1) Kif definit fil-paragrafu 8.2 ta' dan ir-Regolament.
(2) Aqta' barra dak li ma japplikax.
ANNESS 3
Addendum għall-komunikazzjoni dwar tip ta' tagħmir modifikat ta' kontroll tal-emissjonijiet (REC) skont ir-Regolament Nru 132
(Nru tal-approvazzjoni tat-tip … Nru tal-estensjoni …)
1. Magni li fuqhom ġie ttestjat it-tagħmir modifikat ta' kontroll tal-emissjonijiet:
Nru tal-Magna |
1 |
2 |
n |
Għamla |
|
|
|
Tip |
|
|
|
Magna |
|
|
|
Potenza |
|
|
|
Kategorija |
|
|
|
2. Riżultati tat-test:
…
…
…
…
…
…
…
3. It-tip(i) ta' magna/i li għaliha/għalihom huwa kkwalifikat it-tagħmir REC (il-firxa tal-applikazzjoni):
Numru |
|
|
|
Il-manifattur tal-magna jew tal-vettura |
|
|
|
Is-sena tal-mudell minn/sa |
|
|
|
It-tip ta' magna |
|
|
|
Kapaċità/ċilindrata (cm3) |
|
|
|
Kapaċità VH (cm3) |
|
|
|
Potenza netta tal-magna (kW b'min– 1) |
|
|
|
L-emissjonijiet bażi tal-magna |
|
|
|
Silenzjatur mibdul |
|
|
|
L-identifikazzjoni tat-tip tal-REC |
|
|
|
It-Tip ta' REC u l-Livell ta' Tnaqqis |
|
|
|
ANNESS 4
ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' REC
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 5 ta' dan ir-Regolament)
Test ta 'immaġniIl-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-eżempju msemmi hawn fuq imwaħħla ma' REC turi li t-tip ikkonċernat kien approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament Nru 132 taħt l-approvazzjoni tat-tip Nru 011234. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 132 fil-forma emendata minn din is-serje. Il-marka tal-approvazzjoni għandha turi wkoll il-Klassi tal-REC (I, IIA, IIB, III jew IV).
ANNESS 5
TEST TA' TNAQQIS TA' PARTIKULI TA' REC (KLASSI I JEW II TAL-REC)
L-ittestjar ta' REC ta' tnaqqis tal-partikuli jsir fis-serje ta' stadji li ġejjin, inkluża valutazzjoni tal-emissjonijiet ta' inkwinanti sekondarji u d-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-NO2:
1. IT-TWETTIQ TA' PROVA TAL-AKKUMULAZZJONI TAS-SERVIZZ
Il-prova tal-akkumulazzjoni tas-servizz għandha ssir f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 9 ta' dan ir-Regolament.
2. L-ISTABBILIMENT TAL-EMISSJONIJIET BAŻI TAL-MAGNA U L-KONSUM TA' FJUWIL SPEĊIFIKU MINGĦAJR REC IMMUNTAT
2.1. L-emissjonijiet bażi tal-magna jiġu stabbiliti permezz tat-twettiq ta' test tal-emissjonijiet fuq is-sistema tal-magna mingħajr l-REC f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49 jew tar-Regolament Nru 96, kif xieraq għall-applikazzjoni u l-livell tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna bażi.
2.2. Sabiex tkun tista' tiġi ddeterminata l-effiċjenza tat-tnaqqis, l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b'mod addizzjonali permezz tat-twettiq ta' test tal-emissjonijiet f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament.
2.3. Il-konsum tal-fjuwil speċifiku (g/kWh) għandu jiġi stabbilit permezz tat-twettiq tat-test tal-emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 2.2 ta' dan l-Anness.
3. ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET, TAL-KONSUM TAL-FJUWIL U TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNAQQIS BL-REC IMMUNTAT WARA PROVA TAL-AKKUMULAZZJONI TAS-SERVIZZ
3.1. L-emissjonijiet jiġu ddeterminati permezz tat-twettiq ta' test tal-emissjonijiet f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49 jew tar-Regolament Nru 96, kif xieraq għall-applikazzjoni intiża u l-livell ta' emissjoni intiż tal-REC kandidat b'REC immuntat f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
3.2. Sabiex tkun tista' tiġi ddeterminata l-effiċjenza tat-tnaqqis, l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b'mod addizzjonali permezz tat-twettiq ta' test tal-emissjonijiet bl-REC immuntat f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament.
3.3. Il-konsum tal-fjuwil speċifiku (g/kWh) għandu jiġi stabbilit permezz tat-twettiq tat-test tal-emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 3.2 ta' dan l-Anness.
4. ID-DETERMINAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA TAR-RIĠENERAZZJONI U TAL-KARATTERISTIĊI TAR-RIĠENERAZZJONI TA' REC TA' TNAQQIS TAL-PARTIKULI
4.1. L-istrateġija tar-riġenerazzjoni (perjodikament jew kontinwament) u l-karatteristiċi tar-riġenerazzjoni ta' REC ta' tnaqqis tal-partikuli jiġu stabbiliti bl-użu tal-proċedura li ġejja.
4.2. Sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tar-riġenerazzjoni ta' REC ta' tnaqqis tal-partikuli, għandu jitwettaq mill-inqas 25 ċiklu tat-test. Iċ-ċiklu tat-test użat għandu jkun ċiklu addattat għall-istandard jew l-istadju tal-emissjonijiet li s-sistema ta' REC hija intiża li tippermetti lill-vettura jew lill-makkinarju jissodisfaw.
L-emissjonijiet ta' gassijiet u l-massa tal-partikuli, kif ukoll in-numru ta' partikuli, meta xieraq, għandhom jitkejlu mill-inqas matul kull ħames ċiklu tat-test. Jitwettaq test separat tas-sistema ta' tnaqqis tal-partikuli għal kull familja jew firxa ta' applikazzjoni definita fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip għall-magna li magħha hija intiża li tintuża s-sistema ta' REC. Dan ifisser li jseħħ test wieħed tas-sistema għal kull qasam ta' applikazzjoni.
4.3. REC ta' tnaqqis tal-partikuli jitqies bħala li ġie pprovat li għandu proċess ta' riġenerazzjoni li jopera b'mod kontinwu jekk varjabbli ta' valutazzjoni xierqa jkun jista' jitqies bħala kostanti fuq mill-inqas 25 ċiklu tat-test applikabbli. Għaldaqstant, l-emissjoni medja ta' partikolati u l-kontropressjoni medja tal-gass tal-egżost jitqiesu bħala varjabbli ta' valutazzjoni xierqa.
Jekk applikant juri x-xewqa li juża varjabbli ta' valutazzjoni wieħed jew aktar differenti, għandu jippreżenta każ tekniku robust lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip b'sostenn għat-talba tiegħu sabiex jagħmel dan.
Meta sistema b'riġenerazzjoni kontinwa kif definita hawn fuq ikun fiha wkoll dispożizzjoni għal riġenerazzjoni attiva, allura għandhom jiġu applikati l-kriterji tal-valutazzjoni definiti fil-paragrafu 4.6 ta' dan l-Anness.
L-emissjoni tal-massa tal-PM u l-kontropressjoni tal-gass tal-egżost jitqiesu bħala kostanti skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament meta jkun hemm koeffiċjent tal-varjanza ta' inqas minn 25 fil-mija fuq 25 ċiklu tat-test. Il-kontropressjoni tal-gass tal-egżost titkejjel kontinwament għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni u l-emissjonijiet ta' partikolati jitkejlu mill-inqas matul kull ħames ċiklu tat-test.
Il-koeffiċjent tal-varjanza (CoV) jiġi kkalkolat kif ġej:
Bi:
u:
Valur medju = (x 1 + x 2 + … + x n)/n
Fejn:
n |
= |
in-numru ta' valuri mkejla |
x |
= |
il-valur waħdieni rispettiv imkejjel |
4.4. Test tal-karatteristika tar-riġenerazzjoni ta' REC ta' tnaqqis tal-partikuli
Dan l-ittestjar jitwettaq billi s-sistema tiġi mgħobbija b'materja partikolata sakemm tintlaħaq kontropressjoni kostanti tal-gass tal-egżost jew fuq perjodu ta' żmien massimu ta' 100 siegħa jekk ma jkun inkiseb l-ebda valur kostanti għall-kontropressjoni qabel dak iż-żmien. Il-kontropressjoni tal-gass tal-egżost titqies bħala kostanti jekk, meta titkejjel wara perjodu ta' mill-inqas 50 siegħa, il-kontropressjoni tal-gass tal-egżost ma tvarjax b'aktar jew b'inqas minn 4 mbar f'perjodu ta' 30 min. Il-punti tat-test taċ-ċiklu użat għat-tagħbija tas-sistema għandhom jintgħażlu b'tali mod li ma tinqabiżx temperatura massima tal-gass tal-egżost ta' 180 °C fil-bokka tas-sistema ta' tnaqqis tal-partikuli. It-tagħbija tas-sistema b'materja partikolata preferibbilment titwettaq billi l-magna tal-ittestjar titħaddem f'veloċità kostanti ta' bejn 50 fil-mija u 75 fil-mija tal-veloċità nominali tagħha.
Wara li l-REC ikun ġie mgħobbi b'materja partikolata sakemm il-kontropressjoni tkun kostanti, jew wara massimu ta' 100 siegħa ta' tħaddim sabiex tiġi mgħobbija s-sistema kif definit hawn fuq, ir-riġenerazzjoni tiġi attivata. Din tista' tiġi attivata, pereżempju, billi l-magna titħaddem f'modalità ta' tagħbija ogħla sabiex b'hekk tiżdied it-temperatura tal-egżost. Wara li titlesta r-riġenerazzjoni, għandu jittieħed kejl tal-gass tal-egżost matul mill-inqas tliet iterazzjonijiet taċ-ċiklu tat-test xieraq (Jiġifieri, tliet ċikli ESC, ċikli ETC, ċikli WHSC, ċikli WHTC, ċikli NRSC jew ċikli NRTC.) Il-valuri mkejla tal-inkwinanti tal-gass tal-egżost ma għandhomx jiddevjaw mill-valuri mkejla tal-inkwinanti tal-gass tal-egżost qabel il-proċedura tat-tagħbija tal-REC b'aktar minn 15 fil-mija għall-emissjonijiet gassużi jew b'aktar minn 20 fil-mija għall-massa tal-partikuli jew għan-numru ta' partikuli.
Il-manifattur għandu jikkonferma bil-miktub li t-temperaturi massimi li jiġu rreġistrati matul il-proċess ta' riġenerazzjoni ma jagħmlux ħsara u ma jnaqqsux b'mod sinifikanti l-ħajja effettiva tal-REC.
Bħala alternattiva għall-użu tal-proċedura ta' tagħbija deskritta hawn fuq, il-manifattur jista' jipprovdi REC ta' tnaqqis tal-partikuli li diġà jkun mgħobbi sal-limitu għat-test tar-riġenerazzjoni.
4.5. Il-kriterji tal-valutazzjoni għal REC ta' tnaqqis tal-partikuli b'riġenerazzjoni kontinwa
It-test tas-sistema ta' REC, tal-REC ta' tnaqqis tal-partikuli jitqies bħala sodisfaċenti jekk jiġu ssodisfati l-emissjonijiet ta' partikolati mkejla kif definit fil-paragrafu 8 ta' dan ir-Regolament.
4.5.1. Inkwinanti rregolati
L-emissjonijiet tal-inkwinanti rregolati jiġu ddeterminati permezz ta' kejl meħud immedjatament wara li jsiru t-testijiet sabiex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi tar-riġenerazzjoni.
L-emissjonijiet tal-inkwinanti rregolati (CO, HC, PM u NOx) fil-kundizzjoni inizjali u fil-kundizzjoni mmodifikata għandhom ikunu fi ħdan il-valuri ta' limitu għall-istadju jew l-istandard tal-emissjonijiet li għalihom il-magna oriġinarjament kellha t-tip tagħha approvat. Il-proporzjon ta' NO2 għal NOx għall-kundizzjoni inizjali u għall-kundizzjoni mmodifikata għandu jiġi rreġistrat u muri fir-rapport tat-test.
Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-massa ta' NO2 u NOx għandha ssir permezz ta' kejl simultanju f'konformità mal-paragrafu 13.2 ta' dan ir-Regolament.
4.6. Il-kriterji tal-valutazzjoni għal REC ta' tnaqqis tal-partikuli b'riġenerazzjoni perjodika
Din id-dispożizzjoni tapplika biss għal REC li juża riġenerazzjoni attiva.
L-emissjonijiet għandhom jitkejlu matul mill-inqas tliet ċikli tat-test xierqa bi startjar sħun (Jiġifieri, tliet ċikli ESC, ċikli ETC, ċikli WHSC, ċikli WHTC, ċikli NRSC jew ċikli NRTC bi startjar sħun.) Wieħed miċ-ċikli li minnhom jittieħed il-kejl għandu jinkludi avveniment ta' riġenerazzjoni fuq sistema ta' REC stabbilizzata. Iż-żewġ ċikli l-oħrajn li minnhom jittieħed il-kejl għandhom ikunu ċikli li fihom ma sseħħ ebda riġenerazzjoni. Jekk ir-riġenerazzjoni tieħu aktar minn ċiklu tat-test wieħed, għandhom jitħaddmu ċikli tat-test konsekuttivi sakemm ir-riġenerazzjoni tkun kompluta.
Il-manifattur tal-REC għandu jiddikjara l-kundizzjonijiet li fihom normalment iseħħ il-proċess tar-riġenerazzjoni (it-tagħbija tal-partikuli, it-temperatura, il-kontropressjoni tal-egżost jew parametri rilevanti oħrajn). Il-manifattur għandu jipprovdi wkoll il-frekwenza tal-avveniment ta' riġenerazzjoni f'termini tal-frazzjoni tat-testijiet li matulhom isseħħ ir-riġenerazzjoni. Il-proċedura eżatta li tintuża sabiex tiddetermina din il-frazzjoni għandha tiġi miftiehma mal-manifattur mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip abbażi ta' ġudizzju inġineristiku tajjeb. (Din il-frazzjoni tal-frekwenza hija l-fattur F fil-proċedura għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' partikolati nominali stabbilita hawn taħt.)
Għal test ta' riġenerazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi sistema ta' REC ta' tnaqqis tal-partikuli li tkun ġiet mgħobbija b'materja partikolata. Bħala alternattiva, il-manifattur jista' jħaddem ċikli tat-test konsekuttivi kif stabbilit fil-paragrafu 4.4 ta' dan l-Anness sakemm jiġi mgħobbi l-REC ta' tnaqqis tal-partikuli. Il-kejl tal-emissjonijiet mhuwiex meħtieġ fuq ċikli li jitħaddmu għall-finijiet tat-tagħbija tal-REC b'materja partikolata.
L-emissjonijiet medji bejn il-fażijiet ta' riġenerazzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-medja aritmetika ta' bosta testijiet approssimattivament ekwidistanti f'termini tan-numru ta' ċikli tat-test mhux imkejla bejniethom. Bħala minimu, fil-kalkolu tal-medja aritmetika għandu jiġi inkluż mill-inqas ċiklu tat-test wieħed li jkun mill-aktar qrib possibbli qabel test ta' riġenerazzjoni u ċiklu tat-test wieħed immedjatament wara test ta' riġenerazzjoni.
Matul it-test ta' riġenerazzjoni, għandha tiġi rreġistrata d-data kollha meħtieġa sabiex tiġi individwata r-riġenerazzjoni (l-emissjonijiet ta' CO jew NOx, it-temperatura qabel u wara l-REC, il-kontropressjoni tal-egżost u kwalunkwe parametru rilevanti ieħor). Il-limiti tal-emissjonijiet applikabbli jistgħu jinqabżu matul il-proċess tar-riġenerazzjoni. Il-proċedura tat-test hija murija b'mod skematiku fl-Illustrazzjoni ta' hawn taħt.
Skema tar-riġenerazzjoni perjodika
Test ta 'immaġniIt-test tas-sistema ta' REC ta' tnaqqis tal-partikuli b'riġenerazzjoni perjodika jitqies li jkun għadda jekk l-emissjonijiet ta' partikolati nominali kkalkolati bl-użu tal-proċedura stabbilita hawn taħt ikunu fil-limitu stabbilit għal-livell ta' tnaqqis li għalih l-applikant jixtieq li l-REC jiġi approvat.
4.6.1. Inkwinanti rregolati
L-emissjonijiet tal-inkwinanti rregolati (CO, HC, PM u NOx) ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu għall-istandard li għalih il-magna oriġinarjament kellha t-tip tagħha approvat, kemm fil-kundizzjoni inizjali kif ukoll fil-kundizzjoni mmodifikata. Il-proporzjon ta' NO2/NOx għall-kundizzjoni inizjali u għall-kundizzjoni mmodifikata għandu jiġi rreġistrat u muri fir-rapport tat-test.
Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-massa ta' NO2 u NOx għandha ssir permezz ta' kejl simultanju f'konformità mal-paragrafu 4.7.2 ta' dan l-Anness u mal-paragrafu 13 ta' dan ir-Regolament.
4.6.1.1. Emissjonijiet ta' partikolati ponderati
L-emissjonijiet ta' partikolati tal-massa ta' PM (g/kWh) għas-sistemi b'riġenerazzjoni perjodika jiġu ddeterminati kif ġej.
PM massa = PM massar × F + (1 – F) × PM massawor
Fejn:
F |
= |
il-frekwenza tal-avveniment ta' riġenerazzjoni f'termini ta' frazzjoni tat-testijiet li matulha sseħħ ir-riġenerazzjoni [-] |
PM massawor |
= |
l-emissjoni speċifika medja minn test li fih ma sseħħx ir-riġenerazzjoni [g/kWh] |
PM massar |
= |
l-emissjoni speċifika medja minn test li fih isseħħ ir-riġenerazzjoni [g/kWh] |
Il-manifattur jista' jagħżel, abbażi ta' analiżi inġineristika tajba, li jikkalkula fattur ta' aġġustament tar-riġenerazzjoni kr addittiv jew multiplikattiv, li jesprimi r-rata medja ta' emissjoni, kif ġej:
|
k r = PM massa/PM massawor (fattur tal-aġġustament multiplikattiv) jew |
|
k Ur = PM massa – PM massawor (fattur tal-aġġustament 'il fuq) jew |
|
k Dr = PM massa – PM massa r (fattur tal-aġġustament 'l isfel) |
Jekk jintużaw aktar minn żewġ kejlijiet bejn il-fażijiet tar-riġenerazzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet, dawn il-kejlijiet ulterjuri għandhom jittieħdu f'intervalli ugwali u għandha tittieħed medja aritmetika.
4.6.1.2. Emissjonijiet gassużi ponderati
L-emissjoni tal-komponenti gassużi Mgass (g/kWh) għas-sistemi b'riġenerazzjoni perjodika tiġi ddeterminata kif ġej.
Mgass = Mgassr × F + (1 – F) × Mgasswor
Fejn:
F |
= |
il-frekwenza tal-avveniment ta' riġenerazzjoni f'termini ta' frazzjoni tat-testijiet li matula sseħħ ir-riġenerazzjoni |
Mgasswor |
= |
l-emissjoni speċifika medja minn test li fih ma sseħħx ir-riġenerazzjoni [g/kWh] |
Mgassr |
= |
l-emissjoni speċifika medja minn test li fih isseħħ ir-riġenerazzjoni [g/kWh] |
Il-manifattur jista' jagħżel, abbażi ta' analiżi inġineristika tajba, li jikkalkula fattur ta' aġġustament tar-riġenerazzjoni kr addittiv jew multiplikattiv, li jesprimi r-rata medja ta' emissjoni, kif ġej:
|
k r = Mgass/Mgasswor (fattur tal-aġġustament multiplikattiv) jew |
|
k Ur = Mgass – Mgasswor (fattur tal-aġġustament 'il fuq) jew |
|
k Dr = Mgass – Mgassr (fattur tal-aġġustament 'l isfel) |
4.7. Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' NO2
L-ittestjar għandu jsir fuq il-magna tal-ittestjar magħżula permezz tal-kriterji deskritti fil-paragrafu 12 ta' dan ir-Regolament.
4.7.1. L-għażla tal-REC ta' tnaqqis tal-partikuli għad-determinazzjoni tal-NO2.
L-REC użat għall-ittestjar jista' jkun differenti mill-REC użat fil-paragrafu 4.5 ta' dan l-Anness. L-REC ta' tnaqqis tal-partikuli li jrid jiġi ttestjat għandu jkun:
(a) |
REC ta' tnaqqis tal-partikuli bl-akbar volum attiv u, jekk jintuża katalizzatur tal-ossidazzjoni tad-diżil (DOC) 'il fuq, il-konvertitur katalitiku bl-akbar superfiċje attiva u |
(b) |
L-REC ta' tnaqqis tal-partikuli li jkun fih iċ-ċarġ massimu ta' platinu biċ-ċarġ totali massimu ta' materjal attiv b'mod katalitiku fi ħdan il-familja ta' REC definita. |
L-REC ta' tnaqqis tal-partikuli magħżul għandu jitwaħħal b'tali mod li tkun tista' tinkiseb l-iqsar distanza bejn il-magna u l-REC ta' tnaqqis tal-partikuli, kif speċifikata fil-firxa tal-applikazzjoni għall-REC ta' tnaqqis tal-partikuli.
L-REC ta' tnaqqis tal-partikuli għandu jinħatt mit-tagħbija u ma għandux jitħaddem għal aktar minn 125 siegħa.
4.7.2. Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' NO2
Għandhom jitwettqu tliet ċikli tat-test WHTC jew NRTC suċċessivi, kif xieraq għall-applikazzjoni. L-emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati fuq it-tliet ċikli kollha u tittieħed medja tagħhom. Jekk il-firxa ta' dawn ir-riżultati tkun akbar minn ± 15 fil-mija tal-medja, mela għandu jitwettaq ċiklu tat-test addizzjonali.
Il-kalkolu tal-emissjonijiet ta' NOx u NO2 għandu jiġi ddeterminat għall-magni CI użati f'vetturi tal-kategoriji M u N fuq iċ-ċiklu WHTC sħiħ.
Għall-magni CI użati f'makkinarju mobbli mhux intiż għat-triq jew għall-vetturi tal-Kategorija T li jkollhom potenza netta installata ogħla minn 18 kW, iżda mhux aktar minn 560 kW, il-kalkolu tal-emissjonijiet ta' NOx u NO2 għandu jiġi ddeterminat fuq iċ-ċiklu NRTC sħiħ.
5. ĊIKLI TAT-TEST
5.1. F'każijiet fejn l-approvazzjoni tal-magna li magħha għandu jintuża l-REC tkun approvazzjoni intiża għat-triq (imwettqa f'konformità mar-Regolament Nru 49), iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-approvazzjoni tal-REC għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 49 li għalih qed tintalab l-approvazzjoni tal-REC.
5.2. Meta l-magna tkun qed tintuża f'applikazzjoni intiża għat-triq u jkollha approvazzjoni maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49, iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-istabbiliment tal-emissjonijiet bażi tal-magna għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 49 li għalih il-magna għandha approvazzjoni.
5.3. Meta l-magna tkun qed tintuża f'applikazzjoni intiża għat-triq iżda ma jkollha ebda approvazzjoni maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49, iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-istabbiliment tal-emissjonijiet bażi tal-magna għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 49 li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni tal-REC.
5.4. F'każijiet fejn l-approvazzjoni tal-magna li magħha għandu jintuża l-REC tkun approvazzjoni mhux intiża għat-triq (imwettqa f'konformità mar-Regolament Nru 96), iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-approvazzjoni tal-REC għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 96 li għalih qed tintalab l-approvazzjoni tal-REC.
5.5. Meta l-magna tkun qed tintuża f'applikazzjoni mhux intiża għat-triq u jkollha approvazzjoni maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 96, iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-istabbiliment tal-emissjonijiet bażi tal-magna għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 96 li għalih il-magna għandha approvazzjoni.
5.6. Meta l-magna tkun qed tintuża f'applikazzjoni mhux intiża għat-triq iżda ma jkollha ebda approvazzjoni maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 96, iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-istabbiliment tal-emissjonijiet bażi tal-magna għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 96 li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni tal-REC.
5.7. Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-effiċjenza tal-REC u tal-emissjonijiet ta' NO2, iċ-ċiklu tat-test xieraq huwa dak definit fil-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament.
ANNESS 6
ITTESTJAR TA' REC TA' TNAQQIS TA' NOx (REC TAL-KLASSI III)
L-ittestjar ta' REC ta' tnaqqis ta' Nox isir fis-serje ta' stadji li ġejjin, inkluża valutazzjoni tal-emissjonijiet ta' inkwinanti sekondarji u determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' NO2:
1. IT-TWETTIQ TA' PROVA TAL-AKKUMULAZZJONI TAS-SERVIZZ.
Il-prova tal-akkumulazzjoni tas-servizz għandha ssir f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 9 ta' dan ir-Regolament.
2. L-ISTABBILIMENT TAL-EMISSJONIJIET BAŻI TAL-MAGNA U L-KONSUM TA' FJUWIL SPEĊIFIKU MINGĦAJR REC IMMUNTAT
2.1. L-emissjonijiet bażi tal-magna jiġu stabbiliti permezz tat-twettiq ta' test tal-emissjonijiet fuq is-sistema tal-magna mingħajr l-REC f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49 jew tar-Regolament Nru 96, kif xieraq għall-applikazzjoni u l-livell tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna bażi.
2.2. Sabiex tkun tista' tiġi ddeterminata l-effiċjenza tat-tnaqqis, l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b'mod addizzjonali permezz tat-twettiq ta' test tal-emissjonijiet f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament.
2.3. Il-konsum tal-fjuwil speċifiku (g/kWh) għandu jiġi stabbilit permezz tat-twettiq tat-test tal-emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 2.2 ta' dan l-Anness.
3. ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET, TAL-KONSUM TAL-FJUWIL SPEĊIFIKU U TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNAQQIS BL-REC IMMUNTAT WARA PROVA TAL-AKKUMULAZZJONI TAS-SERVIZZ.
3.1. L-emissjonijiet jiġu ddeterminati permezz tat-twettiq ta' test tal-emissjonijiet f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49 jew tar-Regolament Nru 96, kif xieraq għall-applikazzjoni intiża u l-livell ta' emissjoni intiż tal-REC kandidat b'REC immuntat f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
3.2. Sabiex tkun tista' tiġi ddeterminata l-effiċjenza tat-tnaqqis, l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b'mod addizzjonali permezz tat-twettiq ta' test tal-emissjonijiet bl-REC immuntat f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament.
3.3. Il-konsum tal-fjuwil speċifiku (g/kWh) għandu jiġi stabbilit permezz tat-twettiq tat-test tal-emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 3.2 ta' dan l-Anness.
4. IL-KRITERJI TAL-VALUTAZZJONI GĦAL REC TA' TNAQQIS TAL-NOx
It-test tas-sistema ta' REC, tal-REC ta' tnaqqis tal-NOx jitqies bħala sodisfaċenti jekk jiġu ssodisfati l-emissjonijiet gassużi u l-emissjonijiet ta' partikolati mkejla kif definit fil-paragrafu 8 ta' dan ir-Regolament.
4.1. Inkwinanti rregolati
L-emissjonijiet tal-inkwinanti rregolati (CO, HC, PM u NOx) fil-kundizzjoni inizjali għandhom ikunu fi ħdan il-valuri ta' limitu għall-istadju jew l-istandard tal-emissjonijiet li għalihom il-magna oriġinarjament kellha t-tip tagħha approvat.
4.2. Il-proporzjon ta' NO2 għal NOx għall-kundizzjoni inizjali u għall-kundizzjoni mmodifikata għandu jiġi rreġistrat u muri fir-rapport tat-test.
Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-massa ta' NO2 u NOx għandha ssir permezz ta' kejl simultanju f'konformità mal-paragrafu 13.2 ta' dan ir-Regolament.
4.3. Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' NO2
L-ittestjar għandu jsir fuq il-magna tal-ittestjar magħżula permezz tal-kriterji deskritti fil-paragrafu 12 ta' dan ir-Regolament.
Għandhom jitwettqu tliet ċikli tat-test WHTC jew NRTC suċċessivi, kif xieraq għall-applikazzjoni. L-emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati fuq it-tliet ċikli kollha u tittieħed medja tagħhom. Jekk il-firxa ta' dawn ir-riżultati tkun akbar minn ± 15 fil-mija tal-medja, mela għandu jitwettaq ċiklu tat-test addizzjonali.
Il-kalkolu tal-emissjonijiet ta' NOx u NO2 għandu jiġi ddeterminat għall-magni CI użati f'vetturi tal-kategoriji M u N fuq iċ-ċiklu WHTC sħiħ.
Għall-magni CI użati f'makkinarju mobbli mhux intiż għat-triq jew għall-vetturi tal-Kategorija T li jkollhom potenza netta installata ogħla minn 18 kW, iżda mhux aktar minn 560 kW, il-kalkolu tal-emissjonijiet ta' NOx u NO2 għandu jiġi ddeterminat fuq iċ-ċiklu NRTC sħiħ.
5. ĊIKLI TAT-TEST
5.1. F'każijiet fejn l-approvazzjoni tal-magna li magħha għandu jintuża l-REC tkun approvazzjoni intiża għat-triq (imwettqa f'konformità mar-Regolament Nru 49), iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-approvazzjoni tal-REC għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 49 li għalih qed tintalab l-approvazzjoni tal-REC.
5.2. Meta l-magna tkun qed tintuża f'applikazzjoni intiża għat-triq u jkollha approvazzjoni maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49, iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-istabbiliment tal-emissjonijiet bażi tal-magna għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 49 li għalih il-magna għandha approvazzjoni.
5.3. Meta l-magna tkun qed tintuża f'applikazzjoni intiża għat-triq iżda ma jkollha ebda approvazzjoni maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 49, iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-istabbiliment tal-emissjonijiet bażi tal-magna għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 49 li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni tal-REC.
5.4. F'każijiet fejn l-approvazzjoni tal-magna li magħha għandu jintuża l-REC tkun approvazzjoni mhux intiża għat-triq (imwettqa f'konformità mar-Regolament Nru 96), iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-approvazzjoni tal-REC għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 96 li għalih qed tintalab l-approvazzjoni tal-REC.
5.5. Meta l-magna tkun qed tintuża f'applikazzjoni mhux intiża għat-triq u jkollha approvazzjoni maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 96, iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-istabbiliment tal-emissjonijiet bażi tal-magna għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 96 li għalih il-magna għandha approvazzjoni.
5.6. Meta l-magna tkun qed tintuża f'applikazzjoni mhux intiża għat-triq iżda ma jkollha ebda approvazzjoni maħruġa f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 96, iċ-ċiklu tat-test li jrid jintuża għall-istabbiliment tal-emissjonijiet bażi tal-magna għandu jkun iċ-ċiklu tat-test assoċjat mal-istadju tal-emissjonijiet fir-Regolament Nru 96 li għalih tkun qed tintalab l-approvazzjoni tal-REC.
5.7. Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-effiċjenza tal-REC u tal-emissjonijiet ta' NO2, iċ-ċiklu tat-test xieraq huwa dak definit fil-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament.
ANNESS 7
TESTIJIET TA' REC TA' TNAQQIS TA' PM U NOx (REC TA' KLASSI IV)
L-ittestjar ta' REC ta' tnaqqis ta' PM u NOx isir fis-serje ta' stadji li ġejjin, inkluża valutazzjoni tal-emissjonijiet ta' inkwinanti sekondarji u determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' NO2.
1. IT-TWETTIQ TA' PROVA TAL-AKKUMULAZZJONI TAS-SERVIZZ
Il-prova tal-akkumulazzjoni tas-servizz għandha ssir f'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 9 ta' dan ir-Regolament.
2. L-ISTABBILIMENT TAL-EMISSJONIJIET BAŻI TAL-MAGNA U L-KONSUM TA' FJUWIL SPEĊIFIKU MINGĦAJR REC IMMUNTAT
It-testijiet ta' REC ta' tnaqqis ta' PM u NOx għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti għall-ittestjar għal kull wieħed mill-inkwinanti stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament u fil-paragrafu 2 tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.
3. ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET, TAL-KONSUM TAL-FJUWIL SPEĊIFIKU U TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNAQQIS BL-REC IMMUNTAT WARA PROVA TAL-AKKUMULAZZJONI TAS-SERVIZZ
It-testijiet ta' REC ta' tnaqqis ta' PM u NOx għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti għall-ittestjar għal kull wieħed mill-inkwinanti stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament u fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.
4. IL-KRITERJI TAL-VALUTAZZJONI GĦAL REC TA' TNAQQIS TA' PM U NOx
4.1. It-testijiet ta' REC ta' tnaqqis ta' PM u NOx għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti għall-ittestjar għal kull wieħed mill-inkwinanti stabbiliti fil-paragrafu 4 tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament u fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament, ħlief kif indikat fil-paragrafu 4.2 ta' dan l-Anness.
4.2. Għal REC tal-Klassi IV b'REC ta' tnaqqis ta' partikuli installat 'il fuq mill-REC ta' tnaqqis ta' NOx, il-paragrafu 4.7.1 tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika.
5. ĊIKLI TAT-TEST
5.1. It-testijiet ta' REC ta' tnaqqis ta' PM u NOx għandhom jitwettqu bl-użu taċ-ċikli tat-test li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Anness 5 u tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.
ANNESS 8
SEKWENZI TAL-ITTESTJAR
1. IS-SEKWENZA TAL-ITTESTJAR GĦAL REC TA' TNAQQIS TAL-PARTIKULI
2. IS-SEKWENZA TAL-ITTESTJAR GĦAL REC TA' TNAQQIS TAL-NOx
3. IS-SEKWENZA TAL-ITTESTJAR GĦAL REC TA' TNAQQIS TAL-PARTIKULI U TAL-NOx
ANNESS 9
TABELLI TAL-EKWIVALENZA TAL-VALUR TA' LIMITU
1. |
Ir-rekwiżiti għal kull tip ta' REC f'termini tal-issodisfar tal-limiti tal-istadju tal-emissjonijiet aktar strett li jmiss, kif rikjest mill-paragrafu 8.2 ta' dan ir-Regolament, huma murija fit-tabelli ta' hawn taħt. |
2. |
It-tabelli ta' hawn taħt juru l-limiti tal-emissjonijiet fi g/kWh li jkunu jridu jiġu ssodisfati sabiex tinkiseb l-ekwivalenza għall-istandard muri minn kull bażi. |
3. |
Ir-rekwiżiti tal-effiċjenza spjegati fid-dettall fil-paragrafu 8.3 ta' dan ir-Regolament jistgħu jirrikjedu li l-emissjonijiet imkejla jkunu aktar baxxi minn dawn il-valuri ta' limitu. |
Tabella A9/1
Matriċi tal-ekwivalenza għas-serje standard tar-Regolament Nru 49
Limiti tal-emissjonijiet f'g/kWh
Bażi (*) |
Komponent |
Klassi I/IIA/IIB Għall-istandard ta' |
Klassi III Għall-istandard ta' |
Klassi IV Għall-istandard ta' |
|||||||||
A |
B1 |
B2 |
C |
A |
B1 |
B2 |
A |
B1 |
B2 |
C |
|||
Qabel A |
NOx |
(ESC) |
— |
— |
— |
— |
5,0 |
3,5 |
2,0 |
5,0 |
3,5 |
2,0 |
2,0 |
(ETC) |
— |
— |
— |
— |
5,0 |
3,5 |
2,0 |
5,0 |
3,5 |
2,0 |
2,0 |
||
PM |
(ESC) |
0,10 (1) |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
— |
— |
— |
0,10 (1) |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
|
(ETC) |
0,16 (2) |
0,03 |
0,03 |
0,02 |
— |
— |
— |
0,16 (2) |
0,03 |
0,03 |
0,02 |
Bażi (*) |
Komponent |
Klassi I/IIA/IIB Għall-istandard ta' |
Klassi III Għall-istandard ta' |
Klassi IV Għall-istandard ta' |
|||||||||
B1 |
B2 |
C |
|
B1 |
B2 |
C |
B1 |
B2 |
C |
|
|||
A |
NOx |
(ESC) |
— |
— |
— |
|
3,5 |
2,0 |
2,0 |
3,5 |
2,0 |
2,0 |
|
(ETC) |
— |
— |
— |
|
3,5 |
2,0 |
2,0 |
3,5 |
2,0 |
2,0 |
|
||
PM |
(ESC) |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
|
— |
— |
— |
0,02 |
0,02 |
0,02 |
|
|
(ETC) |
0,03 |
0,03 |
0,02 |
|
— |
— |
— |
0,03 |
0,03 |
0,02 |
|
Bażi (*) |
Komponent |
Klassi I/IIA/IIB Għall-istandard ta' |
Klassi III Għall-istandard ta' |
Klassi IV Għall-istandard ta' |
|||||||||
B2 |
C |
D |
|
B2 |
C |
D |
B2 |
C |
D |
|
|||
B1 |
NOx |
(ESC) |
— |
— |
— |
|
2,0 |
2,0 |
|
2,0 |
2,0 |
— |
|
(ETC) |
— |
— |
— |
|
2,0 |
2,0 |
|
2,0 |
2,0 |
— |
|
||
(WHSC) |
— |
— |
— |
|
— |
— |
0,4 |
— |
— |
0,4 |
|
||
(WHTC) |
— |
— |
— |
|
— |
— |
0,46 |
— |
— |
0,46 |
|
||
PM |
(ESC) |
0,02 |
0,02 |
— |
|
— |
— |
— |
0,02 |
0,02 |
— |
|
|
(ETC) |
0,03 |
0,02 |
— |
|
— |
— |
— |
0,03 |
0,02 |
— |
|
||
(WHSC) |
— |
— |
0,01 |
|
— |
— |
— |
— |
— |
0,01 |
|
||
(WHTC) |
— |
— |
0,01 |
|
— |
— |
— |
— |
— |
0,01 |
|
Bażi (*1) |
Komponent |
Klassi I/IIA/IIB Għall-istandard ta' |
Klassi III Għall-istandard ta' |
Klassi IV Għall-istandard ta' |
|||||||||
C |
D |
|
|
C |
D |
|
C |
D |
|
|
|||
B2 |
NOx |
(ESC) |
— |
— |
|
|
2,0 |
— |
|
2,0 |
— |
|
|
(ETC) |
— |
— |
|
|
2,0 |
— |
|
2,0 |
— |
|
|
||
(WHSC) |
— |
— |
|
|
— |
0,4 |
|
— |
0,4 |
|
|
||
(WHTC) |
— |
— |
|
|
— |
0,46 |
|
— |
0,46 |
|
|
||
PM |
(ESC) |
0,02 |
— |
|
|
— |
— |
|
0,02 |
— |
|
|
|
(ETC) |
0,02 |
— |
|
|
— |
— |
|
0,02 |
— |
|
|
||
(WHSC) |
— |
0,01 |
|
|
— |
— |
|
— |
0,01 |
|
|
||
(WHTC) |
— |
0,01 |
|
|
— |
— |
|
— |
0,01 |
|
|
Tabella A9/2
Matriċi ta' Ekwivalenza għar-Regolament Nru 96/Klassi I/II ta' REC
Bażi (*2) |
Potenza Netta [kW] |
Komponent [g/kWh] |
Klassi I/II, għall-istandard ta' |
|||||||||
H |
I |
J |
K |
L |
M |
N |
P |
Q |
R |
|||
E |
130 ≤ P ≤ 560 |
PM |
— |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
F |
75 ≤ P < 130 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
— |
— |
0,025 |
G |
37 ≤ P < 75 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,025 (3) |
0,025 (4) |
— |
0,025 (3) |
D |
18 ≤ P < 37 |
PM |
— |
— |
— |
0,6 (5) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
H |
130 ≤ P ≤ 560 |
PM |
— |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
I |
75 ≤ P < 130 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
— |
— |
0,025 |
J |
37 ≤ P < 75 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,025 (3) |
0,025 (4) |
— |
0,025 (3) |
K |
19 ≤ P < 37 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
L |
130 ≤ P ≤ 560 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
M |
75 ≤ P < 130 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
N |
56 ≤ P < 75 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
P |
37 ≤ P < 56 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Tabella A9/3
Matriċi ta' Ekwivalenza għar-Regolament Nru 96/REC tal-Klassi III
Bażi (*3) |
Potenza Netta [kW] |
Komponent [g/kWh] |
Klassi III, għall-istandard ta' |
|||||||||
H |
I |
J |
K |
L |
M |
N |
P |
Q |
R |
|||
E |
130 ≤ P ≤ 560 |
NOx |
4,0 (9) |
— |
— |
— |
2,0 |
— |
— |
— |
0,4 |
— |
F |
75 ≤ P < 130 |
NOx |
— |
4,0 (9) |
— |
— |
— |
3,3 |
— |
— |
— |
0,4 |
G |
37 ≤ P < 75 |
NOx |
— |
— |
4,7 (9) |
— |
— |
— |
3,3 (6) |
— |
0,4 (6) |
|
D |
18 ≤ P < 37 |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
|
||||||||||||
H |
130 ≤ P ≤ 560 |
NOx (8) |
— |
— |
— |
— |
2,0 |
— |
— |
— |
0,4 |
— |
I |
75 ≤ P < 130 |
NOx (8) |
— |
— |
— |
— |
— |
3,3 |
— |
— |
— |
0,4 |
J |
37 ≤ P < 75 |
NOx (8) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
3,3 (6) |
— |
0,4 (6) |
|
K |
19 ≤ P < 37 |
NOx (8) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
L |
130 ≤ P ≤ 560 |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,4 |
— |
M |
75 ≤ P < 130 |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,4 |
N |
56 ≤ P < 75 |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,4 |
P |
37 ≤ P < 56 |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Tabella A9/4
Matriċi ta' Ekwivalenza għar-Regolament Nru 96/REC tal-Klassi IV
Bażi (*4) |
Potenza Netta [kW] |
Komponent [g/kWh] |
Klassi IV, għall-istandard ta' |
|||||||||
H |
I |
J |
K |
L |
M |
N |
P |
Q |
R |
|||
E |
130 ≤ P ≤ 560 |
PM |
— |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
NOx |
4,0 (13) |
— |
— |
— |
2,0 |
— |
— |
— |
0,4 |
— |
||
F |
75 ≤ P < 130 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
— |
— |
0,025 |
NOx |
— |
4,0 (13) |
— |
— |
— |
3,3 |
— |
— |
— |
0,4 |
||
G |
37 ≤ P < 75 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,025 (10) |
0,025 (11) |
— |
0,025 (10) |
NOx |
— |
— |
4,7 (13) |
— |
— |
— |
3,3 (10) |
— |
0,4 (10) |
|||
D |
18 ≤ P < 37 |
PM |
— |
— |
— |
0,6 (12) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||
|
||||||||||||
H |
130 ≤ P ≤ 560 |
PM |
— |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
NOx (12) |
— |
— |
— |
— |
2,0 |
— |
— |
— |
0,4 |
— |
||
I |
75 ≤ P < 130 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
0,025 |
— |
— |
— |
0,025 |
NOx (12) |
— |
— |
— |
— |
— |
3,3 |
— |
— |
— |
0,4 |
||
J |
37 ≤ P < 75 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,025 (10) |
0,025 (11) |
— |
0,025 (10) |
NOx (12) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
3,3 (10) |
— |
0,4 (10) |
|||
K |
19 ≤ P < 37 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
NOx (12) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
||
|
||||||||||||
L |
130 ≤ P ≤ 560 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,4 |
— |
||
M |
75 ≤ P < 130 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,4 |
||
N |
56 ≤ P < 75 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
0,4 |
||
P |
37 ≤ P < 56 |
PM |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
NOx |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
(1) 0,13 g/kWh għall-magni li għandhom ċilindrata ta' inqas minn 0,75 dm3 għal kull ċilindru u veloċità ta' potenza nominali ta' aktar minn 3 000 min– 1
(2) 0,21 g/kWh għall-magni li għandhom ċilindrata ta' inqas minn 0,75 dm3 għal kull ċilindru u veloċità ta' potenza nominali ta' aktar minn 3 000 min– 1
(*1) Fejn A, B1, B2 u C jikkorrispondu għall-valuri ta' limitu fit-tabelli 1 u 2 tas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 49 u D tikkorrispondi għall-valuri ta' limitu fis-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 49.
(3) Għal magni 56 ≤ P < 75 biss
(4) Għal magni 37 ≤ P < 56 biss
(5) Għal magni 19 ≤ P < 37 biss, Il-magni 18 ≤ P < 19 għandhom jiġu ttrattati li ma għandhom ebda stadju ulterjuri
(*2) Fejn il-bażi tikkorrispondi għal dik fir-Regolament Nru 96, Reviżjoni 2.
(6) Għal magni 56 ≤ P < 75 biss
(7) Għal magni 37 ≤ P < 56 biss
(8) Għal magni 19 ≤ P < 37 biss, Il-magni 18 ≤ P < 19 għandhom jiġu ttrattati li ma għandhom ebda stadju ulterjuri
(9) Total tal-idrokarburi u tal-ossidi tan-nitroġenu
(*3) Fejn il-bażi tikkorrispondi għal dik fir-Regolament Nru 96, Reviżjoni 2.
(10) Għal magni 56 ≤ P < 75 biss
(11) Għal magni 37 ≤ P < 56 biss
(12) Għal magni 19 ≤ P < 37 biss. Il-magni 18 ≤ P < 19 għandhom jiġu ttrattati li ma għandhom ebda stadju ulterjuri.
(13) Total tal-idrokarburi u tal-ossidi tan-nitroġenu
(*4) Fejn il-bażi tikkorrispondi għal dik fir-Regolament Nru 96, Reviżjoni 2.
ANNESS 10
Rekwiżiti tas-sistema dijanjostika ta' kontroll ta' NOx għal REC ta' tnaqqis tal-NOx jew ta' tnaqqis tal-NOx u tal-partikuli li jirrikjedu reaġent
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sistema dijanjostika ta' kontroll ta' NOx (NCD) għal REC ta' tnaqqis tal-NOx jew ta' tnaqqis tal-NOx u tal-partikuli li jiddependu fuq l-użu ta' reaġent sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOx.
2. REKWIŻITI DIJANJOSTIĊI
2.1. Is-sistema tal-NCD għandha tkun kapaċi tidentifika l-ħsarat relatati mal-REC ikkunsidrati minn dan l-Anness permezz ta' messaġġi ta' ħsara maħżuna fil-memorja tal-kompjuter tal-REC u tikkomunika dik l-informazzjoni off-board fuq talba.
2.2. Is-sistema tal-NCD għandha tirreġistra messaġġ ta' ħsara għal kull ħsara distinta.
2.3. Is-sistema tal-NCD għandha tikkonkludi jekk hemmx xi ħsara preżenti.
2.3.1. Il-ħsara għandha tiġi identifikata fi żmien 60 minuta mit-tħaddim, ħlief għall-każijiet stipulati fil-paragrafi 2.3.1.1 u 2.3.2 ta' dan l-Anness.
2.3.1.1. F'każijiet fejn ikunu meħtieġa aktar minn 60 minuta ta' tħaddim sabiex il-moniters jidentifikaw bi preċiżjoni u jikkonfermaw ħsara, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' tippermetti li jkun hemm perjodu itwal għall-monitoraġġ, diment li l-manifattur tal-REC jiġġustifika l-ħtieġa għall-perjodu itwal (pereżempju, permezz ta' raġunament tekniku, riżultati ta' esperimenti, esperjenza interna).
2.3.2. Il-ħsara għandha tiġi identifikata fi żmien 10 minuti tmit-tħaddim għall-monitoraġġ tal-livell ta' reaġent u għall-identifikazzjoni tad-dożaġġ għal sistema ta' REC mhux imsaħħna.
2.4. Il-messaġġi ta' ħsarat ma għandhomx jitħassru mis-sistema ta' NCD innifisha mill-memorja tal-kompjuter ta' REC sakemm tkun ġiet irrimedjata l-ħsara relatata ma' dak il-messaġġ, ħlief għall-każ stipulat fil-paragrafu 6.1.4 ta' dan l-Anness.
2.5. Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter riprogrammabbli jew parametru operazzjonali tas-sistema ta' NCD għandu jkun reżistenti għat-tbagħbis u jagħti livell ta' protezzjoni li jkun mill-inqas tajjeb daqs dak tad-dispożizzjonijiet f'ISO 15031-7 (SAE J 2186) jew SAE J1939-73
3. FAMILJA TA' NCD
3.1. Il-manifattur tal-REC huwa responsabbli għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni ta' familja ta' NCD. Ir-raggruppament tal-magni fi ħdan familja ta' NCD għandu jkun ibbażat fuq ġudizzju inġineristiku tajjeb u jkun soġġett għal approvazzjoni mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.
Il-magni li ma jappartjenux għall-istess familja ta' magni, inklużi magni minn manifatturi tal-magni differenti, xorta jistgħu jkunu jappartjenu għall-istess familja ta' NCD.
3.2. Il-parametri li jiddefinixxu familja ta' NCD
3.2.1. Familja ta' NCD tista' tkun ikkaratterizzata minn parametri ta' disinn bażiku li għandhom ikunu komuni għas-sistemi tal-NCD fi ħdan il-familja.
3.2.2. Sabiex is-sistemi tal-NCD jitqiesu li jappartjenu għall-istess familja ta' NCD, il-lista li ġejja ta' parametri bażiċi għandha tkun simili:
(a) |
Is-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet ta' NOx; |
(b) |
Il-metodi ta' monitoraġġ tal-NCD; |
(c) |
Il-kriterji għall-monitoraġġ tal-NCD; |
(d) |
Il-parametri tal-monitoraġġ (eż. frekwenza). |
3.2.3. Dawn is-similaritajiet għandhom jintwerew mill-manifattur tal-REC permezz ta' dimostrazzjoni ta' inġinerija rilevanti jew proċeduri xierqa oħrajn u jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.
Il-manifattur jista' jitlob l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ta' differenzi żgħar fil-metodi ta' monitoraġġ/dijanjożi tas-sistema tal-NCD minħabba varjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-magna.
4. SISTEMA TA' TWISSIJA TAL-OPERATUR
4.1. L-REC għandu jinkludi sistema ta' twissija tal-operatur li tuża allarmi viżwali u li jinstemgħu li jinformaw lis-sewwieq jew lill-operatur meta jkunu nstabu livell baxx ta' reaġent, kwalità skorretta tar-reaġent, interruzzjoni tad-dożaġġ jew ħsara skont il-paragrafu 10 ta' dan l-Anness f'konformità mal-paragrafu 2.3 ta' dan l-Anness u li jwasslu għal attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur deskritta fil-paragrafu 5 ta' dan l-Anness, jekk ma jiġux rettifikati fi żmien debitu.
4.1.1. Is-sistema ta' twissija tal-operatur ma għandhiex tiġi diżattivata jew injorata faċilment.
4.2. Is-sistema ta' twissija tal-operatur tista' tikkonsisti f'lampa waħda jew aktar, jew turi messaġġi qosra, inklużi messaġġi li jindikaw b'mod ċar:
(a) |
Il-ħin li jifdal qabel l-attivazzjoni tal-inċitament; |
(b) |
L-ammont ta' inċitament, pereżempju, l-ammont ta' ħin għall-istartjar mill-ġdid; |
(c) |
Il-kundizzjonijiet li fihom tista' tiġi approvata d-diżattivazzjoni tal-vettura jew tal-makkinarju. |
4.3. Mal-identifikazzjoni tal-ħsara f'konformità mal-paragrafu 2.3 ta' dan l-Anness, għandha tiġi attivata twissija viżwali f'konformità mal-paragrafu 4.2 ta' dan l-Anness.
4.4. Għandha tiġi attivata twissija li tinstema', minbarra t-twissija viżwali, 10 sigħat wara l-identifikazzjoni tal-ħsara.
4.5. Bejn 10 sigħat u 19-il siegħa wara l-identifikazzjoni tal-ħsara, it-twissijiet viżwali u li jinstemgħu għandhom jeskalaw fl-intensità tagħhom.
4.6. 19-il siegħa wara l-identifikazzjoni tal-ħsara, is-sewwieq jew l-operatur għandu jiġi informat li, wara siegħa ta' tħaddim addizzjonali mingħajr ma tkun ġiet irrimedjata l-ħsara, il-magna ma tistartjax wara li tintefa.
4.6.1. Din it-twissija għandha tintwera b'mod ċar permezz ta':
(a) |
Attivazzjoni tat-tieni lampa, li t-tifsira tagħha hija deskritta fil-manwal tal-REC; jew |
(b) |
Turija ta' messaġġ, pereżempju, “il-magna ma tistartjax wara li tintefa”. |
4.7. Is-sistema ta' twissija tal-operatur għandha tiġi diżattivata meta ma jibqgħux jeżistu l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tagħha. Is-sistema ta' twissija tal-operatur ma għandhiex tiġi diżattivata b'mod awtomatiku mingħajr ma tkun ġiet irrimedjata r-raġuni għall-attivazzjoni tagħha.
4.8. Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur tal-REC għandu juri t-tħaddim tas-sistema ta' twissija tal-operatur, kif speċifikat fil-paragrafu 11 ta' dan l-Anness.
5. SISTEMA TA' INĊITAMENT TAL-OPERATUR
5.1. L-REC għandu jinkorpora sistema ta' inċitament tal-operatur li għandha tiġi attivata jekk il-ħsarat tas-sistema ta' REC ma jkunux ġew rettifikati fi żmien debitu.
5.2. Is-sistema ta' inċitament tal-operatur għandha tiġi attivata 20 siegħa wara l-identifikazzjoni tal-ħsara, sakemm ma jiġix irrimarkat mod ieħor fil-paragrafi 6.2 u 7.3 ta' dan l-Anness.
5.3. Il-kurrent dirett lejn l-istarter tal-magna (pereżempju, terminal 30 f'konformità ma' DIN 72552) għandu jiġi interrott, kif ġej:
5.3.1. |
Għandu jiġi installat swiċċ ta' interruzzjoni bejn il-batterija u l-istarter tal-magna, li t-tħaddim tiegħu għandu jiġi kkontrollat mis-sistema ta' NCD. |
5.3.2. |
Il-konnetturi tal-iswiċċ ta' interruzzjoni għandhom ikunu magħmulin minn tagħmir tas-sikurezza ta' distakkament, bħal bolt ta' sikurezza, valv ta' distakkament jew tagħmir simili. |
5.4. Wara li tintefa l-magna, ma għandux ikun possibbli li din terġa' tistartja għal 5 sigħat.
5.5. Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur tal-REC għandu juri t-tħaddim tas-sistema ta' inċitament tal-operatur, kif speċifikat fil-paragrafu 11 ta' dan l-Anness.
5.6. Mal-approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, l-REC jista' jiġi mgħammar b'tagħmir li jiddiżattiva s-sistema ta' inċitament tal-operatur matul emerġenza ddikjarata minn gvern nazzjonali jew reġjonali, is-servizzi ta' emerġenza tagħhom jew is-servizzi armati tagħhom.
6. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAS-SISTEMA TA' INĊITAMENT U TA' TWISSIJA TAL-OPERATUR
6.1. Jekk ħsara ma tkunx ġiet irrimedjata wara l-istartjar mill-ġdid tal-magna f'konformità mal-paragrafu 5.4 ta' dan l-Anness, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
6.1.1. |
Is-sistema ta' twissija tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafi 4.3 sa 4.7 ta' dan l-Anness. |
6.1.2. |
Is-sistema ta' inċitament tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafi 5.2 u 5.3 ta' dan l-Anness, 20 siegħa wara l-identifikazzjoni tal-ħsara msemmija fil-paragrafu 6.1.1 ta' dan l-Anness. |
6.1.3. |
Wara li tintefa l-magna, ma għandux ikun possibbli li din terġa' tistartja għal 48 siegħa. |
6.1.4. |
Il-messaġġi tal-ħsarat li ma jitħassrux li jidentifikaw ir-raġuni tal-ħsarat tas-sistema ta' REC għandhom jinħażnu mis-sistema ta' NCD għal mill-inqas 400 jum. |
6.1.4.1. |
Il-messaġġi tal-ħsarat għandhom ikunu aċċessibbli permezz ta' għodda ġenerika għall-iskennjar, kif definita fil-paragrafu 3.36.1 ta' dan ir-Regolament. |
6.1.5. |
Jekk il-ħsara tkun ġiet irrimedjata wara li tkun intfiet il-magna, is-sistema ta' NCD tista' tippermetti li l-magna terġa' tiġi startjata qabel il-perjodu ta' 48 siegħa fuq talba ta' għodda proprjetarja għall-iskennjar, kif definita fil-paragrafu 3.36.2 ta' dan ir-Regolament, bl-użu ta' kodiċi ta' awtorizzazzjoni pprovdut mill-manifattur tal-REC jew minn negozjant awtorizzat, fuq talba. |
6.1.5.1. |
Il-manifattur tal-REC għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli fis-suq għodod adegwati għas-servizz jew għan-negozjanti. |
6.1.5.2. |
Id-dispożizzjoni fil-paragrafu 6.1.5 ta' dan l-Anness ma għandhiex tintuża aktar minn darba. |
6.1.5.3. |
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.1.4 ta' dan l-Anness japplikaw. |
6.2. Sistema ta' REC mhux imsaħħna
6.2.1. Is-sistema ta' twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4.3 ta' dan l-Anness għandha tiġi attivata jekk ma jseħħ l-ebda dożaġġ tar-reaġent f'temperatura ambjentali ta' ≤ 266 K (– 7 °C) f'konformità mal-paragrafu 2.3.2 ta' dan l-Anness.
6.2.2. Is-sistema ta' inċitament tal-operatur deskritta fil-paragrafi 5.3 sa 5.6 ta' dan l-Anness għandha tiġi attivata jekk ma jseħħ l-ebda dożaġġ tar-reaġent fi ħdan massimu ta' 70 minuta wara li tiġi startjata l-magna f'temperatura ambjentali ≤ 266 K (– 7 °C).
7. ID-DISPONIBBILTÀ TAR-REAĠENT
7.1. Indikatur tal-livell tar-reaġent
Il-livell minimu ta' rendiment aċċettabbli għall-indikatur tar-reaġent huwa li għandu jindika, b'mod kontinwu, il-livell tar-reaġent waqt li s-sistema ta' twissija tal-operatur imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Anness tkun attivata. L-indikatur tar-reaġent jista' jkun fil-forma ta' skrin analogu jew diġitali u jista' juri l-livell bħala proporzjon tal-kapaċità sħiħa tat-tank, l-ammont ta' reaġent li jkun fadal jew stima tas-sigħat operattivi li jkun fadal.
7.2. Attivazzjoni tas-sistema ta' twissija tal-operatur
7.2.1. Is-sistema ta' twissija tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafu 4.3 ta' dan l-Anness meta l-livell tar-reaġent jinżel taħt
(a) |
10 fil-mija tal-kapaċità tat-tank tar-reaġent jew perċentwal ogħla skont l-għażla tal-manifattur tal-REC; jew |
(b) |
Livell li jikkorrispondi għal 12-il siegħa ta' użu tal-vettura jew tal-makkinarju f'kundizzjonijiet medji ta' tħaddim. |
7.2.2. It-twissija pprovduta għandha tkun ċara biżżejjed, flimkien mal-indikatur tar-reaġent, sabiex is-sewwieq jew l-operatur jifhem li l-livell tar-reaġent huwa baxx. Meta s-sistema ta' twissija tinkludi sistema b'wiri ta' messaġġi, it-twissija viżwali għandha turi messaġġ li jindika li l-livell tar-reaġent huwa baxx. (Pereżempju, “livell ta' urea baxx”, “livell ta' AdBlue baxx”, jew “reaġent baxx”).
7.2.3. Il-paragrafi 4.4 sa 4.6 ta' dan l-Anness ma japplikawx.
7.2.4. Is-sistema ta' twissija tal-operatur għandha teskala fl-intensità tagħha meta l-livell tar-reaġent jinżel taħt:
(a) |
2,5 fil-mija tal-kapaċità tat-tank tar-reaġent jew perċentwal ogħla skont l-għażla tal-manifattur tal-REC; jew |
(b) |
Livell li jikkorrispondi għal 3 sigħat ta' użu tal-vettura jew tal-makkinarju f'kundizzjonijiet medji ta' tħaddim. |
Din it-twissija għandha tintwera b'mod ċar permezz ta':
(a) |
Attivazzjoni tat-tieni lampa, li t-tifsira tagħha hija deskritta fil-manwal tal-REC; jew |
(b) |
Turija ta' messaġġ, pereżempju “imla l-urea”, “imla l-AdBlue”, jew “imla r-reaġent”. |
7.2.5. Ma għandux ikun possibbli li s-sistema ta' twissija tal-operatur tintefa qabel ma r-reaġent ikun reġa' mtela sa livell li ma jkunx jeħtieġ l-attivazzjoni tagħha.
7.3. Attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur
7.3.1. Is-sistema ta' inċitament tal-operatur deskritta fil-paragrafi 5.3 sa 5.6 ta' dan l-Anness għandha tiġi attivata jekk it-tank tar-reaġent ikun vojt, jew fi kwalunkwe livell taħt it-2,5 fil-mija tal-kapaċità sħiħa b'mod nominali tiegħu fid-diskrezzjoni tal-manifattur tal-REC.
7.3.2. Ma għandux ikun possibbli li s-sistema ta' inċitament tal-operatur tintefa qabel ma r-reaġent ikun reġa' mtela sa livell li ma jkunx jeħtieġ l-attivazzjoni rispettiva tagħha.
8. MONITORAĠĠ TAL-KWALITÀ TAR-REAĠENT
8.1. L-REC għandu jinkludi mezz li jiddetermina l-preżenza ta' reaġent skorrett fit-tank, pereżempju sensur tal-NOx, sensur tal-kwalità tar-reaġent, jew l-ekwivalenti.
8.2. Il-manifattur għandu jispeċifika konċentrazzjoni minima aċċettabbli tar-reaġent, CDmin, li tirriżulta f'emissjonijiet ta' NOx mill-egżost ta' mhux aktar minn
(a) |
0,9 g/kWh għas-sistemi ta' magni mmodifikati li jkunu konformi mal-limitu tal-emissjonijiet ta' NOx għall-istadju Q u R tar-Regolament Nru 96; jew |
(b) |
Il-limitu tal-emissjonijiet ta' NOx + 1,5 g/kWh għas-sistemi l-oħrajn kollha. |
8.2.1. Il-valur korrett ta' CDmin għandu jintwera waqt l-approvazzjoni tat-tip kif ġej u għandu jiġi rreġistrat fil-pakkett ta' dokumentazzjoni kif speċifikat fl-Anness 1.
8.2.1.1. It-test għandu jsir billi titwettaq il-parti sħuna taċ-ċiklu WHTC jew NRTC, skont liema japplika, bl-użu ta' reaġent bil-konċentrazzjoni CDmin.
8.2.1.2. Jista' jitwettaq ċiklu ta' prekundizzjonament WHTC jew NRTC definit mill-manifattur tal-REC, li jippermetti li sistema ta' kontroll tal-NOx b'ċirkwit magħluq twettaq adattament għall-kwalità tar-reaġent bil-konċentrazzjoni CDmin.
8.2.1.3. L-emissjoni ta' NOx li tirriżulta minn dan it-test għandha tkun aktar baxxa mil-livell limitu ta' NOx speċifikat fil-paragrafu 8.2 ta' dan l-Anness.
8.2.2. Għall-fini tal-paragrafu 8.1 ta' dan l-Anness, kwalunkwe konċentrazzjoni tar-reaġent aktar baxxa minn CDmin għandha tiġi identifikata u meqjusa bħala reaġent skorrett.
8.3. Għandu jiġi attribwit kalkolatur speċifiku (“il-kalkolatur tal-kwalità tar-reaġent”) għall-kwalità tar-reaġent. Il-kalkolatur tal-kwalità tar-reaġent għandu jgħodd in-numru ta' sigħat operattivi b'reaġent skorrett.
8.3.1. B'għażla tiegħu, il-manifattur jista' jiġbor il-ħsarat fil-kwalità tar-reaġent flimkien mal-ħsarat elenkati fil-paragrafi 9 u 10 ta' dan l-Anness f'kalkolatur wieħed.
8.4. Attivazzjoni tas-sistema ta' twissija tal-operatur
8.4.1. Is-sistema ta' twissija tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Anness.
8.4.2. Meta s-sistema ta' twissija tal-operatur tkun tinkludi sistema ta' wiri ta' messaġġi, hija għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni tat-twissija, jekk ikun teknikament fattibbli (pereżempju “identifikata urea skorretta”, “AdBlue skorrett identifikat”, jew “reaġent skorrett identifikat”).
8.5. Attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur
8.5.1. Is-sistema ta' inċitament tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.
9. ATTIVITÀ TA' DOŻAĠĠ TAR-REAĠENT
9.1. Il-magna għandha tinkludi mezz li jiddetermina l-interruzzjoni tad-dożaġġ.
9.2. Għandu jiġi attribwit kalkolatur speċifiku għall-attività tad-dożaġġ (il-“kalkolatur tal-attività ta' dożaġġ”). Il-kalkolatur għandu jgħodd in-numru ta' sigħat operattivi li jseħħu b'interruzzjoni tal-attività ta' dożaġġ tar-reaġent. Dan mhuwiex meħtieġ meta tali interruzzjoni tintalab minħabba li l-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-vettura jew tal-makkinarju jkunu tali li r-rendiment tal-emissjonijiet tagħhom ma jkun jirrikjedi l-ebda dożaġġ tar-reaġent.
9.2.1. B'għażla tiegħu, il-manifattur tal-REC jista' jiġbor il-ħsarat fid-dożaġġ tar-reaġent flimkien mal-ħsarat elenkati fil-paragrafi 8 u 10 ta' dan l-Anness f'kalkolatur wieħed.
9.3. Attivazzjoni tas-sistema ta' twissija tal-operatur
9.3.1. Is-sistema ta' twissija tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Anness.
9.3.2. Meta s-sistema ta' twissija tinkludi sistema ta' wiri ta' messaġġi, din għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni tat-twissija (pereżempju, “ħsara fid-dożaġġ tal-urea”, “ħsara fid-dożaġġ ta' AdBlue”, jew “ħsara fid-dożaġġ tar-reaġent”).
9.4. Attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur
9.4.1. Is-sistema ta' inċitament tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.
10. IL-MONITORAĠĠ TAL-ĦSARAT LI JISTGĦU JIĠU ATTRIBWITI GĦAL TBAGĦBIS
10.1. Minbarra l-livell ta' reaġent fit-tank tar-reaġent, il-kwalità tar-reaġent u l-interruzzjoni tad-dożaġġ, il-ħsarat li ġejjin għandhom jiġu ssorveljati minħabba li jistgħu jkunu attribwiti għal tbagħbis:
(a) |
Skonnettjar tal-valv tad-dożaġġ tar-reaġent; |
(b) |
Skonnettjar tal-pompa tar-reaġent; |
(c) |
Ħsarat jew skonnettjar tas-sistema ta' NCD, kif deskritti fil-paragrafu 10.1.1 ta' dan l-Anness. |
10.1.1. Is-sistema ta' NCD għandha tiġi mmonitorjata għal ħsarat elettriċi u għat-tneħħija jew id-diżattivazzjoni ta' kwalunkwe sensur li jżommha milli tagħmel dijanjożi ta' kwalunkwe ħsara oħra msemmija fil-paragrafi 7 sa 9 ta' dan l-Anness.
Lista mhux eżawrjenti ta' sensuri li jaffettwaw il-kapaċità dijanjostika huma dawk li jkejlu direttament il-konċentrazzjoni ta' NOx, is-sensuri tal-kwalità tal-urea, is-sensuri tal-ambjent u s-sensuri li jintużaw għall-monitoraġġ tal-attività ta' dożaġġ tar-reaġent, tal-livell tar-reaġent jew tal-konsum tar-reaġent.
10.2. Għandu jiġi attribwit kalkolatur speċifiku għal kull waħda mill-ħsarat fil-monitoraġġ ikkunsidrati fil-paragrafu 10.1 ta' dan l-Anness. Il-kalkolaturi tas-sistema ta' NCD għandhom jgħoddu n-numru ta' sigħat operattivi meta l-kapaċità dijanjostika tas-sistema ta' NCD ma tkunx disponibbli. Huwa permess li bosta ħsarat jinġabru flimkien f'kalkolatur wieħed.
10.2.1. B'għażla tiegħu, il-manifattur jista' jiġbor il-ħsarat fis-sistema ta' NCD flimkien mal-ħsarat elenkati fil-paragrafi 8 u 9 ta' dan l-Anness f'kalkolatur wieħed.
10.3. Bħala alternattiva għar-rekwiżiti fil-paragrafu 10.1 ta' dan l-Anness, il-manifattur jista' juża sensur ta' NOx li jinsab fil-gass tal-egżost. F'dan il-każ:
(a) |
Il-valur tal-NOx ma għandux jaqbeż il-livell limitu inferjuri bejn:
|
(b) |
Tista' tintuża ħsara waħda “livelli għoljin ta' NOx - il-kawża ewlenija mhux magħrufa”. |
10.4. Attivazzjoni tas-sistema ta' twissija tal-operatur
10.4.1. Is-sistema ta' twissija tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Anness.
10.4.2. Meta s-sistema ta' twissija tinkludi sistema ta' wiri ta' messaġġi, hija għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni tat-twissija (pereżempju, “valv ta' dożaġġ tar-reaġent skonnettjat” jew “ħsara kritika relatata mal-emissjonijiet”).
10.5. Attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur
10.5.1. Is-sistema ta' inċitament tal-operatur għandha tiġi attivata f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.
11. REKWIŻITI TAD-DIMOSTRAZZJONI
11.1. Il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness għandha tintwera waqt l-approvazzjoni tat-tip permezz tat-twettiq ta':
(a) |
Dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta' twissija tal-operatur; |
(b) |
Dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur. |
11.2. Dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta' twissija tal-operatur.
11.2.1. Il-konformità tal-attivazzjoni tas-sistema ta' twissija għandha tintwera billi jsiru żewġ testijiet: nuqqas ta' reaġent, u kategorija waħda ta' ħsarat meqjusa fil-paragrafi 8 sa 10 ta' dan l-Anness.
11.2.2. Sabiex tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta' twissija f'każ ta' kwalità ħażina tar-reaġent, reaġent għandu jintgħażel b'dilwizzjoni tal-ingredjent attiv li jkun mill-inqas dilwit daqs dak ikkomunikat mill-manifattur (CDmin) skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.2 ta' dan l-Anness
11.2.3. Sabiex tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta' twissija tal-operatur, l-għażla għandha ssir abbażi ta' lista ta' ħsarat potenzjali pprovduta mill-manifattur tal-REC lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip u miftiehma mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.
11.2.4. Għall-fini ta' din id-dimostrazzjoni, għandu jsir test separat għal kull waħda mill-ħsarat ikkunsidrati fil-paragrafu 11.2.1 ta' dan l-Anness.
11.2.5. Waqt li jkun qed isir test, ma għandu jkun hemm ebda ħsara preżenti għajr għal dik indirizzata mit-test.
11.2.6. Qabel jibda test, għandhom jitħassru l-messaġġi kollha ta' ħsara.
11.2.7. Jekk manifattur jitlob hekk u l-Awtorità ta' Approvazzjoni tat-Tip taqbel, il-ħsarat soġġetti għall-ittestjar jistgħu jkunu simulati.
11.2.8. Il-proċedura tat-test tad-dimostrazzjoni għal ħsarat għajr għal nuqqas ta' reaġent
11.2.8.1. Ladarba l-ħsara tkun ġiet installata jew simulata, is-sistema ta' NCD għandha tirrispondi għall-introduzzjoni ta' ħsara fi ħdan tliet ċikli WHTC sħan jew NRTC sħan konsekuttivi, kif applikabbli.
11.2.8.2. Kull ċiklu tat-test individwali fit-test tad-dimostrazzjoni jista' jiġi sseparat minn tifi tal-magna.
11.2.9. Il-proċedura tat-test tad-dimostrazzjoni f'każ ta' nuqqas ta' reaġent
11.2.9.1. Is-sistema ta' REC għandha titħaddem fuq wieħed jew aktar miċ-ċikli WHTC sħan jew NRTC sħan, kif applikabbli, fid-diskrezzjoni tal-manifattur tal-REC.
11.2.9.2. Id-dimostrazzjoni għandha tibda b'livell tar-reaġent fit-tank li għandu jkun hemm qbil dwaru bejn il-manifattur tal-REC u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, iżda li għandu jirrappreżenta mhux inqas minn 10 fil-mija tal-kapaċità nominali tat-tank.
11.2.10. Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta' twissija titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta' kull test ta' dimostrazzjoni mwettaq skont il-paragrafi 11.2.8 u 11.2.9 ta' dan l-Anness, is-sistema ta' twissija tkun ġiet attivata kif suppost f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Anness.
11.2.11. Il-manifattur għandu jingħata permess sabiex jagħmel simulazzjoni, bi qbil mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tal-kisba ta' ċertu numru ta' sigħat operattivi.
11.3. Dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur
11.3.1. Id-dimostrazzjoni tas-sistema ta' inċitament tal-operatur għandha ssir permezz ta' testijiet imwettqa fuq bank tat-test tal-magna.
11.3.2. Jekk ikun irid il-manifattur tal-REC, u soġġett għall-qbil tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, it-testijiet tad-dimostrazzjoni jistgħu jsiru fuq vettura kompluta jew makkinarju komplut billi l-vettura jew il-makkinarju jiġu mmuntati fuq bank tat-test addattat jew billi jitħaddmu fuq korsa tat-testijiet f'kundizzjonijiet ikkontrollati.
11.3.3. Il-konformità tal-attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament għandha tintwera billi jsiru żewġ testijiet: nuqqas ta' reaġent, u kategorija waħda ta' ħsarat meqjusa fil-paragrafi 8 sa 10 ta' dan l-Anness.
11.3.4. Għall-fini ta' din id-dimostrazzjoni, għandhom jintużaw il-ħsarat magħżula għall-attivazzjoni tas-sistema ta' twissija.
11.3.5. Id-dimostrazzjoni tibda meta s-sistema ta' twissija tkun ġiet attivata bħala riżultat tas-sejba ta' ħsara magħżula mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.
11.3.6. Meta s-sistema tkun qed tiġi vverifikata għar-reazzjoni tagħha fil-każ ta' nuqqas ta' reaġent fit-tank, il-magna għandha titħaddem sakemm it-tank tar-reaġent ikun vojt, jew sakemm jintlaħaq il-livell ta' 2,5 fil-mija tal-kapaċità sħiħa nominali tat-tank jew sakemm jintlaħaq il-valur iddikjarat mill-manifattur f'konformità mal-paragrafu 7.3.1 ta' dan l-Anness.
11.3.6.1. Il-manifattur jista', bil-qbil tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, jagħmel simulazzjoni ta' tħaddim kontinwu permezz ta' estrazzjoni tar-reaġent mit-tank, jew waqt li l-magna tkun qed taħdem jew inkella meta tkun wieqfa.
11.3.7. Meta s-sistema tiġi vverifikata għar-reazzjoni tagħha fil-każ ta' ħsara għajr għal nuqqas ta' reaġent fit-tank, il-magna għandha titħaddem għan-numru rilevanti ta' sigħat indikati fil-paragrafu 5.2 ta' dan l-Anness.
11.3.8. Il-manifattur għandu jingħata permess sabiex jagħmel simulazzjoni, bi qbil mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, tal-kisba ta' ċertu numru ta' sigħat operattivi.
11.3.9. Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta' inċitament titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta' kull test ta' dimostrazzjoni mwettaq skont il-paragrafi 11.3.4 u 11.3.5 ta' dan l-Anness, is-sistema ta' inċitament tkun ġiet attivata kif suppost f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.
ANNESS 11
STRUZZJONIJIET DWAR L-INSTALLAZZJONI U T-TĦADDIM
1. Il-manifattur tal-REC għandu jipprovdi informazzjoni bil-miktub u struzzjonijiet dwar l-installazzjoni sabiex jintużaw mill-persuni responsabbli mill-modifiki retroattivi, kif ukoll struzzjonijiet dwar il-manutenzjoni u t-tħaddim sabiex jintużaw mis-sidien u mill-operaturi. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom:
(a) |
Jindirizzaw il-perikli għas-sikurezza identifikati matul il-valutazzjoni mwettqa f'konformità mal-paragrafu 18.3 ta' dan ir-Regolament sabiex b'hekk, kemm jista' jkun possibbli, l-immuntar tal-REC f'konformità mal-istruzzjonijiet jelimina dawk il-perikli u:
|
(b) |
Jelenkaw u jiddeskrivu b'mod espliċitu kwalunkwe periklu għas-sikurezza identifikat li ma jiġix eliminat kompletament billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet dwar l-immuntar u li se jkollhom jiġu indirizzati permezz tal-applikazzjoni ta' ħiliet xierqa u ġudizzju inġineristiku tajjeb min-naħa tal-persuna responsabbli mill-modifika retroattiva. |
(c) |
Jindirizzaw b'mod ċar kull wieħed mill-punti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Anness. |
2. IR-REKWIŻITI TAT-TĦEJJIJA U TAD-DIMOSTRAZZJONI
2.1. L-istruzzjonijiet u l-linji gwida għandhom jinkitbu bil-lingwa tal-pajjiż fejn jinbiegħ l-REC jew li fih mistenni jintuża l-REC, u għandhom jinkitbu b'lingwaġġ ċar li jkun addattat għall-qarrejja intiżi tagħhom.
2.2. Il-manifattur tal-REC għandu jkun jista' juri lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip fejn huwa indirizzat kull wieħed mill-punti rilevanti f'dan l-Anness, iżda jista' jindirizza dawn il-punti bi kwalunkwe mod li jissodisfa r-rekwiżit għaċ-ċarezza. Ma hemm ebda ħtieġa li l-kliem jew it-tqassim ta' dan l-Anness jiġi riprodott.
2.3. Ma għandux jintuża lingwaġġ tekniku jew legali fid-dokumenti intiżi għal qarrejja, bħall-utenti finali, li x'aktarx ma jkunux familjari miegħu. Meta l-użu ta' tali lingwaġġ jitqies bħala essenzjali f'dokumenti bħal dawn, huwa għandu jkun akkumpanjat bi spjegazzjoni ċara tal-intenzjoni tiegħu.
2.4. Il-manifattur tal-REC huwa mħeġġeġ jikkunsidra, fl-interessi taċ-ċarezza, l-użu ta' idjomi lokali u użijiet fejn lingwa tintuża f'aktar minn pajjiż jew reġjun wieħed, kif ukoll l-użu ta' termini speċifiċi għall-industrija fejn REC ikun intiż sabiex jintuża fuq vetturi jew makkinarji speċifiċi għal dik l-industrija.
3. STRUZZJONIJIET GĦALL-PERSUNA RESPONSABBLI MILL-MODIFIKA RETROATTIVA
3.1. L-istruzzjonijiet għall-persuna responsabbli mill-modifika retroattiva għandhom jinkludu:
(a) |
Struzzjonijiet speċifiċi relatati ma' kwalunkwe applikazzjoni speċifika ta' vettura jew makkinarju li għaliha jkun intiż l-REC; |
(b) |
Struzzjonijiet u linji gwida ġenerali, meta jkunu xierqa, li jippermettu li l-REC jitwaħħal kif suppost ma' kwalunkwe vettura jew makkinarju fil-firxa li għaliha jiġi approvat; |
(c) |
Indikazzjoni ċara tal-firxa ta' applikazzjonijiet li għalihom jiġi approvat l-REC u tal-firxa ta' applikazzjonijiet ta' vetturi jew makkinarji li għalihom jista' jintuża b'mod sikur, jekk din tkun differenti; |
(d) |
Indikazzjoni tal-livell tal-ħiliet u l-edukazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq l-operazzjoni tal-immuntar; |
(e) |
Livell ta' dettall mill-inqas suffiċjenti sabiex persuna bil-ħiliet u l-edukazzjoni xierqa tkun tista' twettaq ix-xogħol. |
3.2. L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li l-modifika retroattiva b'REC għandha titwettaq f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-manifattur tal-REC u li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll kwalunkwe struzzjonijiet addizzjonali pprovduti mill-manifattur tal-vettura jew tal-makkinarju, minn awtoritajiet pubbliċi jew minn partijiet kompetenti oħrajn.
3.3. L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li l-vettura jew il-makkinarju li trid issirilhom modifika retroattiva għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba u li d-difetti li jistgħu jimpedixxu l-kisba tal-livell ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li għalih jiġi approvat l-REC, jew li jistgħu jaffettwaw b'mod avvers ir-reżistenza tiegħu, għandhom jiġu rettifikati kif meħtieġ qabel issir il-modifika retroattiva.
3.4. L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li għandha tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li s-sikurezza fl-użu tal-vettura jew tal-makkinarju ma tiġix imfixkla mill-immuntar tal-REC u li tibqa' konformi mar-Regolamenti u l-liġijiet lokali. B'mod partikolari, l-istruzzjonijiet għandhom:
(a) |
Jiġbdu l-attenzjoni għal kwalunkwe periklu għas-sikurezza addizzjonali għall-operaturi jew għall-persuni li jkunu fil-qrib, bħal temperaturi għoljin tas-superfiċje jew vultaġġi tal-elettriku, li huma assoċjati mal-REC, kif ukoll jipproponu miżuri għat-tnaqqis tar-riskji assoċjati magħhom; |
(b) |
Iwissu kontra l-installazzjoni tal-REC, jew ta' kwalunkwe sistema assoċjata miegħu, b'tali mod li jinterferixxu mal-kamp viżiv tal-operatur ta' vettura jew makkinarju, jew mal-viżibilità ta' kwalunkwe gejġijiet jew indikaturi, jew inkella mal-aċċess għal kwalunkwe kontrolli; |
(c) |
Iwissu li l-firxa tar-responsabbiltà tal-persuna jew tal-kumpanija li timmunta l-REC għal kwalunkwe aċċident jew ħsara sussegwenti se tkun tiddependi fuq il-liġijiet u d-drawwiet lokali u tista' testendi lil hinn mir-responsabbiltà għal ħsarat tal-REC jew li jkunu attribwibbli direttament għalih. |
3.5. L-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li kwalunkwe modifika li ssir f'kompartiment tal-magna jew f'panew tal-aċċess għaliha tista' żżid il-ħoss li joħroġ mill-vettura jew mill-makkinarju, liema żidiet fil-ħoss jistgħu jkunu pprojbiti mil-liġijiet lokali, kif ukoll li ż-żidiet fil-ħoss jista' jkollhom implikazzjonijiet għas-saħħa u s-sikurezza tal-operaturi u tal-persuni li jkunu fil-qrib.
4. STRUZZJONIJIET GĦAS-SID U GĦALL-OPERATUR
4.1. L-istruzzjonijiet għas-sid u għall-operatur għandhom jinkludu kemm struzzjonijiet speċifiċi relatati ma' kwalunkwe applikazzjoni ta' vettura jew makkinarju li għaliha huwa intiż l-REC u, fejn xieraq, struzzjonijiet ġenerali relatati mal-użu tiegħu ma' kwalunkwe vettura jew makkinarju fil-firxa li għaliha jiġi approvat.
4.2. L-istruzzjonijiet għandhom jindikaw kwalunkwe rekwiżit jew limitazzjoni dwar l-użu tal-vettura jew tal-makkinarju li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-REC.
4.3. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw jekk kwalunkwe reaġent jew addittiv għandhomx jimtlew mill-ġdid mill-operatur tal-vettura jew tal-makkinarju bejn intervalli ta' manutenzjoni normali u jindikaw rata probabbli ta' konsum tar-reaġent.
4.4. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw it-tip u l-kwalità ta' kwalunkwe reaġent jew addittiv konsumabbli użati.
4.5. L-istruzzjonijiet għandhom ifakkru lis-sid u lill-operatur tal-vettura jew tal-makkinarju li, meta l-immuntar tal-REC ikun kundizzjoni għat-tħaddim tiegħu f'pajjiż jew żona partikolari, jew meta l-immuntar tal-REC jintitola lis-sid tal-vettura jew tal-makkinarju għal inċentivi jew privileġġi, in-nuqqas ta' żamma tal-REC f'kundizzjoni tajba ta' tħaddim (inkluż in-nuqqas li tiġi żgurata provvista xierqa ta' kwalunkwe reaġent jew addittiv), jista' jikkostitwixxi ksur ta' kuntratt jew ikun reat kriminali.
ANNESS 12
Rekwiżiti speċifiċi dwar l-approvazzjoni ta' REC fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fis-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni ta' REC immuntat ma' magna jew sistema ta' magna, għall-fini tal-issodisfar tal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fis-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49.
2. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI
2.1. Is-sistema tal-magna mmodifikata għandha tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi li ġejjin
2.1.1. |
Il-limiti tal-emissjonijiet ta' PM u NOx stabbiliti fit-Tabella 1, il-paragrafu 5.3 tas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49. |
2.1.2. |
Ir-rekwiżiti għall-verifika tad-durabilità tas-sistemi tal-magni, kif stipulati fl-Anness 7 tas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49. |
2.1.3. |
Ir-rekwiżiti tas-sistema dijanjostika abbord (OBD) stabbiliti fl-Annessi 9 A u 9B tas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49. |
2.1.4. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi għal-limitazzjoni tal-emissjonijiet off-cycle u tal-emissjonijiet fl-użu, kif stipulati fl-Anness 10 tas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49. |
2.1.5. |
Ir-rekwiżiti sabiex jiġi żgurat it-tħaddim korrett tal-miżuri ta' kontroll tal-NOx, kif stipulati fl-Anness 11 tas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49. |
2.1.6. |
Minkejja l-paragrafu 8.6.2 ta' dan ir-Regolament, għal REC tal-Klassi III u tal-Klassi IV, l-emissjonijiet ta' ammonijaka ma għandhomx jaqbżu valur medju ta' 10 ppm meta jitkejlu bl-użu tal-proċeduri definiti fl-Appendiċi 7 tal-Anness 4 tas-serje 06 tal-emendi tar-Regolament Nru 49. |