Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42014X0325(02)

    Ir-Regolament Nru 82 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-fanali ta' quddiem tal-mopeds mgħammra b'fanali aloġeni bil-filament (FANALI HS 2 )

    ĠU L 89, 25.3.2014, p. 92–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/82/oj

    25.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 89/92


    It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 82 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-fanali ta' quddiem tal-mopeds mgħammra b'fanali aloġeni bil-filament (FANALI HS2)

    Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

    Serje ta’ emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: it-12 ta’ Settembru 2001

    WERREJ

    REGOLAMENT

    1.

    Kamp ta' applikazzjoni

    2.

    Definizzjoni ta’ “tip”

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Immarkar

    5.

    Approvazzjoni

    6.

    Speċifikazzjonijiet ġenerali

    7.

    Speċifikazzjonijiet speċjali

    8.

    Konformità tal-produzzjoni

    9.

    Penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

    10.

    Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip ta' fanal ta' quddiem

    11.

    Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    12.

    Ismijiet u indirizzi ta' servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

    13.

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ bozza ta’ quddiem skont ir-Regolament Nru 82

    Anness 2 –

    Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

    Anness 3 –

    Testijiet fotometriċi

    Anness 4 –

    Kulur tad-Dawl Mormi

    1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem mgħammra b'fanali aloġeni bil-filament (fanali HS2), li huma pprovduti bħala tagħmir għall-mopeds u l-vetturi meqjusa bħalhom.

    2.   DEFINIZZJONI TA' “TIP”

    Il-fanali ta’ quddiem ta’ “tipi” differenti tfisser il-fanali ta’ quddiem li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:

    2.1.

    L-isem jew il-marka tal-fabbrika,

    2.2.

    Il-karatteristiċi tas-sistema ottika,

    2.3.

    L-inklużjoni jew l-eliminazzjoni ta' komponenti li kapaċi jbiddlu l-effetti ottiċi permezz ta' riflessjoni, refrazzjoni jew assorbiment. It-tibdil fil-kulur tar-raġġi mormija mill-fanali ta' quddiem li l-karatteristiċi l-oħra tagħhom ma jinbidlux ma jikkostitwixxix tibdil fit-tip tal-fanal ta' quddiem. Dawn il-fanali ta' quddiem għandhom jingħataw l-istess numru tal-approvazzjoni.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mid-detentur tal-isem jew tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq.

    3.2.

    Kwalunkwe applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkollha magħha:

    3.2.1

    Tliet kopji tad-disinn, iddettaljat biżżejjed li jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip (ara l-paragrafi 4.2 u 5.3) u juri sezzjoni trasversali (vertikali) u elevazzjoni minn quddiem tal-fanal ta' quddiem, bid-dettalji tal-iskanalaturi tal-lenti, jekk ikun hemm,

    3.2.2

    Deskrizzjoni teknika qasira,

    3.2.3

    Kampjuni, kif ġej:

    3.2.3.1

    Żewġ kampjuni b'lentijiet mingħajr kulur,

    3.2.3.2

    Għall-ittestjar ta' filtru kkulurit jew skrin ikkulurit (jew ta' lenti kkulurita): żewġ kampjuni.

    3.3.

    L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti sabiex ikunu żgurati kontrolli effettivi tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    4.   IMMARKAR (1)

    4.1.

    Il-fanali ta' quddiem ippreżentati għall-approvazzjoni għandhom juru l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-applikant, u dan l-immarkar għandu jkun leġibbli b'mod ċar u ma jkunx jista’ jitħassar.

    4.2.

    Għandhom jitħallew spazji ta' daqs kbir biżżejjed li fih toqgħod il-marka tal-approvazzjoni kemm fuq il-lenti kif ukoll fuq l-unità ewlenija (1) ta' kull fanal ta' quddiem, u dawn l-ispazji għandhom jintwerew fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 3.3.1 ta' hawn fuq.

    5.   APPROVAZZJONI

    5.1.

    Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem li jiġu ppreżentati skont il-paragrafu 3.3.3 ta' hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.

    5.2.

    Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-aktar emendi tekniċi maġġuri riċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. In-numru li jiġi assenjat b'dan il-mod ma għandux jiġi assenjat mill-istess Parti Kontraenti għal xi tip ieħor approvat ta' fanal ta' quddiem kopert b'dan ir-Regolament (2).

    5.3.

    In-notifika tal-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta' fanal ta' quddiem skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    5.4

    Fuq kull fanal ta' quddiem li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, fl-ispazji msemmija fil-paragrafu 4.2 hawn fuq, minbarra l-immarkar previst fil-paragrafu 4.1 hawn fuq, għandha titqiegħed marka ta’ approvazzjoni internazzjonali (3) li tikkonsisti fi:

    5.4.1

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4);

    5.4.2

    In-numru tal-approvazzjoni.

    5.5.

    L-immarkar tal-approvazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.4 hawn fuq għandu jkun leġibbli b’mod ċar u ma jkunx jista’ jitħassar.

    5.6.

    L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni msemmija hawn fuq.

    6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    6.1.

    Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7 hawn taħt.

    6.2.

    Il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li waqt l-użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li jistgħu jkunu soġġetti għaliha, jibqa’ jiġi żgurat it-tħaddim sodisfaċenti tagħhom u ma jitilfux il-karatteristiċi stipulati b’dan ir-Regolament.

    6.3.

    Il-komponenti li permezz tagħhom il-bozza aloġena titwaħħal mar-riflettur għandhom ikunu magħmula b'tali mod li, anki fid-dlam, il-bozza aloġena ma tista' tiġi mwaħħla f'ebda pożizzjoni ħlief fil-pożizzjoni t-tajba.

    7.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET SPEĊJALI

    7.1.

    Il-pożizzjoni t-tajba tal-lenti fir-rigward tas-sistema ottika għandha tkun immarkatab'mod ċar u mblokkata milli ddur.

    7.2.

    Għall-kejl tal-illuminazzjoni li jagħtu l-fanali ta' quddiem, għandhom jintużaw skrin tal-kejl kif deskritt fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament u fanal aloġenu bil-filament standard li jkollu bozza lixxa u mhux ikkulurita skont il-Kategorija HS2 tar-Regolament Nru 37.

    Il-fanal aloġenu bil-filament standard għandu jiġi aġġustat għall-fluss ta’ luminożità ta' referenza applikabbli skont il-valuri stipulati għal dawn il-fanali fir-Regolament 37, għal vultaġġ nominali ta' sitt volts.

    Ir-raġġ tal-passaġġ għandu jkollu profil ta' limitu (cutoff) definit biżżejjed li bl-għajnuna tiegħu jkun possibbli mmirar sodisfaċenti.

    7.3

    Il-profil ta' limitu għandu jkun dritt u orizzontali kemm jista' jkun fuq tul orizzontali ta' mill-inqas ± 2,250 mm mkejjel f'distanza ta' 25 m.

    Meta mmirati (5) skont l-Anness 3, il-fanali ta' quddiem għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fih.

    7.4.

    Id-disinn tar-raġġ ma għandux ikollu varjazzjonijiet laterali li jnaqqsu l-viżibbiltà tajba.

    7.5.

    Il-valuri tal-illuminazzjoni tal-iskrin għandhom jitkejlu permezz ta’ fotoreċettur, li l-erja effettiva tiegħu għandha toqgħod fi kwadru bi ġnub ta’ 65 mm.

    8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    8.1.

    Kull fanal ta' quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni kif stipulat skont dan ir-Regolament għandu jkun konformi mat-tip approvat u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

    8.2.

    Madankollu, fil-każ ta’ apparat li jintgħażel b'mod aleatorju mill-produzzjoni tas-serje, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-intensità massima u l-intensità minima tad-dawl mitfugħ (imkejjel b’fanal aloġenu standard kif imsemmi fil-paragrafu 7.2 ta' hawn fuq) għandhom ikunu minn tal-anqas 80 % tal-valuri minimi u m’għandhomx jeċċedu 120 % tal-valuri massimi speċifkati fl-Anness 3.

    9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    9.1.

    L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta' fanal ta' quddiem skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jintlaħqux ir-rekwiżiti stipulati hawn fuq.

    9.2.

    Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    10.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ FANAL TA' QUDDIEM

    10.1.

    Kull modifika tat-tip ta’ fanal ta' quddiem għandha tkun innotifikata lid-dipartimenti amministrattivi li approvaw it-tip ta’ fanal ta' quddiem. Id-Dipartiment imbagħad jista’ jew:

    10.1.1

    Iqis li mhux probabbli li l-modifiki li saru se jkollhom effett negattiv notevoli u li fi kwalunkwe każ il-fanal ta' quddiem xorta huwa konformi mar-rekwiżiti; jew

    10.1.2

    Jitlob rapport ieħor tat-testijiet mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

    10.2.

    Il-konferma jew iċ-ċaħda ta' approvazzjoni, li tkun tispeċifika l-bidliet, għandha tkun komunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    10.3.

    L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tagħti numru ta’ serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni li taqbel mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    11.   PRODUZZJONI IMWAQQFA GĦALKOLLOX

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ fanal ta’ quddiem approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċevi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA' SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

    13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

    13.1.

    Sa minn sitt xhur wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 113, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jieqfu jagħtu approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament.

    13.2.

    Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni għas-serje ta' emendi 01 jew għall-verżjoni oriġinali ta' dan ir-Regolament.

    13.3.

    Approvazzjonijiet mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 113 u l-estensjonijiet kollha ta’ approvazzjonijiet, inklużi dawk għall-verżjoni oriġinali ta' dan ir-Regolament mogħtija sussegwentement, għandhom jibqgħu validi indefinittivament.

    13.4.

    Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu joħorġu approvazzjonijiet għal fanali ta' quddiem fuq il-bażi tas-serje ta’ emendi 01 jew tal-verżjoni oriġinali ta' dan ir-Regolament, sakemm il-fanali ta' quddiem huma maħsuba bħala sostituti biex jitwaħħlu fuq vetturi li qed jintużaw.

    13.5.

    Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 113, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi t-twaħħil ta' fanal ta' quddiem fuq tip ta' vettura ġdida li jkun approvat skont ir-Regolament Nru 113.

    13.6.

    Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil fuq tip ta' vettura jew vettura ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament.

    13.7.

    Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil jew l-użu fuq vettura li qed tintuża ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament fil-verżjoni oriġinali tiegħu, sakemm il-fanal ta' quddiem huwa intiż għas-sostituzzjoni.


    (1)  Jekk il-lenti ma tistax tiġi sseparata mill-unità ewlenija, il-provvediment ta' spazju bħal dan fuq il-lenti għandu jkun suffiċjenti.

    (2)  It-tibdil fil-kulur tar-raġġi mormija mill-fanali ta' quddiem li l-karatteristiċi l-oħra tagħhom ma jinbidlux ma jikkostitwixxix tibdil fit-tip tal-fanal ta' quddiem. Dawn il-fanali ta' quddiem għandhom jingħataw l-istess numru tal-approvazzjoni (ara l-paragrafu 2.3).

    (3)  F'każ li tipi differenti ta' fanali ta' quddiem ikollhom lenti identika jew riflettur identiku, il-lenti jew ir-riflettur jista' jkollhom id-diversi marki tal-approvazzjoni ta' dawn it-tipi ta' fanali ta' quddiem, bil-kundizzjoni li n-numru tal-approvazzjoni li jingħata għat-tip speċifiku ppreżentat jista' jiġi identifikat mingħajr ambigwità.

    (4)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għall-Consolidated Resolution on the Construction of Vehicles (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

    (5)  L-angolu vertikali tal-fanal ta' quddiem għandu jkun jista' jiġi aġġustat.


    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format Massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    L-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

    Image

    Il-fanal ta' quddiem bil-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 82 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 00243 L-ewwel żewġ figuri tan-numru tal-approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.


    ANNESS 3

    TESTIJIET FOTOMETRIĊI

    1.   Għall-kejl, l-iskrin tal-kejl għandu jkun qiegħed f'distanza ta' 25 m quddiem il-fanal ta' quddiem u f'angolu perpendikulari mal-linja li tgħaqqad il-filament tal-fanal u l-punt HV; il-linja HH għandha tkun orizzontali.

    2.   Lateralment, il-fanal ta' quddiem għandu jkun immirat b'mod li ċ-ċentru tar-raġġ ikun fuq il-linja vertikali VV.

    3.   Vertikalment, il-fanal ta' quddiem għandu jkun immirat b'mod li l-profil ta' limitu ("cutoff") ikun f'pożizzjoni 250 mm taħt il-linja HH. Dan għandu jkun kemm jista' jkun orizzontali.

    4.   Il-fanal ta' quddiem, meta jkun immirat skont il-paragrafi 2 u 3 ta' hawn fuq, għandu jissodisfa dawn il-kundizjonijiet:

    Il-punt tal-kejl

    Illuminazzjoni E/Lux

    Kwalunkwe punt fuq u 'l fuq mil-linja HH

    ≤ 0,7

    Kwalunkwe punt fuq il-linja 35L-35R għajr 35V

    ≥ 1

    Il-punt 35V

    ≥ 2

    Kwalunkwe punt fuq il-linja 25L-25R

    ≥ 2

    Kwalunkwe punt fuq il-linja 15L125R

    ≥ 0,5

    5.   L-iskrin tal-kejl

    Image


    ANNESS 4

    KULUR TAD-DAWL MORMI

    1.

    Il-fanali ta' quddiem jistgħu jitfgħu dawl abjad jew dawl isfar selettiv.

    2.

    Il-koordinati trikromatiċi tal-kulur isfar selettiv huma:

    limitu lejn l-aħmar

    y ≥ 0,138 + 0,580 x

    limitu lejn l-aħdar

    y ≤ 1,29 x – 0,100

    limitu lejn l-abjad

    y ≥ – x + 0,966

    limitu lejn il-valur spettrali

    y ≥ – x + 0,992

    3.

    Il-koordinati trikromatiċi għad-dawl abjad huma:

    il-limitu lejn il-blù

    x ≥ 0,310

    limitu lejn l-isfar

    x ≤ 0,500

    limitu lejn l-aħdar

    y ≤ 0,150 + 0,640 x

    limitu lejn l-aħdar

    y ≤ 0,440

    limitu lejn il-vjola

    y ≥ 0,050 + 0,750 x

    limitu lejn l-aħmar

    y ≥ 0,382

    Nota:

    L-Artikolu 3 tal-Ftehim li dan ir-Regolament huwa anness miegħu ma għandux jippreveni lill-Partijiet Kontraenti milli jipprojbixxu l-użu ta' fanali ta' quddiem li jitfgħu dawl abjad jew dawl isfar selettiv fuq vetturi approvati minnhom.


    Top