Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42012D0521

2012/521/UE: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 20 ta’ Settembru 2012 li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

ĠU L 259, 27.9.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/521(1)/oj

27.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/5


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-20 ta’ Settembru 2012

li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2012/521/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ erbatax-il Imħallef u erba’ Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja waslu biex jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2012. Għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2018, erbatax-il Imħallef u erba’ Avukati Ġenerali għandhom jinħatru fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(2)

Fil-25 ta’ April 2012, permezz tad-Deċiżjoni 2012/244/EU (1), ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatru ħdax-il Imħallef u tliet Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2018. Fl-20 ta’ Ġunju 2012, permezz tad-Deċiżjoni 2012/345/EU (2), ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatru żewġ Imħallfin u Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għal dan l-istess perijodu.

(3)

Biex titwettaq is-sostituzzjoni parzjali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jaħtru Mħallef ieħor fil-post li għad fadal biex jimtela.

(4)

Ġiet proposta l-kandidatura tas-Sur Anthony BORG BARTHET għall-post vakanti ta’ Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(5)

Il-kumitat stabbilit mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Anthony BORG BARTHET għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Anthony BORG BARTHET huwa b’dan maħtur Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2012.

Il-President

K. KORNELIOU


(1)   ĠU L 121, 8.5.2012, p. 21.

(2)   ĠU L 169, 29.6.2012, p. 60.


Top