EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42011X0428(01)

Ir-Regolament Nru 14 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza, is-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX u l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

ĠU L 109, 28.4.2011, p. 1–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/14(2)/oj

28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/1


It-testi oriġinali tan-NU/ECE biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu kkontrollati fil-verżjoni l-aktar reċenti tad-dokument ta’ status tan-NU/ECE TRANS/WP.29/343, li huwa disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 14 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza, is-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX u l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 1 għas-serje 07 ta’ emendi – Id-data tad-dħul fis-seħħ: Id-19 ta’ Awwissu 2010

WERREJ

REGOLAMENT

1.

L-ambitu

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-approvazzjoni

5.

L-ispecifikazzjonijiet

6.

It-testijiet

7.

L-ispezzjoni matul u wara testijiet statiċi għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza

8.

Il-modifiki għal u l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura

9.

Il-konformità tal-produzzjoni

10.

Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

11.

L-istruzzjonijiet operattivi

12.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

14.

Id-dispożizzjonjiet tranżitorji

L-ANNESSI

Anness 1 –

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni (jew l-estensjoni, jew ir-rifjut, jew l-irtirar, jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox) ta’ tip ta’ vettura rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u s-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, skont ir-Regolament Nru 14.

Anness 2 –

L-arranġamenti tal-marka ta’ approvazzjoni

Anness 3 –

Il-post fejn jinsabu l-ankraġġi effettivi taċ-ċinturin

Anness 4 –

Il-proċedura biex ikun iddeterminat il-punt ‘H’ u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi bil-mutur

Appendiċi 1 –

Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt ‘H’

Appendiċi 2 –

Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza

Appendiċi 3 –

Id-data ta’ referenza li tikkonċernra l-pożizzjonijiet bilqiegħda

Anness 5 –

L-apparat ta’ trazzjoni

Anness 6 –

In-numru minimu ta’ punti ta’ ankraġġ u l-post fejn jinsabu l-ankraġġi ta’ isfel

Appendiċi –

Il-post fejn jinsabu l-ankraġġi ta’ isfel – ir-rekwiżiti angolari biss

Anness 7 –

It-test dinamiku bħala alternattiva għat-test statiku tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza

Anness 8 –

L-ispeċifikazzjonijiet tal-manikin

Anness 9 –

Is-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX u l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

Vetturi tal-kategoriji M u N (1) fir-rigward tal-ankraġġi għaċ-ċinturini tas-sikurezza maħsuba għall-okkupanti adulti ta’ sits li jħarsu ’l quddiem jew lura.

(b)

Vetturi tal-kategorija M1 fir-rigward tas-sistemi tal-ankraġġ ISOFIX tagħhom u l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX tagħhom, maħsuba għas-sigurtà tat-tfal. Kategoriji oħra ta’ vetturi mgħammra b’ankraġġi ISOFIX għandhom ukoll jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

‘Approvazzjoni ta' vettura’ tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura mgħammra b’ankraġġi għal tipi partikolari ta’ ċinturini tas-sikurezza;

2.2.

‘Tip ta' vettura’ tfisser kategorija ta’ vetturi b’magna, li mhumiex differenti f’tali aspetti essenzjali bħalma huma d-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-komponenti tal-istruttura tal-vettura jew tal-istruttura tas-sit li magħhom huma marbuta l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza u s-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, u, jekk is-saħħa tal-ankraġġi tiġi ttestjata skont it-test dinamiku, il-karatteristiċi ta’ kwalunkwe komponent tas-sistema tat-trażżin, speċjalment il-funzjoni tat-tagħmir li jillimita t-tagħbija (load limiter function), li jkollha influwenza fuq il-forzi li japplikaw fuq l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza.

2.3.

‘Ankraġġi taċ-ċinturin’ tfisser il-partijiet tal-istruttura tal-vettura jew tal-istruttura tas-sit jew ta’ kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħhom għandhom jitwaħħlu sew l-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza;

2.4.

‘Ankraġġ effettiv ta' ċinturin’ tfisser il-punt li ntuża sabiex ikun iddeterminat, b’mod konvenzjonali, kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4, l-angolu ta’ kull parti taċ-ċinturin tas-sikurezza f’relazzjoni għal min jilbsu, jiġifieri l-punt li miegħu jeħtieġ li titwaħħal ċinga sabiex tkun ipprovduta l-istess konfigurazzjoni bħall-konfigurazzjoni intenzjonata taċ-ċinturin meta milbus, u li jista’ jew ma jistax ikun l-ankraġġ effettiv taċ-ċinturin jiddependi mill-konfigurazzjoni tal-bċejjeċ tat-twaħħil taċ-ċinturin tas-sikurezza fejn jitwaħħal mal-ankraġġ taċ-ċinturin.

2.4.1.

Pereżempju, fil-każ

2.4.1.1.

fejn fuq l-istruttura tal-vettura jew fuq l-istruttura tas-sit tintuża gwida taċ-ċinga, il-punt nofsani tal-gwida fil-post fejn iċ-ċinga tħalli l-gwida fuq in-naħa ta’ min jilbes iċ-ċinturin, għandu jitqies bħala l-ankraġġ effettiv taċ-ċinturin; u,

2.4.1.2.

fejn iċ-ċinturin jgħaddi direttament minn min jilbsu għal apparat li jiġbed lura mwaħħal mal-istruttura tal-vettura jew mal-istruttura tas-sit mingħajr gwida taċ-ċinga li tintervjeni, l-ankraġġ effettiv taċ-ċinturin għandu jitqies bħala li huwa l-intersezzjoni tal-assi tar-rukkell fejn tintrefa’ ċ-ċinga bil-pjan jgħaddi mil-linja ċentrali taċ-ċinga fuq ir-rukkell;

2.5.

‘Qiegħ’ tfisser il-parti ta’ isfel tal-qafas tal-vettura li tgħaqqad il-ħitan tal-ġenb tal-vettura. F’dan il-kuntest, jinkludi l-pjanċi tal-qafas, il-ħadidiet b’toqob u skanalaturi (swages) u possibbilment rinforzi oħra, anki jekk ikunu taħt il-qiegħ, bħal elementi lonġitudinali u trażversali;

2.6.

‘Sit’ tfisser struttura li tista’ tkun integrali jew le mal-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod bilqiegħda persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali kif ukoll parti minn sit f’forma ta’ bank maħsub biex fuqu toqgħod bilqiegħda persuna waħda;

2.6.1.

‘Sit tal-passiġġier ta' quddiem’ tfisser kwalunkwe sit fejn il-‘punt H ta' quddiemnett’ tas-sit ikkonċernat jinsab fi jew quddiem il-pjan vertikali trażversali mill-punt R tas-sewwieq;

2.7.

‘Grupp ta' sits’ tfisser jew tip ta’ sit f’forma ta’ bank jew sits li huma separati imma ħdejn xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ sit wieħed allinjat ma’ jew ’il quddiem mill-ankraġġi ta’ wara nett u allinjat ma’ jew wara l-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ sit ieħor) u jakkomoda persuna adulta bilqiegħda waħda jew aktar;

2.8.

‘Sit f’forma ta' bank’ tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod aktar minn persuna adulta waħda;

2.9.

‘Tip ta' sit’ tfisser kategorija ta’ sits li ma jvarjawx f’tali aspetti essenzjali bħal:

2.9.1.

il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit,

2.9.2.

it-tipi u d-dimensjonijiet tas-sistemi ta’ aġġustament u tas-sistemi li jsakkru kollha,

2.9.3.

it-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġi taċ-ċinturin fuq is-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura;

2.10.

‘Ankraġġ tas-sit’ tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha l-assemblaġġ tas-sit jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura;

2.11.

‘Sistema ta' aġġustament’ tfisser l-apparat li bih is-sit jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni addattata għall-morfoloġija tal-okkupant li jkun bilqiegħda; b’mod partikolari, dan l-apparat jista’ jippermetti:

2.11.1.

spostament lonġitudinali;

2.11.2.

spostament vertikali;

2.11.3.

spostament angolari.

2.12.

‘Sistema ta' spostament’ tfisser apparat li jippermetti li s-sit jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġi spostat jew imdawwar mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex ikun hemm aċċess faċli għall-ispazju wara s-sit ikkonċernat.

2.13.

‘Sistema li tissakkar’ tfisser kwalunkwe apparat li jiżgura li s-sit u l-partijiet tiegħu jinżammu fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ użu u jinkludi apparati li jsakkru kemm id-dahar tas-sit b’mod relattiv għas-sit kif ukoll is-sit b’mod relattiv għall-vettura.

2.14.

‘Żona ta' referenza’ tfisser l-ispazju bejn żewġ pjani vertikali lonġitudinali, 400 mm ’il bogħod minn xulxin u simetriċi fejn għandu x’jaqsam il-punt H, u definiti bir-rotazzjoni mill-veritikali għall-orizzontali tal-apparat tal-forma tar-ras, kif ġie deskritt fl-Anness 1 għar-Regolament Nru 21. L-apparat għandu jiġi ppożizzjonat kif ġie deskritt f’dak l-Anness għar-Regolament Nru 21 u ssettjat għat-tul massimu ta’ 840 mm.

2.15.

‘Il-funzjoni tat-tagħmir li jillimita t-tagħbija fuq it-toraċi’ tfisser kwalunkwe parti taċ-ċinturin tas-sikurezza u/jew tas-sit u/jew tal-vettura maħsuba biex tillimita l-livell tal-forzi ta’ trażżin li japplikaw fuq it-toraċi tal-okkupant f’każ ta’ kolliżjoni.

2.16.

‘ISOFIX’ hija sistema għall-kollegament ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal ma’ vetturi li jkollha żewġ ankraġġi tal-vetturi riġidi, żewġ żjidiet riġidi li jikkorrispondu fuq is-sistema tat-trażżin għat-tfal u mezz li jillimita r-rotazzjoni tal-pitch tas-sistema tat-trażżin għat-tfal.

2.17.

‘Pożizzjoni ISOFIX’ tfisser sistema li tippermetti li jiġu installati:

(a)

jew sistema universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares ’il quddiem kif ġiet iddefinita fir-Regolament Nru 44,

(b)

jew sistema semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares ’il quddiem kif ġiet iddefinita fir-Regolament Nru 44,

(c)

jew sistema semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares lura kif ġiet iddefinita fir-Regolament Nru 44,

(d)

jew sistema semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares lejn il-ġenb kif ġiet iddefinita fir-Regolament Nru 44,

(e)

jew sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għal vettura speċifika kif ġiet iddefinita fir-Regolament Nru 44.

2.18.

‘Ankraġġ baxx ISOFIX’ tfisser żbarra orizzontali riġida u tonda b’dijametru ta’ 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u trażżan sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX b’żidiet ISOFIX.

2.19.

‘Sistema ta' ankraġġi ISOFIX’ tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX li hija mfassla sabiex tqabbad sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX ma’ apparat ta’ kontra r-rotazzjoni.

2.20.

‘Żieda ISOFIX’ tfisser waħda miż-żewġ kollegamenti, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 44, li testendi mill-istruttura tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, u li tkun kompatibbli mal-ankraġġ baxx ISOFIX.

2.21.

‘Sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX’ tfisser sistema tat-trażżin għat-tfal, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 44, li trid titqabbad ma’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

2.22.

‘Apparat għall-applikazzjoni ta' forza statika (SFAD – static force application device)’ tfisser tagħmir fiss tat-test li jingaġġja s-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX tal-vettura u li jintuża biex ikunu vverifikati s-saħħa tagħhom u l-ħila tal-istruttura tas-sit jew tal-vettura biex, f’test statiku, tkun limitata r-rotazzjoni. It-tagħmir fiss tat-test jiġi deskritt fil-Figuri 1 u 2 tal-Anness 9.

2.23.

‘Apparat ta' kontra r-rotazzjoni’

(a)

Apparat ta’ kontra r-rotazzjoni għal sistema universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jikkonsisti mill-irbit ta’ fuq ISOFIX.

(b)

Apparat ta’ kontra r-rotazzjoni għal sistema semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jikkonsisti jew minn irbit ta’ fuq, mid-daxxbord tal-vettura jew minn riġel ta’ appoġġ maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tat-trażżin matul impatt frontali.

(c)

Għas-sistemi universali u semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX is-sit tal-vettura nnifsu mhuwiex apparat ta’ kontra r-rotazzjoni.

2.24.

‘Ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX’ tfisser karatteristika, pereżempju żbarra, li tinsab f’żona definita, maħsuba biex taċċetta kollegatur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u biex tittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha lill-istruttura tal-vettura.

2.25.

‘Kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX’ tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal ma’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.26.

‘Ganċ tal-irbit ta' fuq ISOFIX’ tfisser kollegatur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX titwaħħal ma’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif ġie definit fil-Figura 3 tal-Anness 9 għal dan ir-Regolament.

2.27.

‘Ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX’ tfisser ċinga bl-istrixxi (jew ekwivalenti) li testendi mill-quċċata ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX sal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b’apparat ta’ aġġustament, b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b’kollegatur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.28.

‘Apparat ta' gwida’ huwa maħsub biex jgħin lill-persuna li tinstalla s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX billi jiggwida fiżikament iż-żjidiet ISOFIX fuq it-trażżin għat-tfal ISOFIX f’allinjament korrett mal-ankraġġi baxxi ISOFIX sabiex jitħaffef l-ingaġġ.

2.29.

‘Tagħmir fiss tal-immarkar ISOFIX’ tfisser xi ħaġa li tinforma lil min jixtieq jinstalla sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX bil-pożizzjonijiet ISOFIX fil-vettura u bil-pożizzjoni ta’ kull ISOFIX li tikkorrispondi għas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX.

2.30.

‘Tagħmir fiss għat-trażżin tat-tfal’ tfisser tagħmir fiss skont waħda mis-seba’ klassijiet tad-daqs ISOFIX li ġew iddefiniti fil-paragrafu 4 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17 għar-Regolament Nru 16 u partikolarment li d-dimensjonijiet tiegħu jingħataw fil-Figura 1 sal-Figura 7 fil-paragrafu 4 li ssemma hawn fuq. Dak it-tagħmir fiss tat-trażżin għat-tfal (CRF) fir-Regolament Nru 16 jintuża sabiex ikun ikkontrollat liema huma l-klassijiet tad-daqs tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li jistgħu jiġu akkomodati fil-pożizzjonijiet ISOFIX tal-vettura. Barra minn hekk, wieħed mis-CRF, dak li jissejjaħ ISO/F2 (B) li jiġi deskritt fil-Figura 2 tal-paragrafu 4 li ssemma hawn fuq, f’dan ir-Regolament jintuża sabiex ikunu kkontrollati l-post u l-possibbiltà ta’ aċċess għal kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin, is-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b’mod xieraq.

3.2.

Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew hawn taħt, fi tliet kopji, u mill-partikolaritajiet li ġejjin:

3.2.1.

tpinġijiet tal-istruttura ġenerali tal-vettura fuq skala xierqa, li juru l-pożizzjonijiet tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tal-ankraġġi effettivi taċ-ċinturin (fejn ikun xieraq), tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, u tpinġijiet dettaljati tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX, jekk ikun hemm, tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, u tal-punti li huma marbuta magħhom;

3.2.2.

speċifikazzjoni tal-materjali li ntużaw li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm;

3.2.3.

deskrizzjoni teknika tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm;

3.2.4.

fil-każ tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, imwaħħla mal-istruttura tas-sit:

3.2.4.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura rigward id-disinn tas-sits, tal-ankraġġi tas-sit u tas-sistemi ta’ aġġustament u li jsakkru tagħhom;

3.2.4.2.

tpinġijiet, fuq skala xierqa, u b’biżżejjed dettall, tas-sits, tal-ankraġġ tagħhom fuq il-vettura, u tas-sistemi ta’ aġġustament u li jsakkru tagħhom.

3.2.5.

evidenza li ċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema tat-trażżin li ntuża fit-test ta’ approvazzjoni tal-ankraġġi jikkonforma mar-Regolament Nru 16, fil-każ fejn il-manifattur tal-karozza jagħżel it-test dinamiku tas-saħħa alternattiv.

3.3.

Jekk jagħżel hekk il-manifattur, quddiem is-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni għandha titressaq vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat jew għandhom jitressqu l-partijiet tal-vettura meqjusa essenzjali għat-test tal-ankraġġi taċ-ċinturin, għat-test tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u għat-test tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, mis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni.

4.   L-APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.

Għandu jkun assenjat numru ta’ approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 07, li jikkorrispondu għas-serje 07 ta’ emendi) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenija l-aktar reċenti li saru għar-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura kif ġie definit fil-paragrafu 2.2 ta’ aktar ’il fuq.

4.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

4.4.

Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod li tidher mill-ewwel u f’post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fil-formola ta’ approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

4.4.1.

ċirku madwar l-ittra ‘E’ segwit minn numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1;

4.4.3.

l-ittra ‘e’, fuq il-lemin tan-numru ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ approvazzjoni ta-tip skont it-test dinamiku tal-Anness 7.

4.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m’hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara mingħajr problemi u m’għandiex tkun tista’ titħassar.

4.7.

Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka ta’ approvazzjoni.

5.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.   Id-definizzjonijiet (ara l-Anness 3)

5.1.1.   Il-punt H huwa punt ta’ referenza kif inhu definit fil-paragrafu 2.3 tal-Anness 4 għal dan ir-Regolament, li jrid jiġi determinat skont il-proċedura stabbilita f’dak l-anness.

5.1.1.1.   Il-punt H’ huwa punt ta’ referenza li jikkorrispondi għall-punt H kif inhu definit fil-paragrafu 5.1.1 li għandu jiġi determinat għal kull pożizzjoni normali li fiha jintuża s-sit.

5.1.1.2.   Il-punt R huwa l-punt ta’ referenza meta bilqiegħda kif inhu definit fil-paragrafu 2.4. tal-Anness 4 għal dan ir-Regolament.

5.1.2.   Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali ġiet iddefiniti fl-Appendiċi 2 tal-Anness 4 għal dan ir-Regolament.

5.1.3.   Il-punti L1 u L2 huma l-ankraġġi effettivi ta’ isfel taċ-ċinturin.

5.1.4.   Il-Punt C huwa punt li jinsab 450 mm ’il fuq minn Punt R b’mod vertikali. Madankollu, jekk id-distanza S kif inhi definita fil-paragrafu 5.1.6 mhix inqas minn 280 mm u jekk il-manifattur jagħżel il-formula alternattiva BR = 260 mm + 0,8 S li ġiet speċifikata fil-paragrafu 5.4.3.3, id-distanza vertikali bejn C u R għandha tkun ta’ 500 mm.

5.1.5.   L-angoli α1 u α2 huma rispettivament l-angoli bejn pjan orizzontali u pjani perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddu mill-punt H1 u mill-punti L1 u L2.

5.1.6.   S hija d-distanza f’millimetri tal-ankraġġi effettivi ta’ fuq taċ-ċinturin minn pjan ta’ referenza P parallel għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, iddefinit kif ġej:

5.1.6.1.

jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija definita sew mill-forma tas-sit, il-pjan P għandu jkun il-pjan medjan ta’ dan is-sit.

5.1.6.2.

fin-nuqqas ta’ pożizzjoni definita sew:

5.1.6.2.1.

il-pjan P għas-sit tas-sewwieq huwa pjan vertikali parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jgħaddi miċ-ċentru tal-istering fil-pjan tat-tarf tal-istering meta l-istering, jekk ikun aġġustabbli, ikun fil-pożizzjoni ċentrali tiegħu.

5.1.6.2.2.

il-pjan P għall-passiġġier ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra għandu jkun simetriku ma’ dak tas-sewwieq

5.1.6.2.3.

Il-pjan P għall-pożizzjoni bilqiegħda ta’ wara fuq in-naħa ta’ barra għandha tkun dik speċifikata mill-manifattur sakemm jiġu rrispettati l-limiti li ġejjin għad-distanza A bejn il-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u l-pjan P:

A hija daqs jew akbar minn 200 mm jekk is-sit f’forma ta’ bank ġie ddisinjat biex jakkomoda żewġ passiġġieri biss,

A hija daqs jew akbar minn 300 mm jekk is-sit f’forma ta’ bank ġie ddisinjat biex jakkomoda aktar minn żewġ passiġġieri.

5.2.   L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali

5.2.1.   L-ankraġġi għaċ-ċinturini tas-sikurezza għandhom ikunu ddisinjati, magħmula u mqiegħda b’tali mod li:

5.2.1.1.

jkun jista’ jiġi installat ċinturin tas-sikurezza addattat. L-ankraġġi taċ-ċinturin tal-pożizzjonijiet ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra għandhom ikunu addattati għal ċinturini tas-sikurezza li jinkorporaw apparat li jiġbed lura u taljola, fejn b’mod partikolari jitqiesu l-karatteristiċi tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin, ħlief jekk il-manifattur iforni l-vettura mgħammra b’tipi oħra ta’ ċinturini tas-sikurezza b’apparati li jiġbdu lura inkorporati. Jekk l-ankraġġi jkunu addattati biss għal tipi partikolari ta’ ċinturini tas-sikurezza, dawn it-tipi għandhom ikunu ddikjarati fuq il-formola li tissemma fil-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’il fuq;

5.2.1.2.

jitnaqqas għal minimu r-riskju li ċ-ċinturin jiżloq meta jintlibes b’mod korrett;

5.2.1.3.

jitnaqqas għal minimu r-riskju li ssir ħsara liċ-ċinga minħabba kuntatt ma’ partijiet riġidi bil-ponta tal-istrutturi tal-vettura jew tas-sit;

5.2.1.4.

il-vettura, f’użu normali, tkun tista’ tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

5.2.1.5.

għal ankraġġi li jassumu pożizzjonijiet differenti sabiex il-persuni jkunu jistgħu jidħlu fil-vettura u li jrażżnu lill-okkupanti, għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għall-ankraġġi fil-pożizzjoni effettiva ta’ trażżin.

5.2.2.   Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, li ġew installati jew li hemm il-ħsieb li jiġu installat, għas-sistemi ta’ trażżin għat-tfal ISOFIX għandhom ikunu ddisinjati, magħmula u mqiegħda b’tali mod li:

5.2.2.1.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandha tippermetti li l-vettura, f’użu normali, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li jistgħu jiġu miżjuda ma’ kwalunkwe vettura għandhom ukoll jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, ankraġġi bħal dawn għandhom jiġu deskritti fid-dokument ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

5.2.2.2.

Ir-reżistenza ta’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u dik ta’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX huma ddisinjati għal kwalunkwe sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX tal-grupp ta’ massa 0; 0+; 1 kif ġew iddefiniti fir-Regolament Nru 44.

5.2.3.   Id-disinn u l-ippożizzjonar tas-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX:

5.2.3.1.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX għandha tkun żbarra(i) riġida(i) orizzontali trażversali b’dijametru ta’ 6 mm ± 0,1 mm li tkopri(jkopru) żewġ żoni b’tul minimu effettiv ta’ 25 mm li jinsabu fuq l-istess assi kif ġie definit fil-Figura tal-Anness 9.

5.2.3.2.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX li ġiet installata fuq pożizzjoni bilqiegħda ta’ vettura għandha tinsab mhux inqas minn 120 mm wara l-punt tad-disinn H kif ġie determinat fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament, imkejjel orizzontalment u saċ-ċentru tal-iżbarra.

5.2.3.3.

Għal kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX li ġiet installata fil-vettura, għandha tiġi vverifikata l-possibbiltà li jitwaħħal it-tagħmir fiss tat-trażżin għat-tfal ISOFIX ‘ISO/F2’ (B) li ġie deskritt fir-Regolament Nru 16 (fil-Figura 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17).

5.2.3.4.

Is-superfiċje tal-qiegħ tat-tagħmir fiss ‘ISO/F2’ (B) kif ġie definit fir-Regolament Nru 16 (fil-Figura 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17), għandu jkollha angoli ta’ attitudni fil-limiti li ġejjin, bl-angoli mkejla b’mod relattiv għall-pjani ta’ referenza tal-vettura kif ġie definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 4 għal dan ir-Regolament:

(a)

Pitch: 15° ± 10°,

(b)

Roll: 0° ± 5°,

(c)

Yaw: 0° ± 10°

5.2.3.5.

Is-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX għandhom ikunu fil-pożizzjoni tagħhom b’mod permanenti jew għandhom ikunu jistgħu jintrefgħu. F’każ ta’ ankraġġi li jistgħu jintrefgħu, ir-rekwiżiti relatati mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX għandhom jiġu sodisfatti fil-pożizzjoni li tintuża.

5.2.3.6.

Kull żbarra ta’ ankraġġ baxx ISOFIX (meta tintuża) jew kull apparat ta’ gwida li jiġi installat b’mod permanenti għandu jkun viżibbli, mingħajr il-kompressjoni tal-kuxxin tas-sit jew tad-dahar tas-sit, meta l-iżbarra jew l-apparat ta’ gwida jitqies, fi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi miċ-ċentru tal-iżbarra jew tal-apparat ta’ gwida, tul linja li tifforma angolu ’l fuq ta’ 30 grad ma’ pjan orizzontali.

Bħala alternattiva għar-rekwiżit ta’ hawn fuq, il-vettura għandha tkun immarkata b’mod permanenti biswit kull żbarra jew apparat ta’ gwida. Dan l-immarkar għandu jikkonsisti f’wieħed minn dawn li ġejjin, skont kif jagħżel il-manifattur.

5.2.3.6.1.

Bħala minimu, is-simbolu tal-Figura 12 tal-Anness 9 li jikkonsisti minn ċirku b’dijametru mill-inqas ta’ 13 mm u li fih piktogramma, li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-piktogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond taċ-ċirku;

(b)

il-piktogramma għandha titqiegħed qrib ta’ kull żbarra tas-sistema;

5.2.3.6.2.

Il-kelma ‘ISOFIX’ b’ittri kbar għolja mill-inqas 6 mm.

5.2.4.   Id-disinn u l-ippożizzjonar tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX:

Fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza, alternattivament jistgħu jintużaw il-metodi li ġew deskritti fil-paragrafi 5.2.4.1 u 5.2.4.2.

Il-metodu li ġie deskritt fil-paragrafu 5.2.4.1 jista’ jintuża biss jekk il-pożizzjoni ISOFIX tinsab fuq sit tal-vettura.

5.2.4.1.   Bla ħsara għall-paragrafi 5.2.4.3 u 5.2.4.4, il-parti ta’ kull ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li hija ddisinjata biex tintrabat ma’ kollegatur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandha tinsab mhux aktar ’il bogħod minn 2 000 mm mill-punt ta’ referenza tal-ispalla u fi ħdan iż-żonammarkata bil-griż, kif jintwera fil-Figuri 6 sa 10 tal-Anness 9, tal-pożizzjoni bilqiegħda maħsuba li għaliha ġiet installata, bir-referenza ta’ mudell li ġie deskritt fis-SAE J 826 (Lulju 1995) u muri fil-Figura 5 tal-Anness 9, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.2.4.1.1.

Il-punt ‘H’ tal-mudell jinsab fil-punt ‘H’ uniku tad-disinn tal-pożizzjoni għalkollox ’l isfel u għalkollox lura tas-sit, ħlief li l-mudell jinsab laterlament fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi ta’ isfel ISOFIX;

5.2.4.1.2.

Il-linja tat-torso tal-mudell tinsab fl-istess angolu għall-pjan trażversali vertikali bħad-dahar tas-sit fil-pożizzjoni l-aktar wieqfa tiegħu, u

5.2.4.1.3.

Il-mudell jiġi ppożizzjonat fil-pjan vertikali lonġitudinali li fih il-punt H tal-mudell.

5.2.4.2.   Iż-żona tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX tista’ tinstab alternattivament bl-għajnuna tat-Tagħmir Fiss ‘ISO/F2’ (B), kif ġie definit fir-Regolament Nru 16 (fil-Figura 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17), f’ pożizzjoni ISOFIX mgħammra b’ ankraġġi baxxi ISOFIX kif jintwera fil-Figura 11 tal-Anness 9.

Il-pożizzjoni bilqiegħda għandha tkun il-pożizzjoni l-aktar fuq lura u l-aktar ’l isfel bid-dahar tas-sit fil-pożizzjoni nominali tiegħu, jew kif jiġi rrakkomandat mill-manifattur tal-vettura.

Mill-ġenb, l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandu jkun wara l-wiċċ ta’ wara tat-tagħmir fiss ‘ISO/F2’ (B).

L-intersezzjoni bejn il-wiċċ ta’ wara tat-tagħmir fiss ‘ISO/F2’ (B) u l-linja orizzontali (ir-referenza 3 fil-Figura 11 tal-Anness 9) li fiha l-aħħar punt riġidu ta’ ebusija akbar minn 50 Shore A fil-quċċata tad-dahar tas-sit tiddefinixxi l-punt ta’ referenza 4 (il-Figura 11 tal-Anness 9) fil-linja ċentrali tat-tagħmir fiss ‘ISO/F2’ (B). F’dan il-punt ta’ referenza, angolu massimu 45° ’il fuq mil-linja orizzontali jiddefinixxi l-limitu massimu taż-żona tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq.

Minn fuq, fil-punt ta’ referenza 4 (il-Figura 11 tal-Anness 9), angolu massimu ta’ 90° li jestendi lura u lejn il-ġenb, u minn wara, angolu massimu ta’ 40° jiddefinixxi 2 volumi li jillimitaw iż-żona ta’ ankraġġ għall-irbit ta’ fuq ISOFIX.

L-oriġini taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX (5) tinsab fl-intersezzjoni tat-tagħmir fiss ‘ISO/F2’ (B) ma’ pjan li jinsab 550 mm ’il bogħod fuq il-wiċċ orizzontali tat-tagħmir fiss ‘ISO/F2’ (B) (1) fuq il-linja ċentrali tat-tagħmir fiss ‘ISO/F2’ (B) (6).

Barra minn hekk, l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandu jkun ta’ aktar minn 200 mm imma mhux aktar minn 2 000 mm mill-oriġini taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX fuq il-wiċċ ta’ wara tat-tagħmir fiss ‘ISO/F2’ (B), imkejla tul iċ-ċinga meta tinġibed tul id-dahar tas-sit sal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

5.2.4.3.   Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX f’vettura li hija ddisinjata biex tintrabat mal-kollegatur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX tista’ tinstab barra miż-żoni mmarkati bil-griż li jissemmew fil-paragrafi 5.2.4.1 jew 5.2.4.2 jekk post f’żona ma jkunx xieraq u jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat tar-rotot li,

5.2.4.3.1.

jiżgura li l-funzjonijiet taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX bħallikieku l-parti tal-ankraġġ ddisinjata biex tintrabat mal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kienu jinsabu fiż-żona mmarkata bil-griż; u,

5.2.4.3.2.

huwa mill-inqas 65 mm wara l-linja tat-torso, f’każ ta’ apparat tar-rotot mhux riġidu tat-tip bl-istrixxi jew apparat tar-rotot li jista’ jintuża, jew mill-inqas 100 mm wara l-linja tat-torso, f’każ ta’ apparat tar-rotot riġidu u ffissat; u,

5.2.4.3.3.

meta ttestjat wara li ġie installat bħal ma hu maħsub li jintuża, l-apparat ikun b’saħħtu biżżejjed biex, bl-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jiflaħ għat-tagħbija li tissemma fil-paragrafu 6.6 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.4.4.   Ankraġġ tal-irbit jista’ jiddaħħal fid-dahar tas-sit, sakemm ma jkunx fiż-żona tat-trembil taċ-ċinga fil-quċċata tad-daħar tas-sit tal-vettura.

5.2.4.5.   L-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandu jkollu dimensjonijiet li jippermettu li jitwaħħal ganċ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif ġie speċifikat fil-Figura 3.

Għandu jkun pprovdut spazju madwar kull ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX sabiex wieħed ikun jista’ jaqfel miegħu u jħoll minnu. Għal kull ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX mgħotti, l-għata għandha tkun identifikata pereżempju b’wieħed mis-simboli jew b’kopja bil-ġnub maqlubin ta’ wieħed mis-simboli stabbiliti fil-Figura 13 tal-Anness 9; l-għata għandha tkun tista’ titneħħa mingħajr ma jintużaw għodod.

5.3.   In-numru minimu ta’ ankraġġi taċ-ċinturin u ankraġġi ISOFIX li għandu jkun ipprovdut

5.3.1.   Kwalunkwe vettura fil-kategoriji M u N (minbarra dawk il-vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 li jappartjenu l-Klassijiet I jew A (3)) għandha tkun mgħammra b’ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5.3.1.1.   L-ankraġġi ta’ sistema ta’ ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq approvat bħala ċinturin tat-tip S (b’apparat(i) li jiġbed(jiġbdu) lura jew mingħajru(hom)), skont ir-Regolament Nru 16 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14, imma l-ankraġġ jew l-ankraġġi addizzjonali pprovduti biex titwaħħal ċinga ta’ bejn il-koxox (assemblaġġ) jiġi eżentat mir-rekwiżiti tas-saħħa u tal-post ta’ dan ir-Regolament.

5.3.2.   In-numru minimu ta’ ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza għal kull pożizzjoni bilqiegħda diretta ’l quddiem jew lura għandu jkun dak speċifikat fl-Anness 6.

5.3.3.   Madankollu, għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra, ħlief ta’ quddiem, ta’ vetturi tal-kategorija N1, murija fl-Anness 6 u mmarkati bis-simbolu Ø, huma permessi żewġ ankraġġi ta’ isfel, fejn ikun hemm passaġġ bejn sit u l-eqreb ħajt tal-ġenb tal-vettura maħsub biex jippermetti l-aċċess tal-passiġġieri lejn partijiet oħra tal-vettura.

Spazju bejn sit u l-ħajt tal-ġenb jitqies bħala passaġġ jekk id-distanza bejn dak il-ħajt tal-ġenb, bil-bibien kollha magħluqa, u bi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja ċentrali tas-sit ikkonċernat, imkejjel fil-pożizzjoni tal-punt R u b’mod perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, ikun akbar minn 500 mm.

5.3.4.   Għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ċentrali ta’ quddiem murija fl-Anness 6 u mmarkati bis-simbolu *, żewġ ankraġġi ta’ isfel għandhom jitqiesu bħala adegwati fejn il-windskrin jinsab barra miż-żona ta’ referenza li ġiet iddefinita fl-Anness 1 għar-Regolament Nru 21; jekk jinsab fiż-żona ta’ referenza, ikunu meħtieġa tliet ankraġġi.

Rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin, il-windskrin jitqies bħala parti miż-żona ta’ referenza meta jkun jista’ jidħol f’kuntatt statiku mal-apparat tat-test skont il-metodu li ġie deskritt fl-Anness 1 għar-Regolament Nru 21.

5.3.5.   F’kull pożizzjoni bilqiegħda mmarkata fl-Anness 6 bis-simbolu Image, għandhom ikunu pprovduti tliet ankraġġi. Jistgħu jkunu pprovduti żewġ ankraġġi jekk tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.3.5.1.

hemm sit jew partijiet oħra tal-vettura li jikkonformaw mal-paragrafu 3.5 tal-Appendiċi 1 għar-Regolament Nru 80 direttament quddiem, jew

5.3.5.2.

l-ebda parti mill-vettura ma tinsab fiż-żona ta’ referenza, jew ma tista’ tkun fiż-żona ta’ referenza meta l-vettura tkun qed tiċċaqlaq, jew

5.3.5.3.

partijiet mill-vettura fiż-żona ta’ referenza msemmija jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ assorbiment tal-enerġija stabbiliti fl-Appendiċi 6 għar-Regolament Nru 80.

5.3.6.   Mhu meħtieġ l-ebda ankraġġ taċ-ċinturin għas-sits li jingħalqu kollha, jew għas-sits maħsuba biss biex jintużaw meta l-vettura tkun wieqfa kif ukoll għas-sits kollha ta’ kwalunkwe vettura li ma jkunux koperti mill-paragrafi 5.3.1 sa 5.3.4 Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’ankraġġi għal sits bħal dawn, dawn l-ankraġġi jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Kull ankraġġ maħsub esklużivament għal użu relatat ma’ ċinturin għal persuna b’diżabbiltà, jew kwalukwe sistema ta’ trażżin oħra skont ir-Regolament Nru 107, serje 02 tal-emendi, fl-Anness 8, m’hemmx bżonn ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5.3.7.   Fil-każ tal-pjan ta’ fuq ta’ vettura b’żewġ pjanijiet, ir-rekwiżiti għall-pożizzjoni bilqiegħda ċentrali ta’ quddiem għandha tapplika wkoll fil-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra.

5.3.8.   In-numru minimu tal-pożizzjonijiet ISOFIX li għandhom ikunu pprovduti.

5.3.8.1.   Kwalunkwe vettura tal-kategorija M1, għandha tkun mgħammra b’mill-inqas żewġ pożizzjonijiet ISOFIX, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Mill-inqas tnejn mill-pożizzjonijiet ISOFIX għandhom ikunu mgħammra kemm b’sistema ta’ ankraġġi ISOFIX kif ukoll b’ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

It-tip u n-numru ta’ tagħmir fiss ISOFIX, li ġie ddefinit fir-Regolament Nru 16, li jista’ jiġi installat f’kull pożizzjoni ISOFIX jiġu definiti fir-Regolament Nru 16.

5.3.8.2.   Minkejja l-paragrafu 5.3.8.1, jekk vettura tkun mgħammra biss b’ringiela waħda ta’ sits, mhi meħtieġa l-ebda pożizzjoni ISOFIX.

5.3.8.3.   Minkejja l-paragrafu 5.3.8.1, mill-inqas waħda miż-żewġ sistemi tal-pożizzjonjiet ISOFIX għandha tiġi installata fit-tieni ringiela tas-sits.

5.3.8.4.   Jekk sistema ta’ ankraġġi ISOFIX tiġi installata f’pożizzjoni bilqiegħda ta’ quddiem imħarsa minn airbag frontali, għandu jitwaħħal apparat ta’ deattivazzjoni għal dan l-airbag.

5.3.8.5.   Minkejja l-paragrafu 5.3.8.1, f’każ ta’ sistema(i) tat-trażżin għat-tfal ‘inkorporat(i)’, in-numru ta’ pożizzjonijiet ISOFIX li għandhom ikunu pprovduti għandu jkun mill-inqas tnejn mingħajr in-numru tas-sistema(i) tat-trażżin għat-tfal ‘inkorporat(i)’ integrati tal-gruppi ta’ massa 0, jew 0+, jew 1.

5.3.8.6.   Minkejja d-dispożizzjoni tal-paragrafu 5.3.8.1, vetturi konvertibbli kif iddefiniti fil-paragrafu 8.1 tal-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (4) b’aktar minn ringiela waħda ta’ sits għandhom jiġu mgħammra b’mill-inqas żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX. F’każ fejn fuq vetturi bħal dawn jiġi pprovdut ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, dan għandu jikkonforma mad-dispożizzjonjiet addattati ta’ dan ir-Regolament.

5.3.9.   Fil-każ ta’ sits li jistgħu jiddawru jew jitqiegħdu f’orjentazzjonijiet oħra, biex jintużaw meta l-vettura tkun wieqfa, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.1 għandhom japplikaw biss għal dawk l-orjentazzjonijiet maħsuba għall-użu normali meta l-vettura tkun qed tivvjaġġa fi triq, skont dan ir-Regolament. Fid-dokument ta’ informazzjoni għandha tkun inkluża nota li tgħid dan.

5.4.   Il-post fejn jinsabu l-ankraġġi taċ-ċinturin (ara l-Figura 1 tal-Anness 3.)

5.4.1.   Ġenerali

5.4.1.1.   L-ankraġġi taċ-ċinturin għal kwalunkwe ċinturin jistgħu jinsabu jew għalkollox fl-istruttura tal-vettura jew fl-istruttura tas-sit jew fi kwalunkwe parti oħra tal-vettura jew mifruxa bejn dawn il-postijiet.

5.4.1.2.   Kwalunkwe ankraġġ taċ-ċinturin jista’ jintuża biex jitwaħħlu t-truf ta’ żewġ ċinturini tas-sikurezza biswit xulxin, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-test.

5.4.2.   Il-post fejn jinsab l-ankraġġ effettiv ta’ isfel taċ-ċinturin

5.4.2.1.   Is-sits ta’ quddiem, il-kategorija tal-vetturi M1

F’vetturi bil-mutur tal-kategorija M1, l-angolu α1 (mhux fuq in-naħa tal-bokkla) għandu jkun fil-medda ta’ bejn it-30 u t-80 grad u l-angolu α2 (in-naħa tal-bokkla) għandu jkun fil-medda ta’ bejn il-45 u t-80 grad. Iż-żewġ rekwiżiti angolari għandhom ikunu validi għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar tas-sits ta’ quddiem. Fejn mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 ikun kostanti (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit) fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, il-valur tiegħu għandu jkun ta’ 60 ± 10°. Fil-każ ta’ sits aġġustabbli b’apparat li jaġġusta kif ġie deskritt fil-paragrafu 2.12 b’angolu tad-daħar tas-sit ta’ inqas minn 20° (ara l-Figura 1 tal-Anness 3), l-angolu α1 jista’ jkun taħt il-valur minimu (30°) li ġie stipulat hawn fuq, sakemm ma jkunx inqas minn 20° fi kwalunkwe pożizzjoni normali tal-użu.

5.4.2.2.   Is-sits ta’ wara, il-kategorija tal-vetturi M1

F’vetturi bil-mutur tal-kategorija M1, għas-sits ta’ wara kollha, l-angoli α1 u α2 għandhom ikunu fil-medda ta’ bejn it-30 u t-80 grad. Jekk is-sits ta’ wara jkunu aġġustabbli, l-angoli ta’ hawn fuq għandhom ikunu validi għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar.

5.4.2.3.   Is-sits ta’ quddiem, il-kategoriji tal-vetturi li mhumiex l-M1

F’vetturi bil-muturi tal-kategoriji li mhumiex l-M1, għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar tas-sits ta’ quddiem, l-angoli α1 u α2 iridu jkunu bejn it-30 u t-80 grad. Fejn fil-każ tas-sits ta’ quddiem ta’ vetturi li jkollhom massa massima tal-vettura li ma taqbiżx it-3.5 tunnellati metriċi, mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 irid ikun kostanti fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, bil-valur tiegħu għandu jkun ta’ 60 ± 10° (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit).

5.4.2.4.   Is-sits ta’ wara u s-sits speċjali ta’ quddiem jew ta’ wara, il-kategoriji tal-vetturi li mhumiex l-M1

F’vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1, fil-każ ta’:

(a)

sits f’forma ta’ bank,

(b)

sits aġġustabbli (quddiem u wara) b’apparat li jaġġusta kif ġie deskritt fil-paragrafu 2.12 b’angolu tad-dahar tas-sit iċken minn 20° (ara l-Figura 1 tal-Anness 3), u

(c)

sits oħra ta’ wara

l-angoli α1 u α2 jistgħu jkunu bejn 20° u 80° fi kwalunkwe pożizzjoni normali tal-użu. Fejn fil-każ tas-sits ta’ quddiem ta’ vetturi li jkollhom massa massima tal-vettura li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati metriċi, mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 irid ikun kostanti fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, bil-valur tiegħu għandu jkun ta’ 60 ± 10° (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit).

Fil-każ tas-sits, għajr għas-sits ta’ quddiem, ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u M3,, l-angoli α1 u α2 għandhom ikunu bejn il-45 u d-90 grad għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu.

5.4.2.5.   Id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u b’kull wieħed minnhom jgħaddi minn ankraġġ differenti miż-żewġ ankraġġi effettivi ta’ isfel taċ-ċinturin L1 u L2 tal-istess ċinturin tas-sikurezza m’għandiex tkun inqas minn 350 mm. Fil-każ ta’ kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ċentrali fir-ringieli ta’ wara tas-sits tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, id-distanza li tissemma hawn fuq m’għandiex tkun inqas minn 240 mm, sakemm ma jkunx possibbli li s-sit ċentrali ta’ wara jinbidel ma’ kwalunkwe wieħed mis-sits l-oħra tal-vettura. Il-pjan medjan lonġitudinali tas-sit għandu jgħaddi bejn il-punti L1 u L2 u għandu jkun mill-inqas 120 mm minn dawn il-punti.

5.4.3.   Il-post fejn jinsabu l-ankraġġi effettivi ta’ fuq taċ-ċinturin (ara l-Anness 3)

5.4.3.1.   Jekk tintuża gwida taċ-ċinga jew apparat simili li taffettwa l-post fejn jinsab l-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin, dan il-post għandu jkun iddeterminat b’mod konvenzjonali billi titqies il-pożizzjoni tal-ankraġġ meta l-linja lonġitudinali ċentrali taċ-ċinga tgħaddi minn punt J1 li ġie ddefinit suċċessivament mill-punt R mit-tliet segmenti li ġejjin:

RZ

:

segment tal-linja tat-torso imkejjel f’direzzjoni ’l fuq minn R u twil 530 mm;

ZX

:

segment perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, imkejjel mill-punt Z fid-direzzjoni tal-ankraġġ u twil 120 mm;

XJ1

:

segment perpendikulari għall-pjan iddefinit mis-segmenti RZ u ZX, imkejjel f’direzzjoni ’l quddiem mill-punt X u twil 60 mm.

Il-punt J2 jiġi determinat permezz ta’ simmetrija mal-punt J1 madwar il-pjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi mil-linja tat-torso tal-manikin, deskritta fil-paragrafu 5.1.2, ippożizzjonat fis-sit ikkonċernat.

Fejn tintuża konfigurazzjoni b’żewġ bibien sabiex ikun ipprovdut aċċess kemm għas-sits ta’ quddiem kif ukoll għal dawk ta’ wara u l-ankraġġ ta’ fuq jitwaħħal mal-pilastru ‘B’, is-sistema trid tkun iddisinjata sabiex ma ttellifx l-aċċess għal jew il-ħruġ mill-vettura.

5.4.3.2.   L-ankraġġ effettiv ta’ fuq għandu jkun taħt il-pjan FN, li jgħaddi b’mod perpendikulari għall-pjan lonġitudinali medjan tas-sit u li jagħmel angolu ta’ 65° mal-linja tat-torso. L-angolu jista’ jitnaqqas għal 60° fil-każ tas-sits ta’ wara. Il-pjan FN għandu jitqiegħed b’tali mod li jaqsam il-linja tat-torso f’punt D, b’tali mod li DR = 315 mm + 1,8 S. Madankollu, meta S ≤ 200 mm, mela DR = 675 mm.

5.4.3.3.   L-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin għandu jkun wara pjan FK li jgħaddi b’mod perpendikulari għall-pjan lonġitudinali medjan tas-sit u li jaqsam il-linja tat-torso f’angolu ta’ 120 ° f’punt B b’tali mod li BR = 260 mm + S. Fejn S ≥ 280 mm, il-manifattur jista’ juża BR = 260 mm + 0,8 S għad-diskrezzjoni tiegħu.

5.4.3.4.   Il-valur ta’ S m’għandux ikun inqas minn 140 mm.

5.4.3.5.   L-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin għandu jkun jinsab fuq wara ta’ pjan vertikali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddi mill-punt R kif jintwera fl-Anness 3.

5.4.3.6.   L-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin għandu jinsab ’il fuq minn pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt C iddefinit fil-paragrafu 5.1.4.

5.4.3.7.   Minbarra l-ankraġġ ta’ fuq li ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4.3.1 jistgħu jkunu pprovduti ankraġġi effettivi ta’ fuq oħra jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:

5.4.3.7.1.

L-ankraġġi addizzjonali jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.4.3.1 sa 5.4.3.6.

5.4.3.7.2.

L-ankraġġi addizzjonali jistgħu jintużaw mingħajr l-għajnuna ta’ għodod, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.4.3.5 u 5.4.3.6 u jinsabu f’waħda miż-żoni li ġew iddeterminati biċ-ċaqliq 80 mm ’il fuq jew ’l isfel f’direzzjoni vertikali taż-żona murija fil-Figura 1 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

5.4.3.7.3.

L-ankraġġ(i) huwa/huma maħsub/a għal ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq, jikkonforma/w mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.4.3.6 jekk jinsab/u wara l-linja trażversali li tgħaddi mil-linja ta’ referenza u jinsab/u:

5.4.3.7.3.1.

Fil-każ ta’ ankraġġ wieħed, fiż-żona komuni għal żewġ diħedrali definiti mil-linji vertikali li jgħaddu mill-punti J1 au J2 kif ġew iddefiniti fil-paragrafu 5.4.3.1 u li s-sezzjonijiet orizzontali tagħhom jintwrew fil-Figura 2 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament;

5.4.3.7.3.2.

Fil-każ ta’ żewġ ankraġġi, fi ħdan liema wieħed mid-diħedrali li ġew iddefiniti aktar ’il fuq ikun xieraq, sakemm kull ankraġġ ma jkunx iktar minn 50 mm ’il bogħod mill-pożizzjoni riflessa, imqiegħda simetrikament tal-ankraġġ l-ieħor madwar il-pjan P, kif ġie ddefinit fil-paragrafu 5.1.6, tas-sit ikkonċernat.

5.5.   Id-dimensjonijiet tat-toqob tal-ankraġġ bil-wiċċ imfellel

5.5.1.   Ankraġġ għandu jkollu toqba bil-wiċċ imfellel ta’ 7/16 pulzier (20 UNF 2B).

5.5.2.   Jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’ċinturini tas-sikurezza li jkunu mwaħħla mal-ankraġġi kollha preskritti għas-sit ikkonċernat, dawn l-ankraġġi m’hemmx għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.5.1, sakemm jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-rekwiżit stabbiliti fil-paragrafu 5.5.1 m’għandux japplika għal ankraġġi addizzjonali li jissodisfaw r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 5.4.3.7.3.

5.5.3.   Għandu jkun possibbli li ċ-ċinturin tas-sikurezza jitneħħa mingħajr ma ssir ħsara lill-ankraġġ.

6.   IT-TESTIJIET

6.1.   It-testijiet ġenerali għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit

6.1.1.   Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2, u fuq it-talba tal-manifattur;

6.1.1.1.

it-testijiet jistgħu jitwettqu jew fuq struttura ta’ vettura jew fuq vettura kompluta minn kollox;

6.1.1.2.

It-testijiet jistgħu jkunu limitati għall-ankraġġi li huma relatati ma’ sit wieħed biss jew ma’ grupp ta’ sits, sakemm:

(a)

l-ankraġġi kkonċernati jkollhom l-istess karatteristiċi strutturali bħall-ankraġġi li huma relatati mas-sits jew mal-gruppi ta’ sits l-oħra; u

(b)

fejn ankraġġi bħal dawn jitwaħħlu totalment jew parzjalment fuq is-sit jew fuq il-grupp ta’ sits, il-karatteristiċi strutturali tas-sit jew tal-grupp ta’ sits jkunu l-istess bħal dawk għas-sits jew għall-grupp ta’ sits l-oħra.

6.1.1.3.

it-twieqi u l-bibien jistgħu jitwaħħlu jew le u jkunu magħluqa jew le;

6.1.1.4.

jista’ jitwaħħal kwalunkwe tagħmir ipprovdut normalment u li huwa probabbli li jikkontribwixxi għar-riġidità tal-istruttura tal-vettura.

6.1.2.   Is-sits għandhom jitwaħħlu u jitqiegħdu fil-pożizzjoni għas-sewqan jew għall-użu magħżula mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni sabiex jingħataw l-aktar kundizzjonijiet avversi rigward is-saħħa tas-sistema. Il-pożizzjoni tas-sits għandha tkun iddikjarata fir-rapport. Id-dahar tas-sit, jekk l-inklinazzjoni tiegħu tkun aġġustabbli, jista’ jissakkar kif ġie speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni bħal din, f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal angolu effettiv tad-dahar tas-sit mill-aktar qrib possibbli għal 25° għall-vetturi tal-kategoriji M1 and N1 u għal 15° għall-vetturi tal-kategoriji l-oħra kollha.

6.2.   L-irfid tal-vettura għat-testijiet tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit u għat-testijiet tal-ankraġġi ISOFIX

6.2.1.   Il-metodu li jintuża biex il-vettura tintrifed matul it-test m’għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit jew l-ankraġġi ISOFIX u ż-żona ta’ ankraġġ tagħhom jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura.

6.2.2.   Apparat ta’ rfid għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq żona li testendi tul il-wisa’ kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura tkun imblukkata jew iffissata fuq quddiem f’distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ li għandu jiġi ttestjat u tinżamm jew tkun iffissata fuq wara mhux inqas minn 300 mm minn dak l-ankraġġ.

6.2.3.   Huwa rrakkomandat li l-istruttura għandha tistrieħ fuq appoġġi rranġati bejn wieħed u ieħor f’linja mal-assi tar-roti jew, jekk dak ma jkunx possibbli, f’linja mal-punti ta’ twaħħil tas-suspenxin.

6.2.4.   Jekk jintuża metodu ta’ rfid li mhux dak preskritt fil-paragrafi 6.2.1 sa 6.2.3 ta’ dan ir-Regolament, trid tingħata evidenza li huwa ekwivalenti.

6.3.   Ir-rekwiżiti ġenerali tat-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit

6.3.1.   L-ankraġġi kollha taċ-ċinturin tal-istess grupp ta’ sits għandhom jiġu ttestjati fl-istess ħin. Madankollu, jekk ikun hemm riskju li tagħbija mhux simetrika tas-sits u/jew tal-ankraġġi tista’ twassal għal ħsarat, jista’ jitwettaq test addizzjonali b’tagħbija mhux simetrika.

6.3.2.   Il-forza tal-ġbid għandha tiġi applikata f’direzzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni bilqiegħda f’angolu ta’ 10° ± 5° ’il fuq mill-orizzontali fi pjan parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

Għandha tiġi applikata tagħbija minn qabel ta’ 10 fil-mija b’tolleranza ta’ ± 30 fil-mija tat-tagħbija fil-mira; it-tagħbija għandha tiġi miżjuda għal 100 fil-mija tat-tagħbija rilevanti fil-mira.

6.3.3.   L-applikazzjoni sħiħa tat-tagħbija għandha tintlaħaq kemm jista’ jkun malajr, u f’ħin massimu ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija ta’ 60 sekonda.

Madankollu, il-manifattur jista’ jitlob li l-applikazzjoni tat-tagħbija tintlaħaq f’4 sekondi.

L-ankraġġi taċ-ċinturin iridu jifilħu t-tagħbija speċifikata għal mhux inqas minn 0,2 sekonda.

6.3.4.   L-apparati ta’ ġbid li għandhom jintużaw fit-testijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6.4. ta’ aktar ’l isfel jintwerew fl-Anness 5. L-apparati murija fil-Figura 1 tal-Anness 5 jitqiegħdu fuq il-kuxxin tas-sit umbagħad, meta jkun possibbli, jiġu mbuttati lura fid-dahar tas-sit filwaqt li ċ-ċinga taċ-ċinturin tiġi ssikkata madwaru. L-apparat muri fil-Figura 2 tal-Anness 5 jitqiegħed fil-pożizzjoni tiegħu, biċ-ċinga taċ-ċinturin tkun imwaħħla fuq l-apparat u ssikkata. Waqt din l-operazzjoni m’għandha tiġi introdotta l-ebda tagħbija minn qabel fl-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza lil hinn mill-minimu meħtieġ għall-ippożizzjonar korrett tal-apparat tat-test.

L-apparat ta’ ġbid ta’ jew 254 mm jew 406 mm li jintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda għandu jkun tali li l-wisa’ tiegħu jkun kemm jista’ jkun qrib tad-distanza bejn l-ankraġġi ta’ isfel.

Il-pożizzjoni tal-apparat ta’ ġbid għandu jevita kwalunkwe influwenza reċiproka matul it-test tal-ġbid li taffettwa b’mod avvers it-tagħbija u d-distribuzzjoni tat-tagħbiji.

6.3.5.   L-ankraġġi taċ-ċinturin għas-sits li għalhom jiġu pprovduti ankraġġi ta’ fuq taċ-ċinturin għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.3.5.1.

Is-sits ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra:

L-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.1. fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi lilhom permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin bi tliet ankraġġi mgħammar b’apparat li jiġbed lura li jkollu taljola jew gwida taċ-ċinga fl-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin. Barra minn hekk, jekk in-numru ta’ ankraġġi jkun akbar minn dak preskritt fil-paragrafu 5.3, dawn l-ankraġġi għandhom jiġu soġġetti għat-test li ġie speċifikat fil-paragrafu 6.4.5, fejn it-tagħbiji għandhom jiġu trażmessi lill-ankraġġi permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija tat-tip ta’ ċinturin tas-sikurezza maħsub biex ikun marbut magħhom.

6.3.5.1.1.

Fil-każ fejn l-apparat li jiġbed lura ma jkunx imwaħħal mal-ankraġġ ta’ isfel taċ-ċinturin fuq in-naħa ta’ barra meħtieġ jew fil-każ fejn l-apparat li jiġbed lura jkun imwaħħal mal-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin, l-ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin ukoll għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3.

6.3.5.1.2.

Jekk il-manifattur jitlob dan, fil-każ li ssemma hawn fuq, it-testijiet preskritti fil-paragrafi 6.4.1 u 6.4.3 jistgħu jitwettqu fuq żewġ strutturi differenti.

6.3.5.2.

Is-sits ta’ wara fuq in-naħa ta’ barra u s-sits ċentrali kollha:

L-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom ikunu soġġetti għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.2 fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi lilhom permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi mingħajr apparat li jiġbed lura, u għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3, fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi liż-żewġ ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin ta’ fuq il-ħoġor. Jekk il-manifattur jitlob dan, iż-żewġ testijiet jistgħu jitwettqu fuq żewġ strutturi differenti.

6.3.5.3.

Meta manifattur iforni l-vettura tiegħu b’ċinturini tas-sikurezza, l-ankraġġi korrispondenti taċ-ċinturin, fuq it-talba tal-manifattur, jistgħu jitressqu biss għal test fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi lilhom permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija tat-tip ta’ ċinturini li għandhom jitwaħħlu ma’ dawn l-ankraġġi.

6.3.6.   Jekk għas-sits fuq in-naħa ta’ barra u għas-sits ċentrali ma jkun ipprovdut l-ebda ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin, l-ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3, fejn it-tagħbiji jiġu trażmessi lil dawn l-ankraġġi permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin ta’ fuq il-ħoġor.

6.3.7.   Jekk il-vettura hija ddisinjata biex taċċetta apparati oħra li ma jħallux li ċ-ċineg jitwaħħlu direttament mal-ankraġġi taċ-ċinturin mingħajr dawwara li jintervjenu eċċ., jew li teħtieġ ankraġġi taċ-ċinturin supplimentari għal dawk li jissemmew fil-paragrafu 5.3, iċ-ċinturin tas-sikurezza jew arranġament ta’ wajers, ta’ dwawar, eċċ, li jirrappreżenta l-apparat taċ-ċinturin tas-sikurezza, għandu jitwaħħal b’apparat bħal dan mal-ankraġġi taċ-ċinturin fil-vettura u l-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li ġew preskritti fil-paragrafu 6.4, kif inhu xieraq.

6.3.8.   Jista’ jintuża metodu tat-test li mhux dak preskritt fil-paragrafu 6.3, imma trid tingħata evidenza li huwa ekwivalenti.

6.4.   Ir-rekwiżiti partikolari tat-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit

6.4.1.   It-test f’konfigurazzjoni ta’ ċinturin bi tliet ankraġġi li jinkorpora apparat li jiġbed lura li jkollu taljola jew gwida taċ-ċinga fl-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin

6.4.1.1.   Taljola jew gwida speċjali għall-wajer jew ċinga addattata biex tkun trażmessa t-tagħbija mill-apparat ta’ trazzjoni, jew it-taljola jew il-gwida taċ-ċinga fornuta mill-manifattur għandha titwaħħal mal-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin.

6.4.1.2.   Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta’ 1 350 daN ± 20 daN ma’ apparat ta’ ġbid (ara l-Figura 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi taċ-ċinturin tal-istess ċinturin, permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija taċ-ċinga ta’ fuq tat-torso ta’ ċinturin tas-sikurezza bħal dan. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji għajr l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.1.3.   Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta’ trazzjoni ta’ 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta’ ġbid (ara l-Figura 1 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.2.   It-test f’konfigurazzjoni ta’ ċinturin bi tliet ankraġġi mingħajr apparat li jiġbed lura jew b’apparat li jiġbed lura fl-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin

6.4.2.1.   Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta’ 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta’ ġbid (ara l-Figura 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin u mal-ankraġġ ta’ isfel oppost taċ-ċinturin tal-istess ċinturin billi jintuża, jekk ikun fornut mill-manifattur, apparat li jiġbed lura imwaħħal fuq l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.2.2.   Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta’ ġbid ta’ 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta’ ġbid (ara l-Figura 1 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.3.   It-test f’konfigurazzjoni ta’ ċinturin ta’ fuq il-ħoġor

Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta’ 2 225 daN ± 20 daN fuq apparat ta’ ġbid (ara l-Figura 1 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 1 110 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 740 ± 20 daN.

6.4.4.   It-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin li jinsabu għalkollox fl-istruttura tas-sit jew mifruxa bejn l-istruttura tal-vettura u l-istruttura tas-sit

6.4.4.1.   Għandu jitwettaq, kif inhu xieraq, it-test li ġie speċifikat fil-paragrafi 6.4.1., 6.4.2. u 6.4.3. ta’ aktar ’il fuq, fejn fl-istess ħin għal kull sit jew għal kull grupp ta’ sits tiġi applikata forza kif ġie ddikjarat aktar ’l isfel.

6.4.4.2.   It-tagħbiji li ġew indikati fil-paragrafi 6.4.1., 6.4.2. u 6.4.3 ta’ aktar ’il fuq għandhom jiġu kkomplimentati minn forza daqs 20 darba l-massa tas-sit komplut. It-tagħbija tal-inerzja għandha tiġi applikata fuq is-sit jew fuq il-partijiet rilevanti tas-sit li tikkorrispondi għall-effett fiżiku tal-massa tas-sit ikkonċernat għall-ankraġġi tas-sit. Id-determinazzjoni tat-tagħbija applikata jew tat-tagħbiji applikati addizzjonali u d-distribuzzjoni tat-tagħbiji għandhom isiru mill-manifattur u jkunu approvati mis-Servizz Tekniku.

Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din il-forza trid tkun daqs 10 darbiet il-massa tas-sit komplut; għall-kategoriji M3 u N3 għandha tkun daqs 6,6 darbiet il-massa tas-sit komplut.

6.4.5.   It-test f’konfigurazzjoni ta’ ċinturin ta’ tip speċjali

6.4.5.1.   Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta’ 1 350 ± 20 daN fuq apparat ta’ ġbid (ara l-Figura 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi ta’ ċinturin ta’ ċinturin tas-sikurezza bħal dan permezz ta’apparat li jirriproduċi l-ġeometrija taċ-ċinga jew taċ-ċineg ta’ fuq tat-torso.

6.4.5.2.   Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta’ ġbid ta’ 1 350 ± 20 daN fuq apparat ta’ ġbid (ara l-Figura 2 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin.

6.4.5.3.   Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, din it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 u N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.6.   It-test fil-każ tas-sits li jħarsu lura

6.4.6.1.   Il-punti ta’ ankraġġi għandhom jiġu ttestjati skont il-forzi preskritti fil-paragrafi 6.4.1, 6.4.2 jew 6.4.3, kif inhu xieraq. F’kull każ, it-tagħbija tat-test għandha tikkorrispondi għat-tagħbija preskritta għall-vetturi tal-kategoriji M3 jew N3.

6.4.6.2.   It-tagħbija tat-test għandha tkun diretta ’l quddiem b’relazzjoni għall-pożizzjoni bilqiegħda kkonċernata, li tikkorrispondi għall-proċedura preskritta fil-paragrafu 6.3.

6.5.   Fil-każ ta’ grupp ta’ sits kif ġie deskritt fil-paragrafu 1 tal-Anness 7, jista’ jitwettaq it-test dinamiku tal-Anness 7, skont kif jagħżel il-manifattur tal-karozza, bħala alternattiva għat-test statiku preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4.

6.6.   Ir-rekwiżiti tat-test statiku.

6.6.1.   Is-saħħa tas-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX għandhom jiġu ttestjati billi jiġu applikati l-forzi, kif ġie preskritt fil-paragrafu 6.6.4.3, fuq l-apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD) biż-żjidiet ISOFIX ingaġġjati sew.

F’każ ta’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandu jitwettaq test addizzjonali kif ġie preskritt fil-paragrafu 6.6.4.4.

Il-pożizzjonijiet ISOFIX kollha tal-istess ringiela ta’ sits, li jistgħu jintużaw fl-istess ħin, għandhom jiġu ttestjati fl-istess ħin.

6.6.2.   It-test jista’ jitwettaq jew fuq vettura kompluta minn kollox jew fuq partijiet biżżejjed tal-vettura sabiex ikunu rappreżentattivi tas-saħħa u tar-riġidità tal-istruttura tal-vettura.

It-twieqi u l-bibien jistgħu jkunu mwaħħla jew le u magħluqa jew le.

Jista’ jitwaħħal kwalunkwe tagħmir normalment ipprovdut u li huwa probbabli li jikkontribwixxi għall-istruttura tal-vettura.

It-test jista’ jkun ristrett għall-pożizzjoni ISOFIX li tkun relatata ma’ sit wieħed biss jew ma’ grupp ta’ sits wieħed biss sakemm:

(a)

Il-pożizzjoni ISOFIX ikkonċernata jkollha l-istess karatteristiċi strutturali bħal-pożizzjoni ISOFIX li tkun relatata mas-sits jew mal-gruppi ta’ sits l-oħra u,

(b)

Fejn pożizzjonijiet ISOFIX bħal dawn ikunu mgħammra totalment jew parzjalment fuq is-sit jew fuq il-grupp ta’ sits, il-karatteristiċi strutturali tas-sit jew tal-grupp ta’ sits ikunu l-istess bħal dawk għas-sits jew għall-gruppi ta’ sits l-oħra.

6.6.3.   Jekk is-sits u t-trażżin għar-ras ikunu aġġustabbli, għandhom ikunu ttestjati fil-pożizzjoni li ġiet iddefinita mis-servizz tekniku fil-medda limitata preskritta mill-manifattur tal-karozza kif inhu pprovdut fl-Appendiċi 3 tal-Anness 17 għar-Regolament Nru 16.

6.6.4.   Il-forzi, id-direzzjonijiet u l-limiti ta’ eskursjoni.

6.6.4.1.   Għandha tiġi applikata forza ta’ 135 N ± 15 N fuq iċ-ċentru tat-traversa ta’ isfel ta’ quddiem l-SFAD sabiex tkun aġġustata l-pożizzjoni quddiem-wara tal-estensjoni lura tal-SFAD sabiex titneħħa kwalunkwe parti laxka jew tensjoni bejn l-SFAD u l-appoġġ tiegħu.

6.6.4.2.   Il-forzi għandhom jiġu applikati fuq l-apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD) f’direzzjoni quddiem u oblikwa skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Id-direzzjonijiet tal-forzi tat-test

’il quddiem

0° ± 5°

8 kN ± 0,25 kN

Oblikwa

75° ± 5° (fuq iż-żewġ naħat tal-linja dritta ’il quddiem, jew jekk hemm naħa tal-agħar każ, jew jekk iż-żewġ naħat huma simetriċi, naħa waħda biss)

5 kN ± 0,25 kN

Jekk il-manifattur jitlob dan, kull wieħed minn dawn it-testijiet jista’ jitwettaq fuq strutturi differenti.

Il-forzi fid-direzzjoni ’l quddiem għandhom jiġu applikati b’angolu ta’ applikazzjoni tal-forza inizjali ta’ 10 ± 5° ’il fuq mil-linja orizzontali. Il-forzi oblikwi għandhom jiġu applikati orizzontalment 0° ± 5°. Għandha tiġi applikata forza ta’ qabel it-tagħbija ta’ 500 N ± 25 N fil-punt X preskritt tat-tagħbija li ġie indikat fil-Figura 2 tal-Anness 9. L-applikazzjoni sħiħa tat-tagħbija għandha tintlaħaq kemm jista’ jkun malajr, u f’ħin massimu ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija ta’ 30 sekonda. Madankollu, il-manifattur jista’ jitlob li l-applikazzjoni tat-tagħbija tintlaħaq f’2 sekondi. Il-forza għandha tinżamm għal perjodu minimu ta’ 0,2 s.

Il-kejl kollu għandu jsir skont l-ISO 6487 b’CFC ta’ 60 Hz jew bi kwalunkwe metodu ekwivalenti.

6.6.4.3.   It-testijiet tas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX biss:

6.6.4.3.1.

It-test tal-forza f’direzzjoni ’l quddiem:

L-eskurzjoni orizzontali lonġitudinali (wara tagħbija li tqiegħdet qabel) tal-punt X tas-SFAD matul l-applikazzjoni tal-forza ta’ 8 kN ± 0,25 kN għandha tkun limitata għal 125 mm u deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ baxx ISOFIX jew taż-żona tal-madwar m’għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

6.6.4.3.2.

It-test tal-forza f’direzzjoni oblikwa:

L-eskursjoni fid-direzzjoni tal-forza (wara tagħbija li tqiegħdet minn qabel) tal-punt X tas-SFAD matul l-applikazzjoni tal-forza ta’ 5kN ± 0,25 kN għandha tkun limitata għal 125 mm u deformazzjoni permanenti inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ baxx ISOFIX jew taż-żona tal-madwar m’għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

6.6.4.4.   It-test tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX:

Trid tiġi applikata tagħbija minn qabel tat-tensjoni ta’ 50 N ± 5 N bejn is-SFAD u l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq. L-eskursjoni orizzontali (wara tagħbija li tiqegħdet minn qabel) tal-punt X matul l-applikazzjoni tal-forza ta’ 8 kN ± 0,25 kN għandha tkun limitata għal 125 mm u deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ baxx ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jew taż-żona tal-madwar m’għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

Tabella 2

Il-limiti tal-eskursjonijiet

Id-direzzjoni tal-forza

L-eskursjoni massima tal-punt X tas-SFAD

’il quddiem

125 mm lonġitudinali

Oblikwa

125 mm fid-direzzjoni tal-forza

6.6.5.   Forzi addizzjonali.

6.6.5.1.   Il-forzi tal-inerzja tas-sit.

Għall-pożizzjoni ta’ installazzjoni fejn it-tagħbija tiġi trasferita fl-assemblaġġ tas-sit tal-vettura, u mhux direttament fl-istruttura tas-sit, għandu jitwettaq test sabiex ikun żgurat li s-saħħa tal-ankraġġi tas-sit tal-vettura mal-istruttura tal-vettura tkun biżżejjed. F’dan it-test, forza daqs 20 darba l-massa tal-partijiet rilevanti tal-assemblaġġ tas-sit għandha tkun applikata orizzontalment u lonġitudinalment f’direzzjoni ’l quddiem lis-sit jew lill-parti rilevanti tal-assemblaġġ tas-sit li tikkorrispondi għall-effett fiżiku tal-massa tas-sit ikkonċernat għall-ankraġġi tas-sit. Id-determinazzjoni tat-tagħbija applikata jew tat-tagħbiji applikati addizzjonali u d-distribuzzjoni tat-tagħbiji għandhom isiru mill-manifattur u jkunu approvati mis-Servizz Tekniku.

Fuq it-talba tal-manifattur, it-tagħbija addizzjonali tista’ tiġi applikata fil-punt X tas-SFAD matul it-testijiet statitiċi li ġew deskritti aktar ’il fuq.

Jekk l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq jkun integrat mas-sit tal-vettura, dan it-test għandu jitwettaq biċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

M’għandu jkun hemm l-ebda ksur u jridu jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ eskursjoni mogħtija fit-tabella 2.

NOTA: Dan it-test m’għandux għalfejn jitwettaq f’każ li kwalunkwe ankraġġ tas-sistema taċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vettura jkun integrat mal-istruttura tas-sit tal-vettura, u s-sit tal-vettura jkun diġà ġie ttestjat u approvat bħala li jissodisfa t-testijiet tat-tagħbija tal-ankraġġ meħtieġa minn dan ir-Regolament għal trażżin għal passiġġier adult.

7.   L-ISPEZZJOIN MATUL U WARA T-TESTIJIET STATIĊI GĦALL-ANKRAĠĠI TAĊ-ĊINTURIN TAS-SIKUREZZA

7.1.   L-ankraġġi kollha għandhom ikunu kapaċi jifilħu t-test preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4 Id-deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ jew taż-żona tal-madwar, m’għandiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat. Matul it-test, għandhom jiġu rrispettati l-ispazji minimi għall-ankraġġi effettivi ta’ isfel taċ-ċinturin li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.2.5 u r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.4.3.6 għall-ankraġġi effettivi ta’ fuq taċ-ċinturin.

7.1.1.   Għall-vetturi tal-kategorija M1 ta’ massa totali permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati metriċi, l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza, jekk ikun imwaħħal mal-istruttura tas-sit, m’għandux jiġi spostat ’il quddiem minn pjan trażversali li jgħaddi mill-punti R u C tas-sit ikkonċernat (ara l-Figura 1 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament).

Għall-vetturi li mhumiex dawk li ssemmew aktar ’il fuq, matul it-test l-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza m’għandux jiġi spostat ’il quddiem ta’ pjan trażversali inklinat 10° f’direzzjoni ’l quddiem u li jgħaddi mill-punt R tas-sit.

L-ispostament massimu tal-punt tal-ankraġġ effettiv ta’ fuq għandu jitkejjel matul it-test.

Jekk l-ispostament tal-punt tal-ankraġġ effettiv ta’ fuq jaqbeż il-limitu li ssemma aktar ’il fuq, il-manifattur għandu juri, għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku, li m’hemm l-ebda periklu għall-okkupant. Pereżempju, il-proċedura tat-test tista’ titwettaq skont ir-Regolament Nru 94 jew jista’ jitwettaq test fuq slitta b’polz korrispondenti sabiex jintwera li hemm spazju biżżejjed għas-sopravivenza.

7.2.   F’vetturi fejn jintużaw apparati bħal dawn, l-apparati ta’ spostament u li jsakkru li jippermettu li l-okkupanti tas-sits kollha jħallu l-vettura xorta jridu jkunu jistgħu jitħaddmu bl-id wara li tkun tneħħiet il-forza ta’ ġbid.

7.3.   Wara l-ittestjar, kwalunkwe ħsara lill-ankraġġi u lill-istrutturi li jappoġġjaw it-tagħbija matul it-testijiet għandha tkun innotata.

7.4.   B’deroga, l-ankraġġi ta’ fuq imwaħħla ma’ sit wieħed jew aktar tal-vetturi tal-kategorija M3 u dawk tal-kategorija M2 b’massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati metriċi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 80, m’hemmx għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1 li jikkonċernaw il-konformità mal-paragrafu 5.4.3.6.

8.   IL-MODIFIKI GĦAL U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA

8.1.   Kull modifika għat-tip ta’ vettura għandha tkun innotifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:

8.1.1.

iqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effettiv negattiv sew u li jkun xi jkun il-każ il-vettura xorta tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

8.1.2.

jeħtieġ rapport ieħor tat-test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

8.2.   Il-konferma jew ir-rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni bħal din u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

9.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

9.1.

Kull vettura li jkollha fuqha marka ta’ approvazzjoni kif ġie preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat rigward id-dettalji li jaffettwaw il-karatteristiċi tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u tas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

9.2.

Sabiex tkun ivverifikata l-konformità kif ġie preskritt fil-paragrafu 9.1. ta’ aktar ’il fuq, numru biżżejjed ta’ vetturi prodotti f’serje, li jkollhom fuqhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli każwali.

9.3.

Bħala regola ġenerali, kif intqal aktar ’il fuq, il-kontrolli għandhom ikunu limitati għat-teħid tal-qisien. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, il-vetturi għandhom ikunu soġġetti għal uħud mit-testijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6. ta’ aktar ’il fuq, li ntgħażlu mis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni.

10.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

10.1.   L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 9.1. ta’ aktar ’il fuq jew jekk l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza tagħha jew is-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX ma jirnexxilhomx jgħaddu mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 9 ta’ aktar ’il fuq.

10.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

11.   L-ISTRUZZJONIJIET OPERATTIVI

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jeħtieġu li l-manifatturi tal-vetturi reġistrati minnhom jiddikjaraw b’mod ċar fl-istruzzjonijiet għat-tħaddim tal-vettura

11.1.   fejn jinsabu l-ankraġġi; u

11.2.   għal liema tipi ta’ ċinturini huma maħsuba l-ankraġġi (ara l-punt 5 tal-Anness 1).

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta’ ankraġġi taġ-ċinturin tas-sikurezza jew tip ta’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u ta’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li ġie approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958, li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

13.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew estensjoni jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

14.   ID-DISPOŻIZZJONJIET TRANŻITORJI

14.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjonijiet KEE skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-sejre 06 ta’ emendi.

14.2.

Minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip KEE biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 06 ta’ emendi, jiġu ssodisfati.

14.3.

Minn 7 snin wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-serje 06 ta’ emendi għal dan ir-Regolament. Madankollu, l-approvazzjonijiet eżistenti tal-kategoriji tal-vetturi li mhumiex affettwati mis-serje 06 ta’ emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

14.4.

Għal vetturi li mhumiex affettwati mill-paragrafu 7.1.1 ta’ aktar ’il fuq, l-approvazzjonijiet mogħtija skont is-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi.

14.5.

Għal vetturi li mhumiex affettwati mis-Suppliment 4 għas-serje 05 ta’ emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi l-approvazzjonijiet eżistenti, jekk ingħataw skont is-serje 05 ta’ emendi, sas-Suppliment 3 għaliha.

14.6.

Mid-data uffiċjali tas-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 għas-serje 05 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament kif ġie modifikat mis-Suppliment 5 għas-serje 05 ta’ emendi.

14.7.

Għal vetturi li mhumiex affettwati mis-Suppliment 5 għas-serje 05 ta’ emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi l-approvazzjonijiet eżistenti, jekk ingħataw skont is-serje 05 ta’ emendi, sas-Suppliment 3 għaliha.

14.8.

Sa mill-20 ta’ Frar 2005 għall-vetturi tal-kategorija M1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet ECE biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Supplimen 5 għas-serje 05 ta’ emendi, jiġu ssodisfatti.

14.9.

Sa mill-20 ta’ Frar 2007 għall-vetturi tal-kategorija M1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 5 għas-serje 05 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

14.10.

Sa mis-16 ta’ Lulju 2006 għall-vetturi tal-kategorija N, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss jekk it-tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 5 għas-serje 05 ta’ emendi.

14.11.

Sa mis-16 ta’ Lulju 2008 għall-vetturi tal-kategorija N, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 5 għas-serje 05 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

14.12.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 07 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjonijiet tat-tip KEE skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-sejre 07 ta’ emendi.

14.13.

Minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 07 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip KEE biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 07 ta’ emendi, jiġu ssodisfati.

14.14.

Minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 07 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-serje 07 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

14.15.

Minkejja l-paragrafi 14.13 u 14.14, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi għas-serje preċedenti ta’ emendi fir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 07 ta’ emendi għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

14.16.

Sakemm ma jkunx hemm rekwiżiti li jikkonċernaw it-twaħħil obbligatorju tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza għas-sits li jingħalqu fir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom fiż-żmien tal-adeżjoni ma’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu jippermettu li ma jsirx dan it-twaħħil għall-finijiet tal-approvazzjoni nazzjonali u f’dan il-każ dawn il-kategoriji ta’ xarabankijiet ma tistax tinħarġilhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.


(1)  Kif iddefiniti fl-Anness 7 mar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3), id-dokument TRANS/WP29/78/Rev.1/Emend.2, kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4.

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (battal), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (battal), 31 għall-Bosnija u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (battal), 34 għall-Bulgarija, 35 (battal), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (battal), 39 għall-Azerbajġan, 40 għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (battal), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (battal), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajna, 47 għall-Afrika ta’ Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja u 53 għat-Tajlandja. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

(3)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 1.

(4)  Id-dokument TRANS/WP29/78/Rev.1/Emend.2, kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TA’ APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza, kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4), skont ir-Regolament Nru 14, bin-Nru 072439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 14 kien diġà jinkludi s-serje 07 ta’ emendi meta ngħatat l-approvazzjoni.

MUDELL B

(ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat kien approvat fl-Olanda (E 4) skont ir-Regolament Nri 14 u 24. (*) (Fil-każ tar-Regolament tal-aħħar, il-koeffiċjent ta’ assorbiment li ġie korrett huwa 1,30 m-1). In-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li fid-dati meta ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament Nru 14 kien jinkludi s-serje 07 ta’ emendi u r-Regolament Nru 24 kien fis-sejre 03 ta’ emendi għalih.


(*)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

IL-POST FEJN JINSABU L-ANKRAĠĠI EFFETTIVI TAĊ-ĊINTURIN

Figura 1

Iż-żoni fejn jinsabu l-ankraġġi effettivi taċ-ċinturin

(It-tpinġija turi eżempju wieħed, fejn l-ankraġġ ta’ fuq huwa mwaħħal mal-panil tal-ġenb tal-qafas tal-vettura)

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

L-ankraġġi effettivi ta’ fuq li jikkonformaw mal-paragrafu 5.4.3.7.3 tar-Regolament

Image


ANNESS 4

IL-PROĊEDURA BIEX IKUN IDDETERMINAT IL-PUNT “H” U L-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO GĦALL-POŻIZZJONIJIET BILQGIEGĦDA FIL-VETTURI BIL-MUTUR

1.   L-ISKOP

Il-proċedura li ġiet deskritta f’dan l-anness tintuża sabiex ikun stabbilit fejn jinsab il-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għal pożizzjoni bilqiegħda waħda jew għal diversi pożizzjonijiet bilqiegħda f’vettura bil-mutur u sabiex tkun ivverifikata r-relazzjoni tad-data mkejla mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn mogħtija mill-manifattur tal-vettura (1).

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-anness:

2.1.

“Data ta’ referenza” tfisser karatteristika waħda jew iktar mill-karatteristiċi li ġejjin marbuta ma’ pożizzjoni bilqiegħda:

2.1.1.

il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom,

2.1.2.

l-angolu effettiv tat-torso u l-angolu tad-disinn tat-torso u r-relazzjoni tagħhom.

2.2.

“Magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ ” (magna 3-D H) tfisser l-apparat li ntuża għad-determinazzjoni tal-punti “H” u tal-angoli effettivi tat-torso. Dan l-apparat huwa deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;

2.3.

“Il-punt ‘H’ ” tfisser iċ-ċentru tal-pern tat-torso u tal-koxxa tal-magna 3-D H installata fis-sit tal-vettura skont il-paragrafu 4 ta’ aktar ’l isfel. Il-punt “H” jinsab fiċ-ċentru tal-linja ċentrali tal-apparat li tinsab bejn il-buttuni tal-viżta tal-punt “H” fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Il-punt “H” jikkorrispondi teoretikament mal-punt “R“ (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 ta’ aktar ’l isfel); Ladarba jkun iddeterminat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4, il-punt “H” jitqies bħala fiss f’relazzjoni għall-istruttura tal-kuxxin tas-sit u li jiċċaqlaq magħha meta s-sit ikun aġġustat;

2.4.

“Il-punt ‘R’ ” jew “il-punt ta’ referenza bilqiegħda’ ifisser punt ta’ disinn li ġie ddefinit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;

2.5.

“Il-linja tat-torso” tfisser il-linja ċentrali tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda tkun fil-pożizzjoni għalkollox lura;

2.6.

“Angolu effettiv tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali minn ġol-punt “H” u l-linja tat-torso billi jintuża l-angolu tad-dahar tal-kwadrant fuq il-magna 3-D H. L-angolu effettiv tat-torso jikkorrispondi teoretikament għal-angolu tad-disinn tat-torso (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 ta’ aktar ’l isfel);

2.7.

“L-angolu tad-disinn tat-torso” tfisser il-qies ta’ angolu bejn linja vertikali minn ġol-punt “R” u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit li ġiet stabbilita mill-manifattur tal-vettura;

2.8.

“Il-pjan ċentrali tal-okkupant” (C/LO) tfisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H ippożizzjonat f’kull waħda mill-pożizzjonijiet maħsuba bilqiegħda; hija rappreżentata bil-koordinat tal-punt “H” fuq l-assi “Y”. Għal sits individwali, il-pjan ċentrali tas-sit jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-okkupant. Għal sits oħra, il-pjan ċentrali tal-okkupant jkun speċifikat mill-manifattur;

2.9.

“Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza” tfisser sistema skont kif ġiet deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness;

2.10.

“Il-marki ta’ riferiment” huma punti fiżiċi (toqob, superfiċji, marki jew marki li juru qtugħ) fil-qafas tal-vettura skont kif iddefinit mill-manifattur;

2.11.

“Il-pożizzjoni ta’ kejl tal-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura skont kif iddefinita mill-koordinati tal-marki ta’ riferiment fis-sistema tridimensjonali ta’ referenza.

3.   REKWIŻITI

3.1.   Preżentazzjoni tad-data

Għal kull pożizzjoni bilqiegħda fejn tkun meħtieġa data ta’ referenza sabiex tintwera konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti, għandha tkun ippreżentata id-data li ġejja kollha jew għażla xierqa minnha fil-forma indikata fl-Appendiċi 3 għal dan l-Anness:

3.1.1.

il-koordinati tal-punt “R” relattivament għas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;

3.1.2.

l-angolu tad-disinn tat-torso;

3.1.3.

l-indikazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun aġġustat is-sit (jekk ikun aġġustabbli) għall-pożizzjoni tal-kejl li ġiet stabbilita fil-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’l isfel.

3.2.   Ir-relazzjoni bejn id-data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn

3.2.1.   Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur tal-angolu effettiv tat-torso miksuba permezz tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4 ta’ aktar ’l isfel għandhom jitqabblu, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u mal-valur tal-angolu tad-disinn tat-torso li ġew indikati mill-manifattur tal-vettura.

3.2.2.   Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u tal-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-disinn tat-torso u l-angolu effettiv tat-torso għandhom jitqiesu sodisfaċenti għall-pożizzjoni bilqiegħda konċernata jekk il-punt “H”, kif ġie definit skont il-koordinati tiegħu, ikun fi kwadru b’ġenb għoli 50 mm bi ġnub orizzontali u vertikali li d-dijagonali tiegħu jaqtgħu lil xulxin fil-punt “R”, u jekk l-angolu effettiv tat-torso jkun f’5° mill-angolu tad-disinn tat-torso.

3.2.3.   Jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunu ssodisfatti, il-punt “R” u l-angolu tad-disinn tat-torso, għandhom jintużaw biex juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.2.4.   Jekk il-punt “H” jew l-angolu effettiv tat-torso ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 ta’ aktar ’il fuq, il-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għandhom jiġu ddeterminati darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3 ta’ aktar ’il fuq.

3.2.5.   Jekk ir-riżultat ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 3.2.4 ta’ hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 ta’ aktar ’il fuq, jew jekk il-verifika ma tkunx tista’ ssir minħabba li l-manifattur tal-vettura jkun naqas milli jipprovdi l-informazzjoni rigward il-pożizzjoni tal-punt “R” jew dik rigward l-angolu tad-disinn tat-torso, għandu jintuża ċ-ċentru tat-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla u dan għandu jitqies bħala applikabbli fil-każi kollha fejn f’dan ir-Regolament jissemma l-punt “R” jew l-angolu tad-disinn tat-torso.

4.   IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U TAL-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO

4.1.   Il-vettura għandha tkun ikkundizzjonata minn qabel għad-diskrezzjoni tal-manifattur, f’temperatura ta’ 20 ± 10 °C sabiex ikun żgurat li l-materjal tas-sit jilħaq it-temperatura tal-kamra. Jekk is-sit li jkun se jiġi kkontrollat qatt ma jkun poġġa xiħadd fuqu, persuna jew apparat ta’ bejn is-70 u t-80 kg għandu jpoġġi fuqu għal darbtejn għal minuta sabiex jintlewew il-kuxxin u d-dahar. Fuq it-talba tal-manifattur, l-assemblaġġi kollha tas-sit għandhom jibqgħu mhux mgħobbija għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel l-installazzjoni tal-magna 3-D H.

4.2.   Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni ta’ kejl li ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.11 ta’ aktar ’il fuq.

4.3.   Is-sit, jekk ikun aġġustabbli, l-ewwel għandu jkun aġġustat għall-pożizzjoni normali tas-sewqan jew tal-irkib l-iktar lura, kif ġie indikat mill-manifattur tal-vettura, waqt li jitqies biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sit, fejn tiġi eskluża r-rata ta’ moviment tas-sit li ntuża għal finijiet oħra li ma jkunux ta’ pożizzjonijiet normali ta’ sewqan jew ta’ rkib. Meta jkunu jeżistu modi oħra ta’ aġġustament tas-sit (vertikali, angolari, tad-dahar tas-sit, eċċ) dawn se jkunu aġġustati għall-pożizzjoni li ġiet speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għal sits bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun iffissata b’mod riġidu b’mod li tikkorrispondi għal pożizzjoni normali ta’ sewqan kif ġie speċifikat mill-manifattur.

4.4.   Iż-żona tal-pożizzjoni bilqiegħda li tkun f’kuntatt mal-magna 3-D H għandha tkun miksija bi drapp tal-qoton tal-musulina, ta’ daqs biżżejjed u b’tessut addattat, deskritt bħala drapp tat-tajjar sempliċi li jkollu 18,9 ħajt għal kull cm2 u li jkun jiżen 0,228 kg/m2 jew li jkun drapp innitjat jew mhux minsuġ b’karatteristiċi ekwivalenti. Jekk it-test isir fuq sit barra mill-vettura, l-art li fuqha jitqiegħed is-sit għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (2) bħall-qiegħ tal-vettura li fiha jkun hemm il-ħsieb li jintuża s-sit.

4.5.   Qiegħed is-sit u l-assemblaġġ ta’ dahar il-magna 3-D H b’tali mod li l-pjan ċentrali tal-okkupant (C/LO) jaħbat mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H. Fuq it-talba tal-manifattur, il-magna 3-D H tista’ tiġi mċaqilqa ’il ġewwa rigward is-C/LO jekk il-magna 3-D H tkun tinsab tant ’il barra li t-tarf tas-sit mhux se jippermetti l-illivellar tal-magna 3-D H.

4.6.   Waħħal l-assemblaġġi tas-sieq u tan-naħa ta’ isfel tar-riġel mal-assemblaġġ tal-pjanċa tas-sit, jew individwalment jew billi tuża l-assemblaġġ tat-T-bar u tan-naħa ta’ isfel tar-riġel. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-viżta tal-punt “H” għandha tkun parallela għall-art u perpendikulari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.   Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-sieq u tar-riġel tal-magna 3-D H kif ġej:

4.7.1.   Pożizzjoni bilqiegħda maħsuba: is-sewwieq u passiġġier ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra

4.7.1.1.   Kemm l-assemblaġġ tas-sieq kif ukoll dak tar-riġel għandhom ikunu mċaqilqa ’l quddiem b’tali mod li s-saqajn jieħdu pożizzjonijiet naturali mal-art, bejn il-pedali operattivi, jekk ikun meħtieġ. Fejn ikun possibbli s-sieq xellugija għandha tkun bejn wieħed u ieħor l-istess distanza fuq ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H bħalma s-sieq leminija tkun fuq il-lemin. L-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trażversali tal-magna 3-D H jinġieb fil-pożizzjoni orizzontali permezz ta’ aġġustament mill-ġdid tal-pjanċa tas-sit jekk ikun meħtieġ, jew billi l-assemblaġġi tas-sieq u tar-riġel jiġu aġġustati lura. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-viżta tal-punt “H” għandha tinżamm perpendikulari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.1.2.   Jekk ir-riġel xellugi ma jkunx jista’ jinżamm parallel għar-riġel lemini u s-sieq xellugija ma tkunx tista’ tiġi appoġġjata mill-istruttura, ċaqlaq is-sieq xellugija sakemm tkun appoġġjata. L-allinjament tal-buttuni tal-viżta għandu jinżamm.

4.7.2.   Pożizzjoni bilqiegħda maħsuba: ta’ wara fuq in-naħa ta’ barra

Għas-sits ta’ wara jew għas-sits awżiljarji, is-saqajn jinsabu kif ġie speċifikat mill-manifattur. Jekk is-saqajn imbagħad iserrħu fuq partijiet mill-qiegħ, li jkunu f’livelli differenti, l-ewwel sieq li tiġi f’kuntatt mas-sit ta’ quddiem għandha sservi bħala referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’tali mod li l-invell li jipprovdi l-orjentazzjoni trażversali tas-sit tal-apparat jindika l-orizzontali.

4.7.3.   Pożizzjonijiet bilqiegħda maħsuba oħra:

Għandha tkun segwita l-proċedura ġenerali li kienet indikata fil-paragrafu 4.7.1 ta’ aktar ’il fuq, għajr li s-saqajn għandhom jitqiegħdu skont kif ġie speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

4.8.   Applika l-piżijiet tan-naħa ta’ isfel tar-riġel u tal-koxxa u llivella l-magna 3-D H.

4.9.   Mejjel il-pjanċa ta’ wara ’il quddiem mal-waqfa ta’ quddiem u iġbed il-magna 3-D H ’il bogħod mid-dahar tas-sit billi tuża t-T-bar. Ippożizzjona mill-ġdid il-magna 3-D H fuq is-sit permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

4.9.1.   Jekk il-magna 3-D H jkollha t-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżżerżaq lura sakemm ma jkunx hemm aktar meħtieġ piż orizzontali ’l quddiem ta’ trażżin fuq it-T-bar, jiġifieri sakemm il-pjanċa tas-sit tiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit. Jekk kemm bżonn, ippożizzjona mill-ġdid in-naħa ta’ isfel tar-riġel.

4.9.2.   Jekk il-magna 3-D H ma jkollhiex it-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lura billi tapplika piż orizzontali lura fuq it-T-bar sakemm il-pjanċa tas-sit tiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit (ara figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness).

4.10.   Applika piż ta’ 100 ± 10 N fuq l-assemblaġġ tad-dahar u tal-pjanċa tal-magna 3-D H fl-intersezzjoni tal-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn u tal-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-piż għandha tinżamm tul linja li tgħaddi qrib l-intersezzjoni ta’ hawn fuq sa punt li jkun eżattament fuq il-kisi tal-iżbarra tal-koxxa (ara figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness). Imbagħad b’attenzjoni qiegħed mill-ġdid il-pjanċa ta’ wara fuq id-dahar tas-sit. Matul il-bqija tal-proċedura oqgħod attent ħalli l-magna 3-D H ma tiżżerżaqx ’il quddiem.

4.11.   Installa l-piżijiet tan-natka leminija u dik xellugija u mbagħad, b’mod alternattiv, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3-D H.

4.12.   Mejjel il-pjanċa ta’ wara ’il quddiem biex tnaqqas it-tensjoni minn fuq id-dahar tas-sit. Bandal il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra f’ark ta’ 10° (5° fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ biex tnaqqas kwalunkwe frizzjoni li tkun inġemgħet bejn il-magna 3-D H u s-sit.

Waqt l-azzjoni tat-tbandil, it-T-bar tal-magna 3-D H jista’ jkollha t-tendenza li tiddevja mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għalhekk għandha tkun imrażżna billi tiġi applikata tagħbija laterali addattata waqt il-movimenti tat-tbandil. Wieħed għandu joqgħod attent waqt li tinżamm it-T-bar u waqt li tkun qed tiġi mbandla l-magna 3-D H sabiex ikun żgurat li l-ebda tagħbija esterna ma tiġi applikata b’mod involontarju f’direzzjoni vertikali jew ’il quddiem u lura.

Is-saqajn tal-magna 3-D H m’għandhomx ikunu mrażżna jew miżmuma waqt dan il-pass. Jekk is-saqajn jibdlu l-pożizzjoni, għandhom temporanjament jitħallew f’dik il-pożizzjoni.

B’attenzjoni qiegħed lura l-pjanċa ta’ wara fuq id-dahar tas-sit u kkontrolla li ż-żewġ invelli jkunu fil-pożizzjoni żero. Jekk ikun sar kwalunkwe ċaqliq tas-saqajn waqt l-operazzjoni tat-tbandil tal-magna 3-D H, dawn għandhom ikunu pożizzjonati mill-ġdid kif ġej:

B’mod alternattiv, għolli kull sieq mill-qiegħ tal-vettura bl-ammont minimu meħtieġ sakemm ma jkunx hemm iktar moviment tas-saqajn. Waqt li tkun qed tgħolli, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru; u m’għandha tiġi applikata l-ebda tagħbija ’l quddiem jew fil-ġenb. Meta kull sieq titqiegħed lura fil-pożizzjoni ta’ isfel, l-għarqub għandu jkun f’kuntatt mal-istruttura maħsuba għal dan.

Ikkontrolla li l-invell laterali jkun fil-pożizzjoni żero; jekk ikun meħtieġ, applika tagħbija laterali fil-quċċata tal-pjanċa ta’ wara li tkun biżżejjed biex il-pjanċa tas-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit tiġi llivellata.

4.13.   Waqt li żżomm it-T-bar biex tevita li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxxin tas-sit, ipproċedi kif ġej:

(a)

imbagħad b’attenzjoni qiegħed mill-ġdid il-pjanċa ta’ wara fuq id-dahar tas-sit;

(b)

b’mod alternattiv applika u erħi tagħbija orizzontali lura, li ma taqbiżx il-25 N, lejn l-iżbarra tal-angolu ta’ wara f’għoli li bejn wieħed u ieħor ikun fiċ-ċentru tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn jindika li ntlaħqet pożizzjoni stabbli wara r-rilaxx tat-tagħbija. Oqgħod attent sabiex tkun żgur li fuq il-magna 3-D H ma ġiet applikata l-ebda tagħbija esterna ’l isfel jew lejn il-ġenb. Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ aġġustament għal livell ieħor tal-magna 3-D H, dawwar il-pjanċa ta’ wara ’l quddiem, illivella mill-ġdid, u rrepeti l-proċedura mill-paragrafu 4.12.

4.14.   Kejjel dawn li ġejjin kollha:

4.14.1.   IIl-koordinati tal-punt “H” jitkejlu fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza.

4.14.2.   L-angolu effettiv tat-torso jinkiseb mill-kwadrant tal-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H meta s-sonda tkun f’pożizzjoni għalkollox lura.

4.15.   Jekk tkun mixtieqa ripetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3-D H, l-assemblaġġ tas-sit għandu jitħalla mhux mgħobbi għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel ir-ripetizzjoni. Il-magna 3-D H m’għandhiex titħalla mgħobbija fuq l-assemblaġġ tas-sit iktar mill-ħin meħtieġ biex jitwettaq it-test.

4.16.   Jekk is-sits fl-istess ringiela jistgħu jitqiesu bħala simili (sit f’forma ta’ bank, sits identiċi, eċċ) għandu jkun iddeterminat biss punt “H” wieħed u “angolu effettiv tat-torso” wieħed għal kull ringiela ta’ sits, bil-magna 3-D H deskritta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness titqiegħed f’post meqjus bħala rappreżentattiv għar-ringiela. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.

fil-każ tar-ringiela ta’ quddiem, is-sit tas-sewwieq;

4.16.2.

fil-każ tar-ringiela jew tar-ringieli ta’ wara, sit fuq in-naħa ta’ barra.


(1)  Fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda li mhix is-sits ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax jiġi ddeterminat billi tintuża l-‘magna tridimensjonali tal-punt “H”“jew il-proċeduri, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-punt ‘R’ indikat mill-manifattur jista” jitqies bħala referenza.

(2)  L-angolu ta’ inklinazzjoni, id-differenza fl-għoli ma’ mmontar ta’ sit, it-tessut tas-superfiċje, eċċ.

Appendiċi 1

DESKRIZZJONI TAL-MAGNA TRIDIMENSJONALI TAL-PUNT ‘H’  (*)

(il-magna 3-D H)

1.   Il-pjanċi tad-dahar u tas-sit

Il-pjanċi tad-dahar u tas-sit huma magħmulin minn plastik u minn metall imsaħħaħ; huma jissimulaw it-torso u l-koxxa umana u huma mekkanikament impernjati fil-punt ‘H’. Kwadrant ikun marbut sew mas-sonda impernjata fil-punt ‘H’ sabiex ikun imkejjel l-angolu effettiv tat-torso. Żbarra aġġustabbli tal-koxxa, marbuta mal-pjanċa tas-sit, tistabbilixxi l-linja ċentrali tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn.

2.   L-elementi tal-ġisem u tar-riġel

Is-segmenti tal-parti ta’ isfel tar-riġel huma kollegati mal-assemblaġġ tal-pjanċa tas-sit fit-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn, li hija estensjoni laterali tal-iżbarra aġġustabbli tal-koxxa. Il-kwadranti huma inkorporati fis-segmenti tal-parti ta’ isfel tar-riġel sabiex jitkejlu l-angoli tal-irkopptejn. L-assemblaġġi taż-żarbun u tas-sieq huma kalibrati sabiex jitkejjel l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-apparat fl-ispazju disponibbli. Il-piżijiet tal-element tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri ta’ gravità korrispondenti sabiex jipprovdu penetrazzjoni fis-sit ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Għandu jkun ikkontrollat li l-ġogi kollha tal-magna 3-D H għandhom jiċċaqilqu b’mod ħieles mingħajr ma jiltaqgħu ma’ frizzjoni apprezzabbli.

Figura 1

It-tismija tal-elementi tal-magna 3-D H

Image

Figura 2

Id-dimensjonijiet tal-elementi tal-magna 3-D H u d-distribuzzjoni tat-tagħbiji

Image


(*)  Għal dettalji dwar il-bini ta’ magna 3-D H irreferi għas-Soċjetà tal-Inġiniera tal-Karozzi (SAE - Society of Automobile Engineers), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, l-Istati Uniti tal-Amerka.

Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549:1980.

Appendiċi 2

IS-SISTEMA TRIDIMENSJONALI TA’ REFERENZA

1.

Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza hija definita minn tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara l-figura) (*)

2.

Il-pożizzjoni tal-kejl tal-vettura tiġi stabbilita billi l-vettura tkun ippożizzjonata fuq is-superfiċje ta’ appoġġ b’tali mod li l-koordinati tal-marki ta’ riferiment jikkorrispondu għall-valuri indikati mill-manifattur.

3.

Il-koordinati tal-punt ‘R’ u tal-punt ‘H’ jiġu stabbiliti f’relazzjoni għall-marki ta’ riferiment li ġew iddefiniti mill-manifattur tal-vettura.

Figura

Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza

Image


(*)  Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi għall-Istandard ISO 4130:1978.

Appendiċi 3

ID-DATA TA’ REFERENZA LI TIKKONĊERNA L-POŻIZZJONIJIET BILQIEGĦDA

1.   L-ikkodifikar tad-data ta’ referenza

Id-data ta’ referenza hija elenkata b’mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni bilqiegħda. Il-pożizzjonijiet bilqiegħda huma identifikati b’kodiċi ta’ żewġ ċifri. L-ewwel ċifra hija numru Għarbi u tindika r-ringiela tas-sits, li tingħadd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni ċifra hija ittra kapitali li tindika fejn tinsab il-pożizzjoni bilqiegħda f’ringiela, kif tidher fid-direzzjoni ta’ moviment ’il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw l-ittri li ġejjin:

L

=

xellug

C

=

ċentru

R

=

lemin

2.   Deskrizzjoni tal-pożizzjoni ta’ kejl tal-vettura

2.1.   Il-koordinati tal-marki ta’ riferiment

 

X …

 

Y …

 

Z …

3.   Il-lista tad-data ta’ referenza

3.1.   Il-pożizzjoni bilqiegħda: …

3.1.1.   Il-koordinati tal-punt ‘R’

 

X …

 

Y …

 

Z …

3.1.2.   L-angolu tad-disinn tat-torso: …

3.1.3.   L-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sit (*)

 

orizzontali: …

 

vertikali: …

 

angolari: …

 

l-angolu tat-torso: …

Nota: Elenka d-data ta’ referenza għal aktar pożizzjonjiet bilqiegħda taħt 3.2, 3.3, eċċ.


(*)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.


ANNESS 5

L-APPARAT TA’ ĠBID

Figura 1

Image

Figura 1a

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

Image

Biex titwaħħal iċ-ċinga, l-apparat ta’ ġbid taċ-ċinturin ta’ fuq l-ispalla jista’ jkun modifikat billi jiżu miżjuda żewġ itruf u/jew xi boltijiet sabiex ikun evitat li waqt it-test tal-ġbid taqa’ ċ-ċinga.

Figura 3

Image


ANNESS 6

IN-NUMRU MINIMU TA’ PUNTI TA’ ANKRAĠĠ U FEJN JINSABU L-ANKRAĠĠI TA’ ISFEL

Vettura kategorija

Pożizzjonijiet bilqiegħda li jħarsu ’l quddiem

Li jħarsu lura

Fuq barra

Ċentru

Quddiem

Oħra

Quddiem

Oħra

M1

3

3

3

3

2

M2 ≤ 3,5 tunnellati

3

3

3

3

2

M3 u M2 > 3,5 tunnellati

3

Image

3 jew 2

Image

3 jew 2

Image

3 jew 2

Image

2

N1

3

3 jew 2 Ø

3 jew 2 *

2

2

N2 u N3

3

2

3 jew 2 *

2

2

2

:

żewġ ankraġġi ta’ isfel, li jippermettu l-installazzjoni ta’ ċinturin tas-sikurezza tat-tip B, jew ta’ ċinturini tas-sikurezza tat-tipi Br, Br3, Br4 m jew Br4Nm, fejn meħtieġ mill-Appendiċi 1 tal-Anness 13 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).

3

:

żewġ ankraġġi ta’ isfel u ankraġġ wieħed ta’ fuq li jipperemttu l-installazzjoni ta’ ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi tat-tip A, jew ta’ ċinturini tas-sikurezza tat-tipi Ar, Ar4Nm, fejn ikun meħtieġ mill-Appendiċi 1 tal-Anness 13 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).

Ø

:

tirreferi għall-paragrafu 5.3.3 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk sit ikun fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ passaġġ)

*

:

tirreferi għall-paragrafu 5.3.4 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk il-windskrin ikun barra miż-żona ta’ referenza)

Image

:

tirreferi għall-paragrafu 5.3.5 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk ma jkun hemm xejn fiż-żona ta’ referenza)

Image

:

tirreferi għall-paragrafu 5.3.7 (Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-pjan ta’ fuq ta’ vettura)

Appendiċi

IL-POST FEJN JINSABU L-ANKRAĠĠI TA’ ISFEL – IR-REKWIŻITI ANGOLARI BISS

Sit

M1

Għajr l-M1

Quddiem (*)

fuq in-naħa tal-bokkla (α2)

45° - 80°

30° - 80°

għajr għan-naħa tal-bokkla (α1)

30° - 80°

30° - 80°

angolu kostanti

50° - 70°

50° - 70°

il-bank - in-naħa tal-bokkla (α2)

45° - 80°

20° - 80°

il-bank - għajr għan-naħa tal-bokkla (α1)

30° - 80°

20° - 80°

sit aġġustabbli bl-angolu tad-dahar tas-sit < 20°

45°-80° (α2) (*)

20°-80° (α1) (*)

20°-80°

Wara ≠

 

30°-80°

20°-80° Ψ

Li jingħalaq

Mhu meħtieġ l-ebda ankraġġ taċ-ċinturin.

Jekk jitwaħħal ankraġġ: ara r-rekwiżiti angolari għal Quddiem u għal Wara.

≠:

fuq barra u fiċ-ċentru.

(*)

jekk l-angolu ma jkunx kostanti ara l-paragrafu 5.4.2.1.

Ψ:

45° - 90° fil-każ tas-sits fil-vetturi tal-kategorija M2 u M3.


ANNESS 7

IT-TEST DINAMIKU BĦALA ALTERNATTIVA GĦAT-TEST STATIKU TAS-SAĦĦA TAL-ANKRAĠĠI TAĊ-ĊINTURIN TAS-SIKUREZZA

1.   L-AMBITU

Dan l-Anness jiddeskrivi test dinamiku fuq slitta li jista’ jitwettaq bħala alternattiva għat-test statiku tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza li ġie preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4 ta’ dan ir-Regolament.

Din l-alternattiva tista’ tapplika fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza fil-każ ta’ grupp ta’ sits fejn il-pożizzjonijiet bilqiegħda kollha jkunu mgħammra b’ċinturini tas-sikurezza bi 3 ankraġġi li magħhom ikunu assoċjati l-funzjonijiet ta’ tagħmir li jillimita t-tagħbija fuq it-toraċi u meta, barra minn hekk, il-grupp ta’ sits jinkludi pożizzjoni bilqiegħda fejn l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza jkun jinsab fuq l-istruttura tas-sit.

2.   IL-PRESKRIZZJONIJIET

2.1.   Fit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness, m’għandu jkun hemm l-ebda ftuq tal-ebda ankraġġ jew fiż-żona tal-madwar. Madankollu, jiġi permess ftuq ipprogrammat meħtieġ għall-funzjonament tal-apparat li jillimita t-tagħbija.

Għandhom ikunu rrispettati l-ispazji minimi għall-ankraġġi effettivi ta’ isfel li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.2.5 ta’ dan ir-Regolament, u r-rekwiżiti għall-ankraġġi effettivi ta’ fuq li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.3.6 ta’ dan ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, kompluti mill-paragrafu 2.1.1li ġej.

2.1.1.   Għall-vetturi tal-kategorija M1 ta’ massa totali permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati metriċi, l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza, jekk ikun imwaħħal mal-istruttura tas-sit, m’għandux jiġi spostat ’il quddiem minn pjan trażversali li jgħaddi mill-punti R u C tas-sit ikkonċernat (ara l-Figura 1 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament).

Għal vetturi li mhumiex dawk li ssemmew aktar ’il fuq, l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza m’għandux jiġi spostat ’il quddiem minn pjan trażversali inklinat 10° f’direzzjoni ’l quddiem u li jgħaddi mill-punt R tas-sit.

2.2.   F’vetturi fejn jintużaw apparati bħal dawn, l-apparati ta’ spostament u li jsakkru li jippermettu li l-okkupanti tas-sits kollha jħallu l-vettura wara t-test xorta jridu jkunu jistgħu jitħaddmu bl-id.

2.3.   Il-manwal ta’ sid il-vettura għandu jinkludi indikazzjonijiet li kull ċinturin tas-sikurezza għandu jiġi ssostitwit biss minn ċinturin tas-sikurezza approvat għall-pożizzjonijiet bilqiegħda meqjusa fil-vettura, u b’mod partikolari għandu jidentifika dawk il-pożizzjonijiet bilqiegħda li jistgħu jiġu mgħammra b’ċinturin tas-sikurezza xieraq mgħammar b’apparat li jillimita t-tagħbija.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST DINAMIKU

3.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali

Għat-test li ġie deskritt f’dan l-Anness japplikaw il-kundizzjonijiet ġenerali li ġew deskritti fil-paragrafu 6.1 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.   L-installazzjoni u l-preparazzjoni

3.2.1.   L-islitta

L-islitta trid tkun mibnija b’tali mod li wara t-test ma tidher l-ebda deformazzjoni apparenti. Trid tkun iggwidata b’tali mod li, waqt il-fażi tal-impatt, id-devjazzjoni ma taqbiżx il-5° fil-pjan vertikali u ż-2° fil-pjan orizzontali.

3.2.2.   L-irfid tal-istruttura tal-vettura

Il-parti tal-istruttura tal-vettura meqjusa bħala essenzjali għar-riġidità tal-vettura rigward l-ankraġġi tas-sit u l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza għandha tkun mirfuda fuq l-islitta, skont id-dispożizzjonijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.3.   Is-sistemi ta’ trażżin

3.2.3.1.   Is-sistemi ta’ trażżin (is-sits kompluti, l-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u l-apparat li jillimitaw it-tagħbija) għandhom ikunu mmontati fuq l-istruttura tal-vettura skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni f’serje tal-vetturi.

L-ambjent tal-vettura li jħares lejn is-sit ittestjat (id-daxxbord, is-sit, eċċ., jiddependi mis-sit ittestjat) jista’ jkun immontat fuq l-islitta tat-test. Jekk kien hemm airbag frontali, irid jiġi deattivat.

3.2.3.2.   Fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza u bi ftehim mas-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet, uħud mill-komponenti tas-sistemi ta’ trażżin għajr għas-sits kompluti, għall-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u għall-apparati li jillimitaw it-tagħbija, ma jistgħux jiġu mmontati fuq l-islitta tat-test jew jistgħu jiġu ssostitwiti minn komponenti li jkollhom ebusija ekwivalenti jew iċken u li d-dimensjonijiet tagħhom jkunu inklużi fid-dimensjonijiet tat-tagħmir intern tal-vettura, sakemm il-konfigurazzjoni ttesjtata tkun mill-inqas sfavorevoli bħall-konfigurazzjoni ta’ serje rigward il-forzi li japplikaw fuq l-ankraġġi tas-sit u taċ-ċinturin tas-sikurezza.

3.2.3.3.   Is-sits għandhom jiġu aġġustati kif inhu meħtieġ fil-paragrafu 6.1.2 ta’ dan ir-Regolament, fil-pożizzjoni għall-użu magħżula mis-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet bħala dik li tagħti l-kundizzjonjiet l-aktar avversi rigward is-saħħa tal-ankraġġi u li tkun kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikini fil-vettura.

3.2.4.   Il-manikini

Fuq kull sit għandu jiġi ppożizzjonat manikin li d-dimensjonijiet u l-massa tiegħu ġew iddefiniti fl-Anness 8 u li jkun miżmum miċ-ċinturin tas-sikurezza pprovdut fil-vettura.

Mhi meħtieġa l-ebda strumentazzjoni tal-manikin.

3.3.   It-test

3.3.1.   L-islitta għandha tkun imbuttata b’tali mod li, matul it-test, il-varjazzjoni fil-veloċità tagħha tkun ta’ 50 km/siegħa. Id-deċelerazzjoni tal-islitta għandha tkun fil-kuritur speċifikat fl-Anness 8 għar-Regolament Nru 16.

3.3.2.   Jekk ikun applikabbli, l-attivazzjoni ta’ apparati addizzjonali ta’ trażżin (apparati ta’ tagħbija applikata minn qabel, eċċ., ħlief l-airbags) tiġi kkawżata skont l-indikazzjonijiet tal-manifattur tal-karozza.

3.3.3.   Għandu jiġi kkontrollat li l-ispostament tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza ma jeċċedix il-limiti li ġew speċifikati fil-paragrafi 2.1 u 2.1.1 ta’ dan l-Anness.


ANNESS 8

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MANIKIN  (*)

Il-massa

97,5 ± 5 kg

L-għoli meta bilqiegħda wieqaf

965 mm

Il-wisa’ tal-ġenbejn (bilqiegħda)

415 mm

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn (bilqiegħda)

1 200 mm

Iċ-ċirkonferenza tal-qadd (bilqiegħda)

1 080 mm

Il-fond tas-sider

265 mm

Iċ-ċirkonferenza tas-sider

1 130 mm

L-għoli tal-ispalla

680 mm

It-tolleranza fuq id-dimensjonijiet kollha tat-tul

± 5 fil-mija

Rimarka: skeċċ li jispjega d-dimensjonijiet jintwera fil-figura ta’ hawn taħt.

Image


(*)  L-apparati li ġew deskritti fir-Regola tad-Disinn Awstraljana (ADR — Australian Design Rule) 4/03 u fl-Istandard Federali tas-Sigurtà tal- Vetturi bil-Mutur (FMVSS — Federal Motor Vehicle Safety Standard) Nru. 208 jitqiesu bħala ekwivalenti.


ANNESS 9

IS-SISTEMI TA’ ANKRAĠĠI ISOFIX U L-ANKRAĠĠI TAL-IRBIT TA’ FUQ ISOFIX

Figura 1

L-apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD), veduti isometriċi

Image

Figura 2

L-apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD), id-dimensjonijiet

Image

Figura 3

Id-dimensjonijiet tal-irbit kollegatur (bil-ganċ) ta’ fuq ISOFIX

Image

Test ta 'immaġni

Figura 4

Id-distanza bejn iż-żewġ żoni ta’ ankraġġ baxx

Image

Figura 5

Il-mudell f’żewġ dimensjonijiet

Image

Figura 6

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX – Mill-ġenb

Image

Figura 7

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX – Iż-żona tat-trembil mill-ġenb u mkabbra

Image

Figura 8

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX – Mill-pjani

(qatgħa trażversali tal-pjan R)

Image

Figura 9

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX – Minn quddiem

Image

Figura 10

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX – Veduta skematika u tridimensjonali

Image

Figura 11

Metodu alternattiv biex issib l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq billi tuża t-tagħmir fiss “ISO/F2” (B), iż-żona isofix – mill-ġenb, minn fuq u minn wara

Image

Figura 12

Is-simbolu ta’ankraġġ baxx ISOFIX minimu

Image

Figura 13

Is-simbolu li jintuża biex ikun identifikat fejn jinsab ankraġġ tal-irbit ta’ fuq li jkun taħt għata

Image Image

Noti:

1.

Id-dimensjonijiet huma f’mm

2.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

3.

Is-simbolu għandu jkun viżibbli b’mod ċar jew permezz ta’ kuluri li jikkuntrastaw jew b’riljiev adegwat jekk immudellat jew ibbuzzat ’il barra.


Top