Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41999D0007

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta' April 1999 dwar uffiċjali ta' kollaborazzjoni (SCH/Com-ex (99)7 Rev. 2)

    ĠU L 239, 22.9.2000, p. 411–416 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/7(3)/oj

    41999D0007



    Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0411 - 0416


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

    tat-28 ta' April 1999

    dwar uffiċjali ta' kollaborazzjoni

    (SCH/Com-ex (99)7 Rev. 2)

    IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen,

    Wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 47 tal-Konvenzjoni hawn fuq imsemmija,

    Wara li kkunsidra d- Dikjarazzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 1998 (dokument SCH/Com-ex (98) dikj 3), 2 Rev.);

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    1. Il-pjan għall-ispedizzjoni reċiproka ta' uffiċjali ta' kollaborazzjoni sabiex jagħtu pariri u jassistu fil-qadi tad-dmirijiet ta' sigurtà u ta' kontroll fuq il-fruntieri esterni (Dok. SCH/I-Front (98)170 Rev. 5) qiegħed jiġi approvat.

    2. Huwa rrakkomandat li l-Istati Partijiet jibagħtu lill-uffiċjali ta' kollaborazzjoni fil-postijiet li huma jagħżlu u li huma inklużi fil-lista fid-Dok. SCH/I-Front (99) 9 Rev. 3 minnufih u li, fejn xieraq, jiġu konklużi d-diversi ftehim bilaterali li għadhom meħtieġa. Din il-lista indikattiva ma torbotx u għandha tiġi aġġornata skond kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.

    Il-Lussemburgu, it-28 ta' April 1999.

    Il-President

    C. H. Schapper

    --------------------------------------------------

    SCH/I-Front (98)170 Rev. 5

    SPEDIZZJONI REĊIPROKA TA' UFFIĊJALI TA' KOLLABORAZZJONI SABIEX JAGĦTU PARIRI U JASSISTU FIL-QADI TAD- DMIRIJIET TA' SIGURTÀ U TA' KONTROLL FUQ IL-FRUNTIERI ESTERNI

    Fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Settembru 1998, il-Kumitat Eżekuttiv adotta d-Dikjarazzjoni SCH/Com-ex (98) Dik. 2 Rev. 2 li tafda lill-Grupp Ċentrali bid-dmir li jeżamina jekk pariri u assistenza mill-impjegati ta' waħda mill-Partijiet Kuntrattanti waqt li kienu qegħdin isiru kontrolli fuq il-fruntieri esterni tal-Parti Kuntrattanti l-oħra jistgħux itejbu s-sigurtà fuq il-fruntieri.

    Wara diskussjoni estensiva dwar il-possibilitajiet ta' pariri u ta' asistenza mill-uffiċjali ta' koperazzjoni mibgħuta fuq il-fruntieri esterni, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Settembru 1998, is-Sottogrupp dwar fruntieri ddeċieda mingħajr riservi li dan kien il-każ.

    Sabiex jissodisfa l-parti rimanenti tal-mandat mill-Kumitat Eżekuttiv, is-sottogrupp qiegħed jissottometti l-pjan segwenti għall-ispedizzjoni reċiproka ta' uffiċjali ta' kollaborazzjoni sabiex jagħtu pariri u jassistu fil-qadi tad-dmirijiet ta' sigurtà u ta' kontroll fuq il-fruntieri esterni.

    1. ĠENERALI

    1.1. Qafas legali

    L-ispedizzjoni u l-attivitajiet ta' l-uffiċjali ta' kollaborazzjoni għandhom jiġu regolati mill-Artikolu 47(1)(2) u (3) tal-Konvenzjoni Schengen u l-Artikolu 7, it-tielet sentenza tal-Konvenzjoni Schengen.

    Dawn id-disposizzjonijiet jippermettu li uffiċjali ta' kollaborazzjoni jintbagħtu għal kollox jew temporanjament bil-għan li tiżdied u li titħaffef il-koperazzjoni bejn il-Partijiet Kuntrattanti. Dan japplika wkoll espressament għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet tal-fruntieri fuq il-fruntieri esterni.

    Apparti dan, din l-ispedizzjoni fuq livell operazzjonali għandha dejjem tkun ibbażata fuq id- diversi ftehim bilaterali bejn l-Istati li huma Sħab li jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jiġu supplimentati b'iktar arranġamenti speċifiċi bejn l-awtoritajiet amministrattivi rilevanti. Arranġamenti li jidderogaw mir-regoli li ġejjin jistgħu għalhekk isiru bilateralment bejn l-Istati li jpartu uffiċjali ta' kollaborazzjoni. Madanakollu, il-konklużjoni ta' ftehim bilaterali m'għandha bl-ebda mod timpedixxi l-konsultazzjoni u notifikazzjoni reċiproka.

    1.2. Oqsma ta' ħidma

    L-uffiċjali ta' kollaborazzjoni jistgħu jiġu impustati fl-aġenziji ta' pulizija eżekuttiva tal-fruntiera li jaħdmu fuq il-fruntieri marittimi u ta' l-art u fl-ajruporti relattivi, kif ukoll fil-gwardja tal-kosta. Huma għandhom jagħtu pariri u jappoġġjaw lill-membri regolari ta' l-aġenziji eżekuttivi ta' l-Istati Schengen fil-miżuri ta' sorveljanza u ta' kontroll fuq il-fruntieri esterni ta' Schengen fuq talba tagħhom u bi ftehim ma' l-awtorità padruna u skond l-istruzzjonijiet tagħhom. Waqt li jagħmlu dan huma jistgħu josservaw u jiġbru evidenza sabiex jistabbilixxu allegazzjoni ta' immigrazzjoni illegali u reati li jseħħu fuq il-fruntieri. Huma m'għandhomx, madanakolli, iwettqu xi xogħol li jaqa' taħt is-sovranità ta' l-Istati. Dawn l-uffiċjali jridu jiġu impustati primarjament fuq punti ta' qsim ta' fruntieri u fuq partijiet tal-fruntiera li huma ta' interess partikolari fir-rigward ta' immigrazzjoni illegali fiż- żona Schengen.

    L-attivitajiet ta' l-uffiċjali ta' kollaborazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-sovranità ta' l-Istat assistit; il-liġi domestika tiegħu u r-regolamenti amministrattivi m'għandhomx jiġu affettwati bil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

    Id- dmirijiet ta' l-uffiċjali ta' kollaborazzjoni elenkati hawn isfel bħala eżempju għandhom jiġu mwettqa biss fil-kuntest ta' l-għoti ta' pariri u appoġġ lill-awtoritajiet ta' l-Istat padrun responsabbli għal doveri ta' pulizija fuq il-fruntiera.

    F'kull każ id-doveri għandhom jiġu mwettqa:

    - skond il-liġi nazzjonali,

    - f'konformità stretta mar-regolamenti speċifiċi li jinsabu fid-diversi ftehim bilaterali li jistgħu, jekk dan ikun meħtieġ, jiġu supplimentati b'aktar arranġamenti speċifiċi,

    u

    - bi ftehim ma' l-awtoritajiet ta' l-Istat padrun u b'mod konformi ma' l-istruzzjonijiet tagħhom.

    Dawn id- doveri jistgħu jinkludu:

    Tpartit ta' informazzjoni

    - ġbir regolari u tpartit ta' informazzjoni dwar każijiet speċifiċi,

    - ħolqien ta' konnessjonijiet bejn awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari taħt l-Artikoli 39 u 46 tal-Konvenzjoni Schengen,

    - għoti ta' informazzjoni lill-awtoritajiet fl-Istat padrun fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw dħul u ħruġ fir-rigward ta' l-Istat ta' oriġini ta' l-uffiċjali mibgħuta.

    Pariri u assistenza lill-uffiċjali ta' l-Istat padrun

    - pariri u assistenza lill-uffiċjali ta' l-Istat padrun fir-rigward ta':

    - l-intervistar ta' vjaġġaturi u

    - l-ivverifikar ta' l-awtentiċità ta' dokumenti maħruġa mill-Istat ta' oriġini ta' l-uffiċjali mibgħuta.

    - pariri u assistenza lill-uffiċjali ta' l-Istat padrun fix- xogħol li jsir wara mill-pulizija tal-fruntieri, bħal:

    - l-għamla ta' rapporti,

    - l-irrekordjar ta' stqarrijiet,

    - it-tmexxija ta' intervisti,

    - il-kompilazzjoni ta' statistiċi.

    - pariri u assistenza lill-uffiċjali ta' l-Istat padrun fir-rigward ta':

    - l-evalwazzjoni ta' dokumenti fir-rigward ta' liema uffiċjali ta' kollaborazzjoni għandhom ċertu għarfien,

    - l-ippjanar ta' miżuri ta' sorveljanza tal-fruntieri,

    - l-evalwazzjoni ta' operazzjonijiet tal-pulizija tal-fruntiera.

    - pariri u assistenza lill-uffiċjali ta' l-Istat padrun sabiex jaġġornaw ir-rapport dwar is -sitwazzjoni,

    - l-akkumpanjar ta' l-uffiċjali ta' l-Istat padrun li jkunu qegħdin jagħmlu r-ronda tal-fruntiera.

    Apparti dawn, id- dmirijiet li ġejjin jistgħu jitwettqu wkoll f'ajruporti u f'portijiet marittimi:

    - pariri/informazzjoni lill-awtoritajiet dwar miżuri ta' ripatrijazzjoni mill-Istat ta' oriġini ta' l-uffiċjali mibgħuta, waqt li wieħed jiftakar id-diversi ftehim ta' ri-ammissjoni eżistenti,

    - pariri lil persuni ta' kuntatt għall-vjaġġaturi jew dawk li jġorru ta' l-Istat ta' oriġini ta' l-uffiċjali mibgħuta.

    1.3. Profil ta' l-uffiċjali ta' kollaborazzjoni

    L-uffiċjali li jintbagħtu jridu jkunu addattati wkoll fir-rigward ta' kondizzjonijiet professjonali u personali għall-possibbiltà ta' spedizzjonijiet fit-tul f'pajjiżi barranin. Irid ikollhom esperjenza ta' fruntieri. Jekk ikun possibbli, għandhom ikunu jafu sew il-lingwa tal-pajjiż padrun u għall-inqas jafu jikkomunikaw bil-lingwa ta' xogħol użata l-iktar spiss fil-post ta' l-ispedizzjoni.

    Fil-prinċipju, l-ispedizzjoni ta' uffiċjali li huma kwalifikati fuq livell għoli professjonalment għandha tingħata preferenza.

    1.4. Loġistika

    L-Istat padrun għandu jipprovdi lill-istat li jkun qiegħed jibgħat l-appoġġ loġistiku, b'attenzjoni għas-sovranità taż-żewġ Stati u skond il-ftehim rilevanti bilaterali.

    - L-uffiċjali ta' kollaborazzjoni għandhom, sa fejn il-kondizzjonijiet lokali jippermettu, jiġu pprovduti b'uffiċċju tagħhom mill-awtorità padruna jew ta' mill-inqas għandhom ikunu jistgħu jaqsmu l-użu ta' uffiċċju. L-uffiċjal ta' kollaborazzjoni għandu jkun jista' jaqsam il-faċilitajiet loġistiċi kollha fl-awtorità padruna.

    - L-akkomodazzjoni ta' l-uffiċjal ta' kollaborazzjoni għandha tiġi mħallsa mill-Istat li jkun qiegħed jibagħtu. L-Istat padrun għandu jgħin sabiex tinstab akkomodazzjoni.

    - L-involviment uffiċjali ta' l-uffiċjali ta' kollaborazzjoni fl-Istat padrun (ambaxxata ta' l-Istat li jibgħat jew Ministeru/awtoritajiet ta' l-Istat padrun) għandu jiġi ddefinit fid-diversi ftehim bilaterali.

    - Trattament mediku:

    L-Istat li jkun qiegħed jibgħat għandu jaċċerta li jkun hemm assigurazzjoni ta' saħħa adegwata fl-Istat padrun għall-uffiċjal ta' kollaborazzjoni f'każ ta' mard. Jekk ikun meħtieġ għandha ssir assigurazzjoni supplimentari.

    2. POSTIJIET TA' SPEDIZZJONI

    L-għażla ta' postijiet rakkomandati lill-Istat Schengen għall-ispedizzjoni ta' uffiċjali ta' kollaborazzjoni għandha tiġi stipulata separatament mis-Sottogrupp dwar fruntieri. Din il-lista indikattiva m'għanda bl-ebda mod toħloq rabta u għandha tiġi aġġornata skond is-sitwazzjoni li tkun qiegħda tevolvi.

    3. EVALWAZZJONI/IMPLIMENTAZZJONI

    L-Istati Schengen għandhom jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-ispedizzjoni ta' uffiċjali ta' kollaborazzjoni fejn dan ikun meħtieġ mis-Sottogrupp dwar fruntieri [1].

    [1] Wara li Schengen tkun ġiet integrata fl-Unjoni Ewropea, ix-xogħol tas-Sottogrupp dwar fruntieri għandu jitkompla fl-organu tal-Kunsill li huwa kompetenti fir-rigward ta' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' fruntieri esterni.

    --------------------------------------------------

    SCH/I-Front (99)9 Rev. 3

    (Spedizzjoni reċiproka ta' uffiċjali ta' kollaborazzjoni sabiex jagħtu pariri u jassistu fil-qadi tad- dmirijiet ta' sigurtà u ta' kontroll fuq il-fruntieri esterni)

    Lista indikattiva ta' postijiet li huma preżentament rakkomandati lill-Istati Schengen għall-ispedizzjoni ta' uffiċjali ta' kollaborazzjoni

    Hawn isfel tinstab lista tal-postijiet li s-Sottgrupp dwar fruntieri preżentament tirrakkomanda lill-Istati Schengen għall-ispedizzjoni ta' uffiċjali ta' kollaborazzjoni.

    Din il-lista indikattiva m'għandha b'ebda mod torbot u għandha tiġi aġġornata mis-Sottogrupp dwar fruntieri skond is-sitwazzjoni presenti [1].

    1. Il-Belġju

    - Brussel (mitjar Zaventem)

    2. Il-Ġermanja

    - Frankfurt/mitjar prinċipali

    - Munich (mitjar Franz-Joseph-Strauß)

    - Frankfurt/Oder (fruntiera mal-Polonja)

    - Ludwigsdorf (fruntiera mal-Polonja)

    - Zinnwald (fruntiera mar-Repubblika Ċeka)

    - Waidhaus (fruntiera mar-Repubblika Ċeka)

    - Hamburg (port)

    3. Franza

    - Marsilja (port)

    - Pariġi (mitjar Charles de Gaulle)

    4. Il-Greċja

    - Ateni (mitjar)

    - Tessaloniki (mitjar)

    - Kakabia (fruntiera ma' l-Albanija)

    - Kastanies (fruntiera mat-Turkija)

    - Samos

    - Korfù

    5. L-Italja

    - Ruma - Fiumicino (mitjar)

    - Brindisi (fruntiera marittima)

    - Trapani

    - Trieste (fruntierama' l-iSlovenja)

    - Milan (mitjar Malpensa)

    6. L-Olanda

    - Amsterdam (mitjar Schiphol)

    7. Awstrija

    - Vjenna-Schwechat (mitjar)

    - Awtostrada Nickelsdorf (fruntiera ma' l-Ungerija)

    - Spielfeld (fruntiera ma' l-Islovenja)

    - Berg (fruntiera ma' l-Islovakkja)

    - Drasenhofen (fruntiera mar-Repubblika Ċeka)

    8. Spanja

    - Algeciras (port)

    - Madrid (mitjar Barajas)

    [1] Wara li Schengen tkun ġiet integrata fl-Unjoni Ewropea, ix-xogħol tas-Sottogrupp dwar fruntieri għandu jitkompla fl-organu tal-Kunsill li huwa kompetenti fir-rigward ta' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' fruntieri esterni.

    --------------------------------------------------

    Top