Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41997D0039

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-prinċipji tat-tmexxija għall-iskop ta' provi u evidenza indikativa skond l-istruttura tal-ftehim dwar l-aċċettazzjoni mill-ġdid bejn l-Istati ta' Schengen. (SCH/Com-ex (97)39 rev.)

    ĠU L 239, 22.9.2000, p. 188–190 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/39(3)/oj

    41997D0039



    Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0188 - 0190


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

    tal-15 ta' Diċembru 1997

    dwar il-prinċipji tat-tmexxija għall-iskop ta' provi u evidenza indikativa skond l-istruttura tal-ftehim dwar l-aċċettazzjoni mill-ġdid bejn l-Istati ta' Schengen.

    (SCH/Com-ex (97)39 rev.)

    IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

    Wara li kkunsidra l-Artiklu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta il-Ftehim ta' Schengen,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 23(4) tal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Id-dokument SCH/II-Read (97)3 rev. 7 dwar il-principji tat-tmexxija għall-iskop ta' provi u evidenza indikattiva skond il-ftehim dwar l-aċċettazzjoni mill-ġdid bejn l-Istati ta' Schengen, hawn anness, qieghed hawnhekk jigi approvat. L-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji qiegħdha tiġi rakkomandats sa mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Vjenna, il-15 ta' Diċembru 1997.

    Il-President

    K. Schlögl

    --------------------------------------------------

    SCH/II-Read (97)3 rev. 7

    Suġġet: Il-prinċipji tat-tmexxija għall-iskop ta' provi u evidenża indikativa skond il-ftehim dwar l-aċċettazzjoni mill-ġdid bejn l-Istati ta' Schengen.

    Billi l-applikazzjoni tal-ftehmijiet konċernanti r-riammissjoni ġieli qajmet problemi fil-prattika, speċjalment fir-rigward tal-mezzi li jintużaw sabiex tiġi ppruvata r-residenża illegali ġewwa jew in tranżitu fit-territorju tal-parti kontrattanti mitluba min-nies ta' nazzjonalità barranija;

    Il-partijiet kontrattanti addottaw il-prinċipji tat-tmexxija li ġejjin, liema prinċipji jistgħu jintużaw mill-partijiet kontrattanti meta japplikaw il-ftehim dwar l-aċċettazzjoni mill-ġdid fil-futur;

    1. Id-dokumenti li ġejjin, inter alia, jistgħu jitqiesu li jipprovdu prova ta' residenza jew tranżitu;

    - bolla tad-dħul annessa mad-dokumenti ta' l-ivvjaġar mill-Parti Kontrattanti mitluba,

    - bolla tal-ħruġ ta' Stat li jinstab maġenb Parti Kontrattanti, billi tiġi kkunsidrata r-rotta ta' l-ivjaġġar u d-data tal-qsim tal-fruntiera,

    - bolla tad-dħul annessa ma' dokument falz jew ma' dokumenti ta' l-ivvjaġġar iffalsifikat mill-Parti Kontrattanti mitluba,

    - biljetti ta' l-ivjaġġar maħruġin bl-isem li jistgħu formalment jistabbilixxu d-dħul,

    - il-marki tas-swaba,

    - permess validu tar-residenza,

    - viża valida maħruġa mill-Parti Kontrattanti hekk mitluba,

    - karta ta' l-embarkazzjoni/tad-disembarkazzjoni li turi d-data tad-dħul fit-territorju tal-Parti Kontrattanti mitluba.

    2. Tista' tiġi stabbilita inter alia, preżunzjoni ta' residenza jew tranżitu, mill-evidenza indikativa segwenti:

    - dikjarazzjonijiet magħmula minn uffiċjali,

    - dikjarazzjonijiet magħmula minn terzi persuni,

    - dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna li tkun ser tiġi trasferita,

    - permess ta' residenza li jkun skada maħruġ mill-Parti Kontrattanti, irrispettivament mit-tip tiegħu,

    - viża li tkun skadiet mahruġa mill-Parti Kontrattanti mitluba,

    - dokumenti maħruġa bl-isem fit-territorju tal-Parti Kontrattanti mitluba,

    - biljetti ta' l-ivjaġġar,

    - kontijiet tal-lukanda,

    - karti neċessarji għad-dħul ġewwa postijiet pubbliċi jew privati fil-Partijiet Kontrattanti,

    - karti ta' l-appuntamenti mat-tobba, dentisti, eċċ.,

    - data li turi li l-persuna li għandha tiġi ttrasferita għamlet użu mis-servizzi ta' faċilitatur jew ta' aġenzija ta' l-ivjaġġar.

    3. Safejn l-Imsieħba ta' Schengen, waqt li jkunu qedgħin jikkonkludu l-ftehim dwar l-aċċettazzjoni mill-ġdid futuri, jikkunsidraw il-meżżi tal-prova imsemmija taħt il-punt numru 1, dawn għandom jipprovdu provi konklusivi ta' reżidenza jew ta' tranżitu. In prinċipju, m'għandha ssir l-ebda investigazzjoni ulterjuri. Madanakollu, għandha tkun ammissibbli evidenża kuntrarja (per eżempju meta turi li dokument huwa ikun ġie ffalsifikat jew huwa falz).

    4. Safejn l-Imsieħba ta' Schengen, jikkunsidraw l-evidenża kif imsemmija taħt il-punt numru 2 waqt li jkunu qedgħin jikkonkludu l-ftehim dwar l-aċċettazzjoni mill-ġdid futuri, dik l-evidenza għandha tistabbilixxi preżunzjoni ta' reżidenża jew ta' tranżitu. Din hija naturalment ribattibbli permezz ta' evidenza li turi l-kuntrarju.

    --------------------------------------------------

    Top