Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41993D0010

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' l-14 ta' Diċembru 1993 dwar id-dikjarazzjonijiet mogħtija mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat (SCH/Com-ex (93)10)

    ĠU L 239, 22.9.2000, p. 127–128 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/10(2)/oj

    41993D0010



    Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0127 - 0128


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

    ta' l-14 ta' Diċembru 1993

    dwar id-dikjarazzjonijiet mogħtija mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat

    (SCH/Com-ex (93)10)

    IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta il-Ftehim ta' Schengen,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Id-dikjarazzjonijiet mogħtija mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat fid-19 ta' Ġunju 1992 [1] u fit-30 ta' Ġunju 1993 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta u l-eżekuzzjoni tal-prerekwiżiti qegħdin b'dan jiġu kkonfermati.

    Pariġi, l-14 ta' Dicembru 1993.

    Il-President

    A. Lamassoure

    [1] Id-dikjarazzjonijiet magħmula fid-19 ta' Ġunju 1992 ma' ġewx ripetuti fl-acquis.

    --------------------------------------------------

    Madrid, 30 ta' Ġunju 1993.

    SCH/M (93) 14

    DIKJARAZZJONI TAL-MINISTRI U TAS-SEGRETARJI TA' L-ISTAT

    1. Il-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat qedgħin hawnhekk jaqblu biex jiffissaw l-għan politiku li japplikaw il-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-1990 sa mill-1 ta' Dicembru 1993.

    2. Il-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat qedgħin jinnutaw li l-prerekwiżiti li ġejjin ġew eżegwiti:

    - Il-Manwal Komuni,

    - l-arranġamenti għall-ħrug tal-viża uniformi u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżas,

    - l-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-asil,

    - l-ajruporti, kif ġie miftiehem fid-Dikjarazzjoni tal-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat tad-19 ta' Ġunju 1992.

    Sar progress kbir fir-rigward tal-prerekwiżiti l-oħra, li diġà ġew sodisfatti sal-punt li l-applikazzjoni imsemmija tkun tista' ssir mill-1 ta' Dicembru 1993. Għal dan il-għan, u b'konformità mal-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-1990, huma meħtieġa sforzi addizjonali biex jagħtu effett lill-ftehim li jkunu diġà ntlaħqu fir-rigward ta' kontrolli esteri fuq il-fruntieri u fuq id-drogi.

    Il-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat qegħdin jikkonfermaw li s-SIS li jkun jista' jitħaddem hija kondizzjoni essenzali għat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni. Diġà kien hemm progress sinifikanti f'dan is-settur. Huma qegħdin jaqblu li jħaffu x-xogħolijiet sabiex jippermettu li jingħata bidu għall-operazzjoni tas-SIS permezz ta' gradi malli l-Istati jtemmu b'suċċess il-provi u jibdew iħaddmu in-N.SISs tagħhom.

    3. Waqt il-laqgħa tiegħu f'Ottubru il-Kumitat Eżekuttiv għandu jikkunsidra s-sitwazzjoni finali tal-progress li jkun sar fit-twettiq ta' l-isforzi addizjonali imsemmijin hawn fuq.

    4. Il-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-1990 għandha tapplika fl-Istati Membri kollha li jkunu ssodisfaw il-prerekwiżiti u li jkollhom N.SIS li tista' titħaddem.

    Għal dan il-għan, l-Istati Membri kollha qedgħin iwiegħdu li jagħmlu l-arranġamenti kollha neċessarji sabiex ilestu il-proċeduri nazzjonali meħtieġa għar-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni u l-Ftehim ta' l-Adeżjoni.

    5. Il-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat qegħdin jiftiehmu li l-Istati Firmatarji oriġinali tal-Konvenzjoni ta' Schengen ta' l-1990 li jkunu għadhom m'għamlux dan għandhom jiddepożitaw l-istrumenti tar-ratifikazzjoni tagħhom mill-iktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mid-data li tippermetti li d-data ta' l-iskadenza imsemmija fil-paragrafu 1 tiġi rrispettata. Dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan qedgħin jiftiehmu ukoll li jiddepożitaw mill-iktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mid-data li tippermetti li t-terminu perentorju indikat fil-paragrafu 1 jiġi rrispettat, l-istrumenti tagħhom li jirratifikaw il-Ftehim ta' l-Adeżjoni ta' dawk l-Istati li jkunu qedgħin jintegraw in-N.SIS tagħhom fis-sistema. Dan l-impenn għandu japplika wkoll la darba l-bqija ta' l-Istati li jipparteċipaw fl-adeżjoni, jilħqu l-istess stadju fir-rigward tan-N.SIS rispettivi tagħħom.

    Il-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat qegħdin jaqblu li d-Dikjarrazzjoni fir-rigward ta' l-Artikolu 139 ta' l-Att Finali tal-Konvenzjoni jimplika li d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni huwa suġġett għal Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv li għandha tiġi adottata hekk kif il-prerekwiżiti ikunu ġew sodisfatti.

    --------------------------------------------------

    Top