Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026R0726

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/726 tad-19 ta’ Marzu 2026 dwar l-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta Ravenna skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2026/1987

ĠU L, 2026/726, 24.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/726/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/726/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/726

24.3.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/726

tad-19 ta’ Marzu 2026

dwar l-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ravenna” skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 97(3) flimkien mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ravenna”, li l-Kummissjoni kienet irċeviet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143, applikabbli għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 90(2) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’dan, l-emenda tal-Unjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-indikazzjoni ġeografika protetta “Ravenna” (IĠP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Christophe HANSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).

(3)   ĠU C, C/2025/6574, 10.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6574/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/726/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top