This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026R0305
Commission Delegated Regulation (EU) 2026/305 of 29 October 2025 supplementing Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards specifying the operational conditions, the representativeness obligation and the reporting requirements related to the active account requirement
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/305 tad-29 ta’ Ottubru 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet operazzjonali, l-obbligu ta’ rappreżentanza u r-rekwiżiti ta’ rapportar relatati mar-rekwiżit ta’ kont attiv
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/305 tad-29 ta’ Ottubru 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet operazzjonali, l-obbligu ta’ rappreżentanza u r-rekwiżiti ta’ rapportar relatati mar-rekwiżit ta’ kont attiv
C/2025/7124
ĠU L, 2026/305, 6.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/305/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
06/02/2026
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/305 |
6.2.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/305
tad-29 ta’ Ottubru 2025
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet operazzjonali, l-obbligu ta’ rappreżentanza u r-rekwiżiti ta’ rapportar relatati mar-rekwiżit ta’ kont attiv
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7a(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 7b tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrikjedi li l-kontropartijiet li għandhom l-obbligu li jżommu kont attiv skont l-Artikolu 7a ta’ dak ir-Regolament jirrapportaw kull sitt xhur lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw jekk dawk il-kontropartijiet jikkonformawx mal-obbligi stipulati f’dak l-Artikolu 7a. Dawk l-obbligi huma, fost l-oħrajn, stipulati fl-Artikolu 7a(3), il-punti (a) sa (d), ta’ dak ir-Regolament. L-obbligi stipulati fl-Artikolu 7a(3), il-punti (a), (b) u (c) huma ta’ natura operazzjonali, filwaqt li l-obbligu stipulat fl-Artikolu 7a(3), il-punt (d), jirrikjedi li t-tranżazzjonijiet li jiġu kklerjati fil-kont attiv ikunu rappreżentattivi tal-kuntratti tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax denominati f’euro jew zloty Pollakk jew derivattivi tar-rati tal-imgħax fuq terminu qasir denominati f’euro u li jiġu kklerjati f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kontropartijiet b’aktar tranżazzjonijiet fil-portafolli tagħhom ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet operazzjonali u rekwiżiti ta’ rapportar aktar stretti minn kontropartijiet b’inqas tranżazzjonijiet, dan ir-Regolament jipprevedi trattament differenti bejn il-kontropartijiet fir-rigward tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 7a(3), il-punt (d) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 7a(3) ta’ dak ir-Regolament jistipulaw rekwiżiti li huma speċifikati ulterjorment f’dan ir-Regolament. Madankollu, minħabba n-natura universali ta’ dawk ir-rekwiżiti, ma jkunx xieraq li ssir differenza bejniethom fir-rigward tad-daqs tal-portafolli tal-kontropartijiet differenti. Għall-Artikolu 7a(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif ukoll għar-rekwiżiti ta’ rapportar stipulati fl-Artikolu 7b ta’ dak ir-Regolament, dan ir-Regolament jistipula standards minimi li jenħtieġ li japplikaw għall-kontropartijiet kollha. Ikun sproporzjonat li jkun meħtieġ trattament aktar strett għall-kontropartijiet b’aktar tranżazzjonijiet. |
|
(3) |
L-obbligu operazzjonali stipulat fl-Artikolu 7a(3), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrikjedi li l-kont attiv ikun funzjonali b’mod permanenti. Għal dak l-iskop, jenħtieġ li l-kontropartijiet ikkonċernati jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti legali u tekniċi meħtieġa. Sabiex jiġu evitati kostijiet u piż bla bżonn għal dawn il-kontropartijiet, jenħtieġ li dawn jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom id-dokumentazzjoni li tagħti prova tal-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet operazzjonali, direttament jew indirettament permezz tal-membri tal-ikklerjar tagħhom, ivvalutata fil-kuntest tal-kontrolli tad-diliġenza dovuta tagħhom u l-proċeduri ta’ onboarding tagħhom meta jiftħu kontijiet tal-ikklerjar ġodda. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ewwel kundizzjoni operazzjonali tiġi ssodisfata u li l-kont attiv ikun funzjonali b’mod permanenti, jenħtieġ li l-kontropartijiet ikunu meħtieġa juru li għandhom l-arranġamenti legali u tekniċi li jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar fil-kuntratti tad-derivattivi rilevanti ma’ CCP tal-UE, direttament jew permezz ta’ membru tal-ikklerjar. Dawn il-kontropartijiet jenħtieġ li jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom id-dokumentazzjoni li tagħti prova tal-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet operazzjonali, direttament jew indirettament permezz tal-membri tal-ikklerjar tagħhom, bħala parti mill-kontrolli tad-diliġenza dovuta normali tagħhom u l-proċeduri ta’ onboarding tagħhom meta jiftħu kontijiet tal-ikklerjar ġodda, sabiex jiġi evitat l-iġġenerar ta’ kostijiet u piż bla bżonn għall-kontropartijiet. |
|
(5) |
L-Artikolu 7a(3), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrikjedi li l-kontropartijiet ikollhom sistemi u riżorsi disponibbli biex ikunu jistgħu joperaw il-kont attiv, anki fi żmien qasir, għal volumi kbar tal-kuntratti tad-derivattivi. L-Artikolu 7a(3), il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi li t-tranżazzjonijiet ġodda kollha fil-kuntratti tad-derivattivi jkunu jistgħu jiġu kklerjati fil-kont attiv f’kull mument Għalhekk, jenħtieġ li l-kontropartijiet ikollhom is-sistemi interni u r-riżorsi ddedikati meħtieġa biex jimmonitorjaw l-iskoperturi tagħhom, u l-arranġamenti interni biex jużaw il-kont meta jiżdiedu l-volumi tal-ikklerjar, inkluża l-possibbiltà li jivvalutaw kwalunkwe ostaklu legali jew operazzjonali potenzjali li jista’ jipprevjenihom milli jwettqu onboarding ta’ ammont sinifikanti ta’ tranżazzjonijiet addizzjonali, jew ifixkel il-kapaċità tagħhom li jagħmlu dan. |
|
(6) |
L-Artikolu 7a(4), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrikjedi li l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a(3), il-punti (a), (b) u (c) ta’ dak ir-Regolament tiġi ttestjata għall-istress mill-inqas darba fis-sena. Għal dak l-iskop, jenħtieġ li l-kontropartijiet iwettqu testijiet tekniċi u funzjonali fuq il-konnettività tal-IT tagħhom mas-CCP awtorizzata, jew mal-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom li jipprovdu servizzi ta’ kklerjar tal-klijenti. Sabiex jikkonfermaw il-kapaċità operazzjonali tal-kont attiv tagħhom u l-kapaċità tiegħu li jiflaħ għal żidiet kbar ta’ volumi fi żmien qasir, jenħtieġ li l-kontropartijiet juru lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom li jkunu wettqu dawk it-testijiet tekniċi u funzjonali. |
|
(7) |
L-Artikolu 7a(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrikjedi li l-kontropartijiet jiżguraw li t-tranżazzjonijiet li jiġu kklerjati fil-kont attiv ikunu rappreżentattivi tal-kuntratti tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax denominati f’euro jew zloty Pollakk jew derivattivi tar-rati tal-imgħax fuq terminu qasir denominati f’euro u li jiġu kklerjati f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali. Skont l-Artikolu 7a(8), it-tieni subparagrafu, l-ESMA trid tiżgura tali rappreżentanza billi tagħżel massimu ta’ tliet klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivattivi, soġġetti għal limitu ta’ erba’ firxiet ta’ maturità, u billi tispeċifika l-firxiet differenti tad-daqs tat-tranżazzjonijiet, soġġetti għal limitu ta’ tliet firxiet ta’ daqsijiet tat-tranżazzjonijiet. L-għażla ta’ klassijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi jenħtieġ li tiżgura li l-kontijiet attivi kkonċernati jaqbdu l-massimu tal-klassijiet ta’ derivattivi b’rati tal-imgħax diġà soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Jenħtieġ ukoll li tevita li d-derivattivi jiġu aggregati f’kategoriji li ma jikkondividux karatteristiċi komuni u essenzjali, filwaqt li fl-istess ħin jingħata lok għall-possibbiltà li titfassal aħjar ir-rappreżentanza relatata tat-tranżazzjonijiet ikklerjati fil-kontijiet attivi għal kull suq speċifiku, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-likwidità, it-tkabbir u l-livell ta’ attività tagħhom ta’ kull servizz tal-ikklerjar meqjus ta’ importanza sistemika sostanzjali meta mqabbel mal-attività tas-CCPs tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-metodoloġija għall-għażla tal-klassijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi jenħtieġ li tkun flessibbli u tibqa’ valida fil-futur, filwaqt li tindirizza l-iżviluppi tas-suq u tadatta għall-evoluzzjoni tal-grad ta’ importanza sistemika tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi u tiżgura li r-riskji relatati għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jkunu mitigati biżżejjed. Għal dik ir-raġuni, wara li jitqiesu l-klassijiet ta’ derivattivi diġà soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, il-likwidità rispettiva u l-importanza relattiva tagħhom, jenħtieġ li jiġu definiti tliet klassijiet għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati f’euro, żewġ klassijiet għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati fi zloty Pollakk u żewġ klassijiet għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax fuq terminu qasir denominati f’euro. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata tat-tranżazzjonijiet, il-firxiet ta’ maturità u l-firxiet tat-tranżazzjonijiet tal-aktar subkategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ derivattivi, l-għadd tal-aktar subkategoriji rilevanti, u d-durata tal-perjodu ta’ referenza għal kull servizz tal-ikklerjar meqjusa ta’ importanza sistemika sostanzjali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-likwidità rispettiva u d-distribuzzjoni tipika fost il-parteċipanti fis-suq. Meta jitqies li l-univers tat-tranżazzjonijiet tipiċi jvarja b’mod sinifikanti bejn il-klassijiet tad-derivattivi kkunsidrati, huwa xieraq li l-kontropartijiet jingħataw mandat biex jagħżlu ħames subkategoriji l-aktar rilevanti għal kull waħda mit-tliet klassijiet magħżula ta’ derivattivi tar-rati tal-imgħax denominati f’euro, subkategorija waħda l-aktar rilevanti għal kull waħda miż-żewġ klassijiet magħżula ta’ derivattivi tar-rati tal-imgħax denominati fi zloty Pollakk u erba’ subkategoriji l-aktar rilevanti għal kull waħda miż-żewġ klassijiet magħżula ta’ derivattivi tar-rati tal-imgħax fuq terminu qasir denominati f’euro. |
|
(9) |
Sabiex jiġi evitat li l-kontropartijiet jiġu mġiegħla jikklerjaw ċerti prodotti derivattivi fl-Unjoni li ma jikklerjawx f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali, jenħtieġ li l-kontropartijiet jiddeterminaw l-aktar subkategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi skont l-attività tal-ikklerjar tagħhom f’kull klassi ta’ derivattivi soġġetta għall-kont attiv. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżit tal-kont attiv stabbilit fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li l-kontropartijiet jikkalkulaw l-attivitajiet u l-iskoperturi għar-riskju tagħhom fil-kategoriji tad-derivattivi kkonċernati u jipprovdu lill-awtorità kompetenti tagħhom data aggregata dwar dawk il-kategoriji, inkluż tqassim tad-data skont is-CCP. Dak ir-rapport jenħtieġ li jkun fih ukoll informazzjoni li tippermetti lill-awtorità kompetenti tivvaluta kif il-kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet operazzjonali u l-obbligu ta’ rappreżentanza tar-rekwiżit tal-kont attiv, inkluż l-għadd ta’ tranżazzjonijiet ikklerjati fil-kontijiet attivi tal-kontropartijiet u s-subkategoriji magħżula. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 7b tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-kontropartijiet jridu jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw il-konformità ma’ dak l-obbligu u jridu jagħmlu dan kull sitt xhur. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk il-kontropartijiet ikkonċernati jikkonformawx mar-rekwiżit tal-kont attiv mill-bidu tal-operazzjonijiet tagħhom, jenħtieġ li l-ewwel rapport ikopri l-perjodu minn meta l-kontropartijiet isiru soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar il-kont attiv sad-data tar-rapportar li jkun imiss. |
|
(12) |
Sabiex jiġi żgurat rapportar effettiv, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għal dawk ir-rapporti. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, European Securities and Markets Authority). |
|
(14) |
Qabel ma ppreżentat l-abbozz tal-istandards tekniċi li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, l-ESMA kkonsultat lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, European Banking Authority), lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA, European Insurance and Occupational Pension Authority), lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), u lill-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati, filwaqt li qieset l-aġenda ta’ simplifikazzjoni kumplessiva tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar, u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KUNDIZZJONIJIET OPERAZZJONALI
Artikolu 1
Rekwiżiti għall-arranġamenti kuntrattwali, il-politiki u l-proċeduri u l-konnettività tal-IT
Il-kontropartijiet soġġetti għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7a(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għandhom fis-seħħ:
|
(a) |
arranġament kuntrattwali, li jidħol fid-dettall dwar kif kont attiv ma’ CCP awtorizzata jista’ jiġi aċċessat u użat, inkluż fir-rigward ta’ kontijiet ta’ flus u ta’ kollateral, jew direttament, permezz ta’ membru tal-ikklerjar jew inkella permezz ta’ klijent li jipprovdi servizzi ta’ kklerjar tal-klijenti fil-kategoriji ta’ kuntratti tad-derivattivi msemmija fl-Artikolu 7a(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(b) |
il-politiki u l-proċeduri interni rigward l-arranġamenti kuntrattwali msemmija fil-punt (a); |
|
(c) |
ambjent tal-IT suffiċjenti għall-konnessjoni mal-kont attiv direttament ma’ CCP awtorizzata, jew inkella permezz ta’ membru tal-ikklerjar jew klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti u li jiflaħ għall-volumi awtorizzati minn dak ir-Regolament. |
Artikolu 2
Rekwiżiti għall-kapaċità operazzjonali tal-kontroparti biex tappoġġa żieda kbira fl-attività tal-ikklerjar u fluss kbir ta’ tranżazzjonijiet f’perjodu qasir ta’ żmien
1. Il-kontropartijiet soġġetti għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7a(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għandhom:
|
(a) |
sistemi interni li jimmonitorjaw l-iskoperturi tal-kontroparti; |
|
(b) |
arranġamenti interni biex jappoġġaw fluss kbir ta’ tranżazzjonijiet minn pożizzjonijiet miżmuma f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f’xenarji differenti li jivvalutaw kwalunkwe ostaklu legali u operazzjonali potenzjali li jipprevjeni dawk il-pożizzjonijiet milli jiġu ttrasferiti; |
|
(c) |
ir-riżorsi umani meħtieġa biex jappoġġaw it-tħaddim kif suppost tal-arranġamenti tal-ikklerjar il-ħin kollu, inkluż fejn il-kont ikollu jappoġġa:
|
|
(d) |
dikjarazzjoni bil-miktub mis-CCP, mill-membru tal-ikklerjar jew inkella mill-fornitur tas-servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti, li tikkonferma li s-CCP għandha l-kapaċità operazzjonali li tikklerja wieħed miż-żewġ ammonti li ġejjin:
|
|
(e) |
dikjarazzjoni bil-miktub mill-kontroparti li tikkonferma li l-kontroparti nnifisha jew il-fornitur tas-servizzi tal-ikklerjar tagħha għandu l-kapaċità operazzjonali li jikklerja wieħed miż-żewġ ammonti li ġejjin:
|
Artikolu 3
Ittestjar tal-istress tal-kundizzjonijiet operazzjonali tal-kont attiv
L-ittestjar tal-istress imsemmi fl-Artikolu 7a(4), ir-raba’ subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jikkonsisti f’testijiet tekniċi u funzjonali li jivverifikaw il-kapaċità operazzjonali u t-tħaddim tal-konnettività tal-IT mas-CCP, direttament jew indirettament, mal-membru tal-ikklerjar jew mal-klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti f’konformità mal-Artikolu 1.
Dawk it-testijiet tekniċi u funzjonali għandhom juru lill-awtorità kompetenti li l-kont tal-kontroparti jista’ jiflaħ għal żieda sostanzjali fl-attività tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punti (d) u (e).
It-testijiet għandhom isiru kull sena.
KAPITOLU II
OBBLIGU TA’ RAPPREŻENTANZA
Artikolu 4
Obbligu ta’ rappreżentanza għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati f’euro
1. Il-kontropartijiet soġġetti għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7a(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u li jikklerjaw derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati f’euro, għandhom jikklerjaw mill-inqas l-għadd minimu meħtieġ ta’ tranżazzjonijiet kif deskritt fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7a(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f’kull waħda mill-ħames subkategoriji l-aktar rilevanti f’CCP awtorizzata għal kull klassi ta’ derivattivi denominata f’euro stabbilita fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 (3).
2. Għal kull klassi ta’ derivattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kontropartijiet imsemmija f’dak il-paragrafu għandhom jidentifikaw il-ħames subkategoriji l-aktar rilevanti li fihom jikklerjaw l-aktar tranżazzjonijiet f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-ħames subkategoriji l-aktar rilevanti għandhom jintgħażlu, għal kull klassi ta’ derivattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, minn fost is-subkategoriji stabbiliti rispettivament fit-Tabella 1, it-Tabella 2 u t-Tabella 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, u matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 3.
3. Għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati f’euro, il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 7a(4), il-ħames subparagrafu, l-ewwel sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jkun:
|
(a) |
xahar għall-kontropartijiet b’volum ta’ kklerjar nozzjonali pendenti ta’ aktar minn EUR 100 biljun f’kuntratti tad-derivattivi; |
|
(b) |
sitt xhur għall-kontropartijiet b’volum ta’ kklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 100 biljun f’kuntratti tad-derivattivi. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 3, il-kontropartijiet għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti kkonċernata li ma hemm l-ebda differenza sistematika jew materjali fid-daqsijiet jew fil-maturitajiet medji tat-tranżazzjonijiet bejn id-derivattivi kklerjati f’CCP awtorizzata u d-derivattivi kklerjati f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali.
Artikolu 5
Obbligu ta’ rappreżentanza għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati fi zloty Pollakk
1. Il-kontropartijiet soġġetti għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7a(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u li jikklerjaw derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC denominati fi zloty Pollakk, għandhom jikklerjaw mill-inqas l-għadd minimu meħtieġ ta’ tranżazzjonijiet kif deskritt fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7a(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f’kull subkategorija rilevanti f’CCP awtorizzata għal kull klassi ta’ derivattivi denominata fi zloty Pollakk stabbilita fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 (4).
2. Għal kull klassi ta’ derivattivi msemmija fil-paragrafu 1, il-kontropartijiet imsemmija f’dak il-paragrafu għandhom jidentifikaw l-aktar subkategorija rilevanti li fiha jikklerjaw l-aktar tranżazzjonijiet f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-aktar subkategorija rilevanti għandha tintgħażel għal kull klassi ta’ derivattivi msemmija fil-paragrafu 1 minn fost is-subkategoriji stabbiliti rispettivament fit-Tabella 4 u fit-Tabella 5 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, u matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 3.
3. Għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax denominati fi zloty Pollakk, il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 7a(4), il-ħames subparagrafu, l-ewwel sentenza tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jkun ta’ 12-il xahar.
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 3, il-kontropartijiet għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti kkonċernata li ma hemm l-ebda differenza sistematika jew materjali fid-daqsijiet jew fil-maturitajiet medji tat-tranżazzjonijiet bejn id-derivattivi kklerjati f’CCP awtorizzata u d-derivattivi kklerjati f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali.
Artikolu 6
Obbligu ta’ rappreżentanza għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax ta’ terminu qasir denominati f’euro
1. Il-kontropartijiet soġġetti għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7a(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u li jikklerjaw derivattivi tar-rati tal-imgħax fuq terminu qasir denominati f’euro, għandhom jikklerjaw mill-inqas l-għadd minimu meħtieġ ta’ tranżazzjonijiet kif deskritt fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7a(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f’kull waħda mill-erba’ subkategoriji l-aktar rilevanti f’CCP awtorizzata għal kull klassi ta’ derivattivi fit-Tabella 6 stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. Għal kull klassi ta’ derivattivi stabbilita fit-Tabella 6 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, il-kontropartijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jidentifikaw l-erba’ subkategoriji l-aktar rilevanti li fihom jikklerjaw l-aktar tranżazzjonijiet f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-erba’ subkategoriji l-aktar rilevanti għandhom jintgħażlu, għal kull klassi ta’ derivattivi stabbilita fit-Tabella 6 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, minn fost is-subkategoriji stabbiliti fit-Tabella 7 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għad-derivattivi li jagħmlu referenza għall-Euribor matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 3 u minn fost is-subkategoriji stabbiliti fit-Tabella 8 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għad-derivattivi li jagħmlu referenza għall-€STR matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 4.
3. Għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax fuq terminu qasir li jagħmlu referenza għar-Rata interbankarja offruta f’Euro (Euribor, Euro Interbank Offered Rate), il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 7a(4), il-ħames subparagrafu, l-ewwel sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jkun:
|
(a) |
xahar għall-kontropartijiet b’volum ta’ kklerjar nozzjonali pendenti ta’ aktar minn EUR 100 biljun f’kuntratti tad-derivattivi; |
|
(b) |
sitt xhur għall-kontropartijiet b’volum ta’ kklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 100 biljun f’kuntratti tad-derivattivi. |
4. Għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax fuq terminu qasir li jagħmlu referenza għar-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), il-perjodu ta’ referenza għandu jkun:
|
(a) |
sitt xhur għall-kontropartijiet b’volum ta’ kklerjar nozzjonali pendenti ta’ aktar minn EUR 100 biljun f’kuntratti tad-derivattivi; |
|
(b) |
12-il xahar għall-kontropartijiet b’volum ta’ kklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 100 biljun f’kuntratti tad-derivattivi. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, il-kontropartijiet għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti kkonċernata li ma hemm l-ebda differenza sistematika jew materjali fid-daqsijiet medji tat-tranżazzjonijiet tal-prodotti kklerjati f’CCP awtorizzata u l-prodotti kklerjati f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali.
KAPITOLU III
REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR
Artikolu 7
Rapportar dwar il-limiti aggregati għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kont attiv
1. Kull sitt xhur, il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom l-informazzjoni msemmija fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. L-informazzjoni msemmija fit-Tabella 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rrapportata fil-livell tal-kontroparti. Madankollu, meta l-kontroparti tappartjeni għal grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7a(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-informazzjoni msemmija fit-Tabella 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rrapportata wkoll fil-livell ta’ kwalunkwe sussidjarja, fl-Unjoni u barra minnha.
Artikolu 8
Rapportar dwar il-kundizzjonijiet operazzjonali tal-kont attiv
1. Kull sitt xhur, il-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tagħhom dikjarazzjoni bil-miktub li tikkonferma li jikkonformaw mal-Artikoli 1, 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kontropartijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tagħhom id-dokumentazzjoni meħtieġa biex jagħtu prova li l-kontropartijiet jikkonformaw mal-Artikoli 1, 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Rapportar dwar l-obbligu ta’ rappreżentanza
1. Kull sitt xhur, il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti:
|
(a) |
is-subkategoriji l-aktar rilevanti, kif imsemmija fl-Artikoli 4(2), 5(2) u 6(2) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
l-għadd ta’ tranżazzjonijiet ikklerjati, f’kull waħda mill-aktar subkategorija rilevanti msemmija fl-Artikoli 4(2), 5(2) u 6(2), għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi u għal kull perjodu ta’ referenza f’servizzi tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali kif speċifikat skont l-Artikolu 25(2c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(c) |
l-għadd ta’ tranżazzjonijiet ikklerjati, abbażi tal-medja tat-12-il xahar preċedenti, f’kull waħda mill-aktar subkategorija rilevanti msemmija fl-Artikoli 4(2), 5(2) u 6(2), għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi u għal kull perjodu ta’ referenza f’CCP awtorizzata; |
|
(d) |
id-durata tal-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikoli 4(3) u 5(3) u l-Artikolu 6(3) u (4). |
2. Il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti meta l-għadd ta’ tranżazzjonijiet ikklerjati f’subkategorija tal-kuntratti tad-derivattivi msemmija fl-Artikolu 7a(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jaqbeż nofs it-tranżazzjonijiet totali tat-12-il xahar preċedenti ta’ dik il-kontroparti.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kontropartijiet għandhom jużaw, għal kull klassi ta’ derivattivi, it-Tabelli stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, kif xieraq.
Artikolu 10
Arranġamenti ta’ rapportar mill-kontropartijiet lill-awtoritajiet kompetenti
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtoritajiet kompetenti li jitolbu rapportar aktar frekwenti skont l-Artikolu 7b(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-kontropartijiet għandhom jissottomettu rapporti konformi mal-mudelli stabbiliti fl-Anness II u III ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti fl-aħħar jum ta’ Jannar u fl-aħħar jum ta’ Lulju kull sena. Kull rapport għandu jkun fih l-informazzjoni rigward it-12-il xahar preċedenti.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-ewwel sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tad-data konformi mal-mudelli stabbiliti fl-Anness II u III għandha ssir fl-ewwel data tar-rapportar li tiġi mhux qabel sitt xhur minn 26 ta' Frar 2026. Id-data għandu jkun fiha informazzjoni rigward il-perjodu kollu li jibda minn dik id-data sad-data tar-rapportar.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/648/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta’ Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2205/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta’ Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/1178/oj).
ANNESS I
Klassijiet ta’ derivattivi u subkategoriji rilevanti għall-obbligu ta’ rappreżentanza
Tabella 1
Subkategoriji għal EUR fiss għal varjabbli
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
||
|
Maturità |
[0-25M] |
[25M-50M] |
[50M] |
|
[0-5Y] |
|
|
|
|
[5Y-10Y] |
|
|
|
|
[10Y-15Y] |
|
|
|
|
[15Y] |
|
|
|
Tabella 2
Subkategoriji għal EUR OIS
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
||
|
Maturità |
[0-25M] |
[25M-100M] |
[100M] |
|
[0-1Y] |
|
|
|
|
[1Y-2Y] |
|
|
|
|
[2Y-5Y] |
|
|
|
|
[5Y] |
|
|
|
Tabella 3
Subkategoriji għal EUR FRA
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
||
|
Maturità |
[0-75M] |
[75M-200M] |
[200M] |
|
[0-6M] |
|
|
|
|
[6M-12M] |
|
|
|
|
[12M-18M] |
|
|
|
|
[18M] |
|
|
|
Tabella 4
Subkategoriji għal PLN fiss għal varjabbli
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ PLN) |
|
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
|
Kwalunkwe maturità |
|
Tabella 5
Sottokategoriji għal PLN FRA
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
|
Kwalunkwe maturità |
|
Tabella 6
Klassijiet ta’ derivattivi għal EUR STIR
|
Eżekuzzjoni |
Sottostanti |
Indiċi ta’ referenza |
Munita tas-saldu |
Tip ta’ munita tas-saldu |
Opzjonalità |
|
Skambju tal-UE jew ta’ pajjiż terz |
Rata tal-imgħax ta’ 3 xhur |
Euribor |
EUR |
Munita unika |
Eskluż |
|
Skambju tal-UE jew ta’ pajjiż terz |
Rata tal-imgħax ta’ 3 xhur |
€STR |
EUR |
Munita unika |
Eskluż |
Tabella 7
Sottokategoriji għar-referenzjar ta’ EUR STIR Euribor
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
|
[0-6M] |
|
|
[6M-12M] |
|
|
[12M-24M] |
|
|
[24M] |
|
Tabella 8
Sottokategoriji għal EUR STIR ta’ referenzar €STR
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
|
[0-6M] |
|
|
[6M-12M] |
|
|
[12M-24M] |
|
|
[24M] |
|
ANNESS II
Prodotti msemmija fl-Artikolu 7
Tabella 1
Informazzjoni tal-kontroparti
|
|
Kamp |
Dettalji li għandhom jiġu rrappurtati |
|
1 |
Data tar-rapportar |
Data tal-preżentazzjoni tar-rapport lill-awtorità kompetenti |
|
2 |
Kontroparti soġġetta għar-RAA |
L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-kontroparti għal tranżazzjoni derivattiva li qed tissodisfa l-obbligu ta’ rapportar tagħha permezz tar-rapport ikkonċernat. Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ derivattiv allokata eżegwita minn maniġer ta’ fond f’isem fond, il-fond u mhux il-maniġer tal-fond jiġi rrapportat bħala l-kontroparti. |
|
3 |
Natura tal-kontroparti |
Indika jekk il-kontroparti hijiex CCP, kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti 1, 8 u 9, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew entità kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt 5, ta’ dak ir-Regolament. |
|
4 |
Entitajiet fi ħdan il-grupp |
Lista tal-Identifikaturi ta’ Entità Ġuridika (LEIs) tal-entitajiet fi ħdan il-grupp. |
|
5 |
Entità omm apikali |
L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-Entità Omm Apikali tal-grupp. |
|
6 |
Membru tal-ikklirjar |
L-identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-membru tal-ikklirjar. |
Tabella 2
Attivitajiet u skoperturi għar-riskju
|
|
Kamp |
Dettalji li għandhom jiġu rrappurtati |
Total |
||||||||
|
1 |
L-ammont Nozzjonali Gross pendenti tal-pożizzjoni aggregata medja fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti fil-kategoriji ta’ kuntratti tad-derivattivi kklerjati skont l-Artikolu 7a(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 |
Is-somma aggregata tal-ammont nozzjonali tal-komponent 1 u, fejn applikabbli, l-ammont nozzjonali tal-komponent 2, għad-derivattivi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-rapportar, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1855 (1) |
|
||||||||
|
2 |
Dimensjoni 1 – Tqassim totali skont il-kategorija ta’ derivattiv |
EUR OTC IRD |
PLN OTC ORD |
EUR STIR |
|||||||
|
|
|
|
|||||||||
|
3 |
Dimensjoni 2 – Diżaggregazzjoni skont is-CCP (UE–/–Grad 2–/Grad 1) (rapportar fil-livell tal-LEI tas-CCP) |
CCP1 |
CCP2 |
… |
CCP1 |
CCP2 |
… |
CCP1 |
CCP2 |
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1855 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji minimi tad-data li għandha tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u t-tip ta’ rapporti li għandhom jintużaw (ĠU L 262, 7.10.2022. p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/1855/oj).
ANNESS III
Rapportar għall-obbligu ta’ rappreżentanza
[Għandha timtela bin-numru ta’ tranżazzjonijiet għal kull subkategorija għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivattivi u għal kull perjodu ta’ referenza applikabbli.]
Tabella 1
Subkategoriji għal EUR fiss għal varjabbli
|
Perjodu ta’ referenza |
|
||||||
|
Servizz tal-ikklirjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) |
CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 |
||||||
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
||||
|
Maturità |
[0-25M] |
[25M-50M] |
[50M] |
Maturità |
[0-25M] |
[25M-50M] |
[50M] |
|
[0-5Y] |
|
|
|
[0-5Y] |
|
|
|
|
[5Y-10Y] |
|
|
|
[5Y-10Y] |
|
|
|
|
[10Y-15Y] |
|
|
|
[10Y-15Y] |
|
|
|
|
[15Y] |
|
|
|
[15Y] |
|
|
|
Tabella 2
Subkategoriji għal EUR OIS
|
Perjodu ta’ referenza |
|
||||||
|
Servizz tal-ikklirjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) |
CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 |
||||||
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
||||
|
Maturità |
[0-25M] |
[25M-100M] |
[100M] |
Maturità |
[0-25M] |
[25M-100M] |
[100M] |
|
[0-1Y] |
|
|
|
[0-1Y] |
|
|
|
|
[1Y-2Y] |
|
|
|
[1Y-2Y] |
|
|
|
|
[2Y-5Y] |
|
|
|
[2Y-5Y] |
|
|
|
|
[5Y] |
|
|
|
[5Y] |
|
|
|
Tabella 3
Sottokategoriji għal PLN FRA
|
Perjodu ta’ referenza |
|
||||||
|
Servizz tal-ikklirjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25 (2c) |
CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 |
||||||
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
||||
|
Maturità |
[0-75M] |
(75M-200M] |
(200M+] |
Maturità |
[0-75M] |
(75M-200M] |
(200M+] |
|
[0-6M] |
|
|
|
[0-6M] |
|
|
|
|
(6M-12M] |
|
|
|
(6M-12M] |
|
|
|
|
(12M-18M] |
|
|
|
(12M-18M] |
|
|
|
|
(18M+] |
|
|
|
(18M+] |
|
|
|
Tabella 4
Subkategoriji għal PLN fiss għal varjabbli
|
Servizz tal-ikklirjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) |
CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 |
||
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
|
Kwalunkwe maturità |
|
Kwalunkwe maturità |
|
Tabella 5
Sottokategoriji għal PLN FRA
|
Servizz tal-ikklirjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) |
CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 |
||
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
|
Kwalunkwe maturità |
|
Kwalunkwe maturità |
|
Tabella 6
Sottokategoriji għar-referenzjar ta’ EUR STIR Euribor
|
Perjodu ta’ referenza |
|
|||
|
Servizz tal-ikklirjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) |
CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 |
|||
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
|
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
|
|
[0-6M] |
|
[0-6M] |
|
|
|
[6M-12M] |
|
[6M-12M] |
|
|
|
[12M-24M] |
|
[12M-24M] |
|
|
|
[24M] |
|
[24M] |
|
|
Tabella 7
Sottokategoriji għal EUR STIR ta’ referenzar €STR
|
Perjodu ta’ referenza |
|
|||
|
Servizz tal-ikklirjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) |
CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 |
|||
|
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
Daqs tal-kummerċ (f’miljuni ta’ EUR) |
|
|
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
Maturità |
Kwalunkwe daqs tal-kummerċ |
|
|
[0-6M] |
|
[0-6M] |
|
|
|
[6M-12M] |
|
[6M-12M] |
|
|
|
[12M-24M] |
|
[12M-24M] |
|
|
|
[24M] |
|
[24M] |
|
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/305/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)