This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026G02439
Council Resolution on amendments to the Model Agreement for setting up a Joint Investigation Team
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar emendi għall-Mudell ta' Ftehim għall-istabbiliment ta' Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar emendi għall-Mudell ta' Ftehim għall-istabbiliment ta' Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta
ST/7920/2026/INIT
ĠU C, C/2026/2439, 29.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2439/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2439 |
29.4.2026 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar emendi għall-Mudell ta' Ftehim għall-istabbiliment ta' Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta
(C/2026/2439)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WARA LI KKUNSIDRA:
L-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2000 u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti.
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2022/C 44/01 dwar il-Mudell ta' Ftehim rivedut għall-istabbiliment ta' Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta.
FILWAQT LI JFAKKAR LI:
L-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar l-assistenza reċiproka f'materji kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1)(“il-Konvenzjoni”) fih dispożizzjonijiet dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti.
Fit-13 ta' Ġunju 2002, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni Kwadru 2002/465/JHA dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (2) (“id-Deċiżjoni Kwadru”).
FILWAQT LI JIEĦU NOTA LI:
L-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunti (“SIK”) urew li huma waħda mill-aktar għodod ta' suċċess għall-kooperazzjoni transfruntiera f'materji kriminali fl-Unjoni Ewropea, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti ta' żewġ Stati Membri jew aktar, u fejn xieraq pajjiżi terzi u/jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali, iwettqu investigazzjonijiet kriminali b'mod konġunt għal skop speċifiku u perjodu limitat.
L-għadd u l-kumplessità dejjem akbar ta' investigazzjonijiet kriminali transfruntieri, inkluż dawk relatati mal-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità, enfasizzaw il-ħtieġa dejjem akbar għal għodod siguri u effiċjenti li jippermettu l-iskambju rapidu ta' informazzjoni u evidenza bejn il-membri u l-parteċipanti tal-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunti.
Ir-Regolament (UE) 2023/969 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li daħal fis-seħħ fis-6 ta' Ġunju 2023, stabbilixxa l-Pjattaforma ta' Kollaborazzjoni tas-SIK sabiex tappoġġa, issaħħaħ u timmodernizza l-funzjonament tas-SIK. L-istabbiliment ta' dan l-ambjent diġitali sigur għandu l-għan li jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw f'SIK billi jippermetti skambju sigur ta' informazzjoni u evidenza, komunikazzjoni sigura, traċċabbiltà tal-evidenza u appoġġ għall-proċess tal-evalwazzjoni ta' SIK.
Il-premessa 14 tar-Regolament (UE) 2023/969 tirrikonoxxi li ftehim dwar SIK għandu jkun prerekwiżit għall-użu tal-Pjattaforma ta' Kollaborazzjoni tas-SIK u li, sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-pjattaforma, il-kontenut tal-ftehimiet futuri kollha dwar SIK irid jiġi adattat biex iqis id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament.
Barra minn hekk, il-Premessa 15 tal-istess Regolament tirrikonoxxi li n-Netwerk tas-SIK żviluppa mudell ta' ftehim biex jiffaċilita l-istabbiliment ta' SIK, u tipprevedi li l-kontenut ta' dak il-mudell ta' ftehim (u l-appendiċijiet tiegħu) għandu jiġi adattat biex iqis l-użu tal-Pjattaforma ta' Kollaborazzjoni tas-SIK u r-regoli li jirregolaw l-aċċess għaliha.
KONVINTI LI:
Diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2023/969 jirrikjedu li elementi speċifiċi relatati mal-użu tal-Pjattaforma ta' Kollaborazzjoni tas-SIK ikunu riflessi fil-ftehim rilevanti dwar SIK. Dawn id-dispożizzjonijiet jindirizzaw, fost l-oħrajn, il-ħolqien ta' spazji ta' kollaborazzjoni fi ħdan il-pjattaforma, l-għoti ta' aċċess lill-utenti u r-regoli għal tali aċċess, il-ħatra ta' amministraturi tal-ispazju tas-SIK u kontrollur tad-data fir-rigward tad-data personali skambjata permezz tal-Pjattaforma ta' Kollaborazzjoni tas-SIK minn pajjiżi terzi jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali, u maħżuna fiha.
Għalhekk huwa xieraq li l-mudell ta' ftehim jiġi adattat f'konformità mar-Regolament billi jiġi introdott Artikolu 12 ġdid biex jassisti lill-partijiet tas-SIK jaqblu dwar dispożizzjonijiet li jirregolaw l-użu tal-Pjattaforma ta' Kollaborazzjoni tas-SIK. Dan l-Artikolu 12 il-ġdid huwa stabbilit fl-Anness. L-artikoli fil-mudell ta' ftehim dwar SIK li jiġu wara l-Artikolu 12 il-ġdid ser jiġu nnumerati mill-ġdid kif xieraq.
JINKORAĠĠIXXI
Lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta mal-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri oħra, f'konformità mat-termini tad-Deċiżjoni Kwadru u l-Konvenzjoni, jew minn Stati mhux tal-UE, abbażi tal-istrumenti internazzjonali rilevanti, jużaw, fejn adatt, il-Mudell ta' Ftehim kif emendat b'din ir-Riżoluzzjoni sabiex jaqblu dwar il-modalitajiet għall-Iskwadra ta' Investigazzjoni Konġunta.
ANNESS
Artikolu 12 ġdid tal-Mudell ta' Ftehim għall-Istabbiliment ta' Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta
Artikolu 12
12. Użu tal-pjattaforma ta' kollaborazzjoni tas-SIK
Il-partijiet jaqblu li jużaw il-pjattaforma ta' kollaborazzjoni tas-SIK f'konformità mar-Regolament (UE) 2023/969 tal-10 ta' Mejju 2023.
12.1. Aċċess għall-ispazju ta' kollaborazzjoni tas-SIK
L-aċċess għall-ispazju ta' kollaborazzjoni tas-SIK għandu jingħata lill-entitajiet li ġejjin, sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tar-rwoli tagħhom fis-SIK (jekk jogħġbok ħassar dak li mhuwiex applikabbli):
|
— |
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti f'din is-SIK; |
|
— |
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), meta jkun involut f'din is-SIK; |
|
— |
l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi involuti f'din is-SIK; |
|
— |
il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kompetenti tal-Unjoni involuti f'din is-SIK, inkluż, fejn applikabbli, il-Eurojust, il-Europol u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF); |
|
— |
ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali involuti f'din is-SIK; |
|
— |
is-Segretarjat tan-Netwerk tas-SIK, għall-finijiet li ġejjin:
|
Fil-każ li entità tirtira mill-ftehim dwar SIK qabel l-iskadenza tiegħu, hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-amministratur(i) tal-ispazju tas-SIK biex tiżgura d-diżattivazzjoni f'waqtha tal-aċċess tal-entità għall-ispazju ta' kollaborazzjoni tas-SIK.
12.2. Amministratur(i) tal-ispazju tas-SIK
Il-partijiet jaħtru l-amministraturi tal-ispazju tas-SIK li ġejjin:
(L-Istati Membri u l-UPPE jistgħu jikkunsidraw li jaħtru persuna waħda jew aktar biex jaġixxu bħala amministratur(i) tal-ispazju tas-SIK, sabiex jiġi żgurat li l-ispazju tas-SIK ma jibqax mingħajr amministratur u li l-amministratur(i) tas-SIK maħtura jkunu jistgħu jaġixxu, fejn meħtieġ, bħala kontrollur(i) temporanju/i tad-data).
|
Isem |
Kariga/Grad |
Awtorità/Aġenzija |
Stat Membru / UPPE |
Indirizz elettroniku tan-negozju |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk xi waħda mill-persuni msemmija hawn fuq ma tkunx tista' twettaq id-dmirijiet tagħha, il-mexxej kompetenti tas-SIK jaħtar sostitut mingħajr dewmien. Il-partijiet kollha kkonċernati u l-amministratur(i) tal-ispazju l-oħra kollha tas-SIK għandhom jingħataw notifika bil-miktub ta' dan it-tibdil u din għandha tiġi annessa ma' dan il-ftehim.
12.3. Utenti tal-ispazju ta' kollaborazzjoni tas-SIK
L-entitajiet li ngħataw aċċess għall-ispazju ta' kollaborazzjoni tas-SIK skont l-Artikolu 12(1) għandhom jipprovdu lista ta' utenti deżinjati lill-amministratur(i) tal-ispazju tas-SIK, inkluż l-indirizzi tal-email tagħhom u l-profili tal-utenti assenjati. Kwalunkwe bidla f'din il-lista, bħal żieda jew tneħħija ta' utenti, għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien mill-entità rispettiva lill-amministratur(i) tal-ispazju tas-SIK.
12.4. Kontrollur tad-data għal skambji ta' data personali ma' stati terzi u/jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali
(Jekk stati terzi u/jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali ngħataw aċċess għall-ispazju ta' kollaborazzjoni tas-SIK, f'din it-taqsima, il-partijiet għandhom jaħtru wieħed mill-amministraturi tal-ispazju tas-SIK bħala (rappreżentant) għall-kontrollur tad-data (nazzjonali) għall-iskambji ta' data personali ma' stati terzi u/jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali).
Il-partijiet jaħtru l-amministratur tal-ispazju tas-SIK li ġej bħala (rappreżentant) għall-kontrollur tad-data (nazzjonali) għall-iskambji ta' data personali ma' stati terzi u/jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali.
|
Isem |
Kariga/Grad |
Awtorità/Aġenzija |
Stat Membru / UPPE |
|
|
|
|
|
Il-partijiet jaħtru l-amministraturi tal-Ispazju tas-SIK li ġejjin bħala (rappreżentant(i)) back-up għall-kontrollur(i) tad-data (nazzjonali) għall-iskambji ta' data personali ma' stati terzi u/jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali f'każijiet fejn il-mexxej tas-SIK ta' stat terz jew ir-rappreżentant ta' awtorità ġudizzjarja internazzjonali jitlob tali back-up temporanju għall-iskambju ta' settijiet speċifiċi ta' data:
|
Isem |
Kariga/Grad |
Awtorità/Aġenzija |
Stat Membru / UPPE |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk xi waħda mill-persuni msemmija hawn fuq ma tkunx tista' twettaq id-dmirijiet tagħha, il-mexxej kompetenti tas-SIK jaħtar sostitut mingħajr dewmien. Il-partijiet kollha kkonċernati u l-amministratur(i) tal-ispazju tas-SIK għandhom jingħataw notifika bil-miktub ta' dan it-tibdil u din għandha tiġi annessa ma' dan il-ftehim.
12.5. Responsabbiltà ta' stati terzi u/jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali għad-danni
(Jekk stati terzi u/jew awtoritajiet ġudizzjarji internazzjonali jkunu ngħataw aċċess għall-ispazju ta' kollaborazzjoni tas-SIK, f'din it-taqsima l-partijiet jistgħu jikkunsidraw li jinkludu klawżoli ta' responsabbiltà fir-rigward ta' dannu materjali jew mhux materjali kkawżat lill-pjattaforma ta' kollaborazzjoni tas-SIK).
L-istat terz u/jew l-awtorità ġudizzjarja internazzjonali għandhom jinżammu responsabbli għal dannu materjali jew mhux materjali kkawżat lill-pjattaforma ta' kollaborazzjoni tas-SIK, f'konformità mal-liġi u/jew il-qafas legali tagħhom.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2439/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)