This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D1776
Council Implementing Decision (EU) 2026/1776 of 10 July 2026 authorising Belgium to apply a reduced rate of taxation to electricity directly supplied to vessels berthed in ports, in accordance with Article 19 of Directive 2003/96/EC
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1776 tal-10 ta’ Lulju 2026 li tawtorizza lill-Belġju japplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku fornut direttament lill-bastimenti rmiġġati f’portijiet, f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1776 tal-10 ta’ Lulju 2026 li tawtorizza lill-Belġju japplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku fornut direttament lill-bastimenti rmiġġati f’portijiet, f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
ST/10900/2026/INIT
ĠU L, 2026/1776, 21.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1776/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1776 |
21.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1776
tal-10 ta’ Lulju 2026
li tawtorizza lill-Belġju japplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku fornut direttament lill-bastimenti rmiġġati f’portijiet, f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz tal-ittra tat-8 ta’ Jannar 2026, il-Belġju talab l-awtorizzazzjoni biex japplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku fornut direttament lil bastimenti, għajr dgħajjes privati li jintużaw għar-rikreazzjoni, irmiġġati fil-portijiet (“elettriku mix-xatt”), f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE. |
|
(2) |
Bir-rata ta’ tassazzjoni mnaqqsa li beħsiebu japplika, il-Belġju għandu l-għan li jippromwovi l-użu tal-elettriku mix-xatt. L-użu ta’ tali elettriku huwa meqjus bħala mod li jagħmel inqas ħsara lill-ambjent biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-elettriku tal-bastimenti rmiġġati f’portijiet milli l-ħruq ta’ fjuwils tal-bastimenti minn dawk il-bastimenti. |
|
(3) |
Dment li l-użu tal-elettriku mix-xatt jevita l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja li joriġinaw mill-ħruq ta’ fjuwils tal-bastimenti minn bastimenti rmiġġati f’portijiet, dan itejjeb il-kwalità tal-arja lokali fl-ibliet portwarji. B’kont meħud tal-intensità tal-karbonju tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-Belġju, l-użu tal-elettriku mix-xatt minflok l-elettriku ġġenerat permezz tal-ħruq tal-fjuwils tal-bastimenti huwa wkoll mistenni li jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, sustanzi oħra li jniġġsu l-arja u l-istorbju. Għalhekk, l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku mix-xatt hija mistennija li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika ambjentali, tas-saħħa u tal-klima tal-Unjoni. |
|
(4) |
Li jingħata permess lill-Belġju biex japplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku mix-xatt ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiżdied l-użu ta’ tali elettriku, peress li fil-maġġoranza tal-każijiet il-ġenerazzjoni abbord tal-elettriku ser tibqa’ l-iżjed alternattiva kompetittiva. Għall-istess raġuni, u minħabba l-penetrazzjoni fis-suq kurrenti relattivament baxxa tat-teknoloġija rilevanti, huwa improbabbli li l-applikazzjoni ta’ dik ir-rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni twassal għal distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha u għalhekk mhux ser jkollha effett negattiv fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE, kull awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 19(1) ta’ dik id-Direttiva trid tkun għal żmien strettament limitat. Sabiex jiġi żgurat li l-perjodu ta’ awtorizzazzjoni jkun twil biżżejjed biex l-operaturi ekonomiċi rilevanti ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu l-investimenti meħtieġa, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni mitluba tingħata għal perjodu ta’ sitt snin. Madankollu, jenħtieġ li dik l-awtorizzazzjoni tieqaf tapplika mid-data tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ġenerali dwar il-vantaġġi tat-taxxa għall-elettriku mix-xatt li tkun adottata mill-Kunsill skont l-Artikolu 113 jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti oħra tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jekk tali dispożizzjonijiet isiru applikabbli matul il-perjodu tal-awtorizzazzjoni. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Belġju huwa awtorizzat japplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku fornut direttament lill-bastimenti, għajr dgħajjes privati li jintużaw għar-rikreazzjoni, irmiġġati fil-portijiet, dment li jiġu rrispettati l-livelli minimi ta’ tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/96/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2032.
Madankollu, fil-każ li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi abbażi tal-Artikolu 113 jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti oħra tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jintroduċi sistema ġenerali modifikata għat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku li magħha l-awtorizzazzjoni mogħtija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni ma tkunx kompattibbli, din id-Deċiżjoni għandha tieqaf tapplika fil-jum li fih dik is-sistema ġenerali modifikata ssir applikabbli.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/96/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1776/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)