Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D1719

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1719 tat-13 ta’ Lulju 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2377 dwar miżura ta’ assistenza fl-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ST/10262/2026/INIT

ĠU L, 2026/1719, 14.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1719/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1719/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1719

14.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1719

tat-13 ta’ Lulju 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2377 dwar miżura ta’ assistenza fl-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Novembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2377 (1) li stabbiliet miżura ta’ assistenza fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(2)

Il-ġestjoni ta’ dik il-miżura ta’ assistenza jenħtieġ li tinbidel minn ġestjoni diretta għal ġestjoni indiretta, peress li l-attur responsabbli mill-implimentazzjoni issa jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2377 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni (PESK) 2025/2377

Fid-Deċiżjoni (PESK) 2025/2377, l-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(3) ta’ din id-Deċiżjoni għandha titwettaq mill-Economat des Armées.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2377 tal-24 ta’ Novembru 2025 dwar miżura ta’ assistenza fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L, 2025/2377, 25.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2377/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1719/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top