Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D1223

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1223 tal-4 ta’ Ġunju 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1984 b’appoġġ għall-Ippjanar Tranżizzjonali Istituzzjonali għal Missjonijiet Mhux ta’ Rutina u Kapaċitajiet Investigattivi tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW)

ST/9028/2026/INIT

ĠU L, 2026/1223, 5.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1223/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1223/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1223

5.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1223

tal-4 ta’ Ġunju 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1984 b’appoġġ għall-Ippjanar Tranżizzjonali Istituzzjonali għal Missjonijiet Mhux ta’ Rutina u Kapaċitajiet Investigattivi tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1984 (1), li tikkonċerna l-appoġġ tal-Unjoni għall-ippjanar tranżizzjonali istituzzjonali għal missjonijiet mhux ta’ rutina u għall-kapaċitajiet investigattivi tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (l-“OPCW”) .

(2)

Fit-13 ta’ Marzu 2026, l-OPCW talbet estensjoni mingħajr kostijiet tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1984 sat-30 ta’ Settembru 2027 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ, il-programmazzjoni u l-finanzjament tal-Unjoni u biex l-OPCW tkun tista’ tlesti kompletament it-twettiq tal-attivitajiet oriġinali maħsuba skont dik id-Deċiżjoni.

(3)

Bidla politika u operazzjonali eċċezzjonali u mhux antiċipata fir-Repubblika Għarbija Sirjana rriżultat f’aktar kooperazzjoni bejn il-gvern tranżizzjonali l-ġdid u l-OPCW. Is-Segretarjat tal-OPCW esperjenza wkoll żieda fl-għadd ta’ talbiet għal missjonijiet speċjali relatati ma’ allegazzjonijiet tal-użu ta’ armi kimiċi f’kunflitti oħrajn li għaddejjin bħalissa, inkluż fil-każ tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

(4)

L-estensjoni tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1984 tippermetti lill-OPCW tiffinalizza l-objettivi u l-attivitajiet stabbiliti fid-Dokument tal-Proġett imsemmi f’dik id-Deċiżjoni.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1984 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1984, it-terminu “24 xahar” huwa sostitwit bit-terminu “36 xahar”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

C. FITIRIS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1984 tal-15 ta' Lulju 2024 b'appoġġ għall-Ippjanar Tranżizzjonali Istituzzjonali għal Missjonijiet Mhux ta' Rutina u Kapaċitajiet Investigattivi tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) (ĠU L, 2024/1984, 16.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1984/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1223/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top