This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D0811
Council Decision (EU) 2026/811 of 30 March 2026 appointing a member and an alternate member, proposed by the Kingdom of Spain, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/811 tat-30 ta’ Marzu 2026 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/811 tat-30 ta’ Marzu 2026 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/7377/2026/INIT
ĠU L, 2026/811, 7.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/811/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/811 |
7.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/811
tat-30 ta’ Marzu 2026
li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Carlos MAZÓN GUIXOT sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Pablo Gustavo BROSETA DUPRÉ sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Juan Francisco PÉREZ LLORCA, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, President de la Generalitat Valenciana (President tal-Gvern Reġjonali ta’ Valenzja), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030. |
|
(6) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sa Ruth María MERINO PEÑA, rappreżentanta ta’ korp reġjonali li hija politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Secretaria Autonómica de Representación ante la Unión Europea y las Comunidades Autónomas, Generalitat Valenciana (Viċi Ministru Reġjonali għar-Rappreżentanza għall-Unjoni Ewropea u r-Reġjuni Awtonomi Spanjoli, Gvern tar-Reġjun ta’ Valenzja), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13 (ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/811/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)