This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D02634
Council Decision of 5 May 2026 on the appointment of the member of the European Statistical Advisory Committee representing the Council
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2026 li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika li jirrappreżenta lill-Kunsill
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2026 li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika li jirrappreżenta lill-Kunsill
ST/7986/2026/INIT
ĠU C, C/2026/2634, 8.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2634/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2634 |
8.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Mejju 2026
li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika li jirrappreżenta lill-Kunsill
(C/2026/2634)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1)(b)(ii) tagħha,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-20 ta' Marzu 2026,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' Jannar 2024 (2), il-Kunsill ħatar lis-Sa Ylva HEDÉN WESTERDAHL bħala l-membru li tirrappreżenta lill-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal mandat ta' ħames snin. |
|
(2) |
Ir-rappreżentant tal-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, is-Sa Ylva HEDÉN WESTERDAHL, irriżenjat fit-18 ta' Diċembru 2025. |
|
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar membru ġdid li jirrappreżenta lill-Kunsill għall-bqija tal-mandat, li jintemm fl-10 ta' Frar 2029. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b'urġenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Robert KIRCHNER huwa b'dan maħtur bħala l-membru li jirrappreżenta lill-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika sal-10 ta' Frar 2029.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KERAVNOS
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/234(1)/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Jannar 2024 li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika li jirrappreżenta lill-Kunsill (ĠU C, C/2024/1454, 8.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1454/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2634/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)