This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D0077
Decision (EU) 2026/77 of the European Central Bank of 19 December 2025 amending Decision (EU) 2019/166 on the Market Infrastructure Board (ECB/2019/3) (ECB/2025/43)
Deċiżjoni (UE) 2026/77 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/166 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (BĊE/2019/3) (BĊE/2025/43)
Deċiżjoni (UE) 2026/77 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/166 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (BĊE/2019/3) (BĊE/2025/43)
ECB/2025/43
ĠU L, 2026/77, 9.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/77/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/77 |
9.1.2026 |
DEĊIŻJONI (UE) 2026/77 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/166 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (BĊE/2019/3) (BĊE/2025/43)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2012/13 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Lulju 2012 dwar it-TARGET2-Securities (1),
Filwaqt li:
|
(1) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/3) (2), huwa meqjus xieraq li jiġu aġġornati r-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB). |
|
(2) |
Emendi minuri huma wkoll kkunsidrati meħtieġa biex jiġi aġġornat il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-MIB f’konformità mal-iżviluppi reċenti. Barra minn hekk, huma meħtieġa aġġornamenti biex jirriflettu l-attivazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kollateral tal-Eurosistema (ECMS). Il-kompetenzi tal-MIB jinkludu s-suġġetti kollha relatati mal-ECMS iżda ma jestendux għall-qafas kollaterali jew kwalunkwe att legali relatat, bħal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊÈ/2024/22) (3). |
|
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2019/166 (BĊE/2019/3) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
L-Annessi I, II, III u IV tad-Deċiżjoni (UE) 2019/166 (BĊE/2019/3) huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Diċembru 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2012/473/oj .
(2) Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Jannar 2019 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (BĊE/2019/3) (ĠU L 32, 4.2.2019, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/166/oj ).
(3) 3 Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ġestjoni ta’ kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema (BĊE/2024/22) (ĠU L, 2024/3129, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/3129/oj ).
ANNESS
L-Annessi I, II, III u IV tad-Deċiżjoni (UE) 2019/166 (BĊE/2019/3) huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, fl-introduzzjoni, l-ewwel paragrafu huwa mibdul b’dan li ġej: “L-Eurosistema toffri infrastrutturi, pjattaformi, applikazzjonijiet tas-suq u servizzi relatati fl-oqsma tas-saldu ta’ flus kontanti, tas-saldu tat-titoli u tal-ġestjoni tal-kollateral, li jinkludu servizzi TARGET li jinkludu servizzi T2, T2S u TIPS kif ukoll l-ECMS (is-‘servizzi tal-infrastruttura tal-Eurosistema’).”; |
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif gej:
|
|
(4) |
L-Anness IV huwa ssostitwit b’dan li ġej: “ANNESS IV PROĊEDURI U REKWIŻITI GĦALL-GĦAŻLA, IL-ĦATRA U S-SOSTITUZZJONI TAL-MEMBRI TAL-BORD TAL-INFRASTRUTTURA TAS-SUQ 1. Ħatra tal-Membri
2. Il-proċedura tal-għażla
3. Kriterji ta’ għażla
4. Lista ta’ riżerva
5. Ħatra
6. Dikjarazzjonijiet
7. Terminazzjoni u sostituzzjoni
(*1) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Frar 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/2) (ĠU L 45, 20.2.2016, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/245/oj)." (*2) Ir-Regolament (UE) 2025/1355 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2025 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2025/22) (ĠU L, 2025/1355, 14.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1355/oj)." |
(*1) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Frar 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/2) (ĠU L 45, 20.2.2016, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/245/oj).
(*2) Ir-Regolament (UE) 2025/1355 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2025 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2025/22) (ĠU L, 2025/1355, 14.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1355/oj).’
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/77/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)