This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025Y05112
Recommendation of the European Systemic Risk Board of 9 July 2025 amending Recommendation ESRB/2015/2 on the assessment of cross-border effects of and voluntary reciprocity for macroprudential policy measures (ESRB/2025/5)
Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tad-9 ta' Lulju 2025 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2025/5)
Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tad-9 ta' Lulju 2025 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2025/5)
ĠU C, C/2025/5112, 22.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5112/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5112 |
22.9.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tad-9 ta' Lulju 2025
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2025/5)
(C/2025/5112)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2) u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 458 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Filwaqt li:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali effettivi u konsistenti, huwa importanti li jiġi kkumplimentat l-għarfien meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni b’reċiproċità volontarja. |
|
(2) |
Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) għandu l-għan li jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ April 2025, l-Awtorità Superviżorja Finanzjarja Żvediża (Finansinspektionen), li taġixxi bħala awtorità maħtura għall-fini tal-Artikolu 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, innotifikat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bl-intenzjoni tagħha li testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ żewġ miżuri nazzjonali aktar stretti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 458(2), il-punt (d)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(4) |
B’mod partikolari, Finansinspektionen innotifikat lill-BERS bl-intenzjoni li: (a) biex jiġi estiż mill-31 ta’ Diċembru 2025 għal perjodu ta’ sentejn jew sakemm ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi ma jibqgħux jeżistu, il-limitu minimu tal-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura ta’ 25 % applikabbli bħalissa għall-iskoperturi Żvediżi għall-ipoteki fil-livell tal-konsumatur; u (b) li jiġi estiż mit-30 ta’ Settembru 2025 għal perjodu ta’ sentejn jew sakemm ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi ma jibqgħux jeżistu, (i) il-limitu minimu tal-ponderazzjoni tar-riskju medju applikabbli bħalissa ta’ 35 %, li japplika fil-livell tal-portafoll għal skoperturi korporattivi ggarantiti minn proprjetajiet kummerċjali, u (ii) il-limitu minimu tal-ponderazzjoni tar-riskju medju applikabbli bħalissa ta’ 25 %, li japplika fil-livell tal-portafoll għal skoperturi korporattivi ggarantiti minn proprjetajiet residenzjali. Il-miżuri nazzjonali aktar stretti eżistenti japplikaw kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji. |
|
(5) |
Il-Bord Ġenerali tal-BERS preċedentement iddeċieda li jinkludi dawn il-miżuri fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huwa rrakkomandat li jiġu reċiprokati skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 (6). |
|
(6) |
In-notifiki li waslu mingħand Finansinspektionen fit-30 ta’ April 2025 jinkludu talba lill-BERS biex jirrakkomanda r-reċiproċità tal-miżuri ta’ politika makroprudenzjali, skont l-Artikolu 458(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata. |
|
(7) |
Ir-reċiproċità ta’ miżuri makroprudenzjali attivata mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra, fuq bażi konsolidata, subkonsolidata, u individwali, irrispettivament minn jekk l-iskoperturi kkonċernati humiex miżmuma permezz ta’ sussidjarji jew fergħat, jew jirriżultawx minn self transkonfinali dirett, tillimita t-tixrid u l-arbitraġġ regolatorju, tindirizza r-riskji sistemiċi u b’hekk tippromwovi l-effettività ġenerali tal-politika makroprudenzjali billi tiżgura li r-riskji miżjuda jiġu indirizzati mhux biss fl-Istat Membru li introduċa miżura makroprudenzjali iżda wkoll fi Stati Membri oħra fejn il-gruppi bankarji huma esposti għal dawk ir-riskji miżjuda. Ir-rikonoxximent għandu għalhekk ikollu wkoll l-għan li jiżgura li gruppi bankarji esposti għal dawk ir-riskji sistemiċi jkunu reżiljenti biżżejjed. Għalhekk, il-miżuri makroprudenzjali li jirriżultaw minn deċiżjoni li jiġu rikonoxxuti l-miżuri makroprudenzjali ta’ Stati Membri oħra għandhom b’mod ġenerali jiġu applikati fuq bażi konsolidata, subkonsolidata, u individwali. |
|
(8) |
Wara t-talba minn Finansinspektionen lill-BERS u sabiex: (a) jiġi prekluż li jseħħu effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jiġu kkawżati mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali applikata fl-Iżvezja skont l-Artikolu 458(2), il-punt (d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u (b) jinżammu kundizzjonijiet ekwi fost l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-ŻEE, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jkompli jinkludi dawn il-miżuri fil-lista ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati li jiġu reċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 u għar-rakkomandazzjoni tar-reċiproċità tal-miżuri fuq bażi konsolidata, subkonsolidata, u individwali. |
|
(9) |
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, kif emendata bir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-BERS (7), tirrakkomanda li l-awtorità rilevanti li tattiva miżura ta’ politika makroprudenzjali għandha, meta tippreżenta talba għal reċiproċità lill-BERS, tipproponi limitu ta’ materjalità li taħtu l-iskopertura ta’ fornitur individwali ta’ servizzi finanzjarji għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn il-miżura ta’ politika makroprudenzjali tiġi applikata mill-awtorità ta’ attivazzjoni tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju. |
|
(10) |
F’konformità man-notifiki riċevuti, il-livell limitu ta’ materjalità fil-livell tal-istituzzjoni għar-reċiproċità tal-limitu medju attwali tal-ponderazzjoni tar-riskju ta’ 25 % fuq l-iskoperturi Żvediżi għall-ipoteki fil-livell tal-konsumatur jenħtieġ li jinżamm għal SEK 5 biljun. Għal-limitu minimu medju attwali tal-ponderazzjoni tar-riskju ta’ 35 % applikat fil-livell tal-portafoll għal skoperturi korporattivi ggarantiti minn proprjetajiet kummerċjali u għal-limitu minimu attwali tal-ponderazzjoni tar-riskju ta’ 25 % applikat fil-livell tal-portafoll għal skoperturi korporattivi ggarantiti minn proprjetajiet residenzjali, jenħtieġ li jinżamm ukoll il-limitu ta’ materjalità attwali fil-livell tal-istituzzjonijiet ta’ SEK 5 biljun. Iż-żewġ limiti għandhom jiġu vvalutati fil-livell konsolidat, subkonsolidat u individwali. |
|
(11) |
Din l-emenda għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 ma taffettwax il-kontinwità tar-rakkomandazzjoni għar-reċiproċità tal-miżuri makroprudenzjali nazzjonali attivati mill-awtoritajiet Żvediżi, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/4 (8). L-emendi attwali għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 jirriflettu li r-reċiproċità issa hija rakkomandata fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata. Għalhekk, il-perjodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa applikabbli biss għall-miżuri, jew l-emendi għalihom, li l-awtoritajiet nazzjonali se jadottaw biex jirreċiprokaw iż-żewġ limiti minimi tal-ponderazzjoni tar-riskju fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
EMENDA
L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa emendat skont l-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Lulju 2025
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(1) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1092/oj.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj.
(5) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
(6) Ara r-Rakkomandazzjoni BERS/2023/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-6 ta’ Lulju 2023 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 307, 31.8.2023, p. 1); ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni BERS/2019/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Jannar 2019 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 106, 20.3.2019, p. 1).
(7) Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).
(8) Rakkomandazzjoni BERS/2023/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Jannar 2023 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 307, 31.8.2019, p. 1).
ANNESS
L-Anness tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-Iżvezja, it-taqsima intitolata “I Deskrizzjoni tal-miżuri” hija ssostitwita b’dan li ġej: “I. Deskrizzjoni tal-miżuri
|
|
(2) |
taħt l-Iżvezja, it-taqsima intitolata “II. Reċiproċità”, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
taħt l-Iżvezja, it-taqsima intitolata “III. Livell limitu ta’ materjalità”, il-paragrafi 6, 7 u 8 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5112/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)