Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 32025R2251
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/2251 of 10 November 2025 on the measures on exhaustiveness for the purpose of Regulation (EU) 2019/516 of the European Parliament and of the Council on the harmonisation of gross national income at market prices, and repealing Commission Decision 94/168/EC, Euratom
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2251 tal-10 ta’ Novembru 2025 dwar il-miżuri dwar l-eżawrjenza għall-fini tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/168/KE, Euratom
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2251 tal-10 ta’ Novembru 2025 dwar il-miżuri dwar l-eżawrjenza għall-fini tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/168/KE, Euratom
C/2025/7455
ĠU L, 2025/2251, 11.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2251/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
В сила
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2251 |
11.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2251
tal-10 ta’ Novembru 2025
dwar il-miżuri dwar l-eżawrjenza għall-fini tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/168/KE, Euratom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-miżuri dwar l-eżawrjenza huma waħda mill-kwistjonijiet elenkati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 (2). |
|
(2) |
Mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/168/KE, Euratom (3), sar titjib sinifikanti fl-armonizzazzjoni u fil-kwalità tal-miżuri dwar l-eżawrjenza applikati mill-Istati Membri. Minkejja dan it-titjib, sabiex id-data dwar l-introjtu nazzjonali gross (ING) tkun affidabbli, eżawrjenti u komparabbli, il-miżuri dwar l-eżawrjenza jeħtieġ li jiġu armonizzati aktar, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-verifika f’dan il-qasam. B’mod partikolari, il-verifika tal-ING żvelat il-bżonn li jiġu armonizzati aktar il-miżuri relatati ma’: (i) il-paragun bejn id-data dwar l-impjiegi skont is-sorsi demografiċi u l-estimi sottostanti għall-impjiegi tal-prodott domestiku gross (PDG) bi prezzijiet tas-suq; (ii) aġġustamenti statistiċi relatati mal-introjtu in natura u tips jew gratwitajiet; (iii) l-użu ta’ informazzjoni mill-awditi fiskali għat-titjib tal-eżawrjenza tal-estimi tal-PDG; u (iv) l-aġġustamenti statistiċi li jappartjenu għal attivitajiet ekonomiċi illegali. |
|
(3) |
Is-sorsi demografiċi (bħall-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol, iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni) huma mezz effiċjenti ta’ validazzjoni tal-estimi tal-PDG sottostanti għall-impjiegi (pertinenti għall-kumpilazzjonijiet tal-PDG mill-approċċi tal-produzzjoni u tal-introjtu) jew ta’ kif isiru l-aġġustamenti għall-PDG għall-produzzjoni u l-introjtu mhux osservati. L-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol twettaq b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2240 (5). Sorsi tal-istatistika tan-negozju, bħall-istatistika strutturali tan-negozju u r-reġistru tan-negozji għal finijiet statistiċi, użati għall-kompilazzjoni tal-PDG fl-Istati Membri kollha jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (ir-“Regolament EBS”, European business statistics) u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197 (7). |
|
(4) |
L-introjtu in natura u t-tips jew il-gratwitajiet huma fenomeni preżenti fl-Istati Membri kollha, u l-estimi tal-PDG jistgħu jeħtieġu aġġustamenti biex jaqbduhom. |
|
(5) |
Fl-Istati Membri kollha jeżistu taxxa fuq l-introjtu personali u korporattiva u sistemi ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, flimkien mal-mekkaniżmi li jikkorrispondu mal-awditi fiskali. L-informazzjoni mill-awditi fiskali tista’ tintuża biex isiru aġġustamenti għall-produzzjoni u għall-introjtu rrapportati ħażin. |
|
(6) |
Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (“ESA 2010”, European System of Accounts), l-Istati Membri kollha għamlu aġġustamenti għall-PDG, fejn xieraq, biex jitqiesu l-attivitajiet ekonomiċi illegali li jaqgħu fil-limitu tal-produzzjoni. |
|
(7) |
Għalhekk, fl-Istati Membri kollha teżisti infrastruttura statistika u amministrattiva li tippermetti armonizzazzjoni ulterjuri ta’ dawk il-miżuri dwar l-eżawrjenza. |
|
(8) |
L-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom għandhom jikkonformaw mad-definizzjonijiet u mar-regoli kontabilistiċi rilevanti tal-ESA 2010. |
|
(9) |
Sabiex jiġu armonizzati aktar il-miżuri dwar l-eżawrjenza, il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/168/KE, Euratom għandhom jiġu sostitwiti, u għalhekk id-Deċiżjoni 94/168/KE, Euratom għandha titħassar. |
|
(10) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
Fini u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 1
L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb l-eżawrjenza tal-PDG bħala komponent ewlieni tal-ING tal-Istati Membri fir-rigward tal-attività ekonomika li taqa’ fi ħdan il-limitu tal-produzzjoni tal-ESA 2010. Dan jinkludi attività ekonomika li hija legali fiha nnifisha iżda li ma hijiex imwettqa f’konformità mar-regolamenti dwar it-taxxa u s-sigurtà soċjali, kif ukoll attività ekonomika li hija illegali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, dment li l-unitajiet kollha involuti jidħlu fl-azzjonijiet bi qbil reċiproku, kif stabbilit fil-paragrafu 1.79 tal-ESA 2010.
Artikolu 2
Minbarra l-miżuri previsti fil-Kapitoli 4 sa 7 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali speċifiċi għall-pajjiż biex jindirizzaw il-lakuni fl-eżawrjenza tagħhom.
KAPITOLU 2
Eżawrjenza
Artikolu 3
1. L-estimi tal-ING u tal-PDG huma “eżawrjenti” meta jkopru:
|
(a) |
il-produzzjoni, l-introjtu primarju u n-nefqa li huma osservati direttament fi stħarriġ statistiku jew f’fajls amministrattivi; u |
|
(b) |
l-produzzjoni, l-introjtu primarju u n-nefqa li ma humiex osservati direttament u li ma humiex relatati ma’ wieħed jew aktar mill-fenomeni li ġejjin:
|
2. L-assenza ta’ unitajiet ekonomikament attivi minn fajls statistiċi msemmija fil-paragrafu (1)(b)(i) jinvolvi n-nuqqas ta’ reġistrazzjoni fil-fajls statistiċi ta’ unitajiet ekonomikament attivi rreġistrati mal-awtoritajiet fiskali jew tas-sigurtà soċjali, u ta’ unitajiet ekonomikament attivi li deliberatament naqsu milli jirreġistraw sabiex jevitaw obbligi ta’ taxxa u sigurtà soċjali jew minħabba li huma involuti f’attivitajiet illegali.
3. L-evażjoni tal-ħlas tat-taxxi u/jew tal-primiums tas-sigurtà soċjali msemmija fil-paragrafu (1)(b)(ii) tinvolvi s-sottomissjoni ta’ ċifri lill-awtoritajiet tat-taxxa jew tas-sigurtà soċjali li fihom omissjonijiet jew li huma falsifikati.
4. L-eżenzjoni mill-obbligu biex tiġi sottomessa informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, imsemmija fil-paragrafu (1)(b)(iii), hija relatata ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-eżistenza ta’ sollijiet għar-reġistrazzjoni obbligatorja ta’ ċerti attivitajiet jew tranżazzjonijiet; |
|
(b) |
l-eżenzjoni ta’ gruppi speċifiċi ta’ persuni jew intrapriżi; |
|
(c) |
is-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet parzjali li ma jiksrux ir-regolamenti li jirregolaw is-sistemi tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali. |
5. Id-defiċenzi statistiċi fid-data li jaffettwaw l-eżawrjenza, imsemmija fil-paragrafu (1)(b)(iv), huma relatati ma’ wieħed jew aktar mid-defiċenzi li ġejjin:
|
(a) |
id-data li ma tkunx kompluta, li ma tinġabarx jew li ma tinġabarx direttament; |
|
(b) |
id-data li tiġi ttrattata, ipproċessata jew ikkompilata skorrettement mill-istatistiċi. |
6. L-eżawrjenza hija l-istat tal-estimu tal-PDG (u konsegwentement tal-ING) li jkun eżawrjenti.
7. In-nuqqas ta’ eżawrjenza huwa l-istat tal-estimu tal-PDG (u konsegwentement tal-ING) li ma huwiex eżawrjenti minħabba n-nuqqas li jsiru aġġustamenti xierqa għall-eżawrjenza.
KAPITOLU 3
Deskrizzjoni tal-kalkoli u l-aġġustamenti li jiżguraw l-eżawrjenza tal-estimi tal-PDG
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jipprovdu inventarju tas-sorsi u l-metodi użati għall-produzzjoni tal-aggregati tal-ING u l-komponenti tagħhom f’konformità mal-ESA 2010 (“Inventarju tal-ING”, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1546) (9). Fl-Inventarju tal-ING rispettiv tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-lakuni identifikati fl-eżawrjenza u tal-metodi applikati biex tiġi żgurata l-eżawrjenza tal-estimi tal-PDG tagħhom u jiddikjaraw il-valur tal-aġġustamenti magħmula. Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tat-tipi ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza li għalihom huma meħtieġa aġġustamenti minħabba assenza, evażjoni jew eżenzjoni, jew minħabba defiċenzi statistiċi fid-data; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni tal-elementi individwali ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza f’kull tip ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza msemmija fil-punt (a); |
|
(c) |
il-preżentazzjoni ta’ kif it-tipi u l-elementi identifikati ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza huma konnessi mal-metodi applikati biex tiġi żgurata l-eżawrjenza u l-preżentazzjoni ta’ ħarsa ġenerali lejn l-aġġustamenti magħmula għat-tipi u l-elementi differenti ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza; |
|
(d) |
id-deskrizzjoni tal-metodi ta’ eżawrjenza applikati biex jiġu indirizzati t-tipi u l-elementi identifikati ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza. |
Artikolu 5
1. It-tipi ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza msemmija fl-Artikolu 4(a) għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Dawn it-tipi huma pertinenti għas-sitwazzjoni fejn id-data sors tinkiseb minn stħarriġ jew minn ġabriet amministrattivi ta’ produtturi. Għalhekk, dawn it-tipi għandhom jiġu applikati l-ewwel u qabel kollox fl-analiżi tal-eżawrjenza fil-kuntest tal-kompilazzjoni tal-PDG mill-approċċ tal-produzzjoni. Dawn jistgħu jiġu applikati wkoll għall-analiżi mill-approċċi tal-introjtu u tan-nefqa għall-PDG dment li d-data sors tinkiseb ukoll minn stħarriġ jew minn ġabriet amministrattivi ta’ produtturi.
2. L-elementi individwali ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza f’kull tip ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza, imsemmija fl-Artikolu 4(b), jistgħu jkunu (iżda ma humiex limitati għal) dawk l-eżempji deskritti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-konnessjoni tat-tipi u l-elementi identifikati ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza mal-metodi applikati biex tiġi żgurata l-eżawrjenza u l-preżentazzjoni tal-ħarsa ġenerali tal-aġġustamenti magħmula għat-tipi u l-elementi differenti ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza msemmija fl-Artikolu 4(c) għandha tagħmel użu mit-tabelli kumplessivi li l-kontenut meħtieġ tagħhom huwa stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dan għandu jsir l-ewwel u qabel kollox għall-komponenti tal-approċċ tal-produzzjoni għall-PDG u, sakemm id-data sors tinkiseb minn stħarriġ jew minn ġabriet amministrattivi ta’ produtturi, għall-komponenti rilevanti tal-approċċi tan-nefqa u tal-introjtu għall-PDG.
KAPITOLU 4
Paragun bejn id-data tal-impjiegi skont is-sorsi demografiċi u l-estimi tal-PDG sottostanti tal-impjiegi
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jikkumparaw id-data tal-impjiegi skont is-sorsi demografiċi (il-provvista ta’ ħaddiema) mal-estimi tal-PDG sottostanti (id-domanda għall-ħaddiema). Ir-riżultati ta’ dan il-paragun għandhom jintużaw biex isiru aġġustamenti espliċiti tal-eżawrjenza għall-produzzjoni u l-introjtu mhux osservati jew biex jiġu vvalidati l-estimi tal-PDG. Il-paragun għandu jsir tal-anqas kull 5 snin, li jibda miċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025–2029.
Artikolu 7
1. Is-sorsi demografiċi għall-provvista ta’ ħaddiema msemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu l-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol jew iċ-ċensiment tal-popolazzjoni (inkluż id-data amministrattiva sottostanti).
2. Id-data dwar id-domanda għall-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 6 għandha tkun derivata mis-sorsi tal-istatistika tan-negozju użati għall-kompilazzjoni tal-PDG, li jinkludu statistika strutturali tan-negozju, ir-reġistru tan-negozji għal finijiet statistiċi, sorsi oħra relatati man-negozju, data amministrattiva jew kombinamenti tagħhom.
3. Meta r-riżultati tal-paragun imsemmi fl-Artikolu 6 jintużaw biex jiġu vvalidati l-estimi tal-PDG, iċ-ċifri tal-impjiegi sottostanti tal-estimi tal-PDG għandhom ikunu l-estimi finali tal-impjieg fil-kontijiet nazzjonali.
Artikolu 8
Il-kunċett ta’ impjieg li għandu jiġi applikat huwa definit fil-paragrafi 11.11 sa 11.19 tal-ESA 2010 (li jikkorrispondu għall-popolazzjoni domestika okkupata). Peress li s-sorsi demografiċi jużaw kunċett differenti ta’ impjieg (impjieg fuq bażi nazzjonali), l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jallinjawh mad-definizzjoni tal-ESA 2010 għall-finijiet tal-paragun imsemmi fl-Artikolu 6. Dawn il-miżuri għandhom jinvolvu mill-anqas l-aspetti li ġejjin:
|
(a) |
l-inklużjoni ta’ persuni mhux residenti li jaħdmu għal unitajiet residenti, bħal ħaddiema migranti mhux residenti, ħaddiema transfruntieri mhux residenti u ħaddiema staġonali; |
|
(b) |
l-esklużjoni ta’ residenti impjegati minn produtturi mhux residenti, bħal ħaddiema transfruntieri residenti u ħaddiema staġonali; |
|
(c) |
l-inklużjoni ta’ ħaddiema residenti li jgħixu permanentement f’istituzzjoni; jistgħu jgħixu u jaħdmu fi stabbilimenti komunali (bħal ħabsijiet jew faċilitajiet ta’ kura fit-tul), unitajiet domestiċi kollettivi (bħal istituzzjonijiet reliġjużi) u akkomodazzjoni għall-forzi militari; |
|
(d) |
l-inklużjoni ta’ persuni f’xogħol ta’ produzzjoni għall-użu proprju (eż. attivitajiet agrikoli). |
Artikolu 9
Meta jwettqu l-paragun imsemmi fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom japplikaw miżuri biex:
|
(a) |
jiddeterminaw l-ambitu tal-attivitajiet ekonomiċi li għandhom jitqiesu għall-paragun, bl-użu tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea (“NACE”, Nomenclature statistique des activités économiques dans la Communauté européenne), kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u tarmonizza l-kodifikazzjoni NACE tad-data tal-impjiegi fis-sorsi għall-provvista u d-domanda għall-ħaddiema; |
|
(b) |
jikkalkulaw id-data tal-impjiegi f’termini ta’ “sigħat maħduma” (kif definit fil-paragrafu 11.27 tal-ESA 2010) jew “ekwivalenza full-time” (kif definit fil-paragrafu 11.32 tal-ESA 2010); |
|
(c) |
jiddeterminaw il-proporzjonijiet xierqa tal-valur miżjud gross jew tal-output għal kull unità lavorattiva li għandhom jiġu applikati għal-lakuna lavorattiva derivata ta’ ħaddiema (id-differenza bejn id-data tal-impjiegi skont is-sorsi demografiċi allinjati f’konformità mal-Artikolu 8 u l-estimi tal-PDG sottostanti għall-impjiegi) jekk isiru aġġustamenti espliċiti tal-eżawrjenza għall-produzzjoni mhux osservata (għall-valur miżjud gross u l-komponenti tagħha) bħala riżultat tal-paragun. |
Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jipprovdu fl-Inventarju tal-ING deskrizzjoni tal-paragun imwettaq imsemmi fl-Artikolu 6. Dan għandu jibda bl-Inventarju tal-ING wara ċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025-2029. Jekk il-paragun jirriżulta f’aġġustamenti espliċiti tal-eżawrjenza, l-Istati Membri għandhom jiddikjaraw il-valur tal-aġġustamenti magħmula. Jekk ma jsir l-ebda aġġustament espliċitu ta’ eżawrjenza wara dan il-paragun, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni fl-Inventarju tal-ING flimkien ma’ informazzjoni dwar kif ir-riżultati tal-paragun intużaw biex jivvalidaw l-estimi tal-PDG.
KAPITOLU 5
Aġġustamenti statistiċi relatati mal-introjtu in natura u tips jew gratwitajiet
Artikolu 11
L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw diversi tipi ta’ introjtu in natura u tipi ta’ attivitajiet fejn it-tipping huwa l-aktar komuni bil-ħsieb li jsiru aġġustamenti ta’ eżawrjenza għall-PDG fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw ukoll il-metodi għal dawk l-aġġustamenti biex jiżguraw l-affidabbiltà tagħhom. Dawn ir-rieżamijiet għandhom isiru tal-anqas kull 5 snin, li jibdew miċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025-2029.
Artikolu 12
Ir-rieżami ta’ diversi tipi ta’ introjtu in natura msemmija fl-Artikolu 11 għandu jkopri l-entrati li ġejjin:
|
(a) |
is-servizzi ta’ vetturi jew oġġetti durabbli pprovduti għall-użu personali tal-impjegati; |
|
(b) |
ikliet u xorb, inkluż dawk ikkonsmati meta jivvjaġġaw fuq xogħol; |
|
(c) |
it-tnaqqis fil-prezzijiet miksub f’canteens bla ħlas jew sussidjati, jew miksub b’vawċers għall-ikel; |
|
(d) |
it-trasport lejn u mix-xogħol; |
|
(e) |
l-oġġetti u s-servizzi prodotti bħala outputs mill-proċessi ta’ produzzjoni tal-impjegatur stess, pereżempju, ikel u xorb; |
|
(f) |
il-kontribuzzjonijiet għall-akkomodazzjoni/abitazzjoni b’xejn; |
|
(g) |
is-self lill-impjegati b’rati ta’ imgħax imnaqqsa; |
|
(h) |
it-tipi l-oħra kollha ta’ introjtu in natura li jitqiesu bħala sinifikanti f’termini kwantitattivi. |
Artikolu 13
Ir-rieżami tal-attivitajiet fejn it-tipping ikun l-aktar komuni, imsemmi fl-Artikolu 11, għandu jkopri dan li ġej:
|
(a) |
taxis; |
|
(b) |
ristoranti; |
|
(c) |
lukandi; |
|
(d) |
hairdressers; |
|
(e) |
l-attivitajiet l-oħrajn kollha li għalihom it-tipping jitqies sinifikanti f’termini kwantitattivi. |
Artikolu 14
L-Istati Membri għandhom jikkumparaw l-estimi tagħhom tal-introjtu in natura mar-riżultati tal-istħarriġ dwar il-kost lavorattiv tal-UE ta’ kull 4 snin peress li l-istħarriġ jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-introjtu in natura. Dan il-paragun għandu jsir kull darba li r-riżultati tal-istħarriġ dwar il-kost lavorattiv tal-UE jsiru disponibbli.
Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jinkludu fl-Inventarju tal-ING deskrizzjoni fil-qosor tar-regoli tat-taxxa applikabbli għall-introjtu in natura u tips jew gratwitajiet. L-Inventarju tal-ING għandu jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-mod li bih l-estimu tal-PDG iqis kif xieraq dawn ir-regoli (eż. billi jikkunsidra x’impatt ikollhom fuq id-data tas-sors u konsegwentement il-ħtieġa potenzjali għal aġġustamenti). Dan għandu jibda bl-Inventarju tal-ING wara ċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025-2029.
2. Jekk isiru aġġustamenti għal entrati speċifiċi, is-sorsi tad-data u l-metodu ta’ kalkolu għandhom jiġu deskritti u l-valur tal-aġġustament għandu jiġi ddikjarat.
3. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu wkoll fl-Inventarju tal-ING ir-riżultati tar-rieżamijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u r-riżultati tal-paragun imsemmi fl-Artikolu 14 u jipprovdu ġustifikazzjoni u deskrizzjoni tal-modifiki relatati, fejn xieraq. Dan għandu jibda bl-Inventarju tal-ING wara ċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025-2029.
KAPITOLU 6
Investigazzjoni tal-użu ta’ informazzjoni mill-awditi fiskali għat-titjib tal-eżawrjenza tal-estimi tal-PDG
Artikolu 16
L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-fattibbiltà tal-użu ta’ awditi fiskali biex itejbu l-eżawrjenza tal-estimi tal-PDG. Din l-analiżi għandha titwettaq mill-anqas kull 5 snin, li tibda miċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025-2029.
Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu r-riżultati tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 16 fl-Inventarju tal-ING, li jibda bl-Inventarju tal-ING wara ċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025-2029.
2. Din id-deskrizzjoni għandha tikkonkludi jekk l-informazzjoni dwar l-awditi fiskali tistax tintuża biex isiru aġġustamenti għall-produzzjoni u l-introjtu rrapportati ħażin (f’termini kwantitattivi) jew biex jiġu ddeterminati x-xejriet ta’ tali rapportar ħażin (f’termini kwantitattivi).
3. Jekk isiru aġġustamenti ta’ eżawrjenza bbażati fuq l-awditi fiskali (użu kwantitattiv), id-deskrizzjoni għandha tispjega l-mod kif tiġi adattata l-informazzjoni derivata mill-awditi fiskali biex tissodisfa dan il-fini, u għandu jiġi ddikjarat il-valur tal-aġġustamenti.
4. Jekk l-awditi fiskali jintużaw kwalitattivament, id-deskrizzjoni għandha tispjega l-mod li bih ix-xejriet identifikati ta’ rapportar ħażin jiġu applikati għall-aġġustamenti tal-eżawrjenza derivati minn metodi oħra ta’ eżawrjenza. Jekk l-awditi fiskali ma jintużawx fix-xogħol ta’ eżawrjenza, id-deskrizzjoni għandha tispjega r-raġunijiet sottostanti.
KAPITOLU 7
Aġġustamenti statistiċi relatati ma’ attivitajiet ekonomiċi illegali
Artikolu 18
L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw it-tipi ta’ attivitajiet ekonomiċi illegali li jaqgħu fil-limitu tal-produzzjoni tal-ESA 2010 bil-ħsieb li jsiru aġġustamenti ta’ eżawrjenza għall-PDG fejn xieraq u jirrevedu l-metodi użati għal dawk l-aġġustamenti biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tagħhom. Dawn ir-rieżamijiet għandhom isiru tal-anqas kull 5 snin, li jibdew miċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025-2029.
Artikolu 19
Ir-rieżami tat-tipi ta’ attivitajiet illegali msemmi fl-Artikolu 18 għandu jkopri l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
il-prostituzzjoni (jekk illegali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali); |
|
(b) |
il-produzzjoni u t-traffikar tad-droga (jekk illegali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali); |
|
(c) |
il-kuntrabandu tal-alkoħol u tal-prodotti tat-tabakk; |
|
(d) |
it-tipi l-oħra kollha ta’ attività ekonomika illegali li jitqiesu bħala sinifikanti f’termini kwantitattivi. |
Artikolu 20
L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fl-Inventarju tal-ING, billi jibdew bl-Inventarju tal-ING wara ċ-ċiklu ta’ verifika tal-ING 2025-2029, ir-riżultati tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 18. L-Inventarju tal-ING għandu jinkludi ġustifikazzjoni u deskrizzjoni tal-modifiki relatati, fejn xieraq. Jekk isiru aġġustamenti għal attivitajiet ekonomiċi illegali speċifiċi, is-sorsi tad-data u l-metodu ta’ kalkolu għandhom jiġu deskritti u għandu jiġi ddikjarat il-valur tal-aġġustament.
Artikolu 21
1. Id-Deċiżjoni 94/168/KE, Euratom tħassret.
2. Ir-referenzi għad-deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 22
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/516/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 tat-8 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddefinixxi l-lista ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika (ĠU L 428, 18.12.2020, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/2147/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/168/KE, Euratom tat-22 ta’ Frar 1994 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross domestiku fi prezzijiet tas-suq (ĠU L 77, 19.3.1994, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/168/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1700/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2240 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-sett tad-data, li jistabbilixxi l-formati tekniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u li jispeċifika l-arranġamenti dettaljati u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2240/oj).
(6) Ir-Regolament (KE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2152/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 271, 18.8.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1197/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/549/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1546 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati tal-inventarju tas-sorsi u l-metodi użati għall-produzzjoni tal-aggregati tal-introjtu nazzjonali gross u l-komponenti tagħhom skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 2010) (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1546/oj).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
ANNESS I
Tipi ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza msemmija fl-Artikolu 5
Id-diviżjoni tal-attivitajiet produttivi kollha skont il-potenzjal tagħhom għan-nuqqas ta’ eżawrjenza għandha tkun ibbażata fuq sett standard ta’ tipi ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza. It-tipi huma ttikkettati N1-N7. Deskrizzjoni ta’ kull tip ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza (N1-N7) u eżempji ta’ elementi individwali ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza f’dawk it-tipi huma mogħtija fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
Tikketta |
Tip |
Deskrizzjoni tat-tipi ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza u l-elementi tagħhom |
||||||||||||||||
|
N1 |
Produttur għandu jkun irreġistra (produttur ta’ taħt l-art) |
|
||||||||||||||||
|
N2 |
Produttur iwettaq attivitajiet ekonomiċi illegali u jonqos milli jirreġistra |
|
||||||||||||||||
|
N3 |
Produttur ma huwiex obbligat jirreġistra |
|
||||||||||||||||
|
N4 |
Persuna ġuridika rreġistrata ma hijiex inkluża fl-istatistika |
|
||||||||||||||||
|
N5 |
Imprenditur reġistrat ma huwiex inkluż fl-istatistika |
|
||||||||||||||||
|
N6 |
Produttur jirrapporta ħażin id-data |
|
||||||||||||||||
|
N7 |
Id-data hija soġġetta għal defiċenzi statistiċi |
|
It-tipi N1 sa N7 huma pertinenti għas-sitwazzjoni fejn id-data sors tinkiseb minn stħarriġ jew minn ġabriet amministrattivi ta’ produtturi. Għalhekk, l-applikazzjoni ewlenija tagħhom tinsab fl-analiżi tal-eżawrjenza fil-kuntest tal-kompilazzjoni tal-PDG mill-approċċ tal-produzzjoni. Dawn it-tipi jistgħu jiġu applikati wkoll għall-analiżi bl-approċċi tal-introjtu u tan-nefqa, iżda dan isir b’mod aktar faċli jekk din id-data tinkiseb minn stħarriġ jew minn ġabriet amministrattivi tal-produtturi.
Sabiex jiġi żgurat li t-tipi ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza huma distinti u separati, il-loġika li fuqha hija bbażata l-formulazzjoni tagħhom hija li jaqsmu l-attivitajiet produttivi skont il-potenzjal tagħhom li ma jiġux osservati. Dan jinkiseb billi jiġu eżaminati l-karatteristiċi faċilment osservabbli tal-produtturi, b’kull karatteristika tinqasam f’sett ta’ kategoriji li jkun reċiprokament esklużiv u eżawrjenti. Il-karatteristiċi għandhom jitfasslu abbażi tal-mistoqsijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-produttur huwa rreġistrat mal-awtoritajiet amministrattivi jew le? |
|
(b) |
il-produttur huwa inkluż fir-reġistru tan-negozji għal finijiet statistiċi jew le? |
|
(c) |
x’inhu s-sors bażiku tad-data: stħarriġ tal-produtturi, ġbir amministrattiv jew sors ieħor? |
|
(d) |
il-produttur huwa persuna ġuridika, imprenditur jew produttur domestiku mhux tas-suq? |
|
(e) |
il-produttur iwieġeb għal stħarriġiet jew le? |
|
(f) |
il-produttur jirrapporta korrettement jew jirrapporta ħażin? |
|
(g) |
id-data kollha meħtieġa għall-kontijiet nazzjonali nġabret jew le? |
Flimkien, dawn il-karatteristiċi jirfdu d-deskrizzjonijiet tat-tipi N1-N7 u jipprovdu diżaggregazzjoni komprensiva ta’ nuqqas potenzjali ta’ eżawrjenza. Id-derivazzjoni tat-tipi N1-N7 u r-relazzjonijiet tagħhom huma deskritti hawn taħt.
L-ewwel għandu jiġi kkunsidrat jekk produttur huwiex soġġett għal stħarriġ jew ġbir amministrattiv. Produttur ma jistax ikun soġġett għal stħarriġ jew ġbir amministrattiv għaliex:
|
(a) |
jonqos deliberatament milli jirreġistra għax huwa involut f’attivitajiet irregolari (N1) jew illegali (N2); |
|
(b) |
ma għandux għalfejn jirreġistra (produtturi domestiċi mhux tas-suq) (N3); |
|
(c) |
huwa persuna ġuridika iżda mhuwiex mistħarreġ (N4); |
|
(d) |
huwa imprenditur reġistrat iżda mhux mistħarreġ (N5). |
Jekk il-produttur ikun soġġett għal stħarriġ, id-data miksuba tista’ ma tkunx eżawrjenti minħabba li jew:
|
(a) |
il-produttur jirrapporta ħażin deliberatament (N6); |
|
(b) |
id-data meħtieġa ma tinġabarx jew ma tiġix ipproċessata kif suppost (defiċenza statistika) (N7). |
ANNESS II
Mudelli tat-tabelli ġenerali msemmija fl-Artikolu 5
It-tipi u l-elementi ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza permezz tal-metodu ta’ eżawrjenza applikat — ħarsa ġenerali lejn l-aġġustamenti tal-eżawrjenza għall-output (mudell analogu għandu jintuża għall-konsum intermedju u għall-valur miżjud gross u, sakemm id-data sors tinkiseb minn stħarriġ jew minn ġabriet amministrattivi ta’ produtturi, għall-komponenti rilevanti tal-approċċi tan-nefqa u tal-introjtu għall-PDG)
|
Tipi u elementi ta’ nuqqas ta’ eżawrjenza |
Metodi ta’ eżawrjenza |
Total |
|||||||||
|
Metodu 1 |
Metodu 2 |
Metodu 3 |
Metodu 4 |
Metodu 5 |
Metodu 6 |
Metodu 7 |
Metodu 8 |
||||
|
N1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
N2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
N3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
N4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
N5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
N6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
N7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
% |
|
|
|
|
|
|
|
|
100 % |
||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2251/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)