This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1919
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1919 of 25 September 2025 imposing a definitive anti-dumping duty and definitively collecting the provisional duty imposed on imports of certain hot-rolled flat products of iron, non-alloy or other alloy steel originating in Egypt, Japan and Vietnam, and terminating the investigation on imports thereof originating in India
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1919 tal-25 ta’ Settembru 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1919 tal-25 ta’ Settembru 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja
C/2025/6399
ĠU L, 2025/1919, 26.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1919/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1919 |
26.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1919
tal-25 ta’ Settembru 2025
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-8 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Eġittu, mill-Indja, mill-Ġappun u mill-Vjetnam (“il-pajjiżi kkonċernati”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara li l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“l-EUROFER” jew “l-ilmentatur”) ressqet ilment fl-24 ta’ Ġunju 2024. L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Indja, mill-Ġappun u mill-Vjetnam soġġetti għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2719 (“ir-Regolament ta’ reġistrazzjoni”) (3). |
1.3. Miżuri proviżorji
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fl-14 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet b’sommarju tad-dazji proposti u b’dettalji dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u l-marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli fi żmien tlett ijiem tax-xogħol. Il-Kummissjoni ma rċevitx kummenti relatati mal-akkuratezza tal-kalkoli. |
|
(5) |
Fis-7 ta’ April 2025, il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/670 (4) (“ir-Regolament proviżorju”). |
1.4. Proċedura sussegwenti
|
(6) |
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping proviżorju (“divulgazzjoni proviżorja”), l-ilmentaturi, il-produtturi esportaturi li ġejjin: Daido Steel Co., Ltd. (“Daido”), Formosa Ha Tinh Steel Corporation (“FHS”), Al Ezz Dekheila Steel Company S.A.E (“Ezz Steel”), Nippon Steel Corporation (“Nippon Steel”) u JFE Steel Corporation (“JFE”), Hoa Phat Group, kif ukoll il-Gvern tal-Eġittu (“GOE”, Government of Egypt), u l-Gvern tal-Ġappun (“GOJ”, Government of Japan), għamlu sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji fiż-żmien stipulat mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament proviżorju. |
|
(7) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti ma’ Ezz Steel, mal-GOE, ma’ Nippon Steel u mal-GOJ. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha meta kien xieraq. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam (id-“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. |
|
(10) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw ukoll din l-opportunità. Saru seduti mal-GOE, ma’ Ezz Steel (EZDK u EFS), mal-GOJ u ma’ Nippon Steel. |
|
(11) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Daido, mingħand FHS, mingħand Hoa Phat Group, mingħand Nippon Steel, mingħand JFE, mingħand il-GOJ u mingħand il-EUROFER. |
|
(12) |
Ċerti kummenti sottomessi minn Nippon Steel ġew aċċettati, u dan affettwa l-livell tal-marġni tad-dannu għal dan il-produttur esportatur u għall-produtturi esportaturi Ġappuniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Il-marġnijiet il-ġodda ġew iddivulgati mill-ġdid f’divulgazzjoni finali addizzjonali fis-7 ta’ Awwissu 2025 lill-partijiet kollha, li ngħataw l-opportunità li jipprovdu kummenti. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(13) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni sabet li l-bejgħ mhux kaptiv lil partijiet relatati mill-industrija tal-Unjoni kien ingħadd darbtejn fiċ-ċifri tal-konsum u tal-bejgħ irrapportati fit-Tabelli 1, 3 u 4 tad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali. L-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u minn pajjiżi terzi oħra kkalkolati fit-Tabelli 2 u 6 ġew riveduti kif xieraq. Din il-bidla ma taffettwax ix-xejriet rilevanti u b’hekk is-sejbiet iddivulgati fid-divulgazzjoni finali. Madankollu, meta wieħed iqis li xi wħud mill-valuri kienu kemxejn differenti minn dawk iddivulgati fid-divulgazzjoni finali, fit-18 ta’ Awwissu 2025 saret divulgazzjoni finali addizzjonali li tinforma lill-partijiet interessati dwar dawn ir-reviżjonijiet. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw fi żmien jumejn (2) f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, minħabba l-perjodu ta’ żmien tal-investigazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.5. Asserzjonijiet dwar il-bidu
1.5.1. Asserzjoni dwar il-proċedura
|
(14) |
Formosa Ha Tinh Steel Corporation (“FHS”) argumentat li l-Kummissjoni ma indirizzatx kif suppost it-talbiet proċedurali tagħha għar-raġuni li dawn it-talbiet marru lil hinn mir-rekwiżit ta’ evidenza suffiċjenti skont l-Artikoli 5(3) u 5(7) tar-Regolament Bażiku u l-Artikoli 5.2 u 5.3 tal-Ftehim dwar l-Antidumping tad-WTO. FHS qieset dawn it-tliet elementi: i) in-nuqqas ta’ indikaturi ekonomiċi ewlenin fl-ilment, ii) il-verżjoni mhux kunfidenzjali nieqsa u iii) in-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżamina d-dgħufijiet strutturali proprji tal-industrija tal-Unjoni, iż-żieda fil-kostijiet tad-dekarbonizzazzjoni u prezzijiet għoljin f’livell rekord tal-elettriku fl-intier tagħhom. FHS kienet tal-fehma li għadd ta’ fatturi identifikati mill-Kummissjoni fil-kapitolu dwar il-“kawżalità” kkonfermaw l-asserzjonijiet tagħha li l-istandard għall-bidu fl-ilment ma kienx issodisfat mill-ilmentatur. FHS sostniet li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li twettaq eżami oġġettiv ibbażat fuq evidenza pożittiva billi kkunsidrat l-allegazzjonijiet proċedurali f’iżolament u ttikkettat l-evidenza ppreżentata mill-ilmentaturi bħala “insuffiċjenti” mingħajr ma indirizzat kif xieraq il-kwistjonijiet imqajma. L-asserzjonijiet li saru fil-bidu minn dan il-produttur esportatur dwar in-nuqqas ta’ evidenza pożittiva li tiġġustifika l-bidu tal-proċediment skont it-tifsira tal-Artikoli 5.2 u 5.3 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO ġew indirizzati fid-dettall fil-premessi 12 sa 18 tar-regolament proviżorju. Il-Kummissjoni nnotat li l-aspetti li, skont dan il-produttur esportatur, ma kinux kompluti jew li kienu ppreżentati b’mod li jirrappreżentaw ħażin l-istat reali tal-industrija tal-Unjoni ġew dokumentati kif xieraq fir-regolament proviżorju. Dawn il-fatturi u l-indiċijiet kienu jikkonċernaw il-punti li ġejjin tal-Istat tal-industrija tal-Unjoni:
|
|
(15) |
Kif imsemmi fil-premessa (16) tar-Regolament proviżorju, ġie kkunsidrat li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta skont trattament kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom matul il-proċediment. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(16) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS tenniet li l-eżempji konkreti tagħha bħal “tabelli nieqsa ta’ PCN; studji dwar is-suq bid-drittijiet tal-awtur imħassra; worksheets ta’ kapaċità illeġibbli)” u n-nuqqas ta’ spjegazzjoni motivata dwar għaliex dawk l-oġġetti jistgħu jibqgħu moħbija kisru l-Artikolu 6 tal-ADA tad-WTO u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Bażiku iżda ma ppreżentatx argumenti addizzjonali. Fin-nuqqas ta’ elementi ġodda u kif imsemmi fil-premessa (15), l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
1.6. Kampjunar
|
(17) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-kampjunar, il-premessi (27) sa (35) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
1.7. Eżami individwali
|
(18) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar din it-taqsima, il-premessa (36) tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(19) |
Saret żjara addizzjonali ta’ verifika fil-bini tal-EUROFER, fi Brussell, il-Belġju. |
1.9. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(20) |
FHS argumentat li billi rrikonoxxiet fil-premessa (45) tar-Regolament proviżorju li s-sena 2021 kienet “punt eċċezzjonalment baxx” għall-użu tal-kapaċità, u filwaqt li rrikonoxxiet ukoll l-eżistenza ta’ żieda fil-prezzijiet ta’ wara l-COVID-19 fl-istess perjodu, il-Kummissjoni ma kellhiex tuża din is-“sena anormali” bħala l-parametru referenzjarju. Bl-għażla tal-2021 bħala s-sena bażi tal-indiċi, il-Kummissjoni ħolqot preġudizzju li jaffettwa l-linja tax-xejra. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni indirizzat din l-asserzjoni fil-premessa (42) tar-Regolament proviżorju, fejn indikat li l-perjodu kkunsidrat jenħtieġ li ma jiġix estiż għas-sena 2020 peress li s-suq u l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu influwenzati serjament minn ċirkostanzi eċċezzjonali skattati mill-kriżi tal-COVID-19. Tali estensjoni ma jkollhiex valur miżjud, b’mod partikolari peress li fl-2020, l-industrija ffaċċjat telf sinifikanti, primarjament attribwibbli għall-impatt tal-COVID-19. Is-sitwazzjoni tas-suq bdiet tmur lura għan-normal f’termini ta’ provvista u domanda, u dan jispjega t-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika tal-Industrija tal-Unjoni, madankollu, fl-istess ħin, l-Industrija tal-Unjoni sabet ruħha taħt pressjoni mġedda mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li naqqsu s-sehem mis-suq u l-profitti li saru saħansitra aktar akuti fl-2023 u fil-PI. Barra minn hekk, it-tul tal-perjodu kkunsidrat kien konsistenti mal-prattiki normali ta’ investigazzjoni. |
|
(22) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS sostniet li l-Kummissjoni injorat il-proposta tagħha li tibda l-perjodu ta’ investigazzjoni fl-2019 minflok fl-2021, u dan irriżulta fi ksur tal-obbligu tal-Kummissjoni ta’ standard ta’ eżami oġġettiv skont l-Artikolu 3.1 tal-ADA. Kummenti ulterjuri riċevuti mill-produtturi esportaturi wara d-divulgazzjoni finali marbuta kemm mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat kif ukoll mal-analiżi tad-dannu huma indirizzati fit-Taqsima 4. |
|
(23) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn rigward il-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”) u l-perjodu kkunsidrat, il-premessi (40) sa (45) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Asserzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott
|
(24) |
Produttur esportatur wieħed, Daido talab l-esklużjoni tat-tipi kollha ta’ prodotti tal-azzar ċatti, illaminati bis-sħana tiegħu fuq il-bażi li huma magħrufa fl-industrija bħala azzar tal-għodda u azzar li jintuża f’veloċità għolja, għalkemm ma jissodisfawx id-deskrizzjoni tal-azzar tal-għodda inkluża fin-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-UE. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni kkonfermat fir-Regolament proviżorju li l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f’veloċità għolja ma kinux koperti fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni inkwistjoni. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-asserzjoni ta’ Diado li teskludi t-tipi kollha tagħha ta’ prodotti tal-azzar ċatti, illaminati bis-sħana ma kinitx speċifika biżżejjed, u b’hekk fetħet ir-riskju li tista’ tkopri wkoll ħafna prodotti tal-azzar ċatti, illaminati bis-sħana ordinarji għal użi oħra barra milli bħala għodod. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni ta’ Daido li tirrifjuta l-prodotti kollha tagħha iżda kkonfermat l-esklużjoni tal-azzar tal-għodda kif previst fit-Taqsima 2.1 tar-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li l-użu tal-kodiċijiet NM xierqa kien ir-responsabbiltà tal-importatur meta jiddikjara l-oġġetti lill-awtoritajiet doganali. |
|
(26) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, Daido sostna li anke jekk l-azzar tal-għodda tiegħu ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ azzar tal-għodda u għalhekk ma jaqax taħt il-kodiċijiet NM dedikati għall-azzar tal-għodda, l-azzar tal- (5)għodda tiegħu xorta waħda kien jikkompeti magħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi “l-azzar tal-għodda ta’ Daido” bħala li għandu proprjetajiet fiżiċi u kimiċi differenti minn dawk tal-“prodotti tal-azzar ċatti, illaminati bis-sħana” koperti minn din l-investigazzjoni, u teskludihom mill-ambitu tal-prodott. |
|
(27) |
Diado kkunsidra li fis-sottomissjoni tiegħu kien stabbilixxa kriterji oġġettivi u speċifiċi biex jappoġġa t-talba tagħhom għall-esklużjoni. Barra minn hekk, Daido kien kunfidenti li kemm l-użu finali tal-azzar tal-għodod kif ukoll il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom kienu speċifiċi biżżejjed biex tiġi evitata l-esklużjoni ta’ prodotti tal-azzar mhux tal-għodda li jenħtieġ li ma jiġux esklużi mill-investigazzjoni (jiġifieri biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni). |
|
(28) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li abbażi tal-informazzjoni dwar il-fajl u fin-nuqqas ta’ informazzjoni għall-kuntrarju minn Daido, il-prodotti tal-“Azzar tal-Għodda ta’ Daido” ma humiex, fihom infushom, differenti minn HRF u jistgħu jkopru ħafna prodotti tal-azzar ċatti, illaminati bis-sħana ordinarji għal użi oħra barra milli bħala għodod. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma kkunsidratx li kien iġġustifikat li l-prodotti tal-“Azzar tal-Għodda ta’ Daido” jiġu esklużi b’mod espliċitu mill-ambitu tal-prodott. |
|
(29) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Daido pprovda dokumenti tekniċi addizzjonali (ċertifikat ta’ spezzjoni u skeda ta’ speċifikazzjoni kimika) biex jappoġġa t-talba għall-esklużjoni tiegħu. Diado saħaq ukoll li r-rifjut tat-talba għall-esklużjoni tal-“azzar tal-għodda ta’ Daido” kien ifisser li għalkemm il-prodotti tal-azzar tal-għodda tiegħu ġew iddefiniti skont l-istandards DIN bħala azzar tal-għodda, il-Kummissjoni ma kinitx qed tittrattahom bħala azzar tal-għodda sempliċiment minħabba li ma kinux jaqgħu taħt id-definizzjoni stabbilita fis-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-UE. Dan, fil-fehma ta’ Daido, ma kienx argument suffiċjenti biex l-“azzar tal-għodda ta’ Daido” ma jiġix ikkunsidrat bħala azzar tal-għodda. Fl-aħħar nett, Daido indika l-fatt li meta l-“azzar tal-għodda ta’ Daido” jiġi importat fl-UE, jipprovdi ċertifikat tal-kwalità tal-ispezzjoni lill-awtoritajiet doganali, li fih jissemmew b’mod ċar l-isem tal-kumpanija ta’ Daido u t-tipi ta’ azzar tal-għodda ta’ Daido. Għalhekk, dan jenħtieġ li jippermetti lill-awtoritajiet doganali jiddistingwu u jivverifikaw li l-“azzar tal-għodda ta’ Daido” ma huwiex HRF. |
|
(30) |
Madankollu, Daido xorta waħda naqas milli jipprovdi karatteristiċi tekniċi oġġettivi skont id-definizzjoni tal-azzar tal-għodda fil-kodiċijiet NM dedikati, li jikkonferma li dawn jaqgħu fid-definizzjoni stabbilita fis-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-UE tal-azzar tal-għodda u b’hekk jippermetti lill-awtoritajiet doganali jiddistingwu l-“azzar tal-għodda ta’ Daido” minn kwalunkwe prodott tal-azzar ieħor kopert mill-miżuri. Allegata perċezzjoni tas-suq ma hijiex biżżejjed biex teskludi prodott. Ir-referenza għall-istandards DIN li jippermettu d-definizzjoni ta’ prodotti tal-azzar tal-għodda ġiet miċħuda minħabba li d-deskrizzjoni tal-azzar tal-għodda, li hija inkluża fin-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-UE pprovdiet kompożizzjoni preċiża ħafna tal-elementi individwali meħtieġa fin-Nota Addizzjonali għall-Kapitolu 72 tar-Regolament Magħqud tal-UE. Kif ġie nnotat fil-premessa (24), u kif ġie kkonfermat minn Daido, “Azzar tal-Għodda ta’ Daido” ma kienx azzar tal-għodda reali skont it-tifsira tan-Nomenklatura Magħquda tal-UE. Tabilħaqq, il-Kummissjoni nnotat li n-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 72 tipprevedi definizzjoni ċara tal-azzar tal-għodod. Jekk il-prodott li għalih tintalab esklużjoni ma jaqax fl-ambitu definit għall-azzar tal-għodod, dawn jenħtieġ li ma jitqisux bħala tali u għalhekk jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(31) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għall-esklużjoni ta’ “azzar tal-għodda ta’ Daido”. Fir-rigward tal-impatt fuq il-parti rikjedenti, il-Kummissjoni ma ratx għaliex in-nuqqas ta’ esklużjoni jkun “katastrofiku”, kif sostnut mill-parti, minħabba l-kapaċità ta’ Daido li jiddikjara l-prodotti tiegħu taħt il-kodiċi NM korrett lill-awtoritajiet doganali jew li jitlob kodiċi NM speċifiku. |
2.2. Konklużjoni
|
(32) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (52) u (53) tar-Regolament proviżorju. |
3. DUMPING
3.1. L-Eġittu
|
(33) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, il-Kummissjoni rċeviet kummenti bil-miktub dwar is-sejbiet proviżorji tad-dumping fir-rigward tal-Eġittu mill-produttur esportatur Eġizzjan Ezz Steel, il-GOE u l-EUROFER. Barra minn hekk, waslu kummenti wara d-divulgazzjoni finali mingħand Ezz Steel u mingħand il-GOE. Dawk l-asserzjonijiet huma indirizzati fit-taqsimiet rilevanti ta’ hawn taħt. |
3.1.1. Valur normali
|
(34) |
Id-dettalji tal-metodoloġija tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi (54) sa (65) tar-Regolament proviżorju. |
|
(35) |
Fin-nuqqas ta’ asserzjonijiet relatati mal-kalkolu tal-valur normali, dawk il-premessi huma b’dan ikkonfermati. |
3.1.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(36) |
Id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessa (66) tar-Regolament proviżorju. |
|
(37) |
Fl-istadju tad-divulgazzjoni proviżorja, EZZ Steel identifikat ħames tranżazzjonijiet ta’ bejgħ għall-esportazzjoni li ġew irrapportati mill-kumpanija fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju iżda li kienu neqsin mill-kalkolu tad-dumping. Il-Kummissjoni kkoreġiet kif xieraq. |
3.1.3. Tqabbil
|
(38) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, Ezz Steel u l-GOE ppreżentaw li l-Kummissjoni kellha tuża d-data tal-fattura bħala d-data għar-rata tal-kambju biex il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni f’USD jiġi kkonvertit f’munita lokali, minflok ma tuża d-data tal-kuntratt ta’ bejgħ inizjali. Ezz Steel argumentat ukoll li, li kieku l-Kummissjoni kellha tiddevja mill-użu tad-data tal-fattura, jenħtieġ li hija ma tużax id-data tal-kuntratt ta’ bejgħ inizjali, iżda d-data tal-ħruġ tal-ittra ta’ kreditu għall-bejgħ għall-esportazzjoni korrispondenti, meta l-kuntratt isir finali. Għal dan, il-kumpanija pproponiet intervall medju ta’ żmien ta’ 20 jum bejn id-data tal-fattura u d-data tal-kuntratt tal-bejgħ abbażi tal-ftit tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni inklużi fil-kampjun mill-Kummissjoni matul il-verifika, li effettivament iwassal għall-applikazzjoni ta’ rata tal-kambju medja ta’ mhux aktar minn 30 jum wara d-data li fiha t-termini legali tal-bejgħ isiru finali. |
|
(39) |
EZZ Steel argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża wkoll id-data tal-fattura tal-bejgħ għall-bejgħ domestiku peress li kien hemm ukoll intervall ta’ żmien ta’ bejn xahar u xahrejn bejn id-data tal-kuntratt tal-bejgħ u d-data tal-fattura, u li l-prezzijiet varjaw bejn dawk id-dati. |
|
(40) |
Fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni, il-partijiet ma wrewx, u lanqas it-tranżazzjonijiet tal-bejgħ inklużi fil-kampjun ma wrew li kien hemm differenza strutturali fit-termini miftiehma tal-bejgħ (pereżempju fil-prezz, fil-volum jew fil-kwalità) bejn id-data tal-kuntratt ta’ bejgħ inizjali u d-data tal-ħruġ tal-ittri ta’ kreditu ħlief għall-eżistenza ta’ intervall ta’ żmien għan-numru żgħir ta’ 18-il tranżazzjoni għall-esportazzjoni inkwistjoni, mhux rappreżentattivi tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, il-medja ta’ 30 jum imsemmija fil-premessa (38) hija irrilevanti minħabba li d-devjazzjoni standard tal-kampjun hija għolja. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(41) |
Fir-rigward tal-asserzjoni fl-istadju tad-divulgazzjoni proviżorja dwar l-eżistenza ta’ sitwazzjoni simili għat-termini domestiċi tal-bejgħ u li għall-bejgħ domestiku d-data tal-kuntratt tal-bejgħ jenħtieġ li tintuża minflok id-data tal-fattura tal-bejgħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li minbarra li din l-asserzjoni ma kienet issostanzjata minn l-ebda evidenza, ma kien hemm ukoll l-ebda raġuni biex issir devjazzjoni mid-data tal-fattura tal-bejgħ domestiku peress li dan il-bejgħ ma kienx soġġett għad-diffikultajiet tar-rata tal-kambju minħabba l-fatt li l-bejgħ domestiku sar kollu f’lira Eġizzjana. B’hekk, din l-asserzjoni ġiet irrifjutata. |
|
(42) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Ezz Steel u l-GOE elaboraw ulterjorment l-asserzjoni tagħhom fl-istadju proviżorju li l-Kummissjoni kienet użat id-data żbaljata biex tikkonverti l-bejgħ tal-esportazzjoni minn USD għal EGP, u żiedu żewġ raġunijiet: l-iżvalutazzjoni u d-data meta jiġu stabbiliti t-termini materjali tal-bejgħ. |
|
(43) |
Skont Ezz steel, il-Kummissjoni ma spjegatx fir-regolament proviżorju kif il-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju u t-tnaqqis ġenerali tal-EGP kontra l-USD iwasslu għall-konklużjoni li l-punt ta’ referenza kien jeħtieġ li jkun id-data tal-kuntratt tal-bejgħ u mhux id-data tal-fattura. |
|
(44) |
Madankollu, ir-raġunijiet għall-użu tad-data tal-kuntratt tal-bejgħ minflok id-data tal-fattura ġew iddikjarati b’mod ċar fil-premessa (72) tar-Regolament proviżorju. Kif spjegat fiha, il-fatt li l-kumpanija operat f’sitwazzjoni ta’ żvalutazzjoni għolja tal-EGP kontra l-USD u l-Euro flimkien mal-fatt li l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, inkluż il-prezz tal-bejgħ, ġew stabbiliti fil-mument tal-kuntratt tal-bejgħ, mument fejn kienet magħrufa biss ir-rata tal-kambju f’dak iż-żmien, iġġustifika l-użu tad-data tal-kuntratt tal-bejgħ bħala d-data ta’ referenza korretta għall-bejgħ u mhux id-data tal-fattura. |
|
(45) |
Il-kumpanija argumentat ukoll li l-metodoloġija “ibrida” użata mill-Kummissjoni billi kkunsidrat ir-rata tal-kambju fiż-żmien tad-data tal-kuntratt għall-bejgħ għall-esportazzjoni u r-rata tal-kambju fiż-żmien tad-data tal-fattura għall-bejgħ domestiku ma ppermettietx paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Dan kien minħabba l-fatt li l-iżvalutazzjoni tal-EGP tqieset biss min-naħa domestika filwaqt li min-naħa tal-esportazzjoni din ġiet miċħuda bl-użu tad-data tal-kuntratt tal-bejgħ. B’appoġġ għall-argument tagħha, il-kumpanija rreferiet għal rapport imħejji minn konsulent li fis-sommarju tiegħu ddikjara li dan l-approċċ “(…) jimplika li l-prezzijiet domestiċi jirriflettu kif xieraq l-impatt ta’ bejn xahar u xahrejn (1-2) ta’ inflazzjoni (mill-ordni għall-fattura), filwaqt li l-apprezzament korrispondenti tal-EGP kontra l-USD matul l-istess perjodu huwa injorat” (6). |
|
(46) |
L-iżvalutazzjoni tal-EGP kontra l-USD ġiet stabbilita, ikkonfermata li teżisti u għalhekk tqieset. Madankollu, il-kumpanija naqset milli tipprovdi evidenza sostanzjali għal din l-asserzjoni li turi l-ħtieġa ta’ aġġustament konsistenti tal-prezzijiet domestiċi maż-żmien f’konformità mal-inflazzjoni. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni ġie stabbilit li għall-bejgħ domestiku, il-kumpanija ma setgħetx torbot bejgħ speċifiku ma’ pagamenti speċifiċi. Il-klijenti jistgħu jiġbru l-prodott mill-imħażen ta’ Ezz steel meta jingħataw l-awtorizzazzjoni mid-dipartiment li jikkontrolla l-kontijiet kurrenti. Madankollu, il-proċeduri ta’ kontroll intern ta’ Ezz steel ma jipprovdux informazzjoni suffiċjenti u adegwata fir-rigward ta’ f’liema data tħallset eżattament fattura speċifika. Għalhekk, ma kienx possibbli li tiġi stabbilita d-data preċiża tal-pagament għal kull tranżazzjoni ta’ bejgħ domestiku u b’hekk jiġi evalwat jew ikkwantifikat l-allegat impatt tal-iżvalutazzjoni tal-EGP fuq il-prezzijiet domestiċi. Barra minn hekk, din l-asserzjoni rigward l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-bejgħ domestiku tirreferi għall-inflazzjoni b’mod ġenerali, u ma tispeċifikax liema indiċi ntuża. Għalhekk, ma huwiex magħruf jekk tirreferix għall-indiċi tal-inflazzjoni ġenerali li jinkludi ħafna oġġetti barra mill-ambitu tal-investigazzjoni li, konsegwentement, huma irrilevanti. Hija biss l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq domestiku li hija importanti u fir-rigward tagħhom, fir-rapporti finanzjarji kemm ta’ EZDK kif ukoll ta’ EFS, l-awdituri statutorji ma indirizzaw l-ebda kwistjoni ewlenija tal-awditjar relatata mal-inflazzjoni. Lanqas ma hemm referenza fir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija għall-IAS 29 Financial Reporting in Hyperinflationary Economies. Għalhekk, din it-talba għal aġġustament skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku ġiet miċħuda bħala mhux issostanzjata. |
|
(47) |
Barra minn hekk, Ezz steel tenniet l-asserzjoni tagħha li t-termini tal-bejgħ tal-esportazzjoni ġew stabbiliti biss meta l-kuntratt bejn il-partijiet ġie kontrofirmat mix-xerrej jew inħarġet l-ittra ta’ kreditu. Bl-użu ta’ dan l-approċċ, Ezz steel ikkonkludiet li, għall-kampjun magħżul ta’ bejgħ għall-esportazzjoni vverifikat fuq il-post, in-numru medju ta’ jiem bejn id-data tal-kuntratt tal-bejgħ u l-ħruġ tal-ittra ta’ kreditu kien ta’ madwar 20 jum għall-grupp. B’riżultat ta’ dan, skont il-kumpanija, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq id-data tal-ħruġ tal-ittra ta’ kreditu. |
|
(48) |
Minbarra li l-ittra ta’ kreditu hija irrilevanti f’dan il-kuntest minħabba li, skont id-definizzjoni, trid tirrifletti l-kundizzjonijiet u t-termini li huma inklużi fil-ftehim ta’ bejgħ, jiġifieri, il-kuntratt, il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (40) ta’ hawn fuq. |
|
(49) |
Fl-istadju proviżorju u definittiv, Ezz Steel iddikjarat li dan il-każ jenħtieġ li jiġi distint mill-fatti u miċ-ċirkostanzi tal-Pjanċi b’Bastun (7) u tal-Madum taċ-Ċeramika (8) li kienu jikkonċernaw l-esportazzjonijiet mit-Turkija u li fihom il-Kummissjoni użat id-data tal-kuntratt, minflok id-data tal-fattura, peress li ċ-ċirkostanzi ta’ dawn il-każijiet ma japplikawx għal dan il-każ. Peress li l-Kummissjoni wettqet valutazzjoni indipendenti tal-fatti u taċ-ċifri ta’ dan il-każ u ma nstab l-ebda parallel mal-każijiet imsemmija hawn fuq, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(50) |
Ezz Steel ippreżentat ukoll li l-Kummissjoni kienet użat ir-rati tal-kambju ħżiena għat-tranżazzjonijiet matul il-PI relatati mal-kuntratti ta’ bejgħ konklużi fit-tliet xhur ta’ qabel il-PI, jiġifieri għall-perjodu minn Jannar sa Marzu 2023. Huma sostnew li l-Kummissjoni kellha tuża r-rati tal-kambju fir-rapport finanzjarju vverifikat tal-kumpanija, ipprovdut lill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. |
|
(51) |
Il-Kummissjoni vvalutat u aċċettat l-asserzjoni tal-kumpanija fir-rigward tar-rata tal-kambju għal Marzu 2023. Madankollu, għal Jannar u Frar 2023, il-Kummissjoni sabet li l-użu tar-rata tal-kambju uffiċjali kien korrett peress li l-problema ta’ skambjabbiltà tal-Lira Eġizzjana fir-rigward tal-aċċess normali għall-USD fis-suq tal-kambju tal-muniti saret biss kwistjoni għall-kumpanija minn Marzu 2023, kif ikkonfermat fid-diversi rapporti finanzjarji tal-kumpanija nnifisha (9). Ma hemm l-ebda raġuni monetarja għala ma tintużax ir-rata tal-kambju uffiċjali meta s-suq monetarju jaħdem b’mod normali, li kien il-każ sa Frar 2023, inkluż, skont ir-rapporti finanzjarji ta’ Ezz għall-2023. Barra minn hekk, ir-rapporti finanzjarji tal-2023 ma jiżvelawx ir-rati tal-kambju speċifiċi ta’ Jannar u ta’ Frar 2023. |
|
(52) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Ezz steel sostniet li d-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq fil-premessa (51) rigward l-użu tar-rata tal-kambju uffiċjali għax-xhur Jannar u Frar 2023 mill-Kummissjoni hija ħażina, b’sostenn mid-dokumenti li ġejjin: ir-Rapport ta’ Deloitte dwar l-ipprezzar ta’ EZDK matul April 2023 sa Marzu 2024, l-Osservatur Ekonomiku tal-Eġittu tal-Bank Dinji għal Diċembru 2022, il-minuti tal-Kumitat tal-Awditjar tar-raba’ trimestru tal-2023 u r-rapport maħruġ fl-20 ta’ Lulju 2024 mill-Kontabilisti Pubbliċi u mill-Konsulenti ta’ Moore Egypt. Madankollu, dan l-aħħar rapport jinkludi ċ-ċaħda ta’ responsabbiltà u l-limitazzjoni tal-ambitu li ġejjin: “(…) Il-proċeduri ma jikkostitwux awditu jew rieżami limitat f’konformità mal-istandards tal-awditjar Eġizzjani jew mal-Istandards tal-Kontabbiltà Eġizzjani, u għalhekk, ma nesprimu l-ebda assigurazzjoni jew opinjoni dwar l-informazzjoni finanzjarja sottostanti. (…) Dan ir-Rapport (…) ma għandu jiġi invokat minn ebda parti oħra għajr dawk li lilhom huwa indirizzat speċifikament”. Il-minuti tal-Kumitat tal-Awditjar tar-raba’ trimestru tal-2023 għandhom l-istess natura ta’ limitazzjonijiet minħabba li huma dokument purament intern. Fir-rigward tar-rapporti ta’ Deloitte u tal-Bank Dinji, dawn ma humiex speċifiċi u dettaljati fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ Ezz steel soġġetti għal rati tal-kambju għall-ewwel xahrejn tal-2023. Għalhekk, il-konklużjoni proviżorja fil-premessa (51) ġiet ikkonfermata. |
|
(53) |
Minbarra l-korrezzjonijiet deskritti hawn fuq, ma sar l-ebda tibdil ieħor fil-metodoloġija għall-paragun kif deskritt fil-premessi (67) sa (72). Għalhekk, dawn huma b’dan ikkonfermati. |
3.1.4. Marġni tad-dumping
|
(54) |
Kif deskritt fil-premessi (36) sa (37), wara l-asserzjonijiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet tad-dumping. |
|
(55) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance and freight) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.2. L-Indja
|
(56) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja u finali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti bil-miktub mill-EUROFER li huma indirizzati fit-taqsima 3.2.4. |
3.2.1. Valur normali
|
(57) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-valur normali, il-premessi (78) sa (90) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(58) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment rigward il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (91) sa (93) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.3. Tqabbil
|
(59) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment rigward il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (94) sa (100) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.2.4. Marġni tad-dumping
|
(60) |
L-EUROFER ikkontestat il-konklużjoni tal-Kummissjoni li ma kien hemm l-ebda dumping ta’ importazzjonijiet tal-azzar ċatti, illaminati bis-sħana mill-Indja, bl-argument li s-sejba kienet distorta u jenħtieġ li tiġi vvalutata mill-ġdid. |
|
(61) |
L-EUROFER ippreżentat li l-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja lejn l-Unjoni fit-tieni trimestru tal-2023 kienu għoljin b’mod mhux tas-soltu, u kienet tal-fehma li dawn għawwġu l-kalkolu tad-dumping. Dawn il-volumi għoljin kienu, skont l-EUROFER, fil-biċċa l-kbira r-riżultat ta’ riport tal-kwoti skont il-mekkaniżmu ta’ Salvagwardja tal-Azzar tal-UE, bi 334 000 tunnellata ttrasferiti mir-raba’ trimestru tal-2022 għall-ewwel trimestru tal-2023 u 422 000 tunnellata ttrasferiti mill-ewwel trimestru għat-tieni trimestru tal-2023, u rriżultaw f’esportazzjonijiet totali fit-tieni trimestru ta’ 555 000 tunnellata—żieda eċċezzjonali meta mqabbla ma’ trimestri oħra. Barraminhekk, il-prezzijiet tat-tieni trimestru tal-2023 laħqu EUR 740 għal kull tunnellata, li kien eċċezzjonalment għoli minħabba l-prattika tas-soltu tal-Indja li tbigħ azzar żejjed barra mill-pajjiż bi prezzijiet aktar baxxi wara li tissodisfa d-domanda domestika. L-EUROFER tissuġġerixxi li din iż-żieda qawwija setgħet ġiet influwenzata mit-tneħħija ta’ 15 % f’dazju tal-esportazzjoni u minn skemi oħra ta’ inċentivi. Hija targumenta li l-kalkolu tad-dumping matul il-perjodu sħiħ jaħbi din id-distorsjoni temporanja u minflok tappella għall-użu ta’ medji ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur, metodu li qabel kien applikat mill-Kummissjoni f’każijiet oħra li jinvolvu l-volatilità tas-suq. |
|
(62) |
L-EUROFER iddikjarat li l-fatturi staġunali kkontribwew għal-livelli għoljin ta’ esportazzjonijiet mhux tas-soltu lejn l-Unjoni: filwaqt li d-domanda u l-prezzijiet tal-Unjoni huma tipikament ogħla fit-tieni trimestru qabel it-tnaqqis fis-sajf, id-domanda domestika tal-Indja normalment tkun aktar baxxa minħabba l-bidu tal-istaġun tal-monsoons, li tagħti inċentiv lill-esportaturi biex jesportaw aktar lejn l-Unjoni. Peress li s-sistema ta’ trasferiment tal-kwoti twaqqfet f’Marzu 2025, l-EUROFER enfasizzat li t-tieni trimestru tal-2023 kien jirrappreżenta distorsjoni ta’ darba li jenħtieġ li ma titteħidx bħala l-medja matul il-perjodu kollu tal-investigazzjoni. |
|
(63) |
L-EUROFER ippreżentat li l-Kummissjoni ttrattat il-kostijiet tal-minerali tal-ħadid b’mod żbaljat meta kkalkulat il-valur normali. L-EUROFER sostniet li l-produtturi Indjani biegħu l-minerali tal-ħadid minn minjieri ristretti b’telf biex jikkonformaw mad-direttivi tal-gvern. Madankollu, il-Kummissjoni ttrattat dawn it-tranżazzjonijiet bħala kostijiet leġittimi tal-akkwist minflok ma aġġustathom għal valutazzjonijiet ibbażati fuq is-suq. L-EUROFER saħqet li l-aġġustamenti tal-kostijiet jenħtieġ li jirriflettu l-prezzijiet li jseħħu fl-andament normali tal-kummerċ, inkluż profitt raġonevoli. L-użu ta’ prezzijiet tal-input distorti bħall-bejgħ ta’ minerali tal-ħadid taħt il-kost jirriżulta f’valur normali sottovalutat u, konsegwentement, f’marġni ta’ dumping qarrieqi. |
|
(64) |
Għalhekk, l-EUROFER talbet li, l-ewwel nett, il-marġni tad-dumping għall-HRF Indjani jenħtieġ li jiġi kkalkolat mill-ġdid jew billi titneħħa l-influwenza tad-data tat-tieni trimestru tal-2023 jew billi jiġu kkalkolati l-medji tal-marġnijiet fuq bażi ta’ kull xahar jew trimestrali. It-tieni, il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur normali jenħtieġ li tiġi riveduta biex jitqiesu l-prezzijiet ġusti tal-mineral tal-ħadid ibbażati fuq is-suq, inkluż marġni ta’ profitt raġonevoli, f’konformità mal-istandards kummerċjali internazzjonali. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawn l-asserzjonijiet bir-reqqa. L-ewwel nett, hija kkonkludiet li l-EUROFER ma spjegatx kif xieraq għaliex it-tielet trimestru jkun differenti mit-trimestri l-oħra. Il-Kummissjoni sabet li t-tneħħija tad-dazji tal-esportazzjoni fl-Indja diġà seħħet f’Novembru tal-2022 u dawk id-dazji ma ġewx imposti mill-ġdid. Ma huwiex ċar għaliex kienu jaffettwaw biss lit-tielet trimestru. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li, wara t-tneħħija ta’ dawk id-dazji, il-produtturi esportaturi fl-Indja kellhom l-għażla li jitolbu prezzijiet tal-esportazzjoni aktar baxxi jew li jżidu l-prezzijiet. Huma ddeċidew li jżidu l-prezzijiet (u l-profitti tagħhom). Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra li d-data dwar il-bejgħ mit-tieni trimestru tal-2023 ma rriflettitx it-tranżazzjonijiet kummerċjali reali li seħħew fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-volumi tal-bejgħ għall-esportazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi matul it-tieni trimestru tal-2023 ma kinux eċċezzjonalment għoljin u kien hemm bejgħ rappreżentattiv fit-trimestri kollha għaż-żewġ produtturi esportaturi. Konsegwentement, din id-data hija rappreżentattiva u valida għall-inklużjoni fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni ċaħdet ukoll l-argumenti tal-EUROFER kemm dwar l-istaġunalità kif ukoll dwar il-prezzijiet distorti tal-input tal-minerali tal-ħadid. Fir-rigward tal-istaġunalità, il-Kummissjoni sostniet li d-data tat-tieni trimestru tal-2023—minkejja l-asserzjonijiet tal-EUROFER ta’ volum u ta’ prezzijiet eċċezzjonali minħabba t-trasferimenti tal-kwoti u d-dinamika staġunali tas-suq—irriflettiet tranżazzjonijiet kummerċjali reali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Bħala tali, ma sabet l-ebda bażi legali skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku biex tiddevja mill-metodoloġija standard, li tqis il-perjodu sħiħ ta’ investigazzjoni bħala rappreżentattiv. |
|
(67) |
Fir-rigward tal-asserzjoni tal-EUROFEER dwar il-prezzijiet tal-input tal-minerali tal-ħadid, il-Kummissjoni sabet li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li tippermetti s-sostituzzjoni tal-kostijiet irrapportati b’valuri alternattivi bbażati fuq is-suq. L-ewwel nett, l-EUROFEER ma indikatx il-bażi legali għall-aġġustament li sostniet. It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li l-“bejgħ” tal-mineral tal-ħadid imsemmi mill-EUROFER fil-fatt huwa trasferimenti interni, u mhux bejgħ b’telf bejn kumpaniji relatati. Id-dikjarazzjoni fil-premessa (84) tar-Regolament proviżorju tirreferi għall-bejgħ ta’ minerali tal-ħadid lil klijenti mhux relatati fis-suq ħieles, u mhux għat-tranżazzjonijiet fi ħdan kumpanija. Sabiex tirrifletti l-kost reali tal-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat, il-Kummissjoni allokat it-telf realizzat tal-bejgħ tal-mineral tal-ħadid bħala kost tal-akkwist għall-kost tal-manifattura. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet tal-EUROFER, il-kalkolu tad-dumping kien jirrappreżenta b’mod korrett it-telf imġarrab fuq il-bejgħ tal-mineral tal-ħadid. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(68) |
Fiż-żewġ każijiet, il-Kummissjoni sostniet is-sejbiet proviżorji tagħha u kkonkludiet li l-metodoloġija użata kienet konformi mar-rekwiżiti legali tar-Regolament bażiku. |
|
(69) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe asserzjoni aċċettata dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-premessa (102) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata u għalhekk ma nstab l-ebda dumping tal-importazzjonijiet ta’ prodotti Indjani tal-azzar ċatti, illaminati bis-sħana. |
|
(70) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EUROFER ressqet mill-ġdid kummenti li jikkontestaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet tal-HRF li joriġinaw mill-Indja ma kinux oġġett ta’ dumping. L-EUROFER argumentat li l-kalkolu tal-marġni tad-dumping x’aktarx li kien distort minħabba:
|
|
(71) |
Fir-rigward tal-punt (a), l-EUROFER sostniet li l-prezzijiet u l-volumi tal-esportazzjoni tat-tieni trimestru tal-2023 kienu eċċezzjonalment għoljin minħabba konverġenza tal-fatturi tal-politika u dawk relatati mas-suq, inklużi t-trasferimenti tal-kwoti ta’ salvagwardja, ix-xejriet tad-domanda staġunali, it-tneħħija tad-dazji tal-esportazzjoni f’Novembru 2022, u l-estensjoni ta’ skemi ta’ inċentivi bħal RoDTEP. L-EUROFER iddikjarat li dawn l-elementi ħolqu distorsjoni temporanja li kellha tiġi indirizzata jew billi t-tieni trimestru tal-2023 jiġi eskluż mill-kalkolu tad-dumping jew billi tiġi adottata metodoloġija ta’ tqabbil trimestrali jew ta’ kull xahar skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawn l-asserzjonijiet u sabet li ma kinux jiġġustifikaw reviżjoni tas-sejbiet proviżorji tagħha. Filwaqt li d-dazju tal-esportazzjoni tneħħa f’Novembru 2022, din il-bidla applikat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u ma kinitx speċifika għat-tieni trimestru tal-2023. Fir-rigward tat-trasferiment tal-kwoti ta’ salvagwardja u l-allegata domanda staġunali, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kellhom l-għażla li jaġġustaw l-istrateġiji kummerċjali tagħhom kif xieraq. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li t-tranżazzjonijiet fit-tieni trimestru tal-2023 ma kinux jirriflettu mġiba kummerċjali ġenwina. |
|
(73) |
Barra minn hekk, għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkonfermat li l-volumi tal-esportazzjoni fit-tieni trimestru tal-2023 ma kinux għoljin b’mod anormali u li l-bejgħ rappreżentattiv tal-esportazzjoni kien jeżisti fit-trimestri kollha tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-kalkolu tal-marġni tad-dumping huwa bbażat fuq data vverifikata mill-esportaturi inklużi fil-kampjun, f’konformità mal-prattika standard tal-Unjoni, u li l-istatistika aggregata dwar l-importazzjoni pubblika ċċitata mill-EUROFER ma tistax tpoġġi f’dubju s-sejbiet ibbażati fuq data dettaljata tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(74) |
Fir-rigward tal-bażi legali għal metodoloġija alternattiva, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, soġġett għal paragun ġust, jipprevedi li l-eżistenza ta’ dumping jenħtieġ li “normalment” tiġi stabbilita abbażi ta’ tqabbil medju ponderat matul il-perjodu kollu tal-investigazzjoni. Dan ma jipprekludix devjazzjonijiet, meta jkun iġġustifikat, iżda l-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni konvinċenti li tiġġustifika l-użu ta’ medji trimestrali jew ta’ kull xahar f’dan il-każ. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(75) |
Fir-rigward tal-punt (b), l-EUROFER tenniet il-fehma tagħha li l-kostijiet tal-input tal-minerali tal-ħadid użati biex jiġi ddeterminat il-valur normali ma kinux ibbażati fuq is-suq, peress li l-produtturi Indjani akkwistaw il-minerali minn minjieri ristretti b’telf taħt id-direzzjoni tal-gvern. L-EUROFER sostniet li dawn il-prezzijiet kellhom jiġu sostitwiti b’valuri li jirriflettu t-tranżazzjonijiet fil-kors ordinarju tal-kummerċ, inkluż marġni ta’ profitt raġonevoli. |
|
(76) |
Il-Kummissjoni vvalutat din l-asserzjoni u sabet li ma kinitx issostanzjata. L-inputs tal-minerali tal-ħadid inkwistjoni ma ntwerewx li huma influwenzati minn mandati tal-gvern b’mod li jiġġustifika l-fatt li jiġu injorati l-kostijiet irrapportati. Fin-nuqqas ta’ evidenza verifikabbli li turi d-distorsjoni jew l-ipprezzar mhux kummerċjali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kostijiet irrapportati kienu jirriflettu b’mod akkurat il-kost reali tal-produzzjoni tal-produtturi u ma kinux jirrikjedu aġġustament. |
|
(77) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ma aċċettatx il-kummenti addizzjonali tal-EUROFER. Il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku, inkluż ir-rekwiżit ta’ paragun ġust u l-Artikolu 2(11). Għaldaqstant, is-sejbiet imsemmija fil-premessa (102) tar-Regolament proviżorju, ġew ikkonfermati. |
3.3. Il-Ġappun
|
(78) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, il-Kummissjoni rċeviet kummenti bil-miktub dwar is-sejbiet proviżorji tad-dumping fir-rigward tal-Ġappun mill-GOJ u produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun (Nippon Steel). Kummenti oħra riċevuti minn dawn il-partijiet, jew minn kumpaniji oħra bħal Daido u JFE dwar aspetti oħra tal-investigazzjoni ġew ittrattati fit-taqsimiet rilevanti (eż. fit-taqsimiet 2.1., 4.3.2 u 4.4). |
3.3.1. Kumpaniji relatati
|
(79) |
GOJ u Nippon Steel it-tnejn sostnew li xi wħud mill-kumpaniji, li l-Kummissjoni fl-istadju proviżorju kkunsidrat bħala kumpaniji relatati, jenħtieġ li ma jiġux trattati bħala relatati minħabba l-influwenza żgħira ta’ wieħed mill-azzjonisti u d-daqs tal-entità kkontrollata kif spjegat fid-dettall hawn taħt. Dan kien jikkonċerna lill-kumpaniji Ġappuniżi Marubeni-Itochu Steel Inc. (“MISI”) u Sumitomo Corporation Global Metals Co., Ltd. (“SCGM”). Fir-Regolament proviżorju, iż-żewġ kumpaniji tqiesu bħala relatati ma’ Nippon Steel peress li kull waħda minnhom kellha sehem azzjonarju f’entità terza komuni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat dan li ġej. |
|
(80) |
L-ewwel nett, Nippon Steel innifisha kienet irrapportat kemm lil MISI kif ukoll lil SCGM bħala entitajiet relatati mill-bidu tal-investigazzjoni. Diġà sa mis-16 ta’ Settembru 2024, jiġifieri ħames ġimgħat wara l-bidu tal-investigazzjoni u qabel l-iskadenza għat-tweġibiet għall-kwestjonarju, Nippon Steel informa lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika dwar ir-relazzjoni bejn il-kumpaniji differenti u indika li dawn l-entitajiet relatati kienu se jipprovdu tweġibiet għall-kwestjonarju. Sussegwentement, ġew ippreżentatati t-tweġibiet għall-kwestjonarju u t-tweġibiet għan-nuqqasijiet u saru żjarat ta’ verifika, kollha bbażati fuq il-premessa li dawn il-kumpaniji kienu relatati ma’ xulxin. |
|
(81) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Nippon Steel iddikjarat li r-raġuni għar-rapportar ta’ dawk il-kumpaniji bħala entitajiet relatati kienet li tipprevjeni lill-Kummissjoni milli tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku (nuqqas ta’ kooperazzjoni). |
|
(82) |
Madankollu, jekk din kienet l-unika raġuni għar-rapportar ta’ dawn l-entitajiet, Nippon Steel kellha kull opportunità matul l-investigazzjoni biex issostni u turi li ma kinitx relatata ma’ dawk l-entitajiet, pereżempju fil-kwestjonarju, fl-istadju tan-nuqqasijiet u matul iż-żjara ta’ verifika. Madankollu, Nippon Steel ittrattat il-kumpaniji bħala kumpanija relatata f’dawn il-passi kollha u għamlet l-asserzjoni mhux qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(83) |
It-tieni, ir-Regolament bażiku jiddikjara fl-Artikolu 2(1) li “Biex jiġi stabbilit jekk żewġ partijiet humiex assoċjati, tista’ titqies id-definizzjoni ta’ partijiet relatati stabbilita fl-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447”. (10) L-ittra (g) ta’ dak l-Artikolu 127 tipprovdi li persuni għandhom jitqiesu bħala relatati jekk “flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament”. |
|
(84) |
Fir-rigward ta’ MISI, Nippon Steel u MISI flimkien kellhom kważi 100 % tal-ishma ta’ entità terza, (11) fejn iż-żewġ kumpaniji flimkien ħatru kważi d-diretturi kollha, inkluż il-president. Fir-rigward ta’ SCGM, Nippon Steel u SCGM flimkien kellhom (kważi) 100 % ta’ żewġ entitajiet separati, (12) jew direttament jew permezz tal-entità relatata (mhux ikkontestata) ta’ Nippon Steel, Nippon Steel Trading Corporation (“NST”). Nippon Steel u SCGM flimkien ħatru (kważi) d-diretturi kollha, inkluż il-president. |
|
(85) |
Nippon Steel sostniet li f’kull każ wieħed miż-żewġ azzjonisti kellu inqas influwenza fuq jew kontroll fuq l-entità terza mill-azzjonist l-ieħor. Għalhekk, skont il-kumpanija, is-sempliċi sjieda kondiviża tal-entità terza waħedha ma kinitx biżżejjed biex jiġi konkluż li kienet teżisti relazzjoni. Madankollu, jekk azzjonist wieħed kellux inqas influwenza fuq l-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-entità terza mill-azzjonist l-ieħor ma jnaqqasx ir-realtà oġġettiva li Nippon Steel u MISI, rispettivament SCGM, flimkien, jikkontrollaw bis-sħiħ dik l-entità terza. |
|
(86) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Nippon Steel irreferiet għal deċiżjoni preliminari (13), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kienet spjegat li “persuna titqies li tikkontrolla persuna oħra meta hija, fid-dritt jew fil-fatt, f’pożizzjoni li teżerċita fuqha setgħa vinkolanti jew ta’ gwida”. Din il-formulazzjoni ġiet riflessa wkoll fl-artikolu msemmi fil-premessa (83) bħala “persuna waħda titqies bħala li tikkontrolla lil persuna oħra meta tal-ewwel tkun legalment jew operattivament f’pożizzjoni li teżerċita direzzjoni fuq tal-aħħar”. Skont Nippon Steel, it-terzi entitajiet kienu kkontrollati biss minn MISI jew SCGM (u għal NST Coil Centre, minn NST u NSC). |
|
(87) |
Madankollu, l-Artikolu 127(g) imsemmi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 ma jikkonċernax “persuna waħda” li tikkontrolla oħra, iżda entitajiet relatati (f’dan il-każ tnejn) li flimkien jikkontrollaw entità oħra. Għalkemm il-livell ta’ kontroll jew influwenza ta’ wieħed mill-azzjonisti (kemm jekk MISI, SCGM, Nippon Steel jew NST) allegatament kien żgħir meta mqabbel mal-azzjonist(i) l-ieħor/oħrajn, dan ma jinnegax il-konklużjoni tal-premessa preċedenti li l-entitajiet, flimkien, jikkontrollaw kompletament dik l-entità. |
|
(88) |
Barra minn hekk, Nippon Steel ipprovdiet informazzjoni kunfliġġenti dwar liema mill-kumpaniji kienet l-azzjonist ewlieni – Nippon Steel jew MISI, rispettivament SCGM. Il-perċentwali tal-ishma rrapportati fil-posta elettronika tagħha tas-16 ta’ Settembru 2024 kienu differenti minn dawk fis-sottomissjoni tal-kumpanija wara d-divulgazzjoni proviżorja. Barra minn hekk, l-entità terza msemmija fil-posta elettronika tas-16 ta’ Settembru 2024, li kienet proprjetà ta’ Nippon Steel u SCGM flimkien, ma baqgħetx tissemma fis-sottomissjoni ta’ Nippon Steel wara l-miżuri proviżorji. Skont informazzjoni pubblika, din l-entità terza kienet għalkollox proprjetà ta’ SCGM u Nippon Steel u/jew NST matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. (14) |
|
(89) |
Wara d-divulgazzjoni finali, NSC ipprovdiet aktar informazzjoni dwar din it-terza entità (NST Coil Centre, kif imsemmi fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna). NSC sostniet nuqqas ta’ relazzjoni ma’ din l-entità bl-istess mod kif stabbilit fil-premessi (84), (85) u (96), b’argumenti dwar interessi ta’ parteċipazzjoni azzjonarja minoritarja fit-terza entità, in-nuqqas ta’ kontroll jew influwenza deċiżiva permezz tad-diretturi tagħha u d-daqs tat-tielet entità fir-rigward tan-negozju ta’ NSC. |
|
(90) |
Minbarra dak li ntqal hawn fuq, l-ittra (b) tal-Artikolu 127 imsemmija fil-premessa (83) ta’ hawn fuq tiddikjara wkoll li l-persuni għandhom jitqiesu li huma relatati jekk “ikunu sieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju”. Is-sjieda kondiviża tal-entitajiet terzi minn Nippon Steel u MISI jew SCGM rispettivament, fiha nnifisha stabbiliet l-eżistenza ta’ sħubija kummerċjali rikonoxxuta legalment. |
|
(91) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Nippon Steel argumentat ukoll li Nippon Steel ma kinitx sieħeb rikonoxxut legalment fin-negozju skont id-dritt Ġappuniż, kif ikun il-każ kieku, pereżempju, l-entitajiet differenti daħlu fi ftehim biex jiffurmaw l-hekk imsejjaħ “kumiai” (15). |
|
(92) |
Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li Nippon Steel u MISI jew SCGM, rispettivament, flimkien b’mod konġunt (direttament jew indirettament) kellhom 100 % tal-ishma ta’ terza entità. Irrispettivament mid-definizzjoni legali ta’ kumpaniji relatati fil-Ġappun skont id-dritt Ġappuniż, skont l-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, id-dispożizzjoni normalment applikata biex tiġi stabbilita relazzjoni fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ fl-Unjoni Ewropea, dawk il-partijiet jitqiesu sħab fin-negozju bħala sidien konġunti ta’ negozju terz u għalhekk partijiet relatati. |
|
(93) |
Barra minn hekk, Nippon Steel innotat li f’investigazzjoni oħra dwar il-vetturi elettriċi miċ-Ċina (16), il-Kummissjoni ma kinitx qieset ċerti entitajiet Ċiniżi bħala relatati minkejja li kollha kellhom impriżi konġunti ma’ entità terza. |
|
(94) |
Kwalunkwe determinazzjoni ta’ relazzjoni bejn il-partijiet jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ. Il-Kummissjoni ma hijiex marbuta bil-prattika tal-passat. Il-każ tal-vetturi elettriċi kien jikkonċerna investigazzjoni ta’ sussidju, b’fatti speċifiċi li tqiesu fil-kuntest tal-fatti u taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha ta’ dak il-każ, inklużi l-entitajiet speċifiċi msemmija minn Nippon Steel u l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom. L-investigazzjoni kurrenti, min-naħa l-oħra, hija investigazzjoni anti-dumping li tikkonċerna pajjiż (il-Ġappun) u realtà ekonomika differenti, prodott/settur differenti, u fatti oħra; jiġifieri ċirkostanzi differenti minn dawk fil-każ tal-vetturi elettriċi. |
|
(95) |
Ta’ min jinnota li wħud mir-rappreżentanti legali għal Nippon Steel f’dan il-każ kienu l-istess bħal dawk li rrappreżentaw il-grupp SAIC fl-investigazzjoni antisussidji dwar l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, imsemmija fis-sottomissjoni ta’ Nippon Steel. Dan jista’ jispjega għaliex ġiet ipprovduta informazzjoni dettaljata dwar l-istruttura tas-sjieda tal-grupp SAIC fil-każ inkwistjoni, għalkemm dik l-informazzjoni ma tistax tinstab fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni dwar dak il-każ peress li ġiet sottomessa bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali fil-każ tal-vetturi elettriċi. Jista’ jispjega wkoll għaliex Nippon Steel injorat il-fatt li fl-istess investigazzjoni dwar il-vetturi elettriċi, il-Kummissjoni qieset ċerti entitajiet ta’ grupp ieħor bħala relatati minħabba l-involviment tagħhom f’impriża konġunta. (17) Madankollu, tali fatti ma jistgħux jiġu diskussi fid-dettall barra mill-ambitu ta’ dik l-investigazzjoni, peress li jikkonċernaw informazzjoni kunfidenzjali u proprjetarja li għaliha jenħtieġ li jkollhom aċċess biss il-partijiet rilevanti involuti f’dik l-investigazzjoni u r-rappreżentanti legali tagħhom. Is-sidien tad-data rilevanti ma taw l-ebda permess lill-Kummissjoni biex tuża dik l-informazzjoni fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, dak li għamlet il-Kummissjoni jew li ma għamlitx f’każijiet oħra ma għandux effett fuq l-investigazzjoni kurrenti. |
|
(96) |
It-tielet, Nippon Steel sostniet ukoll li d-daqs tal-entitajiet terzi (f’termini tal-fatturat jew l-għadd ta’ impjegati) kien żgħir ħafna meta mqabbel ma’ Nippon Steel u li dan enfasizza l-involviment limitat ta’ Nippon Steel f’dawk l-entitajiet. Madankollu, id-daqs ma setax jiġi aċċettat bħala argument determinanti li juri relazzjoni jew in-nuqqas tagħha. |
|
(97) |
Ir-raba’, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, Nippon Steel kellha relazzjoni simili ma’ entità oħra, Metal One. Iż-żewġ kumpaniji flimkien kienu sjieda 100 % ta’ entità terza, kif irrapportat minn Nippon Steel fil-posta elettronika tagħhom tas-16 ta’ Settembru 2024. (18) Madankollu, għalkemm is-sitwazzjoni dehret li kienet identika għal dik ta’ MISI u SCGM, Nippon Steel ma sostniet f’ebda ħin nuqqas ta’ relazzjoni ma’ Metal One matul l-investigazzjoni. |
|
(98) |
Il-ħames, għalkemm ir-rappreżentanti legali ta’ Nippon Steel semmew matul il-verifika fuq il-post li huma ma qablux li MISI jenħtieġ li titqies bħala entità relatata, dak iż-żmien dan kien sempliċi kumment. Ma saret l-ebda asserzjoni formali fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, u ma ġiet ipprovduta l-ebda argumentazzjoni jew evidenza ġustifikattiva sa wara ma ġew imposti miżuri proviżorji. Jenħtieġ li jiġi nnotat li ma kinitx il-Kummissjoni, iżda Nippon Steel stess li ddikjarat lil MISI u SCGM bħala entitajiet relatati mill-bidu nett ta’ din l-investigazzjoni u li żgurat li dawn l-entitajiet ipprovdew l-informazzjoni mitluba bħala entitajiet relatati. Kien biss wara li rat ir-riżultat tal-kalkoli tad-dumping, u, preżumibbilment, l-impatt tar-relazzjonijiet tal-kumpaniji fuq dawk il-kalkoli, li Nippon Steel iddeċidiet li tagħmel asserzjoni rigward ir-relazzjonijiet. |
|
(99) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm relazzjoni bejn Nippon Steel minn naħa waħda u MISI, rispettivament SCGM min-naħa l-oħra, ibbażata fuq sjieda konġunta ta’ entità terza li l-kumpaniji kienu jikkontrollaw flimkien u li stabbiliet is-sħubija kummerċjali rikonoxxuta legalment tagħhom. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni li dawn il-kumpaniji jenħtieġ li ma jitqisux bħala entitajiet relatati. |
3.3.2. Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta
|
(100) |
Nippon Steel sostniet li l-bejgħ tal-esportazzjoni tagħha lejn il-kumpaniji relatati tagħha sar f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Biex tappoġġa din l-asserzjoni, Nippon Steel argumentat li l-bejgħ ta’ Nippon Steel lil NST, MISI u SCGM kellu oqfsa ta’ ftehimiet simili, li l-entitajiet relatati kienu ħielsa li jixtru minn fornituri oħra u li l-bejgħ lil dawn l-entitajiet sar bi prezzijiet simili. Barra minn hekk, il-bejgħ ta’ MISI lill-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni, Marubeni-Itochu Steel Europe GmbH. (“MISEA”), kien distakkat peress li l-bejgħ ta’ MISI lil MISEA allegatament kien konformi ma’ dak lil klijenti mhux relatati fl-UE, filwaqt li MISEA xtrat ukoll il-prodott ikkonċernat minn entitajiet mhux relatati. Barra minn hekk, il-bejgħ ta’ MISEA lill-entità relatata tagħha tal-Unjoni, il-Kumpanija A (19) jenħtieġ li jitqies li sar fuq bażi ta’ kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, peress li l-Kumpanija A xtrat ukoll il-prodott ikkonċernat mingħand entitajiet mhux relatati. Biex tappoġġa dawn l-asserzjonijiet, Nippon Steel ipprovdiet evidenza li l-kumpaniji kienu liberi li jixtru mingħand entitajiet oħra, kif ukoll paraguni tal-prezzijiet tal-bejgħ fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika fuq bażi ta’ PCN. |
|
(101) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li din l-asserzjoni dwar li t-tranżazzjonijiet inkwistjoni kienu f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta saret minn Nippon Steel wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Ċerti entitajiet ġew irrapportati bħala kumpaniji relatati, u t-tranżazzjonijiet ma’ dawk il-kumpaniji ġew ittrattati bix-xieraq bħala tranżazzjonijiet relatati mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju. |
|
(102) |
It-tieni, il-Kummissjoni ma kkontestatx li l-entitajiet relatati differenti kienu tabilħaqq liberi li jbigħu u jixtru mingħand kumpaniji mhux relatati oħrajn. Kien minnu wkoll li l-oqfsa ta’ ftehimiet ma’ entitajiet relatati li ġew ipprovduti lill-Kummissjoni kienu simili f’termini ta’ kontenut u kondizzjonijiet. Madankollu, l-oqfsa tal-ftehimiet ipprovduti ma speċifikawx kif ġew stabbiliti l-prezzijiet finali, kif tħallsu l-kummissjonijiet (jekk kien hemm) jew dettalji oħra rilevanti għad-determinazzjoni tat-tranżazzjonijiet distakkati. |
|
(103) |
Barra minn hekk, mill-asserzjonijiet tal-kumpanija stess fis-sottomissjoni tagħha wara l-miżuri proviżorji, in-negozjati dwar il-prezzijiet li jinvolvu negozjanti relatati fil-prattika saru jew permezz tan-negozjant jew direttament mal-klijent, jiġifieri l-influwenza tan-negozjant f’dawn in-negozjati kienet limitata għal li jaġixxi bħala intermedjarju jew “go-between”. Għalhekk, il-prezz finali ġie ddeterminat prinċipalment mill-interazzjoni bejn Nippon Steel u l-klijent finali. Fid-dawl tal-influwenza limitata (jekk kien hemm) tan-negozjant relatat fuq l-iffissar tal-prezzijiet, il-prezz bejn l-entitajiet relatati tqies mhux affidabbli. |
|
(104) |
It-tielet, Nippon Steel sostniet li l-prezzijiet imħallsa minn Nippon Steel lill-entitajiet relatati tagħha jew permezz tagħhom kienu konformi mal-prezzijiet imħallsa lil klijenti mhux relatati. Biex tappoġġa din l-asserzjoni, Nippon Steel ipprovdiet tabelli li juru l-prezzijiet “fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika” lil entitajiet relatati u mhux relatati għall-bejgħ minn Nippon Steel innifisha u mill-entitajiet relatati tagħha MISI u MISEA. Madankollu, ma huwiex ċar liema prezzijiet intużaw bħala prezzijiet “fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika” minn Nippon Steel. Meta jitqabblu l-prezzijiet tal-bejgħ, jenħtieġ li jsir paragun bejn il-prezzijiet tal-fattura, jitnaqqsu l-kostijiet tat-trasport rilevanti (biex jitqiesu d-differenzi fit-termini tal-kunsinna) u jitnaqqsu d-dazji tal-importazzjoni fejn applikabbli. Tali paragun wera differenzi notevoli fil-prezzijiet bejn tranżazzjonijiet ta’ bejgħ relatat u mhux relatat, fejn fil-biċċa l-kbira tal-każijiet (20) il-prezz tal-bejgħ lil negozjanti relatati kien aktar baxx minn dak għal negozjanti mhux relatati (sa aktar minn 50 % ta’ prezzijiet aktar baxxi abbażi tat-tip ta’ prodott). Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-prezzijiet tat-trasferiment lil entitajiet relatati kienu konformi mal-prezzijiet lil entitajiet mhux relatati. Fi kwalunkwe każ, Nippon Steel ma kienet ipprovdiet l-ebda argument jew evidenza li turi li l-prezzijiet bejn l-entitajiet relatati kienu jirriflettu l-prezzijiet tas-suq. |
|
(105) |
Skont il-GOJ fis-sottomissjoni tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-anti-dumping ma kinitx iġġustifikata mill-prezzijiet tal-bejgħ aktar baxxi tat-tranżazzjonijiet rilevanti, peress li dak l-Artikolu jindirizza d-diffikultà li jiġu kkalkolati l-marġnijiet tad-dumping minħabba l-prezzijiet tal-esportazzjoni “mhux affidabbli” (għoljin b’mod mhux raġonevoli). |
|
(106) |
Madankollu, l-Artikolu 2.3 ma jispeċifikax jekk il-prezzijiet bejn l-entitajiet relatati jenħtiġux li jkunu ogħla jew aktar baxxi biex tiġi skattata l-applikazzjoni tiegħu, sempliċiment jirrikjedi l-eżistenza ta’ assoċjazzjoni li tagħmel il-prezz tal-esportazzjoni mhux affidabbli. Fi kwalunkwe każ, f’dan il-każ partikolari, kien hemm differenzi sinifikanti fil-prezzijiet għall-bejgħ bejn Nippon Steel u l-entitajiet relatati tagħha u dawk bejn Nippon Steel u l-entitajiet mhux relatati tagħha u għalhekk l-asserzjoni tal-GOJ hija wkoll fattwalment żbaljata. |
|
(107) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni ta’ Nippon Steel u kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda evidenza li l-prezzijiet bejn l-entitajiet relatati kienu f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta jew li dawn kienu jirriflettu l-prezzijiet tas-suq. |
3.3.3. Valur normali
|
(108) |
Id-dettalji tal-metodoloġija tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi minn (104) sa (116) tar-Regolament proviżorju. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe asserzjoni speċifika relatata mal-kalkolu tal-valur normali, dawn il-premessi huma b’dan ikkonfermati. |
3.3.4. Prezz tal-esportazzjoni
|
(109) |
Id-dettalji tal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fil-premessi (117) sa (119) tar-Regolament proviżorju. |
|
(110) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Nippon Steel għamlet żewġ asserzjonijiet relatati mal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni. Dawn kienu jikkonċernaw it-tnaqqis tal-profitt għall-bejgħ permezz ta’ entitajiet relatati u l-esklużjoni ta’ dividendi u introjtu ieħor fil-kostijiet SG&A. |
|
(111) |
L-ewwel nett, il-kumpanija sostniet li l-ammont għall-profitt mill-bejgħ permezz ta’ entitajiet relatati (kemm jekk importaturi fl-Unjoni kif ukoll jekk negozjanti barra mill-Unjoni) jenħtieġ li jitnaqqas darba biss, f’konformità mal-investigazzjonijiet preċedenti bħal tal-Fotokopjaturi ta’ Karta Sempliċi (21) u tal-Fibri Diskontinwi tal-Poliester (22). Pereżempju, fil-każ tal-Fotokopjaturi ta’ karta sempliċi, ir-Regolament definittiv semma’, fil-premessa (70), li ġie applikat marġni ta’ profitt uniku ta’ 5 %, irrispettivament min-numru ta’ sussidjarji involuti fil-katina tal-bejgħ. |
|
(112) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-asserzjoni ta’ Nippon Steel fixklet l-aġġustament li sar għall-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku meta l-bejgħ sar permezz ta’ importaturi relatati u l-aġġustamenti li saru għal paragun ġust skont l-Artikolu 2(10) għall-bejgħ saru permezz ta’ negozjanti relatati li jaġixxu bħala aġenti fil-Ġappun. Madankollu, dawk l-aġġustamenti għandhom bażi fattwali u legali differenti u għalhekk ma jistgħux jiġi ttrattati flimkien. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-approċċ meħud (li jirreferi biss għall-Artikolu 2(9)) irrifletta ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dawk il-każijiet f’dak iż-żmien, b’mod partikolari t-tip ta’ prodott u l-flussi tal-bejgħ. Nippon Steel ma spjegatx għaliex l-approċċ fil-każijiet irreferenzjati jkun rilevanti għall-każ inkwistjoni, b’mod partikolari meta l-asserzjoni tiegħu tkopri wkoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i). Għalhekk, is-sejbiet f’dawk il-każijiet ma jistgħux jiġu applikati bħala tali fl-investigazzjoni kurrenti. |
|
(114) |
Għall-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għamlet aġġustament ta’ 2 % għall-profitt imġarrab minn kull entità relatata tal-Unjoni involuta sal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 2(9). Nippon Steel ma kkontestatx il-fatt li l-aġġustament skont l-Artikolu 2(9) ma kienx ġustifikat iżda sempliċiment li, flimkien mal-aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i), kien għoli wisq. |
|
(115) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-ewwel asserzjoni ta’ Nippon Steel. |
|
(116) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Nippon Steel iċċarat li hija ma taqbilx mal-fatt li l-Kummissjoni għamlet aġġustament doppju skont l-Artikolu 2(9) għall-bejgħ li sar permezz ta’ MISEA u tal-Kumpanija A. Skont il-kumpanija, din tkun l-istess sitwazzjoni eżatta kif imsemmi għaż-żewġ każijiet imsemmija fil-premessa (111). |
|
(117) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. F’dawk iż-żewġ każijiet imsemmija, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża marġni ta’ profitt wieħed irrispettivament min-numru ta’ entitajiet involuti. F’dawk il-każijiet, intuża marġni ta’ profitt ta’ 5 % biex jirrifletti l-profitt magħmul minn importaturi relatati f’każ ta’ fluss kumpless li jinvolvi diversi entitajiet. |
|
(118) |
Is-sitwazzjoni fil-każ inkwistjoni kienet tinvolvi fluss relattivament sempliċi ta’ żewġ importaturi relatati, li għal kull wieħed minnhom il-Kummissjoni ddeċidiet li taġġusta l-prezz tal-esportazzjoni fid-dawl tar-rwol u tal-funzjonijiet meħuda miż-żewġ partijiet relatati. F’dan ir-rigward, skont it-tranżazzjoni, dawn kienu t-tnejn li huma involuti fil-proċess ta’ importazzjoni u fil-bejgħ mill-ġdid ulterjuri fis-suq tal-Unjoni. Ta’ min jinnota li dan l-approċċ fil-fatt kien għall-benefiċċju tal-kumpanija. Li kieku l-Kummissjoni għażlet li ssegwi l-eżempju tal-każijiet l-aktar antiki msemmija minn Nippon Steel u applikat profitt ta’ 5 % irrispettivament min-numru ta’ sussidjarji, dan kien inaqqas il-prezz tal-esportazzjoni u b’hekk iżid il-marġni tad-dumping. Il-fatt li l-prodott inbiegħ lill-klijent mhux relatat finali darba biss, kif argumentat minn Nippon Steel, ma jnaqqasx mill-fatt li l-oġġetti, f’xi każijiet, inbiegħu darbtejn: darba minn MISEA lill-Kumpanija A u darba mill-Kumpanija A lill-klijent indipendenti. Kemm MISEA kif ukoll il-Kumpanija A jistennew li jagħmlu profitt fuq dan il-bejgħ, u għalhekk dan il-profitt ikollu jitnaqqas darbtejn. Dan huwa konformi mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku li jippermetti aġġustamenti, fost l-oħrajn, għall-“profitti li jakkumulaw”. |
|
(119) |
It-tieni, Nippon Steel sostniet li ċerti dividendi relatati mal-prodott ikkonċernat jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kostijiet SG&A. Biex tappoġġa din l-asserzjoni, Nippon Steel spjegat li l-ammonti rilevanti għal MISEA, MISI, NST u NSC kollha kienu relatati ma’ dividendi minn kumpaniji relatati involuti fin-negozjar tal-azzar. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat dawn l-ammonti bħala r-ridistribuzzjoni tal-profitt bejn entitajiet relatati u bħala tali, mhux parti mill-kostijiet SG&A. Wara d-divulgazzjoni finali, Nippon Steel sostniet li peress li dawk id-dividendi kienu redditu fuq l-investimenti marbuta mal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat minn partijiet relatati, dawn kellhom jitqiesu bħala parti mill-kostijiet SG&A. Madankollu, irrispettivament minn jekk dawn l-ammonti kinux jikkonċernaw il-prodott ikkonċernat jew le, dawn tħallsu bejn entitajiet relatati minħabba investimenti f’tali entitajiet relatati. Għalhekk, dawn l-ammonti ma setgħux jitqiesu bħala parti mill-SG&A, iżda biss bħala ridistribuzzjoni tal-profitt bejn dawk l-entitajiet relatati. Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, Nippon Steel ma wrietx li d-dividendi kienu marbuta direttament mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-asserzjoni ta’ Nippon Steel. |
3.3.5. Tqabbil
|
(120) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, Nippon Steel għamlet tliet asserzjonijiet fir-rigward tat-tqabbil bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. |
|
(121) |
L-ewwel nett, kif iddikjarat fil-premessa (111), Nippon Steel sostniet li l-ammont għall-profitt mill-bejgħ permezz ta’ entitajiet relatati (kemm jekk importaturi fl-Unjoni kif ukoll jekk negozjanti barra mill-Unjoni) jenħtieġ li jitnaqqas darba biss. Madankollu, kif innotat fil-premessa (112), il-kumpanija fixklet l-aġġustamenti magħmula taħt bażi fattwali u legali differenti u għalhekk l-asserzjoni ġiet miċħuda, kif spjegat fil-premessi (113) sa (115). |
|
(122) |
Nippon Steel sostniet li għall-bejgħ lill-Unjoni permezz ta’ negozjanti mhux relatati, il-Kummissjoni jenħtieġ li żżid ammont għall-kostijiet SG&A u l-profitt ta’ dawk in-negozjanti mhux relatati mal-prezzijiet CIF li huma stess kienu pprovdew lill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. Skont Nippon Steel, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Hansol (23) implikat li l-kompetizzjoni fil-fruntiera tal-UE sseħħ fil-punt tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni, mhux fil-Ġappun jew xi mkien ieħor. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni nnotat li din l-asserzjoni saret għall-ewwel darba wara d-divulgazzjoni proviżorja biss filwaqt li fl-istadju proviżorju, il-kumpanija nnifisha kienet ipprovdiet tweġibiet għall-kwestjonarju inkluż prezz CIF stmat għall-bejgħ lill-Unjoni li sar permezz ta’ negozjanti mhux relatati. Il-kumpanija fl-ebda mument ma pproponiet jew talbet li tinkludi f’dak il-prezz CIF, l-SG&A u l-profitt tan-negozjanti mhux relatati, filwaqt li l-kumpanija kellha żmien biżżejjed biex tagħmel dan. Kien biss wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, li Nippon Steel talbet għall-aġġustamenti. |
|
(124) |
Madankollu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ u b’mod partikolari l-fatt li Nippon Steel esportat ukoll lejn l-Unjoni permezz ta’ negozjanti relatati li għalihom il-prezzijiet CIF rilevanti ġew ivverifikati biex jinkludu l-kostijiet SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni qablet b’mod eċċezzjonali li jkun raġonevoli li jiġi rifless ammont għall-kostijiet SG&A u l-profitt għan-negozjanti mhux relatati fil-prezzijiet CIF li jappartjenu għat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni magħmula permezz tan-negozjanti mhux relatati kkonċernati. Bis-sottomissjoni tagħhom, Nippon Steel kienet ipprovdiet ir-rapporti finanzjarji mhux konsolidati ta’ erbgħa mill-ħames negozjanti mhux relatati involuti fil-bejgħ lill-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, dawk il-kostijiet u l-profitti ma kinux ikopru lin-negozjanti kollha, filwaqt li kienu jinkludu l-operazzjonijiet ta’ dawk in-negozjanti relatati ma’ negozju ieħor u prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, it-tip ta’ kostijiet inklużi fl-SG&A għal dawk in-negozjanti mhux relatati ma kienx speċifiku biżżejjed biex jiġi evitat l-għadd doppju ta’, pereżempju, il-kostijiet tat-trasport jew kostijiet oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx dawn il-kostijiet u profitti bħala raġonevoli. |
|
(125) |
Bħala alternattiva, Nippon Steel kienet issuġġeriet li bħala indikatur jintuża l-SG&A u l-profitt ivverifikati kif irrapportat mill-kummerċjanti relatati MISI jew NST. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-medja ponderata tal-kostijiet SG&A rilevanti u vverifikati tan-negozjanti relatati MISI u NST tkun tabilħaqq indikatur raġonevoli għall-SG&A tan-negozjanti mhux relatati. Fir-rigward tal-profitt, madankollu, il-profitt tan-negozjanti relatati tqies bħala mhux affidabbli peress li dak il-profitt kien affettwat mir-relazzjoni ma’ Nippon Steel. |
|
(126) |
Minflok, il-Kummissjoni kkunsidrat li tuża marġni ta’ profitt nozzjonali ta’ 2 %, li jkun konsistenti mal-marġni ta’ profitt użat skont l-Artikolu 2(9) għall-bejgħ lill-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati, kif spjegat fir-Regolament proviżorju fil-premessa (119) u d-divulgazzjoni speċifika ta’ Nippon Steel fiż-żmien tal-miżuri proviżorji. Il-Kummissjoni kkunsidrat dan bħala indikatur raġonevoli. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid il-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
|
(127) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Nippon Steel sostniet li t-taxxi tal-VAT fuq il-fatturi għall-bejgħ tal-esportazzjoni permezz ta’ negozjanti mhux relatati Ġappuniżi jenħtieġ li ma jitnaqqsux. Skont Nippon Steel, il-VAT imħallsa min-negozjanti mhux relatati lil Nippon Steel wara bejgħ domestiku lil dawn in-negozjanti mhux relatati tista’ tiġi inkluża fil-valur tat-tnaqqis fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tan-negozjanti. Madankollu, il-fatti ta’ dan il-każ urew li għal dan il-bejgħ, Nippon Steel ma esportatx direttament lill-klijent mhux relatat tal-UE, iżda permezz ta’ negozjant domestiku mhux relatat. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-approċċ meħud mill-Kummissjoni ġie kkonfermat peress li kwalunkwe tnaqqis bħal dan jiġi pprovdut lin-negozjant mhux relatat u mhux lil Nippon Steel. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza minn Nippon Steel li turi li dan l-element tal-VAT affettwa l-prezz tan-negozjant mhux relatat u ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li l-pagamenti rilevanti tal-VAT kienu tabilħaqq rimborżati, imnaqqsa jew inkella paċuti għat-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li saru min-negozjanti mhux relatati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma aċċettatx din l-asserzjoni. |
|
(128) |
It-tielet, Nippon Steel sostniet li jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tnaqqasx il-kostijiet ta’ kreditu mill-prezz tal-esportazzjoni għall-entitajiet tal-bejgħ relatati fl-Unjoni. Il-Kummissjoni aċċettat din l-asserzjoni. |
3.3.6. Marġni tad-dumping
|
(129) |
Kif deskritt fil-premessi (120) sa (128), wara l-asserzjonijiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet tad-dumping. |
|
(130) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance and freight) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.4. Il-Vjetnam
3.4.1. Valur normali
|
(131) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja u finali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti bil-miktub mingħand il-EUROFER u mingħand Hoa Phat Group. |
|
(132) |
L-EUROFER ippreżentat mill-ġdid kummenti dwar l-eżistenza ta’ “sitwazzjoni partikolari tas-suq” fil-Vjetnam, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Hija argumentat li l-Gvern tal-Vjetnam ipprovda lill-produtturi domestiċi tal-azzar b’inputs bi prezzijiet distorti u artifiċjalment baxxi, u li għalhekk, flimkien mar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-materja prima, dawn id-distorsjonijiet jiġġustifikaw l-aġġustament tal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Biex tappoġġa dawn l-argumenti, l-EUROFER l-ewwel irreferiet għal dikjarazzjonijiet f’dokumenti ta’ ħidma jew għal leġiżlazzjoni fil-Vjetnam li jsemmu l-ħtieġa għall-iżvilupp tal-industrija tal-azzar u l-appoġġ għall-produtturi domestiċi tal-azzar. It-tieni, hija rreferiet għall-eżistenza ta’ taxxi jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-faħam, ir-ruttam, u l-mineral tal-ħadid. |
|
(133) |
Hoa Phat Group irribatta l-argumenti tal-EUROFER billi argumenta li ma kienet teżisti l-ebda sitwazzjoni partikolari tas-suq u lanqas ma kien hemm distorsjonijiet tal-materja prima fil-Vjetnam u li l-EUROFER ma ressqet l-ebda evidenza addizzjonali meta mqabbla mal-informazzjoni ppreżentata fi stadju ta’ lment u qabel ir-regolament proviżorju. |
|
(134) |
Kif konkluż fil-premessi (286) sa (287) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni fakkret li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tal-prezzijiet tal-materja prima ma setgħetx tiġi stabbilita. Billi fil-Vjetnam, il-materja prima tal-kwalità meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat ma kinitx teżisti jew kienet teżisti biss fi kwantitajiet żgħar, il-produtturi esportaturi importaw il-materja prima mingħand diversi fornituri u pajjiżi differenti. Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit li l-prezzijiet tal-materja prima jkunu artifiċjalment baxxi peress li l-prezzijiet ta’ din il-materja prima ma kinux affettwati mill-prezzijiet domestiċi u ma setgħux ikunu soġġetti għal distorsjonijiet. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(135) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EUROFER tenniet li minkejja li l-inputs tal-produzzjoni ġew importati parzjalment fil-Vjetnam, il-prezzijiet tagħhom xorta jistgħu jiġu distorti indirettament minħabba l-istruttura usa’ tas-suq u l-interferenza mill-Istat, ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u d-dazji. Il-prezzijiet setgħu kienu wkoll distorti minħabba l-HRF bi prezz baxx importati miċ-Ċina, u mill-istrateġiji espliċiti tal-gvern li għandhom l-għan li jippromwovu u jappoġġaw l-industrija domestika tal-azzar. Hija argumentat li dawn l-elementi kollha indikaw li kienet teżisti sitwazzjoni partikolari tas-suq fil-Vjetnam. L-EUROFER qieset ukoll li anke jekk l-eżistenza tas-“sitwazzjoni partikolari tas-suq” ma kinitx ikkonfermata, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u pprovduta lill-Kummissjoni mill-EUROFER, il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-Vjetnam ma setgħux jiġu invokati għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur normali. Għalhekk, hija talbet lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-valutazzjoni. |
|
(136) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hoa Phat Group iddikjara li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod leġittimu li l-asserzjonijiet tal-ilmentatur dwar l-eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari tas-suq fil-Vjetnam skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku kienu mingħajr mertu, u li l-evidenza li tinsab fl-ilment fir-rigward tal-allegata sitwazzjoni partikolari tas-suq fil-Vjetnam la kienet adegwata u lanqas akkurata. Huwa qies li l-materja prima fil-Vjetnam ma setgħetx tkun soġġetta għal distorsjonijiet, minħabba li din il-materja prima ma kienet affettwata xejn mill-prezzijiet domestiċi. |
|
(137) |
Il-Kummissjoni qieset li l-asserzjoni tal-EUROFER la kienet ibbażata fuq xi evidenza ġdida dwar l-eżistenza tas-sitwazzjoni partikolari fil-Vjetnam, u lanqas ma seta’ jiġi stabbilit li l-prezzijiet tal-inputs kienu distorti – għall-kuntrarju, il-prezzijiet instabu f’konformità mal-prezzijiet internazzjonali. Għalhekk, ma kienx xieraq li dawn il-kostijiet jiġu sostitwiti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
3.4.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(138) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment rigward il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (150) sa (151) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.4.3. Tqabbil
|
(139) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-paragun, il-premessi (152) sa (156) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
3.4.4. Marġni tad-dumping
|
(140) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe asserzjoni aċċettata dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-premessa (161) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
|
(141) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance and freight) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(142) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi (162) sa (167) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
4.2.1. Konsum kaptiv fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)
|
(143) |
It-terminu “konsum kaptiv” inkluda kemm “bejgħ kaptiv”, (jiġifieri trasferiment fi ħdan il-Grupp bi prezzijiet mhux tas-suq (jiġifieri mhux f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta)) kif ukoll “użu kaptiv”, (jiġifieri trasferiment intern ta’ HRF għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-azzar downstream bħal tubi għal eżempji). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-konsum kaptiv tal-Unjoni, il-premessi (172) sa (178) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.2.2. Konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni
|
(144) |
Iż-żjara ta’ verifika li saret fil-bini tal-EUROFER u msemmija fil-premessa (19) żvelat li ċertu bejgħ bejn partijiet relatati, li sar f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, u għalhekk ma setax jitqies bħala kaptiv, matul il-PI għal wieħed mit-22 produttur tal-Unjoni, bi żball ma kienx tqies bħala bejgħ fis-suq ħieles. Għalhekk, it-Tabelli 4, 5, 6 u 10 tar-Regolament proviżorju ġew riveduti u ddivulgati lill-partijiet fid-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali (GDD, General Disclosure Document) biex jinkludu dawk il-volumi ta’ bejgħ mhux kaptiv. |
|
(145) |
F’analiżi ulterjuri, il-Kummissjoni rrevediet il-valutazzjoni tagħha fejn il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni kif ippreżentata fir-Regolament proviżorju kienet fil-fatt korretta peress li l-bejgħ mhux kaptiv, f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, lil partijiet relatati bħal negozjanti u Ċentri tas-Servizzi tal-Azzar kien ġie inkluż b’mod korrett fil-valutazzjoni tal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fit-Tabella 5 tar-Regolament proviżorju għall-produtturi kollha tal-Unjoni u kkonfermat fit-Tabella 3 hawn taħt. |
|
(146) |
Fi kwalunkwe każ, ġie investigat u kkonfermat li dan il-bejgħ mhux kaptiv huwa tabilħaqq bejgħ bil-prezzijiet tas-suq u li x-xerrej relatat kellu għażla ħielsa ta’ fornitur, irrispettivament minn jekk il-fornitur kienx relatat jew le. |
|
(147) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni inkludiet il-bejgħ mhux kaptiv kollu fid-data dwar is-suq ħieles tal-Unjoni flimkien mal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Din il-bidla limitata ma kellha l-ebda impatt materjali fuq il-konklużjonijiet deskritti fir-Regolament proviżorju kif spjegat hawn taħt. |
|
(148) |
Nippon Steel u JFE ssottomettew li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jimportaw il-prodott li qed jiġi investigat fl-UE f’volumi konsiderevoli matul l-investigazzjoni. Dan il-punt huwa indirizzat fid-dettall, fit-Taqsima 4.3.2, il-premessi (173) sa (180). Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li għamlet kontroverifika tal-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-HRF, il-Kummissjoni sabet żball klerikali fil-premessa (191) tar-regolament proviżorju fir-rigward tal-evoluzzjoni tas-sehem totali mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni. Filwaqt li s-sehem mis-suq żdied tabilħaqq bi kważi 4,1 punti perċentwali, iż-żieda tas-sehem mis-suq kienet tammonta għal 87 % u mhux għal 56 % fil-perjodu kkunsidrat bħala indikat b’mod żbaljat (ara t-Tabella 2). |
4.2.3. Konsum kumplessiv
|
(149) |
Fid-dawl tal-korrezzjonijiet deskritti fil-premessa (146), it-tabella tal-konsum kumplessiv ġiet riveduta u l-konsum kumplessiv (inkluż il-bejgħ mhux kaptiv) evolva kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 1 Il-konsum kumplessiv tal-Unjoni (il-bejgħ ħieles (inkluż il-bejgħ mhux kaptiv bejn partijiet relatati) u s-suq tal-konsum kaptiv) (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(150) |
Il-konsum kumplessiv tal-Unjoni fl-2022 naqas bi 13 % meta mqabbel mal-2021. Il-konsum kaptiv irrappreżenta kważi 49,9 % tal-konsum kumplessiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni u naqas b’16 %. |
|
(151) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, FHS iddikjarat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-istess kodiċijiet NM biex toħroġ id-data tal-importazzjoni tal-Eurostat bħal dawk użati biex jiġu stabbiliti ċ-ċifri tal-produzzjoni tal-EUROFER. FHS argumentat li meta ħadet approċċ asimetriku bħal dan, il-Kummissjoni kabbret b’mod artifiċjali d-denominatur tal-konsum u awtomatikament iddilwiet l-ishma mis-suq ikkalkolati kemm tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll tal-pajjiżi kkonċernati. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni stabbiliet l-istatistika tal-importazzjoni għall-HRF abbażi tad-data tal-Eurostat billi applikat il-kodiċijiet NM li jkun jaqa’ taħthom il-prodott simili. Il-Kummissjoni żgurat ukoll li l-istess kodiċi NM speċifiku ntuża mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-EUROFER biex jirrapportaw mikroindikaturi u makroindikaturi u b’mod partikolari l-volum tal-produzzjoni. |
|
(153) |
FHS argumentat li jenħtieġ li jiġi kkunsidrat is-sehem tal-konsum kaptiv (jiġifieri, trasferimenti interni għall-proċessar ulterjuri tal-prodott taħt investigazzjoni mingħajr fatturar u dħul fis-suq ħieles, u “bejgħ kaptiv bi tranżazzjonijiet li ma jsirux f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta ma’ kumpaniji relatati għall-proċessar ulterjuri”) fil-produzzjoni ġenerali ta’ prodotti tal-azzar ċatti, illaminati bis-sħana. Fil-fehma ta’ dan il-produttur esportatur, kważi tliet kwarti tat-tnaqqis ġenerali fil-konsum apparenti oriġinaw fi gruppi integrati vertikalment. Skont FHS, id-domanda kaptiva naqset b’aktar minn 6 miljun tunnellata, filwaqt li d-domanda tas-suq ħieles naqset b’inqas minn 2 miljun tunnellata. |
|
(154) |
Għalhekk, fil-fehma ta’ dan il-produttur esportatur, qabel ma tattribwixxi kwalunkwe dannu lill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni l-ewwel kellha turi li dawk l-importazzjonijiet kisbu sehem sproporzjonat f’kuntest ta’ tnaqqis ġenerali fid-domanda tas-suq. Fil-fehma ta’ dan il-produttur esportatur, dan ikollu impatt qawwi fuq id-determinazzjoni finali tad-dannu. |
|
(155) |
Il-Kummissjoni eżaminat mill-qrib il-kwistjoni ta’ “konsum kaptiv” (ara l-premessa (143)) u “bejgħ kaptiv” li hija rilevanti ħafna fl-investigazzjoni inkwistjoni. Fir-Regolament proviżorju, hija kkunsidrat b’mod separat il-bejgħ fis-suq miftuħ (mingħajr ma kien inkluż il-bejgħ mhux kaptiv kif spjegat fil-premessa (146)) u l-konsum kaptiv fil-valutazzjoni tad-dannu tagħha, peress li dan tal-aħħar ma kienx meqjus bħala soġġett għall-kundizzjonijiet tas-suq ħieles. |
|
(156) |
Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li xi wħud mill-produtturi tal-Unjoni għandhom kumpaniji relatati li jinnegozjaw jew li jipproċessaw il-prodott simili, anke l-bejgħ tagħhom lil dawn l-entitajiet relatati jsir f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta u li dawn l-entitajiet relatati jitħallew jixtru mingħand il-fornituri kollha, inklużi dawk mill-pajjiżi kkonċernati u mhux biss mingħand manifatturi primarji tal-azzar relatati u dan ix-xiri kollu jsir bil-prezz tas-suq. B’hekk, il-bejgħ mhux kaptiv kollu lil partijiet relatati ġie inkluż fil-volum jew fil-valur tiegħu. |
|
(157) |
L-asserzjonijiet li kważi tliet kwarti tat-tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-UE oriġina fi gruppi integrati vertikalment instabu li kienu korretti, madankollu, ma affettwawx il-konklużjonijiet li l-volumi tal-bejgħ tal-UE, inkluż il-bejgħ mhux kaptiv lil partijiet relatati naqsu bi 15 % kif muri fit-Tabella 2 riveduta (Tabella 4 f’dan ir-Regolament). |
|
(158) |
FHS argumentat li t-tnaqqis ta’ 13 % fil-konsum kumplessiv tal-Unjoni bejn l-2021 u l-PI kif irrapportat fit-Tabella 5 tar-Regolament proviżorju kkoinċida ma’ tnaqqis fir-ritmu “dokumentat tajjeb” fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-karozzi u tal-pipelines tal-UE wara x-xokk tal-prezzijiet tal-enerġija tal-2022-23. |
|
(159) |
Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza sottostanti fir-rigward tal-fatt li l-HRF jintuża biss f’dawk is-setturi u f’liema kwantitajiet. Skont FHS, dak ix-xokk makro affettwa lil kull fornitur bl-istess mod. Qabel ma tattribwixxi xi dannu lill-importazzjonijiet mill-pajjiżi fil-mira, il-Kummissjoni kellha l-ewwel turi li dawk l-importazzjonijiet kisbu sehem sproporzjonat fis-suq li dejjem qed jiċkien — xi ħaġa li fil-fehma ta’ FHS ma ġietx stabbilita abbażi tad-data fit-Tabella 6 tar-Regolament proviżorju. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din id-dikjarazzjoni. L-ewwel nett, l-istatistika rrapportata fit-Tabella 6 tar-Regolament proviżorju wriet li x-xejra tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma segwietx l-istess xejra bħall-volum tal-produzzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni, li, kif muri fit-Tabella 9 tar-Regolament proviżorju, naqset b’16 % bħala konsegwenza tat-tnaqqis ikkombinat fil-bejgħ fis-swieq ħielsa. It-tieni, FHS ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar dan l-allegat tnaqqis fir-ritmu “dokumentat tajjeb” fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-karozzi u tal-pipelines tal-UE wara x-xokk fil-prezzijiet tal-enerġija tal-2022-23 jew li l-HRF intuża biss f’dawn is-setturi. Dawn l-asserzjonijiet ġew għalhekk miċħuda. |
|
(161) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS indikat il-fatt li l-Kummissjoni kienet offriet “mill-inqas tliet stimi differenti tat-telf mis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni” u argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiddivulga “l-ispreadsheet riveduta li tirfed it-Tabelli 2-4 tal-GDD u tidentifika b’mod ċar liema ċifra mis-sehem mis-suq tqis li hija awtorevoli”. |
|
(162) |
L-ewwel nett, l-allegat nuqqas ta’ ċarezza rigward il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ishma mis-suq rispettivi tal-industrija tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi ġie spjegat fid-dettall fil-premessa (189) tar-Regolament proviżorju u fit-Taqsima 4.2 tad-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali finali. It-tieni, xi informazzjoni ma setgħetx tiġi ddivulgata u kellha tiġi ppreżentata bl-użu ta’ firxiet sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tad-data relatata ma’ partijiet oħra, inkluż minn produtturi esportaturi oħra li joriġinaw mill-Vjetnam. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċifri kollha rrapportati juru xejra ’l isfel simili fir-rigward tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-argumenti ta’ FHS ġew miċħuda. |
|
(163) |
Il-bidliet imsemmija hawn fuq fil-premessa (144) fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, ma affettwawx il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (168) sa (182) tar-Regolament proviżorju. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-volumi tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati
|
(164) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji u wara d-divulgazzjoni finali, Ezz Steel argumentat li l-importazzjonijiet mill-Eġittu lejn l-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jitqiesu bħala negliġibbli kemm f’termini ta’ volumi kif ukoll ta’ ishma mis-suq, flimkien ma’ żieda ta’ livell baxx fil-perċentwal ta’ 4 % mill-2021 sal-PI. Barra minn hekk, kien hemm kundizzjonijiet differenti ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet mill-Eġittu u l-prodotti ċatti, illaminati bis-sħana, prodotti mill-industrija tal-Unjoni peress li skont dan il-produttur esportatur, l-Eġittu jenħtieġ li jitqies bħala segwaċi tal-prezzijiet peress li kellu l-ogħla prezzijiet medji tal-importazzjoni meta mqabbel mal-Ġappun u l-Vjetnam mill-2022 sal-PI, u l-importazzjonijiet Eġizzjani ma waqqgħux il-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE fil-PI. Ezz Steel argumentat ukoll li l-ishma mis-suq jenħtieġ li jiġu kkalkolati abbażi tal-konsum kumplessiv tal-Unjoni stabbilit fit-Tabella 5 tar-Regolament proviżorju li jinkludi l-bejgħ fis-swieq tal-konsum ħieles u kaptiv. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni nnotat li xi wħud minn dawn l-allegazzjonijiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku u għall-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu diġà ġew ippreżentati minn Ezz Steel u indirizzati mill-Kummissjoni fi stadju proviżorju, b’mod partikolari l-premessi (183) sa (188). |
|
(166) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li, f’dan il-każ partikolari, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati kienu jammontaw b’mod individwali għal mill-inqas [2,2 – 2,9] % tas-sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni u għal [7,6 – 10,1] % meta kkunsidrati flimkien fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kif irrapportat fit-Tabella 2 hawn taħt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni ta’ Ezz Steel li l-ishma mis-suq tagħha jenħtieġ li jiġu kkalkolati abbażi tal-konsum kumplessiv tal-Unjoni u mhux fuq il-konsum totali tas-suq ħieles tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-importazzjonijiet mill-Eġittu jenħtieġ li jitqabblu mas-suq ħieles totali, eskluż il-konsum kaptiv li ma huwiex soġġett għall-istess kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bħal fis-suq ħieles. |
|
(167) |
Skont il-prattika standard tagħha fl-investigazzjonijiet anti-dumping, il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi ta’ (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat mill-Eurostat, biex b’hekk ikkunsidrat ukoll id-data ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati. Fin-nuqqas ta’ asserzjonijiet ġodda fil-kummenti sottomessi dwar il-GDD, il-konklużjonijiet inżammu. |
|
(168) |
Wara d-divulgazzjoni finali Ezz Steel enfasizzat diskrepanza fl-approċċ tal-Kummissjoni rigward il-kalkolu tas-sehem mis-suq tal-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Eġittu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skont dan il-produttur esportatur, l-approċċ tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-konsum totali tas-suq ħieles tal-Unjoni minflok il-konsum kumplessiv bħala bażi għall-kalkolu tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Eġittu kkontradixxa l-metodoloġija adottata fir-regolament ta’ salvagwardja (24), fejn inkludiet bejgħ kaptiv fid-determinazzjoni tagħha tal-konsum għall-kategoriji kollha ta’ prodotti inkluż l-HRF. |
|
(169) |
F’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tas-suq tal-Unjoni, li tivvaluta kemm is-swieq ħielsa kif ukoll dawk kaptivi tal-HRF. Għalhekk, ma huwiex korrett li wieħed jimplika li l-Kummissjoni injorat is-sitwazzjoni fis-suq ikkombinat f’dan il-każ. L-istess approċċ ġie segwit f’investigazzjoni antisussidji u anti-dumping preċedenti dwar il-Brażil, iċ-Ċina, ir-Russja, l-Iran, it-Turkija jew l-Ukrajna. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(170) |
Ezz Steel irreferiet għas-sottomissjoni preċedenti tagħha li saret fl-istadju tal-bidu li kienet tinkludi ċifri stabbiliti fir-“Rapport tas-CRU” (25) dwar il-Konsum tas-Suq tal-HRC tal-UE, bl-argument li billi ma indirizzatx dan il-punt li tqajjem minn Ezz Steel, il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tiddikjara r-raġuni. Madankollu, kif spjegat fil-premessi (162) sa (164) u (171) tar-Regolament proviżorju, kif ukoll fil-premessa (152) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni użat id-data vverifikata dwar il-bejgħ ta’ mhux inqas minn 22 kumpanija li jipproduċu l-prodott simili u din ingħaqdet mad-data tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi biex tkun tista’ tikseb data għall-konsum kollu tal-prodott simili fl-Unjoni. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda ħtieġa li wieħed jerġa’ lura għal sorsi kummerċjali mhux ivverifikati oħra, għalkemm jistgħu jkunu ta’ reputazzjoni tajba. |
|
(171) |
Ezz Steel argumentat ukoll li bl-użu tal-konsum kumplessiv, is-sehem mis-suq ta’ Ezz Steel ma jkunx aktar minn 1,25 %. Barra minn hekk, hija allegat li l-approċċ tal-Kummissjoni wassal għal riżultati mhux akkurati li ma jirriflettux il-kundizzjonijiet normali tas-suq sa fejn dawk l-ishma jkunu fil-biċċa l-kbira dipendenti fuq l-imġiba unilaterali tal-produtturi tal-azzar primarju tal-HRF tal-UE, jew billi jieħdu f’idejhom kumpaniji tal-ipproċessar downstream jew billi jiddeċiedu li jiżvestu l-kumpaniji tal-ipproċessar downstream relatati tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni żiedet b’mod artifiċjali s-sehem mis-suq tal-UE ta’ importazzjonijiet Eġizzjani ta’ HRF meta fil-fatt jista’ jitqies li jiġġustifika t-terminazzjoni tal-investigazzjoni kif kien il-każ għas-Serbja f’investigazzjoni anti-dumping preċedenti (26). |
|
(172) |
L-ewwel nett, f’konformità mal-prattika standard tagħha, il-Kummissjoni vvalutat l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq ħieles fejn huma f’kompetizzjoni mal-industrija tal-Unjoni. Fl-isfond tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku li jirreferi għall-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni naqset milli tara kif is-sehem tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġ li ma jitqabbilx mal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni, li magħha jikkompetu, biex tivvaluta l-kumulazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-effetti tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-Eġittu ma kienx f’sitwazzjoni bħas-Serbja f’dak il-każ. Fil-każ li jikkonċerna s-Serbja (27), il-Kummissjoni sabet li 1,04 % kien għadu negliġibbli skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, minħabba li 0,04 punti perċentwali (pp, Percentage Points) jenħtieġ li jitqiesu bħala immaterjali, b’mod partikolari meta, f’termini relattivi, il-volumi tal-importazzjoni mis-Serbja kienu konsiderevolment aktar baxxi mill-volumi minn kull wieħed mill-erba’ pajjiżi l-oħra investigati. Min-naħa l-oħra, f’dan il-każ, bl-użu tal-istess metodoloġija biex jiġi kkalkolat il-konsum bħal dik segwita fil-każ tas-Serbja, il-Kummissjoni stabbiliet li l-Eġittu kellu [2,2 – 2,9] % sehem mis-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li huwa aktar mid-doppju tal-limitu stabbilit fl-Artikolu 5(7); għalhekk ma jistax jitqies bħala “negliġibbli”. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miż-żewġ pajjiżi l-oħra kkonċernati f’dan il-każ kellhom sehem mis-suq simili, b’mod partikolari l-Vjetnam ([2,3 – 3,3] %). B’hekk, għall-kuntrarju ta’ dak iddikjarat minn Ezz Steel, is-sitwazzjoni fiż-żewġ każijiet hija differenti b’mod ċar, u ma tiġġustifikax it-trattament tal-Eġittu bl-istess mod bħas-Serbja. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
4.3.2. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(173) |
Kif imsemmi fil-premessa (19), it-Tabella 6 tar-Regolament proviżorju kellha tiġi aġġornata biex tqis il-volumi ta’ bejgħ mhux kaptiv lil partijiet relatati fil-PI ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(174) |
Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (19), instab żball klerikali fil-premessa (191) tar-Regolament proviżorju fir-rigward tal-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq totali tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati fl-Unjoni, li żdied bi 3,5 punti perċentwali, żieda ta’ 74 % fil-perjodu kkunsidrat. Tabella 2 Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(175) |
Nippon Steel u JFE argumentaw li t-tnaqqis fl-ishma mis-suq ta’ 2 punti perċentwali biss matul il-perjodu kkunsidrat jenħtieġ li ma jitqiesx bħala “indikatur tad-deterjorament tal-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni” kif iddikjarat fil-premessa (212) tar-Regolament proviżorju. Iż-żewġ partijiet qajmu b’mod partikolari l-fatt li l-industrija tal-Unjoni żammet pożizzjoni dominanti fis-suq tal-UE, b’sehem mis-suq ta’ 70,2 % sa tmiem il-PI, li naqas b’0,6 punti perċentwali biss mill-2023. |
|
(176) |
Kif spjegat fil-premessa (212) tar-Regolament proviżorju, it-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni u t-telf ta’ sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni qabżu b’mod sinifikanti t-tnaqqis tal-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, li huwa indikatur tad-deterjorament tal-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif iċċarat fil-premessa (190) ta’ dan ir-Regolament, it-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles ammonta għal 3,4 punti perċentwali kif imsemmi fit-Tabella 5 riveduta hawn taħt u mhux 2 punti perċentwali kif imsemmi fir-Regolament proviżorju. |
|
(177) |
Nippon Steel u JFE nnotaw li l-produtturi tal-Unjoni fil-fatt komplew jimportaw kojls illaminati bis-sħana (“HRC”) u ċangaturi fl-UE mill-bidu tal-investigazzjoni, minkejja l-allegazzjoni li saret fl-ilment li l-importazzjonijiet mill-Ġappun, mill-Eġittu u mill-Vjetnam kienu qed jimpedixxuhom milli jżidu l-produzzjoni tagħhom. Skont dawn iż-żewġ partijiet, il-produtturi primarji u sekondarji tal-azzar tal-Unjoni importaw aktar minn 220 000 tunnellata ta’ HRC u b’kollox, l-industrija tal-Unjoni importat kważi 4 miljun tunnellata fl-2023 mill-pajjiżi kkonċernati minn total ta’ 8 miljun tunnellata mill-bqija tad-dinja. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza minn dawn il-partijiet rigward l-importazzjonijiet ta’ ċangaturi mill-produtturi tal-azzar primarju tal-Unjoni u l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda informazzjoni f’dan ir-rigward. |
|
(178) |
FHS argumentat li l-allegati żbalji metodoloġiċi msemmija fil-premessi (20) u (151) esaġeraw kemm l-iskala kif ukoll l-impatt kompetittiv tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam. FHS tenniet li l-għażla tal-2021 bħala s-sena bażi tal-indiċi għawġet l-istampa hekk kif il-volumi tal-importazzjoni rreġistrati dik is-sena kienu anormalment baxxi minħabba li l-provvisti Russi u Torok kienu għadhom qed jiċċirkolaw liberament, filwaqt li l-imtieħen Asjatiċi kienu qed jitħabtu ma’ konġestjonijiet tal-merkanzija relatati mal-pandemija. Għalhekk, iż-żieda ta’ 56 % fl-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat irriflettiet biss is-sostituzzjoni tal-flussi kummerċjali minn dawn iż-żewġ pajjiżi li kienu soġġetti jew għal sanzjonijiet għall-miżuri preċedenti jew anti-dumping għal dawn tal-aħħar. |
|
(179) |
Il-Kummissjoni sostniet li s-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, tista’ tabilħaqq tkun ir-riżultat ta’ miżuri meħuda kontra r-Russja u t-Turkija. Madankollu, jibqa’ li dawk l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati nstabu li żdiedu fi kwantitajiet sinifikanti għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, ikunu oġġett ta’ dumping u dannużi għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(180) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor rigward l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi (189) sa (191) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.3.3. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, it-twaqqigħ tal-prezz u t-trażżin tal-prezzijiet
|
(181) |
Fil-premessi (192) sa (197) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni tat dettalji dwar il-metodoloġija biex jiġi determinat it-twaqqigħ tal-prezz u kkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu u rażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(182) |
Instab li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-maġġoranza tal-produtturi esportaturi kkonċernati inklużi fil-kampjun waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni f’firxa ta’ bejn – 3,3 % u 10,1 %, kif jidher fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju. |
|
(183) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, Ezz Steel ikkunsidrat li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Eġittu kienu relattivament għoljin u ma waqqgħux il-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni. Minħabba n-natura ta’ dawn il-kummenti, dawn huma indirizzati fit-Taqsima 5.1 ta’ hawn taħt. |
|
(184) |
FHS argumentat li t-twaqqigħ ta’ 3.3 % stabbilit għall-importazzjonijiet tagħha kien jikkorrispondi għad-differenzjal fit-trasport tal-merkanzija u għall-fluttwazzjonijiet fil-munita li b’mod regolari jisseparaw l-offerti FOB fl-Asja mill-kwotazzjonijiet tal-imtieħen tal-UE u għalhekk, ma setax jitqies bħala dannuż għall-industrija tal-Unjoni. Wara d-divulgazzjoni finali, FHS argumentat ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi analiżi bir-reqqa dwar għaliex tali marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 3,3 % għal FHS kien ekonomikament sinifikanti fil-kuntest tas-suq tal-HRF tal-UE. |
|
(185) |
Kif imsemmi fil-premessa (242), l-investigazzjoni żvelat ukoll li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni trażżnu mill-importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw, fost l-oħrajn, mill-Eġittu. Fil-kuntest tat-trażżin tal-prezzijiet, ma huwiex sorprendenti li t-twaqqigħ tal-prezz ma huwiex sinifikanti peress li l-industrija tal-Unjoni ma tistax iżżid il-prezz tagħha minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet imġarrba. |
|
(186) |
Il-Kummissjoni fakkret li, kif spjegat fil-premessa (194) tar-Regolament proviżorju, it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġie vvalutat billi qabblet: il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tat-tliet produtturi tal-Unjoni imposti fuq klijenti mhux relatati fis-suq ħieles tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika; u l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni CIF għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi li kkooperaw tal-pajjiżi kkonċernati lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, Assigurazzjoni u Nol (‘‘CIF’’, Cost, Insurance, Freight), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Filwaqt li t-twaqqigħ tal-prezz jista’ jkollu diversi kawżi, il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz sar abbażi tad-data vverifikata pprovduta minn FHS. |
|
(187) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonfermat il-marġni tat-twaqqigħ stabbilit fil-premessa (196) tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(188) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor rigward l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi (192) sa (197) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(189) |
Fir-Regolament proviżorju (it-taqsima 4.4), il-Kummissjoni tat dettalji dwar l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Hija kkonkludiet, fil-premessa (238) tar-Regolament proviżorju, li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(190) |
Kif imsemmi fil-premessa (19) u (131) sa (142), iż-żjara ta’ verifika li saret fil-bini tal-EUROFER, żvelat li d-data dwar il-bejgħ mhux kaptiv lil partijiet relatati minn wieħed mill-ilmentaturi ma kinitx ġiet inkluża fid-data kumplessiva dwar il-bejgħ mhux kaptiv relatata mal-PI. Il-Kummissjoni għamlet ukoll xi aġġustamenti fit-Tabelli rilevanti sabiex tinkludi bejgħ mhux kaptiv fil-konsum tas-suq ħieles. Dan kellu konsegwenzi għat-Tabelli 5 u 6 tar-Regolament proviżorju kif imsemmi hawn fuq, iżda wkoll għat-Tabelli 4 u 10 tar-Regolament proviżorju. It-tabella dwar il-konsum kaptiv tar-Regolament proviżorju baqgħet l-istess. |
|
(191) |
Wara d-divulgazzjoni finali, filwaqt li kkwotat l-Artikolu 3.2 tal-ADA tad-WTO, FHS sostniet li l-Kummissjoni kellha jew tinkludi volumi kaptivi fl-indikaturi kollha tad-dannu jew tikkalkulahom mill-ġdid fuq bażi konsistenti ta’ suq ħieles biss. Barra minn hekk, skont FHS, il-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligi ta’ trasparenza u divulgazzjoni skont l-Artikolu 6.5.1 tal-ADA tad-WTO u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Bażiku billi ma ddivulgatx l-ammont u l-perċentwali eżatti li nbidlu. |
|
(192) |
Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li hija segwiet l-istess approċċ konsistenti bħal fl-investigazzjoni preċedenti dwar l-HRF, fejn il-volumi kaptivi tqiesu biss meta kien iġġustifikat, jiġifieri fejn ma setgħet issir l-ebda distinzjoni fir-rigward tad-destinazzjoni tal-prodotti minħabba n-natura tal-indikatur. Għalhekk, peress li l-produzzjoni jew l-investimenti huma relatati kemm mal-operazzjonijiet tas-suq kaptiv kif ukoll mal-operazzjonijiet tas-suq ħieles, dawn jistgħu jiġu vvalutati b’mod konġunt biss irrispettivament mid-destinazzjoni tal-prodotti. Għall-kuntrarju, il-profittabbiltà ġiet ivvalutata abbażi tal-bejgħ fis-suq ħieles biex jiġu riflessi l-mekkaniżmi tas-suq ħieles u biex titqies il-kompetizzjoni li jħabbtu wiċċhom magħha l-produtturi tal-Unjoni minħabba l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni. It-tieni, il-Kummissjoni ma setgħetx għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità tipprovdi ċifri eżatti, iżda pprovdiet firxiet u indiċijiet għad-data kollha meħtieġa. Barra minn hekk, b’rispons għall-kummenti ta’ NSC u JFE, il-Kummissjoni pprovdiet kjarifika ulterjuri kif spjegat fil-premessa (194) ta’ hawn taħt. |
|
(193) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq riveduti tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 3 Il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni inkluż il-bejgħ mhux kaptiv (tunnellati)
Tabella 4 Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(194) |
Wara d-divulgazzjoni finali, NSC u JFE kkontestaw is-sejba tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi fatturi ta’ dannu b’rabta mas-sitwazzjoni ekonomika li kienet teżisti matul il-perjodu 2020 u 2021. Dan wassal lill-Kummissjoni biex għal darba oħra tirrevedi s-sitwazzjoni rigward il-konsum tas-suq fl-Unjoni u l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-iżball imsemmi fil-premessa (19) ma kellu l-ebda effett fuq it-Tabelli 2, 3 u 4 u fil-fatt, għamlet għadd doppju tal-bejgħ mhux kaptiv kif innotat fil-premessa (146). Fil-fatt, iċ-ċifri rrapportati f’dawn it-tabelli fir-regolament proviżorju diġà kienu jinkludu l-bejgħ mhux kaptiv. Għalhekk, wara d-divulgazzjoni finali, it-tabelli u l-kontenut rilevanti ġew riveduti, lura għall-volumi preċedenti, bl-eċċezzjoni tad-data ta’ wieħed mit-22 produttur tal-Unjoni, li baqgħet simili għal dik użata għall-GDD. |
|
(195) |
Fir-rigward tal-kummenti ta’ NSC u JFE dwar is-sitwazzjoni kienet teżisti matul il-perjodu 2020 u 2021, huma argumentaw li s-sena 2021 kienet waħda eċċezzjonali u speċifika ħafna wara l-kriżi tal-COVID-19 li affettwat id-domanda u l-prezzijiet tas-suq fis-sena ta’ qabel. Għalhekk, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni bbenefikat mill-irkupru tal-ekonomija wara l-kriżi tal-COVID-19, l-użu ta’ din is-sena bħala bażi biex tiġi ddeterminata l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni jwassal awtomatikament u b’mod artifiċjali għal sitwazzjoni dannuża. |
|
(196) |
NSC u JFE rreferew b’mod partikolari għal każ preċedenti ta’ rieżami ta’ skadenza li jikkonċerna ċ-Ċina (28). Fis-sottomissjoni tagħhom, huma nnotaw li f’konformità mal-volumi tal-bejgħ irrapportati fil-GDD: “il-volum tal-bejgħ ta’ 30 578 495 tunnellata identifikat mill-Kummissjoni għall-2021 f’din l-Investigazzjoni jikkostitwixxi prestazzjoni notevoli — li tirrappreżenta żieda ta’ 21 % fuq iċ-ċifra tal-2019 (29)”. Madankollu, wara l-korrezzjoni li saret wara d-divulgazzjoni finali kif spjegat fil-premessa (194), il-Kummissjoni kkonfermat li għall-kuntrarju ta’ dak li jista’ tabilħaqq jiġi dedott miċ-ċifri ddivulgati fil-GDD, il-volum tal-bejgħ korrett ta’ 27 729 413-il tunnellata rrapportat fit-Tabella 4 għall-2021 kien jirrappreżenta biss żieda ta’ 9,2 % fuq iċ-ċifra tal-2019 u mhux ta’ 21 % kif allegat minn NSC u JFE. Dan wera li s-sena 2021 kienet fil-fatt konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq peress li wara li naqset għal 20 020 000 tunnellata fl-2020 kif instab fil-każ ta’ rieżami tal-iskadenza fir-rigward taċ-Ċina, il-volumi tal-bejgħ ma setgħux jiġu kkwalifikati bħala “prestazzjoni notevoli” kif iddikjarat minn NSC u JFE. Barra minn hekk, il-konsum tas-suq ħieles fil-PI kien ta’ 33,268 miljun tunnellata, li huwa wkoll fil-firxa tal-konsum osservat fl-2019. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(197) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni (minbarra l-bejgħ kaptiv) naqas b’15 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 27,729 miljun tunnellata għal 23,570 miljun tunnellata. |
|
(198) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ konsum tal-Unjoni naqas bi 3,44 punti perċentwali, minn 74,29 % għal 70,85 %. It-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni u t-telf ta’ sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni qabżu b’mod sinifikanti t-tnaqqis tal-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, li huwa indikatur tad-deterjorament tal-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni. |
|
(199) |
FHS argumentat li peress li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni attribwiet b’mod żbaljat it-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità li rriżulta mil-livell ta’ produzzjoni aktar baxx għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati minflok ma rrikonoxxiet li t-tnaqqis fil-produzzjoni kien marbut mat-tnaqqis ġenerali fid-domanda tal-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, it-tnaqqis kien ikkonċentrat fis-segment kaptiv, li niżel b’16 % (minn 39,2 għal 33,1 miljun tunnellata), filwaqt li l-konsum tas-suq ħieles naqas biss b’6 %. Bl-istess mod, FHS ikkunsidrat li d-data indikat li l-volumi tal-bejgħ naqsu minħabba li s-suq tal-UE naqas, speċjalment min-naħa tal-kaptiv, mhux minħabba li l-fornituri fil-pajjiżi kkonċernati ħadu n-negozju mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jitqies li l-industrija tal-Unjoni kkontrollat madwar 70 % tas-suq ħieles u aktar minn 85 % tal-konsum totali, tnaqqis ta’ żewġ perċentwali fis-sehem mis-suq jenħtieġ li jitqies bħala varjazzjoni kompetittiva ordinarja u ma jistax jiġi kkunsidrat b’mod raġonevoli bħala dannu kkawżat mill-importazzjoni. |
|
(200) |
Kif muri fit-Tabella 4 hawn fuq, u għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet bi żball FHS, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni (kif rivedut wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji) u t-trasferimenti vinkolanti tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, it-tnejn segwew xejra ’l isfel bi 15 % u bi 16 % rispettivament matul il-perjodu kkunsidrat f’konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni kif irrapportat fit-Tabella 9 tar-regolament proviżorju. Madankollu, il-perċentwal tal-konsum kaptiv meta mqabbel mal-produzzjoni totali li baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat li jvarja minn 55,7 % sa 56,1 %, dan ikkonferma l-eżistenza ta’ spostament tal-bejgħ fil-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles mill-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati li raw is-sehem mis-suq tagħhom jiżdied fi żmien meta d-domanda ġenerali kienet qed tonqos. Dan huwa kkonfermat ukoll mit-tnaqqis aktar qawwi fil-bejgħ fis-suq ħieles aktar milli fis-suq kaptiv li rriżulta f’telf ta’ 3,4 % punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Barra minn hekk, it-telf ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles qabeż b’mod sinifikanti t-tnaqqis tal-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, li, kif imsemmi fil-premessa (212) kien indikatur tad-deterjorament tal-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni. |
|
(201) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li l-livell ta’ tnaqqis simili kemm tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni kif ukoll tat-trasferimenti kaptivi tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni rriżulta l-ewwel u qabel kollox minn domanda kuntrattata fis-suq ħieles tal-Unjoni u mhux mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(202) |
Filwaqt li invokat dan l-argument favur l-użu tal-konsum totali tal-Unjoni li għalhekk inkluda kemm tranżazzjonijiet tas-suq kaptiv kif ukoll tas-suq ħieles bħala d-denominatur għall-kalkolu tal-ishma mis-suq, FHS madankollu injorat l-eżistenza ta’ spostament tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles mill-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati li raw żieda fis-sehem mis-suq tagħhom fi żmien meta d-domanda kumplessiva kienet qed tonqos kif muri fit-Tabella 2. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(203) |
F’kuntest fejn l-Industrija tal-Unjoni kkontrollat madwar 70,8 % tas-suq ħieles u aktar minn 85 % tal-konsum totali, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha li tnaqqis ta’ 3,4 % fis-sehem mis-suq ma setax jitqies bħala varjazzjoni kompetittiva ordinarja. Iċ-ċifri aġġornati kkonfermaw li l-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livell tal-prezz stabbilit mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping sabiex tevita li titlef aktar sehem mis-suq. Dan irriżulta f’deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif muri minn diversi indikaturi makro u mikro bħall-profittabilità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u l-fluss ta’ flus. Fuq din il-bażi, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħudin. |
|
(204) |
Nippon Steel u JFE nnotaw li skont it-Tabella 12 tar-Regolament proviżorju, il-livelli ta’ impjieg fl-industrija tal-Unjoni żdiedu mill-2023 sal-PI, bi 3,4 %, madankollu, il-Kummissjoni enfasizzat biss it-tnaqqis ta’ 7,0 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(205) |
Nippon Steel u JFE indikaw l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni, li wriet li l-kostijiet lavorattivi medji bdew jistabbilizzaw, u naqsu b’mod sinifikanti mill-ogħla livell tagħhom fl-2023. |
|
(206) |
Il-Kummissjoni l-ewwel ikkunsidrat li jenħtieġ li ċerti indikaturi tad-dannu ma jiġux interpretati b’mod iżolat biex jiġi ddeterminat jekk l-industrija tal-Unjoni sofritx dannu materjali. Għall-kuntrarju, id-dannu jenħtieġ li jiġi ddeterminat billi jiġu vvalutati l-indikaturi kollha tad-dannu. Barra minn hekk, mhux l-indikaturi kollha tad-dannu jenħtieġ li juru deterjorament fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex jiġi konkluż li sofriet dannu materjali. |
|
(207) |
Fir-rigward tal-impjiegi, il-Kummissjoni kkunsidrat li ż-żieda mill-2023 sal-PI, bi 3,4 % kienet dovuta l-aktar għall-aġġustamenti li saru minn xi wħud mill-produtturi tal-Unjoni wara l-kriżi tal-COVID-19, li affettwat ħafna d-domanda u l-prezzijiet tas-suq. |
|
(208) |
Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessi (45) u (224) sa (226) tar-Regolament proviżorju, fejn spjegat li l-indikaturi kollha tal-industrija tal-Unjoni kienu affettwati, bħal dawk ta’ ħafna industriji oħra, mis-sitwazzjoni tal-pandemija fl-2020. Is-sitwazzjoni temporanja aktar favorevoli osservata fl-2021 u fl-2022 kienet dovuta għal żbilanċ mhux tas-soltu bejn il-provvista u d-domanda wara l-pandemija tal-COVID-19. Ladarba s-sitwazzjoni tad-domanda u l-provvista saret aktar ibbilanċjata, il-produtturi tal-Unjoni sabu ruħhom taħt pressjoni mġedda mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li affettwaw is-sehem mis-suq u l-prestazzjonijiet ekonomiċi tagħhom. |
|
(209) |
Fuq din il-bażi, l-asserzjonijiet ġew miċħudin. |
4.5. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(210) |
Billi t-tabelli riveduti kif immodifikati wara d-divulgazzjoni finali wrew l-istess xejriet, is-sejbiet rigward id-dannu ġew ikkonfermati b’mod definittiv. |
|
(211) |
Iċ-ċifri riveduti ta’ hawn fuq biex jinkludu l-bejgħ mhux kaptiv fis-suq ħieles lil partijiet relatati kkonfermaw li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi ma setgħetx iżżomm il-volumi tal-produzzjoni u ta’ bejgħ tagħha u ttejjeb ir-rata tal-użu tal-kapaċità tagħha. Il-volumi tal-produzzjoni u ta’ bejgħ fil-fatt naqsu aktar mill-konsum fis-suq tal-Unjoni. Bil-ħsieb tat-tnaqqis fil-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni ħadet azzjonijiet konkreti biex ittejjeb l-effiċjenza billi żammet kontroll strett fuq il-kost tal-produzzjoni (prinċipalment il-materja prima u l-kostijiet lavorattivi) u billi żiedet il-produzzjoni għal kull impjegat meta bdiet tiddeterjora s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-kost tal-produzzjoni żdied bi 18 % meta l-prezz unitarju tal-bejgħ baqa’ stabbli, bl-eċċezzjoni tas-sena 2022, matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat b’mod sinifikanti minn 12 % fl-2021 u fl-2022, meta l-industrija tal-Unjoni bbenefikat mill-irkupru tal-ekonomija wara l-kriżi tal-COVID-19, għal sitwazzjoni ta’ telf fl-2023 u fil-PI. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun xorta waħda setgħu jagħmlu investimenti matul il-perjodu kkunsidrat u dan juri d-dinamiżmu tiegħu fil-konfront ta’ sitwazzjoni finanzjarja li kienet qed tiddeterjora. |
|
(212) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż b’mod definittiv li d-data ta’ hawn fuq turi li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(213) |
Fil-premessa (265) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(214) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja u finali, il-GOJ u FHS ma qablux mal-konklużjonijiet fit-taqsima 5.1 tar-Regolament proviżorju. |
|
(215) |
Il-GOJ issottometta li, b’riżultat tal-“Kwoti Tariffarji” (“TRQ”, Tariff Rate Quotas) tal-miżuri ta’ salvagwardja, il-volum komplessiv tal-importazzjonijiet tal-azzar illaminat bis-sħana ma żdiedx u argumenta għalhekk li kien hemm biss sostituzzjonijiet fl-oriġini tal-prodotti importati fi ħdan il-volum permess tat-TRQ. Fuq din il-bażi, il-GOJ ikkunsidra li l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ġappun ma setgħux ikkawżaw dannu materjali lill-industrija domestika tal-UE. Il-GOJ sostna wkoll li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun baqa’ b’mod konsistenti taħt l-4 %, u anke s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet soġġetti b’mod ġenerali kien baxx f’madwar [8,0-8,5 %].). |
|
(216) |
Il-GOJ fl-aħħar nett argumenta li l-volum tal-importazzjonijiet ta’ prodotti mill-Ġappun fit-tieni nofs tal-2024 kien naqas b’51,2 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, minħabba l-limitu massimu ta’ 15 % għal kull pajjiż uniku, li ġie introdott f’Ġunju 2024 (30). Għalhekk, il-GOJ qajjem dubju dwar l-analiżi tad-dannu li ma kinitx qed tikkunsidra kif xieraq iċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq u ma setgħetx titqies bħala eżami oġġettiv fis-sens tal-Artikolu 3.1 tal-Ftehim AD. |
|
(217) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-miżuri ta’ salvagwardja u ta’ anti-dumping jindirizzaw sitwazzjonijiet differenti. F’dan il-każ, fil-fatt ġew imposti miżuri ta’ salvagwardja taħt il-forma ta’ TRQ, abbażi ta’ flussi kummerċjali tradizzjonali u bil-għan li tiġi evitata d-devjazzjoni tal-kummerċ. Madankollu, il-miżura ta’ salvagwardja ma timpedixxix l-impożizzjoni ta’ miżuri biex jitneħħew l-effetti ta’ prattiki kummerċjali inġusti, b’mod partikolari fil-limiti tat-TRQ, jiġifieri qabel ma jkun japplika kwalunkwe dazju ta’ salvagwardja. Għalhekk, ir-referenza għal-limiti tal-volum mhux affettwati minn dazju ta’ salvagwardja addizzjonali ma tistax tpoġġi f’dubju l-kawżalità bejn l-importazzjonijiet soġġetti u d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-analiżi tagħha kopriet il-perjodu ta’ investigazzjoni li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2024. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ elementi ta’ wara l-PI fl-analiżi tal-kawżalità tagħha, bħal tnaqqis fl-importazzjonijiet fit-tieni nofs tal-2024, ma tiżgurax eżami oġġettiv tal-fatti. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(218) |
Kif imsemmi fil-premessa (194), FHS argumentat li l-effetti negattivi fuq l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi bħall-użu tal-kapaċità, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq ma setgħux jirriżultaw mill-importazzjonijiet mill-Vjetnam peress li l-kwantitajiet kienu żgħar wisq. |
|
(219) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument għar-raġuni li l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ġew issodisfati b’mod kumulattiv sabiex l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Vjetnam ġew ivvalutati flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħrajn ikkonċernati. |
|
(220) |
FHS iddikjarat li filwaqt li tirrikonoxxi li r-riżultati riċenti tal-profittabilità u tal-fluss ta’ flus tal-industrija tal-Unjoni kienu dgħajfa, ma kienx stabbilit jekk it-telf li rriżulta minn domanda aktar baxxa, minn kostijiet ogħla tal-enerġija u tal-input, minn skeda ta’ żmien ambizzjuża għall-investiment, jew minn fatturi strutturali oħra kinux influwenzaw b’mod negattiv dawn l-indikaturi mikroekonomiċi. |
|
(221) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. Il-lista ta’ fatturi mqajma minn FHS kienu diġà kkunsidrati mill-Kummissjoni kif imsemmi fil-premessi (240) u fit-Taqsima 5.7 tar-Regolament proviżorju. Filwaqt li FHS ma ppreżentat l-ebda element ġdid li jikkontradixxi l-analiżi li saret mill-Kummissjoni dwar kif dawn il-fatturi influwenzaw l-indikaturi mikroekonomiċi. Dawn l-asserzjonijiet ġew għalhekk miċħuda. |
|
(222) |
FHS iddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli twettaq eżami oġġettiv ta’ kull wieħed minn diversi elementi, li kkontribwew għad-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni bħad-domanda globali mdgħajfa. |
|
(223) |
Fin-nuqqas ta’ asserzjonijiet aktar preċiżi u sostanzjati rigward l-allegat nuqqas ta’ oġġettività fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni rreferiet għat-taqsima 5 tar-Regolament proviżorju u b’mod aktar speċifiku għat-taqsima 5.8 li tindirizza b’mod partikolari dan il-fattur. |
|
(224) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Ezz Steel argumentat li l-Eġittu ma setax ikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni peress li kellu kapaċità ta’ produzzjoni baxxa meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi oħra bħall-Ġappun, l-Indja jew il-Vjetnam. Barra minn hekk, hija ddikjarat li ma setgħetx iżżid l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-UE minħabba l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja u li hija forniet HRF biss skont ordnijiet speċifiċi ta’ xiri “f’kundizzjonijiet ġusti u trasparenti”. |
|
(225) |
Il-Kummissjoni qieset dawn l-elementi bħala irrilevanti meta vvalutat l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Eġittu tista’ tkun aktar baxxa minn dik tal-pajjiżi l-oħrajn ikkonċernati, xorta jibqa’ l-fatt li l-kapaċità tal-produzzjoni individwali ma hijiex element biex jiġi vvalutat id-dannu kkawżat. Bl-istess mod, id-dikjarazzjoni li l-Eġittu allegatament ma jistax iżid l-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Unjoni minħabba l-miżuri ta’ salvagwardja hija fattwalment żbaljata peress li l-miżuri ma jipprojbixxux l-importazzjonijiet milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni, anke wara li tkun ġiet eżawrita l-kwota tal-Eġittu. Sabiex tivvaluta l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, il-Kummissjoni analizzat fost l-oħrajn iż-żieda fis-sehem mis-suq u l-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-Eġittu u mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati wara li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tagħhom, kif previst fit-Taqsima 4.3.1 tar-Regolament proviżorju. |
|
(226) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (241) u (242) tar-Regolament proviżorju. |
5.2. Użu ta’ kapaċità baxxa
|
(227) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS argumentat li t-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità rriżulta mid-dgħufija kemm tad-domanda tas-suq kaptiv kif ukoll tad-domanda tas-suq ħieles li ma setgħetx tiġi kkawżata awtomatikament mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. FHS innotat ukoll li l-importazzjonijiet tagħha ma kinux jikkompetu mal-industrija tal-Unjoni fis-suq kaptiv. |
|
(228) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma, peress li fil-fatt, l-industrija primarja u sekondarja tal-Unjoni kienet f’kompetizzjoni diretta ma’ negozjanti tal-azzar mhux relatati u ma’ kumpaniji tal-ipproċessar fl-Unjoni li qed jakkwistaw l-HRF fil-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, kien biss loġiku li l-użu mnaqqas tal-kapaċità wera tnaqqis, li seta’ jiġi attribwit biss lill-pajjiżi kkonċernati, peress li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, kemm jekk tintuża għal konsum mis-suq kaptiv kif ukoll mis-suq ħieles kienet affettwata bl-istess mod mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kif ikkonfermat mit-telf tas-sehem mis-suq. |
|
(229) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (243) u (244) tar-Regolament proviżorju. |
5.3. Prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
(230) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 5 Bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(231) |
Il-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat biex baqgħu taħt 600 000 tunnellata fil-PI. B’mod kumplessiv, il-volumi esportati mill-industrija tal-Unjoni ammontaw biss għal madwar 2,3 % tal-bejgħ totali tagħhom fis-suq ħieles matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u proporzjon saħansitra iżgħar tal-produzzjoni totali fl-istess perjodu. |
|
(232) |
Il-GOJ sostna li filwaqt li l-bejgħ għall-esportazzjoni naqas b’20 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2021 kif muri fit-Tabella 17 tar-Regolament proviżorju u fit-Tabella 5 hawn fuq, il-produtturi tal-Unjoni żiedu b’mod sinifikanti l-investimenti tagħhom fl-2023 kif muri fit-Tabella 16 tar-Regolament proviżorju. Il-GOJ ikkunsidra li kienet din l-istrateġija tan-negozju tal-produtturi li wasslet għal tnaqqis fil-marġnijiet ta’ profitt. |
|
(233) |
FHS sostniet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni li qed tiddeterjora tal-produtturi tal-Unjoni minnha nnifisha kkontribwiet għall-allegat dannu materjali, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis fil-volumi, prezzijiet internazzjonali aktar baxxi, u ekonomiji ta’ skala mitlufa. |
|
(234) |
Dawn l-asserzjonijiet ġew eżaminati mill-Kummissjoni u s-sejbiet milħuqa fir-Regolament proviżorju li l-bejgħ għall-esportazzjoni kien jammonta għal sehem żgħir mill-bejgħ totali ġew ikkonfermati. It-tnaqqis tagħhom ma setax ikollu impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. |
|
(235) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (245) sa (247) tar-Regolament proviżorju. |
5.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi ħlief mill-pajjiżi kkonċernati
|
(236) |
Wara l-valutazzjoni mill-ġdid tal-konsum totali tas-suq ħieles biex jiġi inkluż bejgħ mhux kaptiv lil partijiet relatati, kif spjegat fil-premessa (189) u (190), il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat ġie vvalutat mill-ġdid. Dan żviluppa kif ġej: Tabella 6 Volumi, prezzijiet unitarji u ishma mis-suq minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(237) |
L-investigazzjoni żvelat li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja, mill-Korea t’Isfel, mit-Tajwan u mill-Vjetnam (Hoa Phat Group) żdied matul il-perjodu kkunsidrat u ħlief għall-Indja, kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni osservat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma żdidux matul l-istess perjodu, iżda fil-fatt naqsu bi 11 %. B’mod parallel, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod sinifikanti. Madankollu, is-sehem tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fl-importazzjonijiet kollha minn pajjiżi terzi żdied bi 53 fil-mija matul il-perjodu kkunsidrat, li għalhekk indika li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod komparabbli aktar mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha li żdiedu biss b’14 %. |
|
(238) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS argumentat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tivvaluta l-fatt li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produtturi esportaturi fl-Indja, fil-Korea t’Isfel, u fit-Tajwan flimkien ipprovdew madwar 3,2 miljun tunnellata ta’ HRF fis-suq tal-Unjoni; aktar minn tliet darbiet il-volumi kkombinati mill-Eġittu jew minn FHS. FHS saħqet ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz u lanqas xejriet tal-prezzijiet CIF u ma saret l-ebda differenzjazzjoni fl-imġiba tas-suq bejn il-pajjiżi kkonċernati u pajjiżi terzi oħra. |
|
(239) |
Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li saret analiżi bir-reqqa tal-livell u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, ma kien hemm l-ebda obbligu legali li wieħed jipproċedi għal kwalunkwe analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz jew għal prezzijiet CIF minn pajjiżi mhux koperti mill-investigazzjoni inkwistjoni. Għalkemm il-Kummissjoni vvalutat l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, il-produtturi f’dawn il-pajjiżi ma kinux partijiet interessati għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li titlob tali informazzjoni mingħandhom, u lanqas ma kien l-għan ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(240) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Ħlief għas-sena 2021, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn kull wieħed mill-erba’ pajjiżi, kif ukoll mill-pajjiżi terzi kollha meħuda globalment, kienu bħala medja ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma naqqsitx ir-rabta kawżali. |
|
(241) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, FHS qieset li billi tħalliet barra kwalunkwe analiżi strutturata ta’ attribuzzjoni ta’ dawn il-volumi formalment mhux oġġett ta’ dumping iżda li b’mod ċar huma dannużi u li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra, ir-Regolament proviżorju esaġera r-rwol kawżali tal-importazzjonijiet mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, filwaqt li ssottovaluta d-dinamika usa’ tas-suq li hija aktar influwenti biċ-ċar fit-tiswir tax-xejriet tal-prezzijiet u l-pressjonijiet kompetittivi. Il-Kummissjoni fakkret li dawn l-aspetti kienu ġew eżaminati fid-dettall fil-premessi (248) sa (252) tar-regolament proviżorju. L-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(242) |
Kif innotat fil-premessa (183), Ezz Steel ikkunsidrat li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Eġittu kienu relattivament għoljin u ma waqqgħux il-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(243) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Ezz Steel argumentat ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-approċċ meħud fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Każakistan u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ silikomanganiż li joriġinaw mill-Ukrajna (31), fejn sabet li l-effett tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna jenħtieġ li jiġi vvalutat separatament fid-dawl tan-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz. Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-imsemmi regolament ġie adottat fl-2007, fejn il-kunċett ta’ trażżin tal-prezzijiet li jirreferi għal prezzijiet li jinżammu baxxi b’mod artifiċjali ma kienx tqies f’dak iż-żmien u t-tieni, kif imsemmi fil-premessa (197) tar-regolament proviżorju, l-investigazzjoni żvelat ukoll li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu mrażżna mill-importazzjonijiet bi prezz baxx li joriġinaw mill-Eġittu, li segwew xejriet u mudelli kummerċjali simili. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(244) |
Kif innotat fil-premessa (197) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li, għalkemm l-importazzjonijiet ta’ HRF ma kinux qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kien hemm trażżin tal-prezzijiet li bih kienu qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’mod negattiv. |
5.5. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mill-industrija tal-Unjoni
|
(245) |
Nippon Steel u JFE kkunsidraw li ċ-ċifri tal-produzzjoni ma setgħux jitqiesu bħala evidenza li l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab dannu materjali, minħabba r-rifjut li tiżdied il-produzzjoni anke fl-ambjent partikolarment favorevoli maħluq mill-investigazzjoni u li b’mod evidenti l-importazzjonijiet kienu sors importanti ta’ provvista għas-suq tal-UE — inkluż għall-produtturi tal-Unjoni nfushom. |
|
(246) |
Fir-rigward tal-volum tal-importazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li Nippon Steel u JFE esaġeraw il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati billi inkludew l-importazzjonijiet mill-Indja fl-analiżi tagħhom għalkemm l-analiżi tal-kawżalità tal-Kummissjoni kienet limitata għall-Eġittu, għall-Ġappun u għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Vjetnam. L-informazzjoni vverifikata li waslet mingħand il-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun, ikkonfermat li l-220 000 tunnellata ta’ HRF fil-fatt kienu fil-biċċa l-kbira importati fi kwantitajiet limitati minn produtturi sekondarji tal-azzar tal-Unjoni relatati mal-produtturi primarji tal-Unjoni. Il-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati saru minn negozjanti u minn proċessuri mhux relatati tal-Unjoni. B’referenza għall-premessa (253) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni tenniet li, l-entitajiet relatati tal-produtturi tal-Unjoni ma humiex meħtieġa jixtru mingħand il-kumpaniji relatati tagħhom u jixtru fuq bażi ta’ kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Kif imsemmi fil-premessa (313) tar-Regolament proviżorju, l-objettiv tad-dazji anti-dumping ma huwiex li s-suq tal-Unjoni jingħalaq għal kwalunkwe importazzjoni, iżda li jerġa’ jkun hemm kummerċ ġust billi jitneħħa l-effett tad-dumping dannuż. Għalhekk, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma humiex mistennija li jintemmu, iżda li jkomplu, għalkemm bi prezzijiet ġusti. |
|
(247) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS qieset li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li l-impożizzjoni tad-dazji xorta tista’ tippermetti lill-utenti jimportaw l-HRF minn sorsi diversifikati u fl-istess ħin, ittejjeb l-ishma tas-suq u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-analiżi u fakkret li kienet spjegat fid-dettall fil-premessi (313) sa (325) tar-Regolament proviżorju għaliex l-impatt tal-impożizzjoni tad-dazji ma jkunx sinifikanti u ma jisboqx l-effetti pożittivi tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(248) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor ħlief għal dawk diġà indirizzati fil-premessi (177) sa (179) fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (253) tar-Regolament proviżorju. |
5.6. Impatt tas-sitwazzjoni ta’ produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun fuq l-istampa tad-dannu
|
(249) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (254) sa (256) tar-Regolament proviżorju. |
5.7. Żieda fil-kost tal-materja prima ewlenija, il-prezzijiet tal-enerġija u l-investimenti ambjentali
|
(250) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel valutazzjoni kwantitattiva tal-kost tal-prezzijiet tal-enerġija billi tuża informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-prezz tal-enerġija peress li dan ix-xokk fil-kostijiet kellu jitkejjel u jiġi nnettjat qabel ma r-responsabbiltà għad-dannu ġiet attribwita lill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Fil-fehma ta’ FHS, din il-kompressjoni tal-prezz nett wasslet direttament għall-erożjoni tal-profittabbiltà u ġiet attribwita b’mod żbaljat mill-Kummissjoni lill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(251) |
Il-Kummissjoni fakkret li wettqet analiżi taż-żieda fil-kostijiet tal-elettriku, li r-riżultati tagħha ġew deskritti fil-premessa (259) tar-Regolament proviżorju. Minflok ma użat informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, li kienet tkun maqtugħa mis-sitwazzjoni reali tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni mitluba u vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(252) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (257) sa (262) tar-Regolament proviżorju. |
5.8. Tnaqqis fid-domanda
|
(253) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor ħlief għal dawk diġà indirizzati fil-premessi (158) sa (160) fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (263) sa (264) tar-Regolament proviżorju. |
5.9. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(254) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-fatturi l-oħrajn kollha magħrufa, filwaqt li kkunsidrat il-kummenti tal-partijiet interessati u kkonkludiet li dawk il-fatturi ma naqsux ir-rabta kawżali. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet fil-premessi (265) sa (267) tar-Regolament proviżorju li kien hemm rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati li ma kinitx imnaqqsa mill-fatturi msemmija hawn fuq. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
6.1. Marġni tad-dannu
|
(255) |
Fir-Regolament proviżorju (il-premessi (272) sa (287)), il-Kummissjoni spjegat fid-dettall il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(256) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Nippon Steel sostniet li jenħtieġ li jiżdied ammont għad-dazji barra mill-kwota mħallsa skont il-miżuri ta’ salvagwardja meta jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni wara l-iżbark għall-fini tal-kalkoli tal-marġni tad-dannu, bħal kwalunkwe dazju doganali normali ieħor. |
|
(257) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ Nippon Steel. Il-Kummissjoni fakkret li l-miżuri anti-dumping u d-dazji ta’ salvagwardja ma humiex kumulattivi għall-kuntrarju tad-dazji doganali konvenzjonali. Minflok, il-miżuri anti-dumping se japplikaw għall-importazzjonijiet li jsiru taħt il-kwota disponibbli mingħajr tariffi, jiġifieri fuq l-importazzjonijiet li ma humiex soġġetti għall-miżura ta’ salvagwardja tat-tariffa. Fir-rigward tal-importazzjonijiet li jsiru ladarba l-kwota tariffarja rilevanti tiġi eżawrita, dawn ikunu soġġetti għal livell ta’ dazju totali (eskluż id-dazju doganali konvenzjonali) ekwivalenti għall-ogħla bejn il-miżura tariffarja ta’ salvagwardja jew il-miżura anti-dumping, skont il-każ. Fi kliem ieħor, meta d-dazju anti-dumping jaqbeż il-livell tal-miżura ta’ salvagwardja, il-miżura ta’ salvagwardja effettivament titnaqqas mid-dazju anti-dumping applikabbli li għandu jinġabar. B’riżultat tal-mekkaniżmu stabbilit biex tiġi evitata kwalunkwe akkumulazzjoni ta’ miżura ta’ salvagwardja jew ta’ anti-dumping lil hinn mill-ogħla waħda miż-żewġ miżuri, iż-żieda tal-prezz tal-iżbark tal-importazzjoni ta’ Nippon Steel mal-miżuri tariffarji ta’ salvagwardja mħallsa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ dazju anti-dumping tkun tirriżulta fit-tnaqqis tad-dazju anti-dumping għal livell mhux suffiċjenti biex jiġi indirizzat id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping imsemmija, jew peress li l-miżura ta’ salvagwardja ma tiġix applikata jew peress li effettivament titnaqqas mid-dazju anti-dumping applikabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-allegazzjoni magħmula minn Nippon Steel ma kinitx korretta fattwalment u kienet żbaljata fil-prinċipju. Fi kwalunkwe każ, instab li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, id-dazji ta’ salvagwardja tħallsu fuq inqas minn 6 % tal-volum importat ta’ HRF li joriġina mill-Ġappun u għalhekk l-impatt li d-dazji ta’ salvagwardja ma jiġux ikkunsidrati kien marġinali f’dan il-każ partikolari, jiġifieri madwar 0,1 punt perċentwali. Fuq din il-bażi, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(258) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Nippon Steel tenniet li sabiex jikkonformaw mar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-ħatt jenħtieġ li jkunu bbażati fuq is-sitwazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni (jiġifieri l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ NSC inklużi d-dazji ta’ salvagwardja qed jikkompetu mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni). Din l-asserzjoni kienet diġà ġiet indirizzata fil-GDD u għalhekk aħna ċħadniha. |
|
(259) |
Barra minn hekk, Nippon Steel ippreżentat li l-kalkoli tal-marġni tad-dannu ma kkunsidrawx iż-żmien tal-konsenja. Hija allegat li, għalkemm mhux kwantifikabbli, ix-xerrejja fl-UE kienu lesti jħallsu primjum fuq il-prezz għal ħinijiet ta’ konsenja qosra. Skont Nippon Steel, bħala medja, il-konsenji jieħdu madwar 43 jum biex jaslu fil-fruntiera tal-Unjoni mill-Ġappun. Barra minn hekk, minħabba l-Miżura ta’ Salvagwardja tal-Azzar tal-UE, jista’ jkun hemm ħin ta’ stennija addizzjonali sal-bidu tat-trimestru li jmiss tal-Miżura ta’ Salvagwardja tal-Azzar tal-UE biex l-importazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu rilaxxati mid-dwana. Il-produttur esportatur iddikjara ulterjorment li dan spjega ż-żieda gradwali fil-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u fil-bejgħ bi prezz aktar baxx aktar ma l-pajjiż tal-esportazzjoni kien ’il bogħod mill-UE — il-marġnijiet tad-dannu aktar għoljin instabu għall-esportaturi Ġappuniżi. |
|
(260) |
Il-Kummissjoni qablet mal-fehma li tali “primjum fuq il-prezz għal żminijiet ta’ konsenja qosra”, anke jekk murija, ma kienx kwantifikabbli. Barra minn hekk, jekk iż-żminijiet qosra ta’ konsenja kienu fattur li jżid il-prezz tal-bejgħ, il-Kummissjoni naqset milli tara kif dan seta’ gradwalment iżid il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ bi prezz baxx aktar ma l-pajjiż tal-esportazzjoni ikun ’il bogħod mill-UE. Ir-raġunament ta’ Nippon Steel ġie wkoll kontradett mill-marġni baxx ta’ bejgħ bi prezz aktar baxx li nstab għal JFE, produttur esportatur Ġappuniż ieħor fil-pajjiż ikkonċernat. |
|
(261) |
Kif imsemmi fil-premessa (100), Nippon Steel ikkontestat il-metodu użat biex jiġi vvalutat il-valur CIF għal ċerti tranżazzjonijiet. Kif spjegat fil-premessi (101) sa (104), din l-asserzjoni ġiet aċċettata parzjalment fejn il-valuri CIF użati bħala denominatur ġew riveduti għal ċerti tranżazzjonijiet. Konsegwentement, il-marġni tad-dannu kkalkolat għal Nippon Steel ġie aġġustat bix-xieraq. |
|
(262) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Nippon Steel sostniet li l-Kummissjoni naqset milli żżid il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ma’ dan il-prezz CIF għall-bejgħ permezz ta’ żewġ kumpaniji relatati u b’hekk, il-prezz meħud għall-kalkoli tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ma kienx “kompletament wara l-ħatt fl-UE” minħabba li dawn il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ġew esklużi mill-prezz CIF. Il-Kummissjoni aċċettat din l-asserzjoni u rrevediet il-kalkoli tagħha biex tinkludi l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni għal żewġ kumpaniji. Konsegwentement, il-marġni tad-dannu kkalkolat għal Nippon Steel fid-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali ġie aġġustat ulterjorment kif xieraq. |
|
(263) |
Kif deskritt fil-premessa (261), il-Kummissjoni rrevediet il-marġnijiet tad-dannu. Għalhekk, il-livell finali ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u għall-kumpaniji l-oħrajn kollha huwa kif ġej:
|
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
|
(264) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (272) sa (289) tar-Regolament proviżorju. |
6.3. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(265) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping definittivi jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(266) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji, il-produtturi esportaturi FHS u Ezz Steel, il-GOE u l-GOJ, ippreżentaw kummenti dwar l-interess tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(267) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe asserzjoni jew kumment relatat fir-rigward tal-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (291) sa (295) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati u ta’ utenti
|
(268) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOJ sostna li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri anti-dumping kontra l-pajjiżi kkonċernati. Dawn allegaw li l-miżuri anti-dumping ikunu kontra l-interessi tal-importaturi u ċ-Ċentri tas-Servizz tal-Azzar minħabba li se jkollhom effett antikompetittiv (il-produtturi tal-Unjoni se jgħollu l-prezzijiet tagħhom) u minħabba li l-produtturi tal-Unjoni ma jipproduċux ċerti tipi ta’ prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni fil-kiesaħ. |
|
(269) |
Dawn l-allegazzjonijiet kienu diġà indirizzati fil-premessi (296) sa (305) rigward l-effetti antikompetittivi u l-premessi (306) sa (325) tar-Regolament proviżorju dwar l-asserzjoni li l-industrija tal-Unjoni ma pproduċietx ċerti kategoriji speċifiċi ta’ HRF. Billi ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni addizzjonali sostantiva għal tali allegazzjonijiet wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-asserzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(270) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sostniet li l-benefiċċji ġenerali tal-miżuri kienu akbar mill-impatt negattiv potenzjali għall-importaturi u għall-utenti u għalhekk, il-konklużjonijiet fil-premessi (296) sa (325) tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. |
7.3. Argumenti oħrajn
|
(271) |
Ezz Steel u l-GOE argumentaw li l-Kummissjoni kienet fil-biċċa l-kbira injorat għadd ta’ kunsiderazzjonijiet importanti fir-Regolament proviżorju meta vvalutat jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-Eġittu. |
|
(272) |
Huma argumentaw b’mod partikolari li: |
|
(273) |
L-ewwel nett, l-Unjoni tgawdi minn relazzjoni kummerċjali ta’ benefiċċju reċiproku mal-Eġittu. Il-bilanċ kummerċjali bejn l-Eġittu u l-Unjoni rriżulta f’surplus ta’ $10,4 biljun favur l-Unjoni fl-2023. Fir-rigward tal-HRF, b’mod partikolari, il-volum tal-importazzjonijiet ta’ HRF mill-Eġittu lejn l-Unjoni jirrappreżenta biss 1,25 % tal-konsum kaptiv u mhux kaptiv totali tal-Unjoni matul il-PI. B’kuntrast għal dan, l-Eġittu fetaħ il-fruntieri tiegħu għall-importazzjonijiet tal-HRF mill-Unjoni, li kienu jirrappreżentaw bejn [9-14] % tal-konsum tal-Eġittu bejn l-2021 u l-2023. Barra minn hekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun tikkontradixxi l-assistenza pprovduta mill-Unjoni lill-Eġittu permezz ta’ self makrofinanzjarju għal żmien qasir. L-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-HRF mill-Unjoni, mhux biss tagħmel ħsara lill-industrija nazzjonali tal-azzar Eġizzjana u lill-kompetittività internazzjonali tagħha, iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq l-ekonomija nazzjonali kollha kemm hi f’kontradizzjonijiet sfaċċati mal-objettivi segwiti mis-self makrofinanzjarju mogħti lill-Eġittu mill-Unjoni. |
|
(274) |
It-tieni, Ezz Steel argumentat ukoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Eġizzjani huma l-ogħla fost il-pajjiżi kollha koperti mill-investigazzjoni; u li l-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza ta’ twaqqigħ tal-prezz mill-Eġittu. |
|
(275) |
It-tielet, il-fornituri tal-Unjoni jibbażaw b’mod estensiv fuq ix-xiri ta’ materja prima mill-manifatturi tal-azzar Eġizzjani. Barraminhekk, sa mill-bidu tagħha fl-1994, Ezz Steel investiet ammont sostantiv f’tagħmir mingħand fornituri tal-Unjoni. Barraminhekk, Ezz Steel argumentat li bejn l-2019 u nofs l-2024, hija importat ammont sostanzjali ta’ materja prima u ta’ spare parts mill-Unjoni. |
|
(276) |
Ir-raba’, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tkunx fl-interess tal-utenti industrijali tal-Unjoni, peress li Ezz Steel tipproduċi numru ta’ HRF ta’ grad għoli li hemm domanda għolja għalihom minn klijenti tal-Unjoni. |
|
(277) |
Il-ħames, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tippermettix lill-utenti tal-Unjoni jibbenefikaw mill-azzar “nadif” prodott mill-manifatturi tal-azzar Eġizzjani, għad-detriment tal-objettivi tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (“CBAM”, Carbon Border Adjustment Mechanism) (32). Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-impatt ambjentali pożittiv tal-azzar prodott minn Ezz Steel meta tiddetermina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-Eġittu hijiex fl-interess tal-Unjoni. |
|
(278) |
Fir-rigward tal-ewwel punt rigward l-allegazzjonijiet magħmula minn Ezz Steel dwar l-impatt negattiv fuq l-ekonomija nazzjonali kollha kemm hi u l-kontradizzjonijiet mal-objettivi segwiti mis-self makrofinanzjarju mogħti lill-Eġittu mill-Unjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma setgħetx taffettwa l-kooperazzjoni dwar il-kummerċ u l-investiment li huma aspett fundamentali tas-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Eġittu. L-Unjoni Ewropea se tkompli tappoġġa l-isforzi ta’ riforma ekonomika tal-Eġittu, inkluż it-titjib tal-ambjent kummerċjali u tan-negozju biex tiffaċilita t-tkabbir ekonomiku sostenibbli tal-Eġittu, il-kummerċ mingħajr distorsjoni, u l-flussi ta’ investiment u t-tranżizzjoni lejn l-enerġija ekoloġika. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(279) |
Fir-rigward tat-tieni punt, instab li din l-allegazzjoni kienet korretta, madankollu l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni kienu għadhom ferm inqas mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni, u t-tnejn kienu fil-biċċa l-kbira inferjuri għall-kost medju tal-produzzjoni għal kull tunnellata tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(280) |
Fir-rigward tat-tielet punt u l-allegazzjonijiet li l-fornituri tal-Unjoni jibbażaw b’mod estensiv fuq ix-xiri ta’ materja prima mill-manifatturi tal-azzar Eġizzjani, il-Kummissjoni nnotat li l-ambitu tal-investigazzjoni anti-dumping ma jkoprix speċifikament is-sitwazzjoni ekonomika ta’ industriji relatati oħrajn tal-Unjoni, kemm jekk jipprovdu materja prima u oġġetti oħra ta’ konsum jew magni tal-produzzjoni. Barra minn hekk, l-ebda wieħed minn dawn il-fornituri ma ppreżenta ruħu matul l-investigazzjoni, għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ma setgħux jiġu vverifikati. |
|
(281) |
Il-kwistjoni mqajma fir-raba’ punt ġiet indirizzata b’mod estensiv fil-premessa (307) tar-Regolament proviżorju. |
|
(282) |
Fir-rigward tal-ħames punt u l-asserzjoni ta’ Ezz Steel li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tippermettix lill-utenti tal-Unjoni jibbenefikaw mill-azzar “nadif” prodott mill-manifatturi tal-azzar Eġizzjani. Dan ikun ta’ detriment għall-objettivi stabbiliti mis-CBAM. L-ewwel nett, il-Kummissjoni fakkret li s-CBAM daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2023, u bħalissa jinsab f’perjodu tranżizzjonali sal-2026 meta se japplika r-reġim definittiv. Barra minn hekk, l-ambitu tal-investigazzjoni preżenti ma kienx li jiġi vverifikat jekk produttur esportatur jipprovdix azzar “nadif”, għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ma kinux ikkunsidrati rilevanti għal dan il-proċediment u ma setgħux jiġu vverifikati. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(283) |
FHS sostniet li filwaqt li l-utenti kienu qajmu tħassib speċifiku u ddokumentat dwar l-impatt reali tad-dazji, il-Kummissjoni offriet biss assigurazzjonijiet kwalitattivi li jeżistu sorsi ta’ provvista alternattivi kif imsemmi fil-premessa (315) tar-Regolament proviżorju, mingħajr ebda mmudellar rigoruż tal-imġiba tas-suq, tal-kapaċità tal-katina tal-provvista, jew tal-elastiċità tal-prezzijiet. |
|
(284) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument għar-raġuni li, l-ewwel nett, dawn l-utenti ma ppreżentaw l-ebda mmudellar konkret tal-imġiba tas-suq, tal-kapaċità tal-katina tal-provvista, jew tal-elastiċità tal-prezzijiet minn sorsi ta’ provvista alternattivi, filwaqt li l-imġiba tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kienet magħrufa sew minn dawn l-utenti, u t-tieni, kif imsemmi fil-premessa (316) tar-Regolament proviżorju, b’referenza għal sorsi speċjalizzati tal-industrija, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma twassalx għal nuqqas ta’ provvista tal-prodott ikkonċernat/prodott simili. |
|
(285) |
Il-kompetittività internazzjonali tal-utenti kienet ukoll dokumentata sew fil-premessi (317) sa (320) tar-Regolament proviżorju, li juru li b’suq kompetittiv u bid-disponibbiltà ta’ kapaċità żejda fost il-produtturi tal-Unjoni, għall-kuntrarju ta’ dak li argumentaw l-utenti, l-attivitajiet tal-kumpaniji li jipproċessaw prodotti tal-metall ċatti jew involuti fil-bejgħ mill-ġdid tal-prodott taħt investigazzjoni jenħtieġ li jibqgħu kompetittivi, minkejja l-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq fis-suq tal-UE. |
|
(286) |
Fl-aħħar nett, FHS argumentat li l-kumpaniji li jipproċessaw prodotti tal-metall ċatti, iċ-Ċentri tas-Servizzi tal-Azzar (‘‘SSC’’, Steel Service Centres) li inkludew ukoll SSC relatati ma’ manifatturi primarji tal-azzar jkunu aktar affettwati mill-miżuri milli jkunu l-manifatturi primarji tal-azzar tal-Unjoni, b’riskji konsegwenzjali f’diversi setturi strateġiċi tal-ekonomija tal-UE, bħas-setturi tal-karozzi, tal-kostruzzjoni jew tal-oġġetti “bojod”. |
|
(287) |
Minbarra s-sejbiet stabbiliti fil-premessi (312) sa (325) tar-Regolament proviżorju, ġie nnotat li f’dikjarazzjoni konġunta maħruġa f’April 2025 (33), kemm l-ilmentatur kif ukoll l-assoċjazzjoni Ewropea tad-distributuri u l-proċessuri tal-azzar (Eurometal) sostnew li d-dgħufija tal-katina tal-provvista tal-azzar downstream “tpoġġi f’riskju 13,6 miljun impjieg dirett fis-setturi tal-ipproċessar tal-azzar, tal-fornituri intermedji, u tal-manifattura fl-UE, u thedded deindustrijalizzazzjoni Ewropea usa’” . Skont l-ilmentatur (34), is-settur tal-azzar jimpjega 306 000 persuna direttament u huwa responsabbli għal sa 2.5 miljun impjieg indirett. |
|
(288) |
Minbarra l-punt li tqajjem fil-premessa (247), FHS argumentat wara d-divulgazzjoni finali li l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ riżerva ma setgħetx tintuża simultanjament biex turi dannu għall-finijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku u tintuża bħala argument fit-test tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament. FHS irreferiet għal deċiżjoni tal-Korp Permanenti tal-Appell f’US – Hot-Rolled Steel (35) fejn il-Korp tal-Appell talab lill-awtoritajiet iżommu qafas konsistenti ta’ analiżi bejn id-dannu u l-kawżalità. Skont FHS, id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq il-kapaċità ta’ riżerva kemm bħala dannu kif ukoll bħala benefiċċju kienet ksur ċar ta’ dan il-prinċipju u għamlet il-konklużjoni tagħha dwar l-interess tal-Unjoni legalment mhux soda. |
|
(289) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. L-ewwel nett, id-deċiżjoni tal-Korp Permanenti tal-Appell ma indirizzatx speċifikament il-kwistjoni involuta iżda pjuttost fakkret li “l-awtoritajiet investigattivi jridu jiddeterminaw, b’mod oġġettiv, u abbażi ta’ evidenza pożittiva, l-importanza li għandha tingħata lil kull fattur potenzjalment rilevanti u l-piż li għandu jingħatalu. F’kull investigazzjoni, din id-determinazzjoni tiddependi mill-‘influwenza’ li l-fatturi rilevanti għandhom ‘fuq l-istat tal-industrija [domestika]’”. (36) It-tieni, ma kien hemm l-ebda kunflitt meta wieħed iqis l-impatt negattiv tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni minn naħa u l-livell baxx ta’ użu tal-kapaċità (63 % fil-PI) min-naħa l-oħra. Dan tal-aħħar ċertament jista’ jitqies bħala element pożittiv fil-valutazzjoni tal-Interess tal-Unjoni f’każ ta’ impożizzjoni ta’ dazji, filwaqt li ma jimminax id-dannu li nstab. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(290) |
Wara d-divulgazzjoni finali, FHS argumentat li d-dikjarazzjoni konġunta Eurometal-EUROFER ta’ hawn fuq tista’ tinftiehem mhux biss bħala talbba mill-industrija mhux sempliċiment biex tipproteġi l-funderiji tal-azzar primarji, iżda aktar dwar il-ħtieġa li jinżamm aċċess kosteffettiv għall-inputs għall-manifatturi downstream. FHS allegat li “meta tikkwota barra mill-kuntest”, il-Kummissjoni kienet qed taħbi “l-interdipendenza ekonomika reali bejn is-setturi upstream u downstream”. Il-Kummissjoni fakkret li kif spjegat fil-premessi (178) u (312) tar-Regolament proviżorju, diversi produtturi tal-Unjoni għandhom kumpaniji relatati li jinnegozjaw jew li jipproċessaw il-prodott simili. Għalhekk, il-manifatturi tal-azzar primarji u l-proċessuri tal-azzar huma f’kompetizzjoni, mhux biss bejniethom, iżda wkoll ma’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ prodotti tal-azzar upstream u downstream u għalhekk, jikkondividu l-istess sfidi u tħassib ikkawżati minn kapaċità żejda globali. Il-Kummissjoni qieset li l-kwotazzjoni spjegat eżattament is-sitwazzjoni, li fiha, is-segmenti kollha tal-katina tal-valur tal-azzar tal-Unjoni, li jibdew mill-funderiji primarji tal-azzar għall-proċessuri u n-negozjanti tal-azzar sal-utenti finali, kollha għandhom interess li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni. Għalhekk, l-argument ġie miċħud. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(291) |
Meta kkunsidrat dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni fil-premessa (326) tar-Regolament proviżorju li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex wieħed jasal għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti ċatti, illaminati bis-sħana li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
8.1. Miżuri definittivi
|
(292) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
|
(293) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(294) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. B’hekk, dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u manifatturat mill-entitajiet legali msemmija. |
|
(295) |
L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun jew mill-Vjetnam”. |
|
(296) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (37). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla fl-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(297) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun jew mill-Vjetnam”. |
|
(298) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jeħtieġu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) bil-għan li jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jinsabu fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(299) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata(i) tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(300) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun jew mill-Vjetnam japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(301) |
Jenħtieġ li l-produtturi esportaturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tkun soġġetta għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI; (ii) mhuwiex relatat ma’ produttur esportatur li għamel dan; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali. |
8.2. Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji
|
(302) |
Fid-dawl tal-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji, imposti bir-Regolament proviżorju, jinġabru b’mod definittiv sal-livelli stabbiliti skont dan ir-Regolament. |
8.3. Ġbir retroattiv
|
(303) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2., il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni soġġetti għal reġistrazzjoni. |
|
(304) |
Kif stabbilit fil-premessa (336) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni ma setgħetx tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping f’dak l-istadju tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi, f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku, jekk il-miżuri anti-dumping definittivi għandhomx jinġabru b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ reġistrazzjoni. |
|
(305) |
Matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġiet ivvalutata d-data miġbura fil-kuntest tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-kriterji skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku kinux issodisfati għall-ġbir retroattiv tad-dazji definittivi. |
|
(306) |
L-analiżi tal-Kummissjoni ma wriet l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif preskritt mill-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku. Għal din l-analiżi, il-Kummissjoni qabblet il-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (kolonna 2) mal-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar matul il-perjodu mix-xahar ta’ wara l-bidu ta’ din l-investigazzjoni sal-aħħar xahar sħiħ ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji (kolonna 3). Barra minn hekk, meta l-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jitqabblu mal-volumi medji tal-importazzjoni fix-xahar matul il-perjodu mix-xahar ta’ wara l-bidu ta’ din l-investigazzjoni sa u inkluż ix-xahar li fih ġew imposti l-miżuri proviżorji (kolonna 4), ma setgħet tiġi osservata l-ebda żieda sostanzjali ulterjuri, anzi bil-kuntrarju, l-importazzjonijiet naqsu b’mod sinifikanti:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(307) |
Għalhekk, ġie kkunsidrat li l-kundizzjonijiet għall-ġbir retroattiv tad-dazji ma ġewx issodisfati. |
9. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(308) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li jrid jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(309) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti llaminati ċatti tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’koljaturi kif ukoll jekk ma jkunux (inklużi prodotti “maqtugħin skont id-daqs” u prodotti f’forma ta’ “strixxi dojoq”), mhux maħdumin ulterjorment ħlief illaminati bis-sħana, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00 , 7208 25 00 , 7208 26 00 , 7208 27 00 , 7208 36 00 , 7208 37 00 , 7208 38 00 , 7208 39 00 , 7208 40 00 , 7208 52 10 , 7208 52 99 , 7208 53 10 , 7208 53 90 , 7208 54 00 , 7211 13 00 , 7211 14 00 , 7211 19 00 , ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225 19 10 90), 7225 30 90 , ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225 40 60 90), 7225 40 90 , ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226 19 10 91, 7226 19 10 95), 7226 91 91 u 7226 91 99 li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam.
Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
|
(i) |
prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bil-granijiet orjentati, |
|
(ii) |
prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar ta’ veloċità għolja, |
|
(iii) |
prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u |
|
(iv) |
prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji mqabbżin, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar. |
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
||||
|
L-Eġittu |
Ezz Steel Company |
11,7 % |
89M8 |
||||
|
L-Eġittu |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Eġittu |
11,7 % |
8999 |
||||
|
Il-Ġappun |
Nippon Steel Corporation |
30,0 % |
89M9 |
||||
|
Il-Ġappun |
Tokyo Steel Co. Ltd. |
6,9 % |
89MA |
||||
|
Il-Ġappun |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw:
|
29,8 % |
89MB 89ME |
||||
|
Il-Ġappun |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Ġappun |
30,0 % |
8999 |
||||
|
Il-Vjetnam |
Formosa Ha Tinh Steel Corporation |
12,1 % |
89MC |
||||
|
Il-Vjetnam |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Vjetnam |
12,1 % |
8999 |
3. Il-miżuri anti-dumping kurrenti ma humiex applikabbli għall-produttur esportatur Vjetnamiż Hoa Phat Group, li jikkonsisti minn Hoa Phat Dung Quat Steel Joint Stock Company, Hoa Phat Cold Rolled Steel Company Limited, Hoa Phat Steel Sheet Co., Ltd/Hoa Phat Steel Sheet Limited Liability Company, Hoa Phat Steel Pipe Company Limited - Hung Yen branch, Binh Duong Hoa Phat Steel Pipe Co., Ltd/Binh Duong Hoa Phat Steel Pipe Company Limited u Hoa Phat Da Nang Steel Pipe Company Limited (kodiċi addizzjonali TARIC 89MD).
4. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’tunnellati) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [l-Eġittu, il-Ġappun jew il-Vjetnam]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fi [l-Eġittu, il-Ġappun jew il-Vjetnam].
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/670 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti, illaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam għandhom jinġabru b’mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex jiżdiedu produtturi esportaturi ġodda mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam u jsiru soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
huwa ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024); |
|
(b) |
mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li seta’ kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali; u |
|
(c) |
effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
Artikolu 4
1. Fejn id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 isir applikabbli għal prodotti llaminati ċatti tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’koljaturi kif ukoll jekk ma jkunux (inklużi prodotti “maqtugħin skont id-daqs” u prodotti f’forma ta’ “strixxi dojoq”), mhux maħdumin ulterjorment ħlief illaminati bis-sħana, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, u jaqbeż il-livell tad-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), għandu jinġabar biss id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159.
2. Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-ġbir tad-dazji imposti skont dan ir-Regolament għandu jiġi sospiż.
3. Fejn id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 isir applikabbli għal prodotti llaminati ċatti tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’koljaturi kif ukoll jekk ma jkunux (inklużi prodotti “maqtugħin skont id-daqs” u prodotti “li huma strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin u huwa stabbilit f’livell aktar baxx mid-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2), id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u d-dazju anti-dumping ogħla stabbilit fl-Artikolu 1(2).
4. Il-parti tal-ammont ta’ dazju anti-dumping li ma tinġabarx skont il-paragrafu 3 għandha tiġi sospiża.
5. Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu limitati fiż-żmien għall-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159.
Artikolu 5
Il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fl-Indja huwa bil-preżenti terminat.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Indja, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, ĠU C/2024/4995 8.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4995/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2719 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, li joriġinaw mill-Eġittu, l-Indja, il-Ġappun u l-Vjetnam soġġetti għar-reġistrazzjoni, (ĠU L, 2024/2719, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2719/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/670 tal-4 ta’ April 2025 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Ġappun u mill-Vjetnam, (ĠU L, 2025/670, 7.4.2025, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/670/oj).
(5) Kodiċijiet NM rilevanti għall-azzar tal-għodda: 7224 10 10 , 7224 90 02 , 7225 30 10 , 7225 40 12 , 7226 91 20 , 7228 30 20 , 7228 40 10 , 7228 50 20 u 7228 60 20 .
(6) Dokument Mehmuż 1: Sommarju, paġna 1, “Review of EC dumping calculation”, Implement Consulting Group, is-27 ta’ Lulju 2025.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU L 177, 12.7.2023, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj), il-premessa 138.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/265 tad-9 ta’ Frar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fl-Indja u fit-Turkija (ĠU L 41, 10.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/265/oj), il-premessi 251-252.
(9) Pereżempju, l-Anness F-1-2-6 tar-Rapporti Finanzjarju tal-EFS IFRS 2023 (EN) paġna 14 fejn huwa ddikjarat li “il-perjodu li fih il-muniti funzjonali ma kellhomx skambjabbiltà ġie ddeterminat mill-1 ta’ Marzu, 2023 sa tmiem is-sena finanzjarja u kompla sad-data tal-flotazzjoni tal-lira Eġizzjana f’Marzu 2024”.
(10) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
(11) Din l-entità ġiet iddikjarata minn Nippon Steel bħala r-raġuni għad-dikjarazzjoni ta’ MISI bħala entità relatata permezz ta’ posta elettronika fis-16 ta’ Settembru 2024.
(12) Waħda minn dawn l-entitajiet ġiet irrapportata minn Nippon Steel bħala r-raġuni għad-determinazzjoni ta’ Nippon Steel u SCGM bħala entitajiet relatati permezz ta’ posta elettronika fis-16 ta’ Settembru 2024. L-entità l-oħra ssemmiet fis-sottomissjoni ta’ Nippon Steel wara l-bidu.
(13) Il-Kawża C-76/19, Direktor na Teritorialna direktsiya Yugozapadna Agentsiya ‘Mitnitsi’, li qabel kienet magħrufa bħala Nachalnik na Mitnitsa Aerogara Sofia vs ‘Curtis Balkan’ EOOD, ECLI:EU:C:2020:543.
(14) Din l-entità tidher li kellha l-isem NSM Coil Centre Co., Ltd. sal-1 ta’ Jannar 2025, iżda bħalissa tissejjaħ NST Coil Center Co., Ltd. Ara pereżempju l-paġna 20 tar-rapport ta’ Nippon Steel Trading tal-2024, disponibbli fuq https://www.nst.nipponsteel.com/corporate/ir/integrated_report/pdf/integrated_report2024_digest_en_02.pdf.
Għal aktar dettalji dwar is-sitwazzjoni tas-sjieda storika, ara hawn: https://www.nst.nipponsteel.com/en/news/assets/pdf/Optimization%20of%20the%20Domestic%20Coil%20Center.pdf, jew is-sitwazzjoni attwali hawnhekk: https://www.nstcoil.co.jp/company/profile.html, li turi lil Nippon Steel, Nippon Steel Trading u SCGM bħala s-sidien ta’ NST (li qabel kien NSM) Coil Centre.
(15) Kif spjegat minn Nippon Steel, tali kumiai jkun ftehim li jistabbilixxi uffiċjalment sħubija b’responsabbiltà limitata.
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2754 tad-29 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/2754, 29.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2754/oj).
(17) Ara pereżempju l-premessi 152 u 518 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2754.
(18) U kif ġie rrapportat ukoll bħala tali minn, pereżempju, il-bażi tad-data Orbis ta’ Moody (https://orbis.bvdinfo.com).
(19) Din l-entità talbet u ngħatat anonimità matul l-investigazzjoni.
(20) Abbażi tat-tip ta’ prodott, il-prezzijiet kienu aktar baxxi għal dawk relatati għal tipi ta’ prodotti mibjugħa kemm lil entitajiet relatati kif ukoll lil dawk mhux relatati għal 99 % tal-kwantitajiet kollha mibjugħa lill-UE minn Nippon Steel, għal 98 % tal-kwantitajiet mibjugħa fis-suq domestiku minn Nippon Steel, u għal 88 % tal-kwantitajiet kollha mibjugħa lill-UE minn MISI. Dawn kienu aktar baxxi għal 51 % tal-kwantitajiet kollha mibjugħa lill-UE mill-MISEA għal tipi ta’ prodotti mibjugħa kemm lil entitajiet relatati kif ukoll lil dawk mhux relatati. Madankollu, dan inkluda tip ta’ prodott speċifiku wieħed li rrappreżenta 50 % tal-kwantitajiet mibjugħa fejn il-prezz kien ogħla għal entitajiet relatati milli għal dawk mhux relatati, u din il-ħaġa kienet meqjusa bħala anomalija.
(21) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2380/95 tat-2 ta’ Ottubru 1995 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ fotokopjaturi ta’ karta sempliċi li joriġinaw mill-Ġappun (ĠU L 244, 12.10.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2380/oj).
(22) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 tal-10 ta’ Marzu 2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Arabja Sawdija, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000 li jimponi d-dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jtemm il-proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan (ĠU L 71, 17.3.2005, p.1. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/428/oj).
(23) Il-Kawża C-260/20 P, il-Kummissjoni vs Hansol Paper, ECLI:EU:C:2022:370.
(24) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/159/oj).
(25) Steel Sheet Market Outlook, Juillet 2024, © CRU International Limited confidential.
(26) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta’ Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1795/oj).
(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1795, premessa (232).
(28) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1122 tas-7 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 148, 8.6.2023, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1122/oj).
(29) 25 185 000 tunnellata kif irrapportat minn 21 produttur tal-UE fl-investigazzjoni ta’ skadenza preċedenti rigward iċ-Ċina.
(30) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1782 tal-24 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159, inkluż l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tas-salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L, 2024/1782, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1782/oj).
(31) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Każakistan u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 317, 5.12.2007, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1420/oj).
(32) Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj).
(33) “Eurometal tirrappreżenta porzjon sinifikanti tas-suq tal-ipproċessar intermedju tal-azzar fl-Ewropa – li jinkludi kważi 50 % tal-kunsinni fl-UE”. https://eurometal.net/eu-steelmakers-distributors-demand-whole-value-chain-support/
(34) https://www.EUROFER.eu/assets/publications/brochures-booklets-and-factsheets/european-steel-in-figures-2023/FINAL_EUROFER_Steel-in-Figures_2023.pdf.
(35) WT/DS184/AB/R, il-paragrafi 196–197.
(36) Ibidem.
(37) Indirizz tal-posta elettronika: TRADE-TDI-NAME-CHANGE-REQUESTS@ec.europa.eu; Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Wetstraat 170 Rue de la Loi, 1040 Brussell, il-Belġju.
(38) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1919/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)