This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1883
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1883 of 12 September 2025 correcting Implementing Regulation (EU) 2019/2092 imposing a definitive countervailing duty on imports of biodiesel originating in Indonesia
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1883 tat-12 ta’ Settembru 2025 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1883 tat-12 ta’ Settembru 2025 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja
C/2025/6187
ĠU L, 2025/1883, 15.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1883/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1883 |
15.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1883
tat-12 ta’ Settembru 2025
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 15 u l-Artikolu 24(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja. |
|
(2) |
Il-prodott ikkonċernat kif deskritt fit-taqsima 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1344 (3), li ġie kkonfermat fil-premessa (27) tar-Regolament oriġinali, huwa “esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili”, u b’hekk jinkludi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (“SAF”) li huma esteri idrotrattati u aċidi xaħmin. Il-SAF miksuba permezz tal-proċess HEFA (4) u l-HVO huma idrokarburi paraffiniċi u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. |
|
(3) |
Anki jekk jiġu imposti miżuri kumpensatorji skont id-definizzjoni tal-prodott irrispettivament mill-klassifikazzjoni tariffarja, għal finijiet ta’ kjarifika u biex jiġi żgurat l-infurzar korrett tad-dazji kumpensatorji, huwa meqjus xieraq li r-Regolament oriġinali jiġi emendat biex jinkludi l-kodiċijiet NM ex 2710 19 11 , ex 2710 19 15 , ex 2710 19 21 , ex 2710 19 25 u ex 2710 19 29 u l-kodiċijiet TARIC korrispondenti għall-SAF fl-Artikolu 1(1) tiegħu. |
|
(4) |
Din l-emenda ma għandha l-ebda impatt fuq l-ambitu tal-prodott tal-miżuri fis-seħħ. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1, il-paragrafu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew ta’ żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, f’forma pura jew inklużi f’taħlita li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċijiet TARIC 1516 20 98 21, 1516 20 98 29 u 1516 20 98 33), ex 1518 00 91 (kodiċijiet TARIC 1518 00 91 21, 1518 00 91 29 u 1518 00 91 33), ex 1518 00 95 (kodiċi TARIC 1518 00 95 21), ex 1518 00 99 (kodiċijiet TARIC 1518 00 99 21, 1518 00 99 29 u 1518 00 99 33), ex 2710 19 11 (kodiċi TARIC 2710 19 11 10), ex 2710 19 15 (kodiċi TARIC 2710 19 15 10), ex 2710 19 21 (kodiċi TARIC 2710 19 21 10), ex 2710 19 25 (kodiċi TARIC 2710 19 25 10), ex 2710 19 29 (kodiċi TARIC 2710 19 29 10), ex 2710 19 42 (kodiċjiet TARIC 2710 19 42 21 u 2710 19 42 29), ex 2710 19 44 (kodiċijiet TARIC 2710 19 44 21, 2710 19 44 29 u 2710 19 44 33), ex 2710 19 46 (kodiċijiet TARIC 2710 19 46 21, 2710 19 46 29 u 2710 19 46 33), ex 2710 19 47 (kodiċijiet TARIC 2710 19 47 21, 2710 19 47 29 u 2710 19 47 33), 2710 20 11 , 2710 20 16 , ex 3824 99 92 (kodiċijiet TARIC 3824 99 92 10, 3824 99 92 14 u 3824 99 92 17), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (kodiċijiet TARIC 3826 00 90 11, 3826 00 90 19 u 3826 00 90 33) u li joriġinaw mill-Indoneżja.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2092/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1344 tat-12 ta’ Awwissu 2019 li jimponi dazju kumpensatorju proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja ĠU L 212, 13.8.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1344/oj.
(4) Esteri u Aċidi Grassi Idroproċessati.
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1883/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)