This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1804
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1804 of 5 September 2025 fixing the import duties applicable to certain types of husked rice from 8 September 2025
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1804 tal-5 ta’ Settembru 2025 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mit-8 ta’ Settembru 2025
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1804 tal-5 ta’ Settembru 2025 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mit-8 ta’ Settembru 2025
C/2025/6208
ĠU L, 2025/1804, 8.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1804/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1804 |
8.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1804
tal-5 ta’ Settembru 2025
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mit-8 ta’ Settembru 2025
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar il-metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE (2), jistabbilixxi metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għall-importazzjonijiet tar-ross meħluf. |
|
(2) |
Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni għar-ross meħluf tal-Kodiċi NM 1006 20 , għajr iċ-ċertifikati ta’ importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta’ 446 256 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2024 sad-29 ta’ Awwissu 2025. Għalhekk jenħtieġ li d-dazju tal-importazzjoni għar-ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20 , għajr ir-ross Basmati, iffissat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/475 (3) jiġi emendat. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/475 jitħassar. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-dazju applikabbli jiġi ffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu referenzjarju. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għal kull tunnellata ta’ ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20 , għajr il-varjetajiet tar-ross meħluf Basmati msemmi fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 (4), id-dazju tal-importazzjoni għandu jkun ta’ EUR 42.50.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/475 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni,
F’isem il-President,
Elisabeth WERNER
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE tal-21 ta’ Ġunju 2005 rigward il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka rigward il-metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf u li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/617/KE, 2004/618/KE u 2004/619/KE (ĠU L 170, 1.7.2005, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/476/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/475 tas-6 ta’ Marzu 2025 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mis-7 ta’ Marzu 2025 (ĠU L, 2025/475, 7.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/475/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar l-importazzjoni fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94, (KE) Nru 2810/95, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 504/2007, (KE) Nru 1375/2007, (KE) Nru 402/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1312/2008 u (UE) Nru 642/2010, (KEE) Nru 1361/76, (KEE) Nru 1842/81, (KEE) Nru 3556/87, (KEE) Nru 3846/87, (KEE) Nru 815/89, (KE) Nru 765/2002, (KE) Nru 1993/2005, (KE) Nru 1670/2006, (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 433/2007, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 508/2008, (KE) Nru 903/2008, (KE) Nru 147/2009, (KE) Nru 612/2009, (UE) Nru 817/2010, (UE) Nru 1178/2010, (UE) Nru 90/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1373/2013 (ĠU L, 2023/2835, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2835/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1804/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)