This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1198
Council Implementing Regulation (EU) 2025/1198 of 12 June 2025 implementing Regulation (EU) 2024/287 concerning restrictive measures in view of the situation in Guatemala
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1198 tat-12 ta’ Ġunju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1198 tat-12 ta’ Ġunju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala
ST/8340/2025/INIT
ĠU L, 2025/1198, 12.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1198/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1198 |
12.6.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1198
tat-12 ta’ Ġunju 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287 tat-12 ta' Jannar 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Jannar 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/287. |
|
(2) |
Il-Kunsill jibqa' mħasseb ħafna dwar azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala, inkluż l-istrumentalizzazzjoni tas-sistema tal-ġustizzja. Il-Kunsill huwa partikolarment imħasseb dwar l-attakki kontinwi kontra l-gvern elett demokratikament tal-President Arévalo u l-użu ħażin ta' miżuri legali u proċedurali mmirati lejn uffiċjali eletti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, mexxejja indiġeni u operaturi ġudizzjarji indipendenti. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li tliet persuni u entità waħda jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/287. L-entrati għal ħames persuni jenħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/287 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BODNAR
(1) ĠU L, 2024/287, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/287/oj
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/287 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
LISTA TA’ PERSUNI NATURALI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
A. Persuni Naturali
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista |
Data tal-elenkar |
|
1. |
María Consuelo PORRAS ARGUETA DE PORRES |
Pożizzjoni(jiet): Avukat Ġenerali tal-Gwatemala, Kap tal-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala Data tat-twelid: 23.8.1953 Nazzjonalità: Guatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 242159605 (passaport) Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Avukat Ġenerali tal-Gwatemala, l-ogħla impjegat taċ-ċivil fil-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jew Kap Prosekutur), María Porras Argueta De Porres (magħrufa ukoll bħala ‘Porras’) hija involuta fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-ewwel u t-tieni ċiklu ta’ elezzjonijiet li saru f’Ġunju u Awwissu 2023, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet kriminali foloz immirati lejn it-Tribunal Elettorali Suprem, il-partit politiku Movimiento Semilla u l-President Arévalo. Barra minn hekk, taħt it-tmexxija tagħha l-Ministeru Pubbliku fetaħ proċedimenti arbitrarji kontra ġurnalisti indipendenti, prosekuturi, imħallfin, u attivisti tas-soċjetà ċivili inkluż mexxejja indiġeni u studenti. Għalhekk María Porras Argueta De Porres hija responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
2. |
Ángel Arnoldo PINEDA ÁVILA |
Pożizzjoni(jiet): Segretarju Ġenerali tal-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala Data tat-twelid: 10.5.1975 Nazzjonalità: Guatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 238937186 (passaport) Sess: raġel |
Ángel Pineda Ávila huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala, (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku). Huwa t-tieni fil-kmand fil-Ministeru Pubbliku wara l-Avukat Ġenerali, u l-Kap tas-Segretarjat Ġenerali ta’ dik l-istituzzjoni. F’dik il-pożizzjoni, Ángel Pineda Ávila huwa involut fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-ewwel u t-tieni ċiklu ta’ elezzjonijiet li saru f’Ġunju u f’Awwissu 2023, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet kriminali foloz immirati lejn it-Tribunal Elettorali Suprem, il-partit politiku Movimiento Semilla u l-President Arévalo. F’Diċembru 2023, huwa pparteċipa f’konferenza stampa fejn il-Ministeru Pubbliku ppreżenta pretensjonijiet li l-eżitu tal-ewwel ċiklu ta’ elezzjonijiet f’Ġunju 2023 ma kienx validu. Għalhekk Ángel Pineda Ávila huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
3. |
José Rafael CURRUCHICHE CUCUL |
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Impunità, Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala Data tat-twelid: 28.7.1970 Nazzjonalità: Guatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 229488307 (passaport) Sess: raġel |
José Curruchiche Cucul huwa l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Impunità (FECI), li jopera taħt il-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku). Taħt it-tmexxija tiegħu, il-FECI mexxa l-investigazzjoni li għaddejja dwar il-ħolqien tal-partit politiku Movimiento Semilla tal-President Arévalo. Huwa pparteċipa personalment fir-raid mill-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-bini tat-Tribunal Elettorali Suprem li kien jinvolvi l-ftuħ ta’ kaxxi tal-voti ssiġillati. Barra minn hekk, huwa kien involut fit-talba għas-sospensjoni tal-personalità ġuridika ta’ Movimiento Semilla f’Lulju 2023. Minbarra dan, f’Diċembru 2023, huwa pparteċipa f’konferenza stampa fejn il-Ministeru Pubbliku ppreżenta pretensjonijiet li l-eżitu tal-ewwel ċiklu ta’ elezzjonijiet f’Ġunju 2023 ma kienx validu. Permezz ta’ dawk l-azzjonijiet, José Curruchiche Cucul huwa involut fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-2023 fil-Gwatemala. Għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
4. |
Leonor Eugenia MORALES LAZO DE SÁNCHEZ |
Pożizzjoni(jiet): Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Impunità, Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala Data tat-twelid: 19.9.1979 Nazzjonalità: Guatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 2227901800101 Sess: mara |
Leonor Morales Lazo De Sánchez hija prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Impunità (FECI), li jopera taħt il-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku). Hija involuta direttament fl-investigazzjoni li għaddejja dwar il-ħolqien tal-partit politiku Movimiento Semilla tal-President Arévalo. Wara t-tieni ċiklu tal-elezzjonijiet Presidenzjali f’Awwissu 2023, hija pparteċipat fir-raid mill-Ministeru Pubbliku fil-bini tat-Tribunal Elettorali Suprem li kien jinvolvi l-ftuħ ta’ kaxxi tal-voti ssiġillati. Hija pparteċipat ukoll f’konferenza stampa f’Diċembru 2023 fejn il-Ministeru Pubbliku ppreżenta pretensjonijiet li l-eżitu tal-ewwel ċiklu ta’ elezzjonijiet f’Ġunju 2023 ma kienx validu. Permezz ta’ dawk l-azzjonijiet, Leonor Morales Lazo De Sánchez hija involuta fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-2023 fil-Gwatemala. Għalhekk hija responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
5. |
Fredy Raúl ORELLANA LETONA |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-Seba’ Qorti Kriminali tal-Ewwel Istanza Data tat-twelid: 4.11.1982 Nazzjonalità: Guatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 253127548 (passport) Sess: raġel |
Bħala Mħallef tas-Seba’ Qorti tal-Ewwel Istanza Kriminali, Fredy Orellana Letona huwa responsabbli għas-superviżjoni u l-awtorizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali Kontra l-Impunità (FECI), li jopera taħt Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku), li jinvestiga allegati irregolaritajiet fil-ħolqien tal-partit politiku Movimiento Semilla, li l-kandidat tiegħu rebaħ it-tieni ċiklu tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Gwatemala f’Awwissu 2023. Bħala imħallef superviżur, Fredy Orellana Letona awtorizza raids fil-kwartieri ġenerali tal-Movimiento Semilla f’Lulju 2023 u fil-bini tat-Tribunal Elettorali Suprem f’Lulju u f’Settembru 2023. Huwa ordna wkoll is-sospensjoni proviżorja tal-personalità ġuridika ta’ Movimiento Semilla u ċaħad l-aċċess għall-fajl tal-każ għad-difiża. Huwa ffaċilita l-azzjonijiet tal-FECI li jħarrku lill-awtoritajiet eletti u lill-maġistrati tat-Tribunal Elettorali Suprem. Permezz ta’ dawk l-azzjonijiet, Fredy Orellana Letona huwa involut fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-2023 fil-Gwatemala. Għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
6. |
Jimi Rodolfo BREMER RAMÍREZ |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef Kriminali tal-Ewwel Istanza, l-Għaxar Qorti, il-Gwatemala Data tat-twelid: 25.9.1978 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1913604570920 Sess: raġel |
Jimi Bremer Ramírez huwa l-Imħallef Kriminali tal-Ewwel Istanza tal-Għaxar Qorti fil-Gwatemala. F'din il-kapaċità, huwa ħareġ mandati ta' arrest u awtorizza investigazzjonijiet ibbażati fuq akkużi ffabbrikati, u ssospenda s-seduti f'dawk il-każijiet u b'hekk illimita d-dritt għal smigħ pubbliku, aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust tal-konvenuti. Fi Frar 2023, bħala mħallef superviżorju, Jimi Bremer Ramírez awtorizza t-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali Kontra l-Impunità (FECI), li jopera taħt il-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku) biex jinvestiga diversi ġurnalisti mill-gazzetti El Periódico u Prensa Comunitaria, wara r-rappurtaġġ tagħhom ta' korruzzjoni f'livell għoli fil-Gwatemala. Huwa ssospenda u ddifferixxa s-seduti tal-qorti tal-fundatur ta' El Periódico José Rubén Zamora mill-inqas sitt darbiet f'waħda mill-kawżi kriminali kontrih. Barra minn hekk, Jimi Bremer Ramírez dewwem il-proċeduri fil-kawżi kriminali kontra l-eks prosekuturi Stuardo Campo u Eduardo Pantaleón, u kontra l-avukat għall-Kummissjoni Internazzjonali kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG) li m'għadhiex teżisti, Claudia González Orellana. Permezz ta' dawk l-azzjonijiet, Jimi Bremer Ramírez ħa sehem f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Gwatemala u appoġġahom, inkluż il-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tar-rappreżentanti tal-media, u tal-avukati u l-prosekuturi fil-Gwatemala |
12.6.2025 |
|
7. |
Ricardo Rafael MÉNDEZ-RUIZ VALDÉS |
Pożizzjoni(jiet): President, Foundation against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT Data tat-twelid: 9.10.1959 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 268287872 (passaport) Sess: raġel Individwi assoċjati: Raúl Amílcar Falla Ovalle Entitajiet assoċjati: Foundation against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT Media soċjali: https://x.com/rmendezruiz |
Ricardo Méndez-Ruiz Valdés huwa l-President tal-Foundation Against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT. L-FCT hija involuta f'kampanja ta' prosekuzzjonijiet politikament motivati mmexxija mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Gwatemala kontra ġurnalisti, prosekuturi u mħallfin li kienu involuti fl-esponiment tal-korruzzjoni u l-impunità fil-Gwatemala kif ukoll kontra l-gvern elett demokratikament tal-Gwatemala, inkluż il-President Bernardo Arévalo. L-FCT bdiet għadd kbir ta' investigazzjonijiet kriminali kontra operaturi tal-ġustizzja, ġurnalisti u rappreżentanti tal-gvern billi ressqet ilmenti kriminali u billi aġixxiet bħala rikorrent terz fi proċedimenti kriminali li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali tal-konvenuti. Permezz ta' dawk l-azzjonijiet, Ricardo Méndez-Ruiz Valdés ħa sehem f'azzjonijiet li jdgħajfu l-istat tad-dritt fil-Gwatemala, inkluż il-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tar-rappreżentanti tal-media, u tal-avukati, l-imħallfin u l-prosekuturi. |
12.6.2025 |
|
8. |
Raúl FALLA OVALLE |
Pożizzjoni(jiet): Rappreżentant legali, Foundation against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT Data tat-twelid: 9.11.1971 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 179421166 (passaport) Sess: raġel Individwi assoċjati: Ricardo Méndez-Ruiz Valdés Entitajiet assoċjati: Foundation against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT Media soċjali: |
Raúl Falla Ovalle huwa r-Rappreżentant legali tal-Foundation Against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT. L-FCT hija involuta f'kampanja ta' prosekuzzjonijiet politikament motivati mmexxija mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Gwatemala kontra ġurnalisti, prosekuturi u mħallfin li kienu involuti fl-esponiment tal-korruzzjoni u l-impunità fil-Gwatemala kif ukoll kontra l-gvern elett demokratikament tal-Gwatemala, inkluż il-President Bernardo Arévalo. L-FCT bdiet għadd kbir ta' investigazzjonijiet kriminali kontra operaturi tal-ġustizzja, ġurnalisti u rappreżentanti tal-gvern billi ressqet ilmenti kriminali u billi aġixxiet bħala rikorrent terz fi proċedimenti kriminali li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali tal-konvenuti. Permezz ta' dawk l-azzjonijiet, Raúl Falla Ovalle jieħu sehem f'azzjonijiet li jdgħajfu l-istat tad-dritt fil-Gwatemala, inkluż il-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tar-rappreżentanti tal-media, u tal-avukati, l-imħallfin u l-prosekuturi. |
12.6.2025; |
B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Foundation against Terrorism (Fundación Contra el Terrorismo), FCT |
Data tar-reġistrazzjoni: 5.7.2013 Individwi assoċjati: Ricardo Méndez-Ruiz Valdés Raúl Amílcar Falla Ovalle |
Il-Foundation Against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT, hija involuta f'kampanja ta' prosekuzzjonijiet politikament motivati mmexxija mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Gwatemala kontra ġurnalisti, prosekuturi u mħallfin li kienu involuti fl-esponiment tal-korruzzjoni u l-impunità fil-Gwatemala kif ukoll kontra l-gvern elett demokratikament tal-Gwatemala, inkluż il-President Bernardo Arévalo. L-FCT bdiet għadd kbir ta' investigazzjonijiet kriminali kontra operaturi tal-ġustizzja, ġurnalisti u rappreżentanti tal-gvern billi ressqet ilmenti kriminali u billi aġixxiet bħala rikorrent terz fi proċedimenti kriminali li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali tal-konvenuti. Permezz ta' dawk l-azzjonijiet, l-FCT tieħu sehem f'azzjonijiet li jdgħajfu l-istat tad-dritt fil-Gwatemala, inkluż il-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tar-rappreżentanti tal-media, u tal-avukati, l-imħallfin u l-prosekuturi. |
12.6.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1198/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)