Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R0791

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/791 tat-23 ta’ April 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri, u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98

C/2025/701

ĠU L, 2025/791, 8.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/791/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/791/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/791

8.8.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/791

tat-23 ta’ April 2025

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri, u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tas-26 ta’ Ġunju 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51(4), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 116(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/36/UE tistabbilixxi regoli dwar is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mill-awtoritajiet kompetenti. Il-kulleġġi tas-superviżuri huma l-mezzi li permezz tagħhom jiġu kkoordinati l-attivitajiet superviżorji. Skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżuri konsolidanti għandhom l-obbligu li jistabbilixxu kulleġġi tas-superviżuri biex jiffaċilitaw ċerti kompiti superviżorji u biex jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti li jkun qegħdin jissorveljaw istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħra huma meħtieġa jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġi tas-superviżuri fejn l-Artikolu 116 ta’ dik id-Direttiva ma jkunx applikabbli.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri li jridu jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 51(3) u l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE. Ġew introdotti dispożizzjonijiet ġodda fid-Direttiva 2013/36/UE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, dwar l-istabbiliment ta’ impriżi omm intermedji tal-UE u dwar il-kulleġġi għal gruppi mmexxija fl-Unjoni, li l-impriżi sussidjarji tagħhom huma stabbiliti f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, id-ditti ta’ investiment tneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE peress li d-definizzjoni tat-terminu istituzzjoni ma għadhiex tinkludi d-ditti ta’ investiment, filwaqt li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE għadhom japplikaw għalihom. Biex jitqiesu dawk l-emendi multipli u għall-fini taċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/98 jitħassar u jiġi ssostitwit.

(3)

L-immappjar ta’ grupp, li jidentifika l-entitajiet fi grupp fl-Unjoni jew f’pajjiż terz, u li jiddeskrivi għal kull entità fi grupp in-natura tagħha, il-post fejn tinsab, l-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni tagħha, l-eżenzjonijiet prudenzjali applikabbli, l-importanza tagħha għall-grupp u l-importanza tagħha għall-pajjiż li fih hija awtorizzata jew stabbilita, kif ukoll il-kriterji biex tiġi ddeterminata dik l-importanza, jitqies bħala element vitali għall-identifikazzjoni tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u tal-osservaturi potenzjali. F’dak il-kuntest, l-informazzjoni dwar l-importanza ta’ fergħa għall-grupp u l-importanza ta’ dik il-fergħa għall-Istat Membru li fih hija stabbilita hija essenzjali sabiex tiġi ddeterminata l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru fl-attivitajiet tal-kulleġġ. L-informazzjoni dwar in-natura tal-entitajiet fi grupp, kemm jekk istituzzjonijiet, fergħat jew entitajiet oħra tas-settur finanzjarju, kif ukoll dwar il-pajjiż tal-awtorizzazzjoni jew l-istabbiliment tagħhom, kemm jekk Stat Membru jew jekk pajjiż terz, hija importanti wkoll għall-identifikazzjoni ta’ membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u ta’ osservaturi potenzjali. Biex tiġi ddeterminata dik l-importanza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti kriterji.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet ikollhom żewġ impriżi omm intermedji tal-UE, li se jinvolvi l-istabbiliment ta’ żewġ kulleġġi tas-superviżuri. Fejn ikunu ġew stabbiliti żewġ kulleġġi tas-superviżuri, jeħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejniethom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti jew is-superviżur tal-grupp ta’ kulleġġ wieħed jipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġ l-ieħor.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 116(1a) tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti għandu wkoll l-obbligu li jistabbilixxi kulleġġi tas-superviżuri fejn l-impriżi sussidjarji transfruntieri kollha ta’ istituzzjoni omm tal-UE jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom f’pajjiżi terzi. Għall-kulleġġi tas-superviżuri stabbiliti skont dak l-Artikolu, jeħtieġ li jiġi żgurat li s-superviżur konsolidanti jistieden lill-awtoritajiet kollha ta’ pajjiżi terzi fejn ikunu jeżistu impriżi sussidjarji tal-grupp biex isiru osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri rilevanti, peress li dan se jkun importanti biex tiġi ddeterminata l-importanza tagħhom u biex tkun tista’ ssir ġestjoni prudenti tar-riskju fil-livell tal-impriża omm tal-UE. Madankollu, fil-kulleġġi tas-superviżuri l-oħra kollha stabbiliti skont l-Artikolu 116(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi fejn tkun teżisti preżenza sinifikanti tal-grupp biss, jiġu mistiedna jsiru osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri. Biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jiġu ssodisfati, fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jitħallew biss isiru osservaturi tal-kulleġġi tas-superviżuri jekk ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli fl-Unjoni.

(6)

Biex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali u l-awtoritajiet l-oħra involuti fis-superviżjoni ta’ grupp, u biex tiġi żgurata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti jitlob lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, lis-superviżur ewlieni tal-kulleġġ stabbilit biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet AML/CFT (il-“kulleġġ għall-AML/CFT”), lill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi fejn ikunu stabbiliti istituzzjonijiet jew fergħat importanti, lill-awtorità superviżorja ta’ Stat Membru fejn tkun stabbilita t-tieni impriża omm intermedja tal-UE, u lill-koordinatur tal-konglomerat finanzjarju, fejn dawk l-awtoritajiet jiġu identifikati mis-superviżur konsolidanti, biex isiru osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri. Jenħtieġ li l-istatus ta’ osservatur jippermetti li dawk l-awtoritajiet jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri mis-superviżur konsolidanti, fejn il-preżenza tagħhom tkun rilevanti meta titqies l-aġenda ta’ dawk il-laqgħat.

(7)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, European Banking Authority) għandha l-obbligu li timmonitorja l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri u trawwem il-konsistenza u l-koerenza fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tad-Direttiva 2013/36/UE, tar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99 (5). Ir-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ urew li ċerti aspetti tal-arranġamenti operazzjonali tal-kulleġġi tas-superviżuri, inkluż l-iskambju regolari tal-indikaturi ta’ twissija bikrija, jew il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew mal-awtoritajiet għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT, anti-money laundering and counter-terrorism financing), għadhom jirrikjedu tisħiħ ulterjuri. Għalhekk, jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-kulleġġi tas-superviżuri bħala għodda għall-iskambju ta’ informazzjoni fost il-membri tagħhom u l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-osservaturi, inklużi kulleġġi settorjali oħra.

(8)

Biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-kulleġġi tas-superviżuri, jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 115 tad-Direttiva 2013/36/UE jkopru l-oqsma kollha tal-ħidma tal-kulleġġ. Jenħtieġ li l-arranġamenti bil-miktub ikopru wkoll l-arranġamenti bejn xi membri tal-kulleġġ li huma involuti f’attivitajiet speċifiċi tal-kulleġġ, bħal dawk imwettqa permezz ta’ sottostrutturi speċifiċi tal-kulleġġ. Jenħtieġ li l-arranġamenti bil-miktub jinkludu wkoll aspetti operazzjonali tal-ħidma tal-kulleġġ peress li dawk l-aspetti huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tal-kulleġġ tas-superviżuri, kemm f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat kif ukoll waqt dawk ta’ emerġenza. Peress li huwa essenzjali li tiġi żgurata l-kooperazzjoni fi ħdan il-kulleġġ qabel u għall-fini li jingħata input għal kwistjonijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp, jenħtieġ li l-arranġamenti bil-miktub jipprevedu l-proċessi ta’ koordinazzjoni tal-input rilevanti kif ukoll ir-responsabbiltajiet u r-rwol tas-superviżur konsolidanti fil-komunikazzjoni ta’ dak l-input permezz tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (44), tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-arranġamenti bil-miktub ikunu komprensivi, koerenti u eżawrjenti u jenħtieġ li jipprovdu bażi adegwata u xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet u l-kompiti rilevanti tagħhom fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri minflok lil hinn minnu.

(9)

Jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jiddiskutu u jaqblu dwar l-ambitu u l-livell ta’ involviment tal-osservaturi, jekk ikun hemm, fil-kulleġġ tas-superviżuri. Biex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-osservaturi, inkluż mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u mas-superviżur ewlieni tal-AML/CFT fejn rilevanti, jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub jistabbilixxu l-qafas għall-kooperazzjoni u l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata ma’ kull wieħed minn dawk l-osservaturi. Jenħtieġ li l-arranġamenti bil-miktub ikopru wkoll ftehimiet bejn il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri involuti f’attivitajiet speċifiċi tal-kulleġġ, inklużi l-attivitajiet imwettqa permezz ta’ sottostrutturi speċifiċi tal-kulleġġ tas-superviżuri.

(10)

Biex jitwettqu l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti u l-membri l-oħra tal-kulleġġ ikollhom ħarsa ġenerali tal-attivitajiet imwettqa mill-entitajiet fi grupp kollha, inkluż minn dawk li jwettqu attivitajiet finanzjarji mingħajr ma jkunu kkwalifikati bħala istituzzjonijiet u minn dawk li joperaw barra mill-Unjoni. Jenħtieġ li tiġi promossa l-interazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti, il-membri tal-kulleġġ, l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi li jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità fi grupp jew li jkunu involuti fiha, inklużi l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet tas-settur finanzjarju tal-grupp jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, jew il-protezzjoni tal-konsumatur, billi dawk l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi ta’ pajjiżi terzi jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-kulleġġ bħala osservaturi, kif xieraq.

(11)

Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tas-sinjali ta’ twissija bikrija, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet potenzjali għall-grupp u għall-entitajiet tiegħu, inkluż kwalunkwe event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew l-entitajiet tiegħu u l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri; jew għas-sistema li fiha joperaw il-grupp u l-entitajiet tiegħu, u f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, jenħtieġ li l-iskambju ta’ informazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri jissaħħaħ.

(12)

Jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE jużaw il-kulleġġ tas-superviżuri bħala l-pjattaforma prinċipali għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-elementi prinċipali tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 97 ta’ dik id-Direttiva, fejn ikun ikkonċernat grupp transfruntiera, filwaqt li jagħrfu fl-istess ħin li l-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji jista’ jitwettaq b’mod differenti fl-Istati Membri skont it-traspożizzjoni ta’ dawk ir-regoli tal-Unjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, filwaqt li jqisu wkoll il-linji gwida maħruġa mill-EBA skont l-Artikolu 107(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(13)

Biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u biex tiġi kkoordinata kwalunkwe deċiżjoni maħsuba biex tindirizza kwistjonijiet ta’ konformità minn istituzzjoni mar-rekwiżiti rigward l-approċċi li jeħtieġu permess mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jintużaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji (l-użu ta’ mudelli interni għar-riskju ta’ kreditu, ir-riskju tas-suq, ir-riskju tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali), jenħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk l-approċċi interni, u għad-diskussjoni u l-ilħuq ta’ ftehim dwar miżuri biex jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi identifikati.

(14)

Biex tiġi promossa l-kooperazzjoni fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri u biex jiżdiedu l-effettività u l-effiċjenza tas-superviżjoni tal-grupp, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jiddiskutu, u fuq bażi volontarja, jaqblu dwar l-affidament tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet, fejn rilevanti.

(15)

Jenħtieġ li kull kulleġġ tas-superviżuri jiddeċiedi dwar l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata u aġġornata perjodikament, u jenħtieġ li jelenka dik l-informazzjoni fl-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub. Biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-kulleġġ tas-superviżuri li jidentifikaw ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet dejjem akbar, jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u, fejn rilevanti, l-osservaturi, jiskambjaw regolarment informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub jipprevedu l-proċedura għall-koordinazzjoni tal-input rilevanti, kif ukoll ir-responsabbiltajiet u r-rwol tas-superviżur konsolidanti fil-komunikazzjoni ta’ dak l-input lill-osservaturi. Biex jiġi żgurat li l-iskambju ta’ informazzjoni jiġi skattat bejn is-superviżuri konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri fejn il-grupp jew l-entitajiet tiegħu jiġu affettwati minn event ta’ effett materjali avvers, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jispeċifikaw il-karatteristiċi ewlenin ta’ dan l-event fl-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-grupp, u jenħtieġ li jaqblu dwar l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata, meta jinħoloq dan l-event ta’ effett materjali avvers.

(16)

Biex jiġu ffaċilitati l-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmija fl-Artikoli 112 u 113 tad-Direttiva 2013/36/UE. Għall-istess fini, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti jikkondividi mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri informazzjoni riċevuta mill-kulleġġ kif stabbilit f’konformità mal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), fejn dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 112 tad-Direttiva 2013/36/UE, b’mod partikolari għall-ippjanar u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji u għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 113 ta’ dik id-Direttiva, b’mod partikolari biex titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u biex jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti.

(17)

Jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inklużi l-iżviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw serjament it-tħaddim kif suppost u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha, jew sitwazzjonijiet oħra li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw b’mod espliċitu s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ grupp bankarju jew ta’ kwalunkwe waħda mill-impriżi sussidjarji tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, jinkludu, iżda ma jkunux limitati għall-attivitajiet imsemmija fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2014/59/UE, b’mod partikolari attivitajiet li għandhom l-għan li jikkoordinaw l-ippjanar tal-irkupru tal-grupp u li jagħtu input ikkoordinat lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, fejn meħtieġ, bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom.

(18)

Meta jkunu qegħdin jittrattaw sitwazzjoni ta’ emerġenza, jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, taħt il-koordinazzjoni tas-superviżur konsolidanti, jiżviluppaw valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni, jaqblu dwar rispons superviżorju kkoordinat u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-rispons tagħhom biex jiżguraw li s-sitwazzjoni ta’ emerġenza tiġi vvalutata u indirizzata kif xieraq. Jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jiżguraw ukoll li kwalunkwe komunikazzjoni esterna ssir b’mod ikkoordinat u tkun tkopri elementi li jkunu ġew maqbula ex ante bejn il-membri tal-kulleġġ.

(19)

Minħabba l-bosta emendi li jridu jsiru, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/98 jitħassar u jiġi ssostitwit fl-interess taċ-ċarezza. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-referenzi għar-Regolament Delegat (UE) 2016/98 jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

(20)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni mill-EBA.

(21)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati li ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“Awtorità AML/CFT” tfisser awtorità fdata bid-dmir pubbliku li tiżgura l-konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

“superviżur tal-grupp” tfisser superviżur tal-grupp kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

KAPITOLU 2

STABBILIMENT U FUNZJONAMENT TAL-KULLEĠĠI TAS-SUPERVIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 116 TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

Taqsima 1

Stabbiliment u funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri

Artikolu 2

Immappjar ta’ grupp ta’ istituzzjonijiet

1.   Is-superviżur konsolidanti għandu jimmappja grupp ta’ istituzzjonijiet f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/790 (10) biex jiġu identifikati l-entitajiet fi grupp u l-fergħat li ġejjin:

(a)

istituzzjonijiet u fergħat stabbiliti fi Stat Membru, inklużi kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li ġew approvati f’konformità mal-Artikolu 21a tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

entitajiet tas-settur finanzjarju awtorizzati fi Stat Membru;

(c)

istituzzjonijiet u fergħat stabbiliti f’pajjiż terz.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi riflessa fl-immappjar ta’:

(a)

l-Istat Membru fejn hija awtorizzata l-istituzzjoni jew fejn hija stabbilita l-fergħa;

(b)

l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjoni jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fejn tkun stabbilita l-fergħa, u awtoritajiet oħra tas-settur finanzjarju ta’ dak l-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji, għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, u għall-protezzjoni tal-konsumatur;

(c)

jekk l-istituzzjoni hijiex soġġetta għal superviżjoni prudenzjali fuq bażi individwali jew jekk l-istituzzjoni ngħatatx deroga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali skont l-Artikoli 7, 8, jew 10 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

l-importanza tal-istituzzjoni għall-Istat Membru fejn dik l-istituzzjoni hija awtorizzata u l-kriterji użati mill-awtoritajiet kompetenti biex jiddeterminaw dik l-importanza, b’mod partikolari:

(i)

id-daqs tal-istituzzjoni meta mqabbel mas-suq lokali f’termini tal-assi totali u tal-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali;

(ii)

jekk is-sehem mis-suq tal-istituzzjoni f’termini ta’ depożiti jkunx jaqbeż it-2 % fl-Istat Membru fejn hija awtorizzata dik l-istituzzjoni;

(iii)

l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew ta’ għeluq tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni fuq il-likwidità sistemika u s-sistemi tal-pagament, tal-ikklerjar u tas-saldu fl-Istat Membru fejn hija awtorizzata dik l-istituzzjoni;

(iv)

ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-importanza sistemika skont l-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE; u informazzjoni dwar l-importanza ta’ dik l-istituzzjoni għall-grupp, dment li l-ammont totali tal-assi u tal-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali ta’ dik l-istituzzjoni jkun jaqbeż il-1 % tal-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali tal-grupp fuq bażi konsolidata;

(e)

l-importanza tal-fergħa għall-Istat Membru fejn dik il-fergħa tkun stabbilita, b’mod partikolari:

(i)

jekk il-fergħa hijiex meqjusa jew hijiex mitluba li titqies bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(ii)

informazzjoni dwar l-importanza ta’ dik il-fergħa għall-grupp, dment li l-ammont totali tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali ta’ dik il-fergħa jkun jaqbeż il-1 % tal-assi totali u tal-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali tal-grupp fuq bażi konsolidata.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi riflessa fl-immappjar ta’:

(a)

l-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità tas-settur finanzjarju jew il-pajjiż terz fejn tkun stabbilita l-istituzzjoni jew il-fergħa;

(b)

l-awtorità responsabbli mis-superviżjoni ta’ dik l-entità tas-settur finanzjarju, istituzzjoni jew fergħa, jew involuta fis-superviżjoni tagħha;

(c)

informazzjoni dwar l-importanza tal-entità tas-settur finanzjarju, tal-istituzzjoni jew tal-fergħa għall-grupp, dment li l-ammont totali tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali ta’ dik l-entità tas-settur finanzjarju, istituzzjoni jew fergħa jkun jaqbeż il-1 % tal-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali tal-grupp fuq bażi konsolidata.

4.   L-immappjar tal-grupp ta’ istituzzjonijiet għandu jirrifletti dawn li ġejjin:

(a)

fejn ikun applikabbli l-Artikolu 116(1a) tad-Direttiva 2013/36/UE, jekk l-uffiċċji prinċipali tal-impriżi sussidjarji transfruntiera kollha ta’ istituzzjoni omm tal-UE jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE jkunux awtorizzati f’pajjiżi terzi;

(b)

fejn ikun applikabbli l-Artikolu 21b tad-Direttiva 2013/36/UE, jekk impriża omm intermedja tal-UE waħda jew tnejn ikunux ġew stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 3

Membri u osservaturi ta’ kulleġġ tas-superviżuri

1.   Is-superviżur konsolidanti għandu jitlob lill-awtoritajiet li ġejjin biex isiru membri tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet li huma impriżi sussidjarji ta’ istituzzjoni omm tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

il-banek ċentrali tas-SEBĊ tal-Istati Membri li huma involuti f’konformità mal-liġi nazzjonali fis-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet legali msemmija fil-punt (a), iżda li mhumiex awtoritajiet kompetenti;

(c)

l-EBA.

2.   Is-superviżur konsolidanti għandu jitlob lill-awtoritajiet li ġejjin biex isiru osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790:

(a)

għall-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fl-Artikolu 116(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi fejn ikunu stabbiliti l-istituzzjonijiet jew il-fergħat li jkunu meqjusa importanti għall-grupp kif stabbilit fl-Artikolu 2(3), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament, dment li dawk l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

għall-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fl-Artikolu 116(1a) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi fejn ikunu awtorizzati l-istituzzjonijiet, jew stabbiliti l-fergħat li jkunu meqjusa importanti, kif stabbilit fl-Artikolu 2(3), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament, dment li l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(d)

is-superviżur ewlieni tal-kulleġġ stabbilit għall-fini li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet AML/CFT (il-kulleġġ għall-AML/CFT);

(e)

fejn tkun ġiet stabbilita t-tieni impriża omm intermedja tal-UE f’konformità mal-Artikolu 21b(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti tat-tieni kulleġġ tas-superviżuri stabbilit b’rabta mat-tieni impriża omm intermedja tal-UE skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE jew is-superviżur tal-grupp skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;

(f)

għal konglomerat finanzjarju, il-koordinatur imsemmi fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), fejn dan ikun differenti mis-superviżur konsolidanti.

3.   Is-superviżur konsolidanti jista’ jitlob lill-awtoritajiet li ġejjin biex isiru osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti l-fergħat mhux sinifikanti;

(b)

l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi fejn ikunu stabbiliti l-istituzzjonijiet jew il-fergħat, għajr l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b);

(c)

l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi fi Stat Membru li jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità fi grupp jew fergħa, jew li jkunu involuti fiha, dment li l-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru ospitanti tkun aċċettat li ssir membru jew osservatur tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż:

(i)

l-awtorità AML/CFT tal-Istati Membri ospitanti;

(ii)

l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji;

(iii)

l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur;

(iv)

l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet tas-settur finanzjarju tal-grupp;

(d)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri ospitanti, dment li l-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru ospitanti tkun aċċettat li ssir membru jew osservatur tal-kulleġġ tas-superviżuri.

Artikolu 4

Komunikazzjoni dwar l-istabbiliment u l-kompożizzjoni ta’ kulleġġ tas-superviżuri

Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika lill-impriża omm tal-UE tal-grupp l-istabbiliment ta’ kulleġġ tas-superviżuri, l-identità tal-membri u l-osservaturi tiegħu, u kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni ta’ dak il-kulleġġ.

Artikolu 5

Arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub

L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 115 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar l-istruttura kumplessiva tal-grupp ikkonċernat, li tkopri l-entitajiet fi grupp u l-fergħat kollha;

(b)

l-identifikazzjoni tal-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri;

(c)

it-termini tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) u (3) u b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 17, inkluż:

(i)

l-involviment tal-osservaturi fil-laqgħat u fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, u f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(ii)

id-drittijiet u l-obbligi tal-osservaturi fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi skambjata u l-proċedura rilevanti għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-osservaturi;

(iii)

l-għoti tal-informazzjoni riċevuta mill-osservaturi lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri;

(d)

l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni inkluż l-ambitu tal-informazzjoni, il-frekwenza tal-iskambju u l-kanali ta’ komunikazzjoni siguri;

(e)

l-arranġamenti għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali;

(f)

l-arranġamenti għall-affidament tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet, fejn rilevanti;

(g)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe sottostruttura tal-kulleġġ tas-superviżuri;

(h)

l-arranġamenti għall-ippjanar u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat;

(i)

l-arranġamenti għall-ippjanar u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inkluż l-ippjanar ta’ kontinġenza, l-għodod u l-proċeduri ta’ komunikazzjoni;

(j)

il-politika ta’ komunikazzjoni tas-superviżur konsolidanti u tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri mal-impriża omm tal-UE u mal-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti;

(k)

proċeduri u skadenzi li ġew maqbula biex jiġu ċċirkolati d-dokumenti għal-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri;

(l)

kwalunkwe ftehim ieħor bejn il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi indikaturi li ġew maqbula biex jiġu identifikati s-sinjali ta’ twissija bikrija, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet potenzjali;

(m)

l-arranġamenti biex jingħata input lis-superviżur konsolidanti f’konformità mal-Artikoli 12, 13, 16, 18, 45h, 91 u 92 tad-Direttiva 2014/59/UE, inkluż għall-finijiet tal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija f’dawk l-Artikoli;

(n)

deskrizzjoni tar-rwol tas-superviżur konsolidanti b’mod partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-għoti tal-input imsemmi fil-punt (m) permezz tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni rilevanti;

(o)

l-arranġamenti għas-sitwazzjoni fejn membru jew osservatur itemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kulleġġ tas-superviżuri;

(p)

il-karatteristiċi ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp u l-entitajiet tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-grupp, u l-informazzjoni li trid tiġi skambjata, kif maqbul mis-superviżur konsolidanti u mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, jekk ifeġġ dan l-event.

Artikolu 6

Parteċipazzjoni f’laqgħat u f’attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri

1.   Meta jiddeċiedi liema awtoritajiet għandhom jipparteċipaw f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-Artikolu 116(7) tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti għandu jqis dawn li ġejjin:

(a)

is-suġġetti li jridu jiġu diskussi, l-attivitajiet li jridu jitwettqu, u l-objettivi tal-laqgħa jew l-attività, b’mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għal kull entità fi grupp u għat-twettiq tal-kompiti tal-osservaturi;

(b)

l-importanza tal-entità fi grupp għall-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità fi grupp, u l-importanza tagħha għall-grupp.

2.   Is-superviżur konsolidanti jista’ jistieden lill-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri biss għal dawk il-punti fl-aġenda speċifiċi ta’ laqgħa jew attività li jkunu rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-osservatur.

3.   Abbażi tas-suġġetti diskussi u l-objettivi fil-mira, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti l-aktar xierqa jipparteċipaw fil-laqgħat jew fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri. Dawk ir-rappreżentanti għandu jkollhom is-setgħa li jinkarigaw lill-awtoritajiet tagħhom bħala membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, sa fejn ikun l-aktar possibbli, mid-deċiżjonijiet ippjanati għal-laqgħat jew għall-attivitajiet.

4.   Abbażi tas-suġġetti u l-objettivi tal-laqgħa jew tal-attività, is-superviżur konsolidanti jista’ jistieden lil rappreżentanti tal-entitajiet fi grupp jipparteċipaw f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ tas-superviżuri.

Artikolu 7

Affidament tal-kompiti u delega tar-responsabbiltajiet

1.   Meta jkunu qegħdin jistabbilixxu u jaġġornaw il-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmi fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw il-fehmiet dwar l-affidament tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet possibbli. Fuq dik il-bażi, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkunsidraw li jikkonkludu ftehim, fuq bażi volontarja, dwar l-affidament tal-kompiti, inkluż dwar kwalunkwe delega possibbli tar-responsabbiltajiet, fejn rilevanti, skont l-Artikolu 116(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2013/36/UE, jekk dan l-affidament jew din id-delega jkunu mistennija jwasslu għal superviżjoni aktar effiċjenti u effettiva tal-grupp, b’mod partikolari billi jitneħħew duplikazzjonijiet bla bżonn tar-rekwiżiti superviżorji, inklużi r-rekwiżiti b’rabta mat-talbiet għal informazzjoni.

2.   Il-konklużjoni ta’ ftehim dwar l-affidament tal-kompiti jew id-delega tar-responsabbiltajiet għandha tiġi nnotifikata mis-superviżur konsolidanti lill-impriża omm tal-UE, u mill-awtorità kompetenti li tafda l-kompiti tagħha jew tiddelega r-responsabbiltajiet tagħha lill-istituzzjoni kkonċernata.

3.   Meta ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim dwar l-affidament tal-kompiti jew id-delega tar-responsabbiltajiet bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-EBA kif xieraq.

Artikolu 8

Skambju ta’ informazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u grupp ta’ istituzzjonijiet

1.   Is-superviżur konsolidanti u kull membru tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom ikunu responsabbli biex jikkomunikaw l-informazzjoni lill-istituzzjonijiet u lill-fergħat skont il-mandat superviżorju tagħhom, u jitolbuhom l-informazzjoni.

2.   Is-superviżur konsolidanti jew membru tal-kulleġġ tas-superviżuri, li eċċezzjonalment ikun biħsiebu jikkomunika informazzjoni lil istituzzjoni jew fergħa, jew jitlob informazzjoni mingħandha, barra mill-mandat superviżorju tiegħu għandu jinforma lill-membru tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għal dik l-istituzzjoni jew fergħa b’dan minn qabel.

Taqsima 2

Ippjanar u koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat

Artikolu 9

Skambju ta’ informazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet tagħhom, inkluż il-kompiti msemmija fl-Artikoli 112 u 113 tad-Direttiva 2013/36/UE, soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 fit-Titolu VII ta’ dik id-Direttiva, u fejn applikabbli, l-Artikoli 76 u 81 tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

2.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/59/UE.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, kemm jekk tiġi riċevuta minn entità fi grupp, awtorità kompetenti, awtorità superviżorja jew kwalunkwe sors ieħor, u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790. Dik l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed adegwata, preċiża u f’waqtha.

4.   Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika dawn li ġejjin lill-membri tal-kulleġġ:

(a)

l-isem tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li huma parti minnha l-istituzzjoni, u l-fergħat tagħha, f’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(b)

il-kopertura massima tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għal kull depożitant eliġibbli;

(c)

l-ambitu tal-kopertura u t-tipi ta’ depożiti koperti;

(d)

kwalunkwe esklużjoni mill-kopertura, inklużi l-prodotti u t-tipi ta’ depożitanti;

(e)

l-arranġamenti ta’ finanzjament tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, b’mod partikolari jekk l-iskema tkunx iffinanzjata ex ante jew ex post u l-volum tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti;

(f)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-amministratur tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti.

5.   Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw fergħat sinifikanti għandhom jipprovdu lis-superviżur konsolidanti informazzjoni dwar kwalunkwe ostaklu għat-trasferiment ta’ flus u kollateral lil dik il-fergħa jew minnha.

6.   Fejn ikun hemm bidla fl-informazzjoni pprovduta f’konformità ma’ dan l-Artikolu, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw informazzjoni aġġornata mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 10

Skambju ta’ informazzjoni dwar l-eżitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-grupp u għall-ilħuq ta’ deċiżjonijiet konġunti

1.   Għall-finijiet li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw, mingħajr dewmien bla bżonn, l-informazzjoni kollha meħtieġa, kemm fil-livell individwali kif ukoll f’dak konsolidat.

2.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-eżitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji mwettqa f’konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

analiżi tal-mudell ta’ negozju, inkluża l-valutazzjoni tal-vijabbiltà tal-mudell ta’ negozju kurrenti u s-sostenibbiltà tal-istrateġija kummerċjali tal-istituzzjoni li tkun tħares ’il quddiem;

(b)

arranġamenti ta’ governanza interna u kontrolli mifruxa fl-istituzzjoni kollha;

(c)

riskji individwali għall-kapital tal-istituzzjoni, li jkopru dawn li ġejjin:

(i)

riskji individwali inerenti;

(ii)

ġestjoni u kontrolli tar-riskji;

(d)

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital u valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, inklużi l-fondi proprji addizzjonali proposti meħtieġa skont l-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)

riskji għal-likwidità u għall-finanzjament tal-istituzzjoni, li jkopru dawn li ġejjin:

(i)

riskju tal-likwidità u riskju tal-finanzjament;

(ii)

ġestjoni tar-riskji tal-likwidità u tal-finanzjament;

(f)

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità, inklużi miżuri ta’ likwidità kwantitattivi u kwalitattivi proposti skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(g)

miżuri superviżorji oħra, inklużi miżuri superviżorji skont l-Artikolu 102 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew miżuri ta’ intervent bikri meħuda jew ippjanati biex jindirizzaw l-ineffiċjenzi identifikati bħala riżultat tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji;

(h)

riżultati tat-testijiet tal-istress superviżorji mwettqa f’konformità mal-Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża l-adegwatezza tal-kapital f’kundizzjonijiet ta’ stress u kwalunkwe gwida proposta dwar il-fondi proprji addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE;

(i)

sejbiet minn verifiki fuq il-post u monitoraġġ mhux fuq il-post li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-grupp jew ta’ kwalunkwe waħda mill-entitajiet tiegħu.

Artikolu 11

Skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tar-rieżami li jinsab għaddej tal-permess biex jintużaw approċċi interni u estensjonijiet mhux materjali jew bidliet fil-mudelli interni

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-istituzzjonijiet li jkunu ngħataw permess biex jużaw approċċi interni f’konformità mal-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) jew (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2), jew l-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-eżitu tar-rieżami li jinsab għaddej tal-permess biex jintużaw approċċi interni kif imsemmi fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Fejn is-superviżur konsolidanti jew kwalunkwe membru rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmi fil-paragrafu 1 ikun identifika li istituzzjoni stabbilita fi Stat Membru, inkluża l-impriża omm tal-UE, ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ approċċ intern jew ikun identifika nuqqasijiet materjali f’konformità mal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE, dak is-superviżur konsolidanti jew il-membru tal-kulleġġ tas-superviżuri għandu jiskambja minnufih l-informazzjoni li ġejja, kif applikabbli, biex jintlaħaq il-ftehim komuni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790:

(a)

valutazzjoni tal-effett tan-nuqqasijiet identifikati u kwalunkwe kwistjoni ta’ nonkonformità mar-rekwiżiti għall-użu ta’ approċċi interni u l-materjalità ta’ dawk in-nuqqasijiet u l-kwistjonijiet;

(b)

valutazzjoni tal-pjan ippreżentat mill-istituzzjoni omm tal-UE jew minn kwalunkwe istituzzjoni stabbilita fi Stat Membru biex jerġa’ jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-użu ta’ approċċi interni u biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, inkluża l-informazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan;

(c)

informazzjoni dwar l-intenzjoni tas-superviżur konsolidanti jew ta’ kwalunkwe membru rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri li jirrevoka l-permess għall-użu ta’ approċċi interni jew li jirrestrinġi l-użu ta’ dawk l-approċċi interni għal oqsma konformi jew għal dawk l-oqsma fejn il-konformità tista’ tinkiseb fi skeda ta’ żmien xierqa, jew għal dawk l-oqsma li mhumiex affettwati min-nuqqasijiet identifikati;

(d)

informazzjoni dwar kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali propost li ġie impost skont l-Artikolu 104(1), il-punt (d), tad-Direttiva 2013/36/UE, bħala miżura superviżorja biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ nonkonformità jew in-nuqqasijiet identifikati.

3.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni dwar l-estensjonijiet tal-permess biex jintużaw approċċi interni jew il-bidliet f’dawk l-approċċi interni li mhumiex materjali, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 (14).

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi diskussa u titqies filwaqt li tiġi żviluppata l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u tintlaħaq deċiżjoni konġunta f’konformità mal-Artikolu 113(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE.

5.   Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti l-fergħat sinifikanti dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, fejn dik l-informazzjoni tkun rilevanti għal dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 12

Skambju ta’ informazzjoni dwar is-sinjali ta’ twissija bikrija, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta’ rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 113(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE jew rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 113(2), il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva għall-finijiet li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni f’konformità ma’ dak l-Artikolu, għandhom jiskambjaw informazzjoni kwantitattiva biex jidentifikaw sinjali ta’ twissija bikrija, riskji u vulnerabbiltajiet potenzjali u biex jikkontribwixxu għar-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u għar-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp. Għal dak il-fini, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jaqblu dwar lista ta’ indikaturi li għandhom jiġu skambjati regolarment f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3117 (15). Dik l-informazzjoni għandha tkopri l-entitajiet fi grupp kollha li ġew stabbiliti fi Stat Membru, u mill-inqas l-oqsma li ġejjin:

(a)

il-kapital u l-lieva finanzjarja;

(b)

il-likwidità;

(c)

il-kwalità tal-assi;

(d)

il-finanzjament;

(e)

il-profittabbiltà;

(f)

ir-riskju tal-konċentrazzjoni.

3.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jidentifikaw ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet għall-grupp u għall-entitajiet tiegħu billi jiskambjaw informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar:

(a)

l-ambjent makroekonomiku li fih joperaw il-grupp ta’ istituzzjonijiet u l-entitajiet fi grupp tiegħu;

(b)

żviluppi avversi fis-swieq li jista’ jkollhom il-potenzjal li jpoġġu f’riskju l-likwidità fis-suq u lill-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti entitajiet ta’ grupp jew fergħat sinifikanti u li jista’ jkollhom impatt avvers fuq l-entitajiet tal-grupp jew il-fergħat sinifikanti tiegħu.

4.   Meta entità fi grupp tikser jew, minħabba, inter alia, kundizzjoni finanzjarja li tkun qiegħda tiddeterjora malajr, x’aktarx li tikser fil-futur qarib ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tad-Direttiva 2013/36/UE kif imsemmi fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni li ġejja:

(a)

jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri humiex issodisfati;

(b)

jekk il-miżuri ta’ intervent bikri għall-grupp jew għal kwalunkwe waħda mill-entitajiet fi grupp ittiħdux jew ġewx ippjanati f’konformità mal-Artikoli 27 u 30 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

indikazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali ta’ dawk il-miżuri ta’ intervent bikri.

5.   Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti, fejn rilevanti.

Artikolu 13

Skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tan-nonkonformità, is-sanzjonijiet u miżuri korrettivi oħra

1.   Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha s-superviżur konsolidanti jkun iddetermina li istituzzjoni omm tal-UE, f’livell individwali jew konsolidat, taħt il-mandat superviżorju tiegħu:

(a)

ma tkunx ikkonformat mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

tkun soġġetta għal penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra li jkunu ġew imposti f’konformità mal-Artikoli minn 64 sa 67 tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkomunikaw lis-superviżur konsolidanti informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha dawk il-membri jkunu ddeterminaw li istituzzjoni jew fergħa, taħt il-mandat superviżorju tagħhom:

(a)

ma tkunx ikkonformat mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

tkun soġġetta għal penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra li jkunu ġew imposti f’konformità mal-Artikoli minn 64 sa 67 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika l-informazzjoni rilevanti lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li għalihom dik l-informazzjoni tkun rilevanti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790.

3.   Abbażi tal-informazzjoni skambjata f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiddiskutu l-impatt possibbli tal-kwistjonijiet ta’ nonkonformità u s-sanzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-entitajiet fi grupp ikkonċernati jew għall-grupp kollu kemm hu.

Artikolu 14

Skambju ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp

1.   Is-superviżur konsolidanti u dawk il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jieħdu sehem fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi l-pjan ta’ rkupru tal-grupp lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790.

3.   Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar l-eżitu tal-proċess imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 15

Skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet ta’ appoġġ finanzjarju tal-grupp

Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar it-termini prinċipali tal-awtorizzazzjonijiet tal-ftehimiet ta’ appoġġ finanzjarju tal-grupp li jkunu ngħataw f’konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 16

Programm ta’ eżami

1.   Għall-finijiet li jiġi adottat il-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-Artikolu 116(1), il-punt (c), tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jidentifikaw l-attivitajiet superviżorji li jridu jitwettqu.

2.   Il-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri għandu jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

l-oqsma ta’ ħidma konġunta li ġew identifikati b’riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp u d-deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew b’riżultat ta’ kwalunkwe attività oħra li twettqet mill-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi l-isforzi biex tiżdied l-effiċjenza tas-superviżjoni billi titneħħa d-duplikazzjoni bla bżonn tar-rekwiżiti superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 116(1), il-punt (d), ta’ dik id-Direttiva;

(b)

il-programmi ta’ eżami superviżorju rispettivi tas-superviżur konsolidanti u tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għall-istituzzjonijiet u l-fergħat stabbiliti fi Stat Membru;

(c)

l-oqsma ta’ prijorità tal-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri u l-attivitajiet superviżorji ppjanati tiegħu, inkluża l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-grupp, l-attivitajiet mhux fuq il-post u l-ispezzjonijiet fuq il-post ippjanati kif imsemmi fl-Artikolu 99(1), il-punt (c), tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d)

il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet superviżorji ppjanati;

(e)

fejn rilevanti, l-allokazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet għall-affidament tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet rispettivament;

(f)

fejn applikabbli, l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri fejn dawk l-osservaturi jkunu involuti f’attività superviżorja;

(g)

l-iskedi ta’ żmien mistennija, kemm f’termini ta’ tempistika kif ukoll ta’ durata, għal kull waħda mill-attivitajiet superviżorji ppjanati.

Artikolu 17

Skambju ta’ informazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri

1.   Fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli minn 12 sa 18 tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-osservaturi, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-osservaturi rilevanti.

2.   Is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp dawn li ġejjin:

(a)

il-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE u kwalunkwe gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali li ġiet ikkomunikata lill-istituzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 104b ta’ dik id-Direttiva;

(b)

informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-Artikoli 12, 13, 16, 18, 25, 30, 45h, 91 u 92 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

l-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjoni konġunta dwar ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, inkluż data għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp biex tipprovdi r-rakkomandazzjonijiet tagħha, jekk ikun hemm, f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik id-Direttiva;

(d)

l-iskeda ta’ żmien tad-deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(4) u fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew l-entitajiet tiegħu

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar kwalunkwe event ta’ effett materjali avvers f’istituzzjonijiet jew f’entitajiet oħra ta’ grupp li jista’ jaffettwa serjament lill-istituzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 117(1), il-punt (c), tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   F’każ ta’ dan l-event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew l-istituzzjonijiet tiegħu stabbiliti fi Stat Membru li jkunu importanti f’konformità mal-Artikolu 2(2) jew il-fergħat sinifikanti tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konsegwenzi ta’ dan l-event fuq il-grupp u l-entitajiet tiegħu u jiddeterminaw:

(a)

in-natura u s-severità tal-event;

(b)

l-impatt jew l-impatt potenzjali tal-event fuq il-fondi proprji disponibbli u l-livell ta’ likwidità tal-grupp jew l-entitajiet tiegħu u jekk il-grupp u l-entitajiet tiegħu jkomplux jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew mad-Direttiva 2013/36/UE f’kundizzjonijiet makroekonomiċi, mikroekonomiċi, u ġeopolitiċi avversi;

(c)

il-kapaċità li joperaw fi tqallib tal-operat sever;

(d)

ir-riskju ta’ kontaġju transfruntiera u l-impatt sistemiku potenzjali.

3.   Malli jiġi mgħarraf b’event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri, jew wara li jkun identifika dan l-event, is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti li jkunu affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn dak l-event, u lill-EBA. L-osservaturi, b’mod partikolari l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, għandhom jiġu infurmati jekk l-informazzjoni tkunx rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

4.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti li jkunu affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mill-event ta’ effett materjali avvers għandhom jimmonitorjaw is-sitwazzjoni u jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, fejn applikabbli, minnufih meta tkun disponibbli informazzjoni ġdida rilevanti.

5.   Abbażi tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-event ta’ effett materjali avvers imsemmi fil-paragrafu 2 u l-evoluzzjoni prevista ta’ dak l-event, is-superviżur konsolidanti u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri jistgħu jikkoordinaw l-iżvilupp ta’ rispons superviżorju kkoordinat.

Taqsima 3

Ippjanar u koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom

Artikolu 19

Qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jistabbilixxu qafas tal-kulleġġ b’antiċipazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza possibbli f’konformità mal-Artikolu 112(1), il-punt (c), tad-Direttiva 2013/36/UE (“qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza”), filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi u l-istruttura speċifiċi tal-grupp ta’ istituzzjonijiet.

2.   Il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

il-proċeduri speċifiċi għall-kulleġġ li jridu japplikaw fejn tfeġġ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

l-informazzjoni minima li trid tiġi skambjata fejn tfeġġ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

3.   L-informazzjoni minima msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni qasira tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun seħħet, inkluż il-kawża sottostanti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, u l-impatt mistenni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq l-entitajiet fi grupp u l-grupp kollu kemm hu, fuq il-likwidità fis-suq u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b)

spjegazzjoni tal-miżuri u l-azzjonijiet li ttieħdu jew li huma ppjanati, mis-superviżur konsolidanti jew minn kwalunkwe wieħed mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew mill-entitajiet fi grupp infushom b’rispons għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(c)

l-informazzjoni kwantitattiva disponibbli l-aktar riċenti rigward il-likwidità u l-pożizzjoni kapitali tal-entitajiet fi grupp li ġew affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq bażi individwali u konsolidata.

Artikolu 20

Skambju ta’ informazzjoni waqt sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta’ dik id-Direttiva, u fejn applikabbli, l-Artikoli 76 u 81 tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Malli jiġi mgħarraf b’sitwazzjoni ta’ emerġenza minn kwalunkwe membru jew osservatur tal-kulleġġ tas-superviżuri, jew wara li jkun identifika sitwazzjoni ta’ emerġenza, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2), il-punt (b), skont il-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-punt (a) ta’ dak il-paragrafu, lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza, u lill-EBA.

3.   Skont in-natura, is-severità, l-impatt sistemiku potenzjali jew impatt ieħor, u skont il-probabbiltà ta’ kontaġju tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn dik is-sitwazzjoni ta’ emerġenza u s-superviżur konsolidanti jistgħu jiskambjaw informazzjoni addizzjonali.

4.   Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-osservaturi, u b’mod partikolari dawk tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lil dawk l-osservaturi.

5.   Meta jirrispondi għal sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790, is-superviżur konsolidanti għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinvolvi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u jikkondividi l-input riċevut minn dik l-awtorità mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.

Artikolu 21

Koordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   Fejn isseħħ sitwazzjoni ta’ emerġenza, is-superviżur konsolidanti għandu jikkoordina u jħejji l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza (“valutazzjoni superviżorja kkoordinata”) f’kooperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn dik is-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

2.   Il-valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, imwettqa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790, għandha tkopri dawn li ġejjin:

(a)

in-natura u s-severità tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(b)

l-impatt jew l-impatt potenzjali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq il-grupp kollu kemm hu u fuq kwalunkwe waħda mill-entitajiet fi grupp tiegħu affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati;

(c)

ir-riskju ta’ kontaġju transfruntiera.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c), is-superviżur konsolidanti għandu jqis il-konsegwenzi sistemiċi potenzjali fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti l-entitajiet tal-grupp jew fergħat sinifikanti.

Artikolu 22

Koordinazzjoni tar-rispons superviżorju għal sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   Fejn isseħħ sitwazzjoni ta’ emerġenza, is-superviżur konsolidanti għandu jikkoordina l-iżvilupp ta’ rispons superviżorju għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza (“rispons superviżorju kkoordinat”) f’kooperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn dik is-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

2.   Ir-rispons superviżorju kkoordinat għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni superviżorja kkoordinata msemmija fl-Artikolu 21 u għandu jispeċifika l-azzjonijiet superviżorji meħtieġa, l-ambitu tagħhom, u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

3.   Ir-rispons superviżorju kkoordinat għandu jqis kwalunkwe input li jiġi pprovdut mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Artikolu 23

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rispons superviżorju kkoordinat għal sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jimmonitorjaw u jiskambjaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rispons superviżorju kkoordinat imsemmi fl-Artikolu 22.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet maqbula fl-iskeda ta’ żmien prevista, kif imsemmi fl-Artikolu 22(2), u l-ħtieġa li jiġu aġġornati jew aġġustati dawk l-azzjonijiet.

Artikolu 24

Koordinazzjoni ta’ komunikazzjoni esterna f’sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp jew il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jikkoordinaw il-komunikazzjonijiet esterni tagħhom sa fejn ikun possibbli.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jaqblu dwar l-elementi li ġejjin:

(a)

l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet għall-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni esterna fl-istadji differenti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(b)

il-livell tal-informazzjoni li għandha tiġi żvelata filwaqt li titqies il-ħtieġa li jinżammu l-kunfidenza fis-suq u kwalunkwe obbligu ta’ żvelar addizzjonali ieħor fejn l-istrumenti finanzjarji, maħruġa minn entitajiet fi grupp affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza, jiġu nnegozjati pubblikament f’suq irregolat wieħed jew aktar fl-Unjoni;

(c)

il-koordinazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi, inklużi d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn membru wieħed biss tal-kulleġġ tas-superviżuri, b’mod partikolari fejn dawk id-dikjarazzjonijiet pubbliċi x’aktarx li jkollhom konsegwenzi għal entitajiet fi grupp jew fergħat sinifikanti ssorveljati minn membri oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri;

(d)

l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet u t-tempistika xierqa biex jiġi kkuntattjati l-entitajiet fi grupp;

(e)

l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-komunikazzjoni esterna tal-azzjonijiet ikkoordinati meħuda biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(f)

deskrizzjoni ta’ koordinazzjoni possibbli ma’ grupp jew kulleġġ ieħor li jista’ jkun involut fit-trattament ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun taffettwa lill-grupp, inkluż grupp għall-ġestjoni tal-kriżijiet jew kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

KAPITOLU 3

FUNZJONAMENT TAL-KULLEĠĠI TAS-SUPERVIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 51(3) TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

Taqsima 1

Stabbiliment u funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri

Artikolu 25

Membri u osservaturi ta’ kulleġġ tas-superviżuri

1.   Wara l-immappjar tal-istituzzjoni b’fergħat fi Stati Membri oħra mwettaq f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha titlob lill-awtoritajiet li ġejjin biex isiru membri tal-kulleġġ tas-superviżuri:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti;

(b)

il-banek ċentrali tas-SEBĊ tal-Istati Membri li huma involuti f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom fis-superviżjoni prudenzjali tal-fergħat sinifikanti msemmija fil-punt (a), iżda li mhumiex awtoritajiet kompetenti;

(c)

l-EBA.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha titlob lill-awtoritajiet li ġejjin biex isiru osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790:

(a)

l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi fejn ikunu awtorizzati l-istituzzjonijiet jew stabbiliti l-fergħat li jkunu meqjusa importanti għall-grupp, kif stabbilit fl-Artikolu 2(3), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament, dment li dawk l-awtoritajiet superviżorji jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari;

(c)

l-awtorità AML/CFT tal-Istat Membru domiċiljari;

(d)

fejn tkun ġiet stabbilita t-tieni impriża omm intermedja tal-UE f’konformità mal-Artikolu 21b(3), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti, jew is-superviżur tal-grupp ta’ dak it-tieni kulleġġ tas-superviżuri;

(e)

għal konglomerat finanzjarju, il-koordinatur imsemmi fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/87/KE, meta dan ikun differenti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha titlob lill-awtoritajiet li ġejjin biex isiru osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti l-fergħat mhux sinifikanti;

(b)

l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, għajr l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a);

(c)

l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi fi Stat Membru li jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjoni jew tal-fergħat tagħha, jew li jkunu involuti fiha, dment li l-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru ospitanti tkun aċċettat li ssir membru jew osservatur tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż:

(i)

l-awtorità AML/CFT fi Stat Membru;

(ii)

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji;

(iii)

l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur;

(d)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri ospitanti, dment li l-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru ospitanti tkun aċċettat li ssir membru jew osservatur tal-kulleġġ tas-superviżuri.

Artikolu 26

Komunikazzjoni dwar l-istabbiliment u l-kompożizzjoni ta’ kulleġġ tas-superviżuri

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika lill-istituzzjoni l-istabbiliment ta’ kulleġġ tas-superviżuri, l-identità tal-membri u l-osservaturi tiegħu, u kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni ta’ dak il-kulleġġ.

Artikolu 27

Arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub

L-istabbiliment u l-funzjonament ta’ kulleġġi tas-superviżuri għall-fergħat sinifikanti msemmija fl-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 28

Parteċipazzjoni f’laqgħat u f’attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri

1.   Meta tiddeċiedi liema awtoritajiet għandhom jipparteċipaw f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tqis dawn li ġejjin:

(a)

is-suġġetti li jridu jiġu diskussi, l-attivitajiet li jridu jitqiesu, u l-objettivi tal-laqgħa jew l-attività, b’mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għal kull fergħa u għat-twettiq tal-kompiti tal-osservaturi;

(b)

l-importanza tal-fergħa fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita dik il-fergħa u l-importanza tagħha għall-istituzzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tista’ tistieden lill-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri biss għal dawk il-punti fl-aġenda speċifiċi ta’ laqgħa jew attività li jkunu rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-osservatur.

3.   Abbażi tas-suġġetti diskussi u l-objettivi mmirati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti l-aktar xierqa jipparteċipaw fil-laqgħat jew fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri. Dawk ir-rappreżentanti għandu jkollhom is-setgħa li jinkarigaw lill-awtoritajiet tagħhom bħala membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, sa fejn ikun l-aktar possibbli, mid-deċiżjonijiet ippjanati għal-laqgħat jew għall-attivitajiet.

4.   Abbażi tas-suġġetti u l-objettivi tal-laqgħa jew l-attività, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tista’ tistieden rappreżentanti tal-istituzzjoni biex jipparteċipaw f’laqgħat jew f’attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri.

Artikolu 29

Komunikazzjoni mal-istituzzjoni u l-fergħat tagħha

Il-komunikazzjoni mal-istituzzjoni u l-fergħat tagħha għandha tkun organizzata f’korrispondenza mar-responsabbiltajiet superviżorji tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri kif stabbilit fit-Titolu V, il-Kapitolu 4, u t-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE.

Taqsima 2

Ippjanar u koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat

Artikolu 30

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni skont l-Artikolu 50 u l-Artikolu 51(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2014/59/UE.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 6 u 15 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 (16).

4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 3, kemm jekk tiġi riċevuta mill-istituzzjoni, awtorità kompetenti, awtorità superviżorja jew kwalunkwe sors ieħor. Dik l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed adegwata, preċiża u f’waqtha.

Artikolu 31

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri

1.   Fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-osservaturi kif stabbilit fl-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub tal-kulleġġ tas-superviżuri, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-osservaturi rilevanti.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kulleġġ tas-superviżuri u l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkunu jissodisfaw ir-rwol tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-Artikolu 88 tad-Direttiva 2014/59/UE, rispettivament.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tipprovdi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari dawn li ġejjin:

(a)

il-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE u kwalunkwe gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali li ġiet ikkomunikata lill-istituzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 104b ta’ dik id-Direttiva;

(b)

informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-Artikoli 12, 13, 16, 18, 25, 30, 45h, 91 u 92 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Skambju ta’ informazzjoni dwar l-eżitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji u ta’ informazzjoni dwar is-sinjali ta’ twissija bikrija, ir-riskji potenzjali, u l-vulnerabbiltajiet

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri:

(a)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3, 4 u 5, l-Artikoli minn 7 sa 13 u l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 524/2014;

(b)

il-valur tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja tal-entità omm imsemmija fl-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

il-fondi proprji meħtieġa msemmija fl-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE u kwalunkwe gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 104b ta’ dik id-Direttiva b’riżultat tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji mwettqa f’konformità mal-Artikolu 97 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet għall-istituzzjoni u l-fergħat sinifikanti tagħha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar:

(a)

l-ambjent makroekonomiku li fih joperaw l-istituzzjonijiet u l-fergħat sinifikanti tagħhom;

(b)

żviluppi avversi fis-swieq li jista’ jkollhom il-potenzjal li jipperikolaw kemm il-likwidità fis-suq kif ukoll l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti l-istituzzjoni jew il-fergħat sinifikanti tagħha u li jista’ jkollhom impatt avvers fuq l-istituzzjoni u l-fergħat sinifikanti tagħha.

3.   Fejn l-istituzzjoni tikser jew, minħabba, inter alia, kundizzjoni finanzjarja li tkun qiegħda tiddeterjora malajr, x’aktarx li tikser fil-futur qarib ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tad-Direttiva 2013/36/UE kif imsemmi fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tipprovdi lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri l-informazzjoni li ġejja:

(a)

jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri humiex issodisfati;

(b)

jekk il-miżuri ta’ intervent bikri ttiħdux jew ġewx ippjanati f’konformità mal-Artikoli 27 u 30 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

indikazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali ta’ dawk il-miżuri ta’ intervent bikri.

Artikolu 33

Skambju ta’ informazzjoni għall-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkonsulta lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar il-pjan ta’ rkupru fejn rilevanti għall-fergħa sinifikanti kkonċernata, f’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tipprovdi l-pjan ta’ rkupru tal-istituzzjoni lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tinforma lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar l-eżitu tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 34

Programm ta’ eżami

1.   Għall-finijiet tal-adozzjoni tal-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmi fl-Artikolu 99 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jidentifikaw l-attivitajiet superviżorji li jridu jitwettqu.

2.   Il-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri għandu jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

l-oqsma ta’ ħidma konġunta li ġew identifikati b’riżultat tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE jew b’riżultat ta’ kwalunkwe attività oħra li tkun twettqet mill-kulleġġ tas-superviżuri;

(b)

l-oqsma ta’ prijorità tal-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri u l-attivitajiet superviżorji ppjanati tiegħu, inklużi l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post ippjanati tal-fergħat sinifikanti skont l-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet superviżorji ppjanati;

(d)

fejn rilevanti, l-allokazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet għall-affidament tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet rispettivament;

(e)

fejn applikabbli, l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri fejn dawk l-osservaturi jkunu involuti f’attività superviżorja;

(f)

l-iskedi ta’ żmien mistennija, kemm f’termini ta’ tempistika kif ukoll ta’ durata, għal kull waħda mill-attivitajiet superviżorji ppjanati.

3.   Meta jistabbilixxu u jaġġornaw il-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jaqsmu l-fehmiet dwar l-affidament possibbli tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet. Fuq dik il-bażi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkunsidraw li jikkonkludu ftehim, fuq bażi volontarja, dwar l-affidament tal-kompiti, inkluża kwalunkwe delega possibbli tar-responsabbiltajiet, fejn rilevanti, skont l-Artikolu 116(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2013/36/UE, dment li dan l-affidament jew din id-delega jkunu mistennija jwasslu għal superviżjoni aktar effiċjenti u effettiva tal-grupp, b’mod partikolari billi jitneħħew duplikazzjonijiet bla bżonn tar-rekwiżiti superviżorji, inklużi r-rekwiżiti b’rabta mat-talbiet għal informazzjoni.

4.   Il-konklużjoni ta’ ftehim dwar l-affidament tal-kompiti jew id-delega tar-responsabbiltajiet għandha tiġi nnotifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari lill-istituzzjoni kkonċernata, u mill-awtorità kompetenti li tiddelega s-setgħat tagħha lill-fergħa kkonċernata.

Artikolu 35

Event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jew tal-fergħat sinifikanti tagħha

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar kwalunkwe event ta’ effett materjali avvers fl-istituzzjoni jew fil-fergħat sinifikanti tagħha li jista’ jaffettwa serjament lill-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 117(1), il-punt (c), tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   F’każ ta’ dan l-event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jew tal-fergħat sinifikanti tagħha stabbiliti fi Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konsegwenzi ta’ dan l-event fuq l-istituzzjoni u l-fergħat sinifikanti tagħha u jiddeterminaw:

(a)

in-natura u s-severità tal-event;

(b)

l-impatt jew l-impatt potenzjali tal-event fuq il-fondi proprji disponibbli u l-livell ta’ likwidità tal-istituzzjoni u l-fergħat sinifikanti tagħha u jekk l-istituzzjoni tkomplix tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew mad-Direttiva 2013/36/UE f’kundizzjonijiet makroekonomiċi, mikroekonomiċi, u ġeopolitiċi avversi;

(c)

il-kapaċità tal-istituzzjoni u l-fergħat sinifikanti tagħha li joperaw fi tqallib tal-operat sever;

(d)

ir-riskju ta’ kontaġju transfruntiera u l-impatt sistemiku potenzjali.

3.   Malli tiġi mgħarrfa b’event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri, jew wara li tkun identifikat dan l-event, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tinforma lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn dak l-event, u lill-EBA. L-osservaturi, b’mod partikolari l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari, għandhom jiġu informati jekk l-informazzjoni tkunx rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat sinifikanti li jkunu affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mill-event ta’ effett materjali avvers għandhom jimmonitorjaw is-sitwazzjoni u jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, fejn applikabbli, minnufih meta tkun disponibbli informazzjoni ġdida rilevanti.

5.   Abbażi tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-event ta’ effett materjali avvers imsemmi fil-paragrafu 2 u l-evoluzzjoni prevista ta’ dak l-event, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri jistgħu jikkoordinaw l-iżvilupp ta’ rispons superviżorju kkoordinat.

Taqsima 3

Ippjanar u koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 36

Qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jistabbilixxu qafas tal-kulleġġ b’antiċipazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza possibbli f’konformità mal-Artikolu 112(1), il-punt (c), tad-Direttiva 2013/36/UE (“qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza”).

2.   Il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

il-proċeduri speċifiċi għall-kulleġġ li għandhom ikunu applikabbli fejn tfeġġ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

l-informazzjoni minima li għandha tiġi skambjata fejn tfeġġ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

3.   L-informazzjoni minima msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni qasira tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun seħħet, inkluża l-kawża sottostanti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, u l-impatt mistenni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq l-istituzzjoni, fuq il-likwidità fis-suq u fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b)

spjegazzjoni tal-miżuri u l-azzjonijiet li ttieħdu jew li huma ppjanati, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew minn kwalunkwe wieħed mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew mill-istituzzjoni nfisha b’rispons għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(c)

l-informazzjoni kwantitattiva disponibbli l-aktar riċenti rigward il-likwidità u l-pożizzjoni kapitali tal-istituzzjoni.

Artikolu 37

Skambju ta’ informazzjoni waqt sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta’ dik id-Direttiva, u fejn applikabbli, l-Artikoli 76 u 81 tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   Malli tiġi mgħarrfa b’sitwazzjoni ta’ emerġenza minn kwalunkwe membru jew osservatur tal-kulleġġ jew wara li tkun identifikat sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(2), il-punt (b), skont il-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-punt (a) ta’ dak il-paragrafu, lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat sinifikanti li jkunu affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza, u lill-EBA.

3.   Skont in-natura, is-severità, l-impatt sistemiku potenzjali jew impatt ieħor, u skont il-probabbiltà ta’ kontaġju tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn dik is-sitwazzjoni ta’ emerġenza u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu jiskambjaw informazzjoni addizzjonali.

4.   Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-osservaturi, u b’mod partikolari tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lil dawk l-osservaturi.

5.   Meta tirrispondi għal sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/790, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tinvolvi mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari u tikkondividi l-input minn dik l-awtorità mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.

Artikolu 38

Koordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   Fejn isseħħ sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkoordina u tħejji l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza (“valutazzjoni superviżorja kkoordinata”) f’kooperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 112(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Il-valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza għandha tkopri dawn li ġejjin:

(a)

in-natura u s-severità tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(b)

l-impatt jew l-impatt potenzjali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq l-istituzzjoni u fuq kwalunkwe waħda mill-fergħat affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati;

(c)

ir-riskju ta’ kontaġju transfruntiera.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tqis il-konsegwenzi sistemiċi potenzjali fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti.

Artikolu 39

Koordinazzjoni tar-rispons superviżorju għal sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   Fejn tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ rispons superviżorju għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza (“rispons superviżorju kkoordinat”) f’kooperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 112(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Ir-rispons superviżorju kkoordinat għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni superviżorja kkoordinata msemmija fl-Artikolu 38 u għandu jispeċifika l-azzjonijiet superviżorji meħtieġa, l-ambitu tagħhom, u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

3.   Ir-rispons superviżorju kkoordinat għandu jiġi żviluppat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza. Ir-rispons superviżorju kkoordinat għandu jqis l-input mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni rilevanti għall-ġestjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-istituzzjoni, li jiġi pprovdut mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari.

Artikolu 40

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rispons superviżorju kkoordinat għal sitwazzjoni ta’ emerġenza

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jimmonitorjaw u jiskambjaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rispons superviżorju kkoordinat imsemmi fl-Artikolu 39.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet maqbula fl-iskeda ta’ żmien prevista, kif imsemmi fl-Artikolu 39(2), u l-ħtieġa li jiġu aġġornati jew aġġustati dawk l-azzjonijiet.

Artikolu 41

Koordinazzjoni ta’ komunikazzjoni esterna f’sitwazzjoni ta’ emerġenza

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat sinifikanti li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jikkoordinaw sa fejn ikun possibbli l-komunikazzjonijiet esterni tagħhom, filwaqt li jqisu l-elementi msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 42

Tħassir

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/98 tħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament Delegat imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 43

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 tas-16 ta’ Ottubru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/98/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99 tas-16 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta’ superviżuri skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/99/oj).

(6)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/59/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/849/oj).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2034/oj).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/790 tat-23 ta’ April 2025 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri (ĠU L, 2025/790, 8.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/790/oj).

(11)  Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/87/oj).

(12)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj).

(13)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/49/oj).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 tas-16 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċess ta’ deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/100/oj).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3117 tad-29 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (ĠU L, 2024/3117, 27.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3117/oj).

(16)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 tat-12 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jagħtu lil xulxin (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/524/oj).


ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Dan ir-Regolament Delegat

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/98

Artikolu 1

Artikolu 1 (ġdid)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20

Artikolu 23

Artikolu 21

Artikolu 24

Artikolu 22

Artikolu 25

Artikolu 23

Artikolu 26

Artikolu 24

Artikolu 27

Artikolu 25

Artikolu 28

Artikolu 26

Artikolu 29

Artikolu 27

Artikolu 30

Artikolu 28

Artikolu 31

Artikolu 29

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 30

Artikolu 34

Artikolu 31

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 32

Artikolu 37

Artikolu 33

Artikolu 38

Artikolu 34

Artikolu 39

Artikolu 35

Artikolu 40

Artikolu 36

Artikolu 41

Artikolu 37

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 38


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/791/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top