This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R0718
Commission Delegated Regulation (EU) 2025/718 of 14 April 2025 amending Regulation (EU) 2019/1021 of the European Parliament and of the Council as regards perfluorooctane sulfonic acid and its derivatives
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/718 tal-14 ta’ April 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu perfluworoottansulfoniku u tad-derivattivi tiegħu
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/718 tal-14 ta’ April 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu perfluworoottansulfoniku u tad-derivattivi tiegħu
C/2025/2189
ĠU L, 2025/718, 27.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/718/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/718 |
27.6.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/718
tal-14 ta’ April 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu perfluworoottansulfoniku u tad-derivattivi tiegħu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jimplimenta l-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (2) u skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini u fit-Tul tal-Arja fuq Pollutanti Organiċi Persistenti (3). |
|
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 fih valuri ta’ limitu ta’ kontaminant fi traċċi mhux intenzjonat (UTC) għall-aċidu perfluworoottansulfoniku u għad-derivattivi tiegħu (PFOS). |
|
(3) |
Il-PFOS kien l-ewwel kompost per- u polifluworoalkilat irregolat fl-Unjoni, u l-valuri ta’ limitu tal-UTC ġew stabbiliti żmien ilu. Aktar reċentement, grupp simili ta’ sustanzi, l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA, b’użi simili ħafna għall-PFOS, ġie inkluż fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 b’valur ta’ limitu tal-UTC ħafna aktar baxx. Dan jindika li livelli aktar baxxi ta’ kontaminazzjoni b’dawk is-sustanzi kimiċi huma teknikament fattibbli llum. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-valuri ta’ limitu tal-UTC għall-PFOS jiġu rieżaminati, sabiex isiru konformi ma’ dawk speċifikati għall-PFOA, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA. |
|
(5) |
Sabiex ikun hemm allinjament sħiħ bejn l-entrati dwar il-PFOS u l-PFOA fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, jenħtieġ li l-kliem tal-ewwel kolonna tal-entrata dwar il-PFOS jiġi modifikat billi “Aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS)” jiġi sostitwit b’“Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOS”. |
|
(6) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 jinkludi eżenzjoni għall-użu tal-PFOS bħala aġent li jrażżan ir-raxx għall-ipplejtjar tal-kromu iebes mhux dekorattiv (VI). L-informazzjoni miġbura fil-livell tal-Istati Membri dwar is-sustanzi li jintużaw bħala aġenti li jrażżnu r-raxx għall-ipplejtjar tal-kromu iebes tikkonferma li l-PFOS ġie sostitwit għal dak l-użu fl-Unjoni. Għalhekk, dik l-eżenzjoni speċifika ma għadhiex meħtieġa u jenħtieġ li titħassar. |
|
(7) |
L-entrata dwar il-PFOS fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, fil-punt 5 tagħha, tirreferi għad-disponibbiltà ta’ metodi analitiċi. Peress li l-ebda entrata oħra fir-Regolament dwar il-POPs ma tispeċifika tali dettalji, il-punt 5 jenħtieġ li jitħassar. |
|
(8) |
Jixraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jikkonformaw ma’ ċerti elementi ta’ dan ir-Regolament u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. |
|
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 2 u l-punt 3 tal-Anness għandhom japplikaw mit-3 ta’ Diċembru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1021/oj.
(2) ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/2006/507/oj.
(3) ĠU L 81, 19.3.2004, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2004/259/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, il-Parti A, fit-tabella, l-entrata “Aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS)” hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-ewwel kolonna, it-test huwa sostitwit b’dan li ġej: “Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOS C8F17SO2X (X = OH, Melħ tal-metalli (O-M+), aloġenur, ammid, u komposti oħra relatati, inklużi l-polimeri)”; |
|
(2) |
fir-raba’ kolonna, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fir-raba’ kolonna, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fir-raba’ kolonna, jitħassar il-punt 4; |
|
(5) |
fir-raba’ kolonna, jitħassar il-punt 5. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/718/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)