Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32025R0354

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/354 tal-21 ta’ Frar 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll approvat u l-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd

C/2025/1071

ĠU L, 2025/354, 24.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/354/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Právní stav dokumentu platné

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/354/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/354

24.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/354

tal-21 ta’ Frar 2025

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll approvat u l-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet ta’ kontroll oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fost l-oħrajn, fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni.

(2)

L-Artikolu 126(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li att delegat jista’ jirrikjedi li biss il-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jidher f’lista mfassla mill-Kummissjoni għal dak l-iskop jistgħu jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 billi jistabbilixxi rekwiżiti tad-dħul biex jiżgura li l-kunsinni tal-annimali li jipproduċu l-ikel u ta’ ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625 jew ma’ rekwiżiti rikonoxxuti li tal-inqas huma ekwivalenti għalihom. B’mod partikolari, l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jidentifika l-annimali li jipproduċu l-ikel u l-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma soġġetti għar-rekwiżit li jiġu minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mal-Artikolu 126(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625.

(5)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jipprevedi li, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u ta’ prodotti komposti, għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz li jkollu stabbilit pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti.

(6)

L-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jipprevedi li, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u ta’ prodotti komposti, jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 u li huwa inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi approvati għad-dħul fl-Unjoni tal-annimali li jipproduċu l-ikel ikkonċernati jew tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, stabbilita fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(7)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jipprevedi, b’deroga mill-Artikolu 7, li l-kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u ta’ prodotti komposti jistgħu jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li ma għandhomx pjan ta’ kontroll approvat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti iżda jiżguraw li l-annimali li jipproduċu l-ikel u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi dawk użati fil-prodotti komposti, joriġinaw fi Stat Membru jew f’pajjiż terz inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. L-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jipprevedi li minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-inklużjoni ta’ pajjiż terz fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament biss jekk l-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz tipprovdi lill-Kummissjoni b’evidenza u b’garanziji ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Artikolu 8(1). Din l-evidenza u dawn il-garanziji għandhom jikkonsistu f’informazzjoni dwar il-proċeduri stabbiliti f’dak il-pajjiż terz biex jiggarantixxu t-traċċabbiltà u l-oriġini ta’ dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel u ta’ dawk il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali.

(8)

Il-Belize, Kuba, il-Honduras, in-Niġerija u t-Tuneżija huma elenkati fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 u mmarkati b’“O” għall-ħalib u l-bajd li tindika l-intenzjoni tagħhom li jesportaw lejn l-Unjoni l-prodotti komposti manifatturati bl-użu tal-ħalib ipproċessat u/jew tal-prodotti tal-bajd ipproċessati li jinkisbu minn Stat Membru jew minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li għandu stabbilit pjanijiet ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti. Madankollu, dawk il-pajjiżi naqsu milli jippreżentaw lill-Kummissjoni evidenza u garanziji ta’ konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292. Għalhekk, jenħtieġ li l-marka “O” għall-Belize, Kuba, il-Honduras, in-Niġerja u t-Tuneżija titħassar mill-Anness -I.

(9)

Il-Brażil bħalissa huwa elenkat fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“O” għall-bajd. Il-Brażil ressaq pjan ta’ kontroll għall-bajd. Dak il-pjan jipprovdi l-garanziji meħtieġa u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li l-Brażil jiġi elenkat fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“X” għall-bajd [minflok l-“O”].

(10)

Il-Brunei u l-Costa Rica huma elenkati fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 u mmarkati b’“O” għall-ħalib u l-bajd li tindika l-intenzjoni tagħhom li jesportaw lejn l-Unjoni l-prodotti komposti manifatturati bl-użu tal-ħalib ipproċessat u/jew tal-prodotti tal-bajd ipproċessati li jinkisbu minn Stat Membru jew minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li għandu stabbilit pjanijiet ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti. Madankollu, dawk il-pajjiżi infurmaw lill-Kummissjoni li ma għadhomx interessati li jkomplu jesportaw dawn il-prodotti komposti lejn l-Unjoni. Għalhekk, dik il-marka “O” għall-Brunei u l-Costa Rica jenħtieġ li titħassar mill-Anness -I.

(11)

Il-Każakistan ressaq pjan ta’ kontroll għall-għasel. Il-pjan jipprovdi l-garanziji meħiteġa u għalhekk jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk, il-Każakistan jenħtieġ li jiġi elenkat fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“X” għall-għasel.

(12)

Il-Gżejjer Falkland bħalissa huma elenkati fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’ “X” għall-akkwakultura, li jindika l-eżistenza ta’ pjan ta’ kontroll approvat. Madankollu, il-Gżejjer Falkland infurmaw lill-Kummissjoni li ma għadhomx interessati li jkomplu jesportaw il-prodotti tal-akkwakultura lejn l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-marka “X” għall-“akkwakultura” titħassar minn dak l-Anness.

(13)

It-Tanzanija bħalissa hija elenkata fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“X” u “P” għall-“akkwakultura: krustaċji biss” li tindika li t-Tanzanija tesporta lejn l-Unjoni krustaċji mrobbija u prodotti komposti manifatturati bi prodotti pproċessati derivati minn molluski bivalvi li joriġinaw jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Madankollu, it-Tanzanija infurmat lill-Kummissjoni li l-pjanijiet ta’ kontroll tar-residwi tal-2023 ma ġewx implimentati minħabba n-nuqqas ta’ produzzjoni nazzjonali ta’ krustaċji mrobbija minn Diċembru 2022. Għalhekk, il-marki “X” u “P” għall-“akkwakultura: krustaċji biss” jenħtieġ li jitħassru mill-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Barra minn hekk, minħabba t-tħassir tal-immarkar “X” għall-“akkwakultura: krustaċji biss”, u f’konformità mal-Artikolu 2a(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, l-immarkar “O” għal “ħalib” u “bajd” għat-Tanzanija jenħtieġ li jitħassar ukoll mill-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(14)

New Zealand bħalissa hija elenkata fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“X” għall-“ekwini”. Peress li din is-sena New Zealand ma ressqitx il-pjan ta’ kontroll dwar l-annimali ekwini lill-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas ta’ produzzjoni tal-ekwini, il-marka “X” għall- “ekwini” għalhekk jenħtieġ li titħassar minn dak l-Anness.

(15)

Singapore bħalissa huwa elenkat fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’ “X” u nota f’qiegħ il-paġna “10” (biss għall-kunsinni ta’ laħam frisk li joriġina minn New Zealand, destinat lejn l-Unjoni u li jinħatt, kemm jekk jinħażen kif ukoll jekk le, f’Singapore u li jitgħabba mill-ġdid fi stabbiliment approvat waqt it-tranżitu minn Singapore) għal “ekwini”. Peress li New Zealand ma ressqitx pjan ta’ kontroll u għalhekk tneħħiet mil-lista għall-“ekwini”, għaldaqstant jenħtieġ li l-marka “X10” għall-“ekwini” fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għal Singapore titħassar minn dak l-Anness.

(16)

Singapore bħalissa huwa elenkat fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“X” u nota f’qiegħ il-paġna “14” għall-akkwakultura (ħut bil-pinen biss). Singapore ressaq pjan ta’ kontroll li jkopri wkoll il-krustaċji. Dak il-pjan jipprovdi l-garanziji meħtieġa u għalhekk jenħtieġ li jiġi approvat u n-nota f’qiegħ il-paġna “14” li tillimita l-entrata għall-ħut bil-pinen biss jenħtieġ li titħassar mill-marka “X” f’dak l-Anness.

(17)

It-Tajlandja hija elenkata fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“Δ” għal “bajd”, li jindika l-intenzjoni tagħha li tuża għall-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni biss bajd mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet tal-bajd fl-Unjoni. It-Tajlandja ressqet pjan ta’ kontroll għall-bajd. Dak il-pjan jipprovdi l-garanziji meħtieġa u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk, it-Tajlandja jenħtieġ li tiġi elenkata fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“X” għall-“bajd” [minflok “Δ”].

(18)

L-Emirati Għarab Magħquda u l-Gżejjer Pitcairn bħalissa huma elenkati fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 b’“X” għall-“għasel”. Madankollu, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Gżejjer Pitcairn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex interessati li jkomplu jesportaw l-għasel lejn l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-marka “X” għall-“għasel” għall-Emirati Għarab Magħquda u għall-Gżejjer Pitcairn titħassar mill-Anness -I.

(19)

L-Armenja hija elenkata fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 bir-rimarka “Ċkal ħaj, ipproċessat bis-sħana u ffriżat minn qabda salvaġġa biss”. L-Armenja infurmat lill-Kummissjoni li, minbarra li tkompli tesporta ċ-ċkal selvaġġ maqbud, hija interessata li tibda tesporta l-ħut bil-pinen u l-prodotti tal-ħut bil-pinen lejn l-Unjoni. Il-pjan ta’ kontroll tal-Armenja għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti jkopri l-ħut bil-pinen u l-prodotti tal-ħut bil-pinen (il-kavjar u l-bajd). L-Armenja pprovdiet evidenza u garanziji li l-ħut bil-pinen u l-prodotti tal-ħut bil-pinen jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni jew mar-rekwiżiti ekwivalenti għalihom, b’mod partikolari fir-rigward tal-iġjene. Għalhekk, jenħtieġ li r-rimarka “Ċkal ħaj, ipproċessat bis-sħana u ffriżat minn qabda salvaġġa biss” fl-entrata għall-Armenja fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 tinbidel għal “Ċkal ħaj, ipproċessat bis-sħana u ffriżat minn qabda salvaġġa biss. “Akkwakultura: ħut bil-pinen u prodotti tal-ħut bil-pinen (kavjar u bajd tal-ħut)”.

(20)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat skont dan.

(21)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness -I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness IX huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tal-annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 304, 24.11.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2292/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/405/oj).


ANNESS I

“ANNESS -I

Lista ta’ pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom li għandhom pjanijiet ta’ kontroll approvati għal ċerti annimali li jipproduċu l-ikel u għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif imsemmija fl-Artikolu 2a, fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, fl-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, fl-Artikoli 11, 15, 16, 21 u fl-Artikolu 25, il-punti (a) u (c)

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Pajjiż terz (1) jew reġjuni tiegħu

Bovini

Ovini/ kaprini

Porċini

Ekwini

Pollam

Akkwakultura (16)

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa salvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

Budellati

AD

Andorra

X

X

Δ

X

 

P

 

 

 

 

 

X

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

Δ

P

X (2)

O

O

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X (13)

P

O

X

 

 

 

 

X

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X (13)

P

O

O

 

 

 

X

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X (13)

P

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

M

X

X

 

X

X

X

X

AZE

L-Ażerbajġan

 

 

 

 

 

X (15)

P

 

 

 

 

 

 

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

X

X

X

 

X

X (13)

P

X

X

 

 

 

X

 

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

P

 

 

 

 

 

 

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BJ

Il-Benin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

X (14)

P

 

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

P

O

X

 

 

 

X

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X (7)

 

X (13)

P

X

X

 

 

 

X

X

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

X (14)

P

 

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

M

X

X

X

X

X

X

 

CH

L-Iżvizzera (6)

X

X

X

X

X

X (13)

M

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X (4)

X

 

X

X (13)

M

X

 

 

X

 

X

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

P

O

X

X

 

 

X

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

P

O

Δ

 

 

 

 

 

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

P

 

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X (14)

P

 

 

 

 

 

X

 

DO

Ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

EG

L-Eġittu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X (13)

P

O

O

 

 

 

 

 

GB

Ir-Renju Unit (5)

X

X

X

X

X

X (13)

Δ

M

X

X

Δ

X

X

X

X

GE

Il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

GG

Guernsey

 

 

 

 

 

M

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X (4)

 

 

 

M

 

 

 

 

X

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X (14)

P

O

O

 

 

 

X

 

HK

Hong Kong

 

 

 

 

 

Δ

P

 

Δ

 

 

 

 

 

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

P

 

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

IL

Iżrael (3)

 

 

 

 

X

X (13)

P

X

 

 

 

 

X

 

IM

Isle of Man

X

X (4)

X

 

 

X (13)

M

X

O

 

 

 

X

 

IN

L-Indja

 

 

 

 

O

X

P

O

X

 

 

 

X

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X (14)

X (15)

P

O

O

 

 

 

 

X

JE

Jersey

X

 

 

 

 

M

X

O

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

M

 

 

 

 

 

 

 

JP

Il-Ġappun

X

 

Δ

 

X

X (13)

M

X

X

 

 

 

Δ

X

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X (13)

P

 

 

 

 

 

 

 

KR

Ir-Repubblika tal-Korea

 

 

 

 

X

X

M

O

O

 

 

 

Δ

 

KZ

Il-Każakistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X (13)

Δ

M

O

O

 

 

 

X

X

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X (13)

P

X

X

 

 

 

X

 

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X (13)

P

X

X

 

 

 

X

X

MG

Il-Madagascar

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

X

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

X

X

X

 

X

X (13)

P

X

X

 

X

 

X

 

MM

Il-Myanmar/Burma

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

X

 

MN

Il-Mongolja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

MU

Mauritius

 

 

 

 

 

X (13)

P

O

O

 

 

 

Δ

 

MX

Il-Messiku

 

 

Δ

 

 

X

P

O

X

 

 

 

X

 

MY

Il-Malażja

 

 

 

 

Δ

X

P

O

O

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

X (14)

P

 

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X (4)

 

 

 

P

 

 

 

X

 

 

 

NC

New Caledonia

 

 

 

 

 

X (14)

 

 

 

 

X

X

 

NG

In-Niġerja

 

 

 

 

 

X (14)

P

 

 

 

 

 

 

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X (14)

P

 

 

 

 

 

X

 

NZ

New Zealand

X

X

O

 

O

X (13)

M

X

O

O

X

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

M

 

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

PK

Il-Pakistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

P

 

 

 

 

 

 

 

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

X

RS

Is-Serbja

X

X

X

X (7)

X

X (13)

P

X

X

X

X

 

X

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

O

P

X

X

 

 

X (8)

X

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

SG

Singapore

Δ

Δ

Δ

 

Δ

X

P

Δ

Δ

 

X (9)

X (9)

 

 

SM

San Marino

X

 

Δ

 

 

O

P

X

O

 

 

 

X

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SZ

L-Eswatini

X

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

 

TG

It-Togo

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

TH

It-Tajlandja

O

 

O

 

X

X

M

Δ

X

 

 

 

X

 

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

 

X (13)

M

 

 

 

 

 

 

X

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X (13)

M

X

X

 

 

 

X

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

P

O

X

 

 

 

X

 

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X (13)

M

X

X

X

 

 

X

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

US

L-Istati Uniti

X

X (10)

X

 

X

X

M

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X (13)

M

X

 

 

X

 

X

X

UZ

L-Użbekistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X (14)

P

O

O

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

M

O

O

 

 

 

X

 

WF

Wallis u Futuna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

XK

Il-Kosovo (11)

 

 

 

 

Δ

 

 

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

M

P

 

 

 

X

X (12)

 

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 


(1)  Lista ta’ pajjiżi terzi u t-territorji tagħhom (mhix limitata għall-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Unjoni).

(2)  Ħalib tal-ġemel biss.

(3)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-Amministrazzjoni tal-Istat ta’ Iżrael wara l-5 ta’ Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(4)  Speċijiet ovini biss.

(5)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(6)  Skont il-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(7)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin maħsubin għall-iskarnar (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(8)  Renni biss.

(9)  Biss għal kunsinni ta’ laħam frisk li joriġina minn New Zealand, destinat lejn l-Unjoni u li jinħatt, bil-ħżin jew mingħajru, f’Singapore u li jitgħabba mill-ġdid fi stabbiliment approvat matul it-tranżitu minn Singapore.

(10)  Speċijiet kaprini biss.

(11)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(12)  Ratiti biss.

(13)  Ħut bil-pinen u prodotti tal-ħut bil-pinen biss.

(14)  Krustaċji biss.

(15)  Prodotti tal-ħut bil-pinen biss (eż. bajd tal-ħut u kavjar).

(16)  L-akkwakultura tkopri l-ħut bil-pinen, fosthom is-sallur, u l-prodotti tal-ħut bil-pinen (bħall-bajd tal-ħut u l-kavjar), u l-krustaċji. Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness VIII għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar, ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati huma mmarkati b’“M” f’din il-kolonna.


ANNESS II

Fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, l-entrata għall-Armenja hija sostitwita b’dan li ġej:

“AM

L-Armenja

Ċkal ħaj, ipproċessat bis-sħana u ffriżat minn qabda salvaġġa biss.

Akkwakultura: ħut bil-pinen u prodotti tal-ħut bil-pinen (kavjar u bajd tal-ħut)”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/354/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Nahoru