This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R0139
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/139 of 16 January 2025 granting protection in the Union to the Appellation of Origin Valais / Wallis registered in the International Register of Appellations of Origin and Geographical Indications of the Geneva Act
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/139 tas-16 ta’ Jannar 2025 li jagħti protezzjoni fl-Unjoni lid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Valais/Wallis irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Att ta’ Ġinevra
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/139 tas-16 ta’ Jannar 2025 li jagħti protezzjoni fl-Unjoni lid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Valais/Wallis irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Att ta’ Ġinevra
C/2025/89
ĠU L, 2025/139, 24.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/139/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/139 |
24.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/139
tas-16 ta’ Jannar 2025
li jagħti protezzjoni fl-Unjoni lid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Valais/Wallis” irreġistrata fir-Reġistru Internazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Att ta’ Ġinevra
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Att ta’ Ġinevra, l-Awtoritajiet Kompetenti ta’ kull Parti Kontraenti għall-Att ta’ Ġinevra jistgħu jirreġistraw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika mal-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, li jirreġistraha fir-Reġistru Internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Att ta’ Ġinevra. F’konformità mal-Artikolu 9 tal-Att ta’ Ġinevra, il-Partijiet Kontraenti l-oħra għandhom jipproteġu denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati fis-sistema legali tagħhom stess soġġetti għal ċaħda, rinunzja, invalidazzjoni jew kanċellazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 6(4) tal-Att ta’ Ġinevra, fl-14 ta’ Marzu 2024, il-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali nnotifika lill-Kummissjoni li l-isem “Valais/Wallis”, użat mill-Iżvizzera, ġie rreġistrat bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini fir-Reġistru Internazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi skont l-Att ta’ Ġinevra. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2019/1753, ir-reġistrazzjoni internazzjonali tal-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Valais/Wallis” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) biex tkun tista’ tiġi ppreżentata oppożizzjoni possibbli. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/1753, il-Kummissjoni vvalutat ir-reġistrazzjoni internazzjonali tal-Indikazzjoni Ġeografika “Valais/Wallis” skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu u kkonkludiet li dawn huma ssodisfati. |
|
(5) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oppożizzjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1753, jenħtieġ li l-isem “Valais/Wallis” jiġi protett fl-Unjoni, f’konformità mal-Att ta’ Ġinevra. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità għall-prodotti agrikoli, l-inbid u x-xorb spirituż skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Valais/Wallis”, irreġistrat bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini fir-Reġistru Internazzjonali, għandu jkun protett fl-Unjoni.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tat-tip “Inbid”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 271, 24.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1753/oj.
(2) ĠU C, C/2024/2687, 12.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2687/oj.
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/139/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)