This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D2467
Council Decision (EU) 2025/2467 of 1 December 2025 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Regional Steering Committee of the Transport Community as regards the amendment of the Annex to the Financial Rules and Auditing Procedures applicable to the Transport Community, adopted pursuant to Decision No 2022/02 of the Regional Steering Committee of the Transport Community
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2467 tal-1 ta’ Diċembru 2025 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport fir-rigward tal-emenda tal-Anness tar-Regoli Finanzjarji u l-Proċeduri tal-Awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2467 tal-1 ta’ Diċembru 2025 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport fir-rigward tal-emenda tal-Anness tar-Regoli Finanzjarji u l-Proċeduri tal-Awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport
ST/15231/2025/INIT
ĠU L, 2025/2467, 8.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2467/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2467 |
8.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2467
tal-1 ta’ Diċembru 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport fir-rigward tal-emenda tal-Anness tar-Regoli Finanzjarji u l-Proċeduri tal-Awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 u l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1) (it-“TKT”) ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 (2). Huwa daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2019. |
|
(2) |
Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport stabbilit mit-TKT (il-“Kumitat ta’ Tmexxija”) ġie stabbilit sabiex jiżgura l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tat-TKT. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 30 tat-TKT, il-Kumitat tat-Tmexxija huwa kompetenti biex jistabbilixxi r-regoli tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport (is-“Segretarjat Permanenti”). Skont l-Artikolu 35 tat-TKT, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu s-setgħa li jadotta l-baġit tal-Komunità tat-Trasport u r-regoli ta’ governanza finanzjarja relatati. |
|
(4) |
Il-Kumitat tat-Tmexxija, matul il-laqgħa tiegħu li ser issir fl-4 ta’ Diċembru 2025, għandu jadotta deċiżjoni li temenda r-regoli li japplikaw għas-Segretarjat Permanenti meta jakkwista oġġetti, xogħlijiet jew servizzi f’ismu stess, kif stabbilit fl-Anness tar-Regoli Finanzjarji u l-Proċeduri tal-Awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar il-proċedura riveduta għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, applikabbli għall-Komunità tat-Trasport (id-“Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat tat-Tmexxija”). |
|
(5) |
Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija minħabba li d-deċiżjoni ta’ dak il-Kumitat ser ikollha effetti legali. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tal-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, peress li ser jissimplifika r-regoli attwali li jirregolaw l-akkwist mis-Segretarjat Permanenti ta’ ċerti oġġetti u servizzi sempliċi u ta’ valur baxx, li huwa meħtieġ għall-funzjonament xieraq kontinwu tas-Segretarjat Permanenti. |
|
(7) |
Għalhekk il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat ta’ Tmexxija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport stabbilit bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (il-“Kumitat ta’ Tmexxija”) rigward l-emenda tal-Anness tar-Regoli Finanzjarji u l-Proċeduri tal-Awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat ta’ Tmexxija, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Bidliet tekniċi minuri għall-pożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat ta’ Tmexxija mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/1937/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (ĠU L 71, 13.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/392/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 2025/… TAL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
ta’ …
li temenda l-Anness tar-Regoli Finanzjarji u l-Proċeduri tal-Awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport
IL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 35 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar il-proċedura riveduta għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, applikabbli għall-Komunità tat-Trasport,
Billi:
|
(1) |
L-Anness eżistenti tar-Regoli Finanzjarji u l-Proċeduri tal-Awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport ma jindirizzax b’mod espliċitu każijiet fejn dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-akkwist ta’ oġġetti, xogħlijiet jew servizzi jkunu assenti jew mhux speċifiċi. |
|
(2) |
Il-proċeduri ta’ akkwist għal ċerti oġġetti u servizzi sempliċi u ta’ valur baxx jeħtieġu qafas aktar sempliċi u effiċjenti biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva. |
|
(3) |
Huwa imperattiv li jissaħħaħ il-qafas tal-akkwist biex ikun hemm eżekuzzjoni aktar faċli tal-proċeduri tal-akkwist skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport filwaqt li jiġu żgurati l-kompetittività, it-trasparenza u t-trattament ugwali fil-proċess tal-akkwist, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regoli Finanzjarji u l-Proċeduri tal-Awditjar applikabbli għall-Komunità tat-Trasport, adottati skont id-Deċiżjoni Nru 2022/02 tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima 3, jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(2) |
tiżdied it-taqsima li ġejja: “5. Taqsima 4
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, fi … 2025
Għall-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali
Il-President
(1) ĠU UE L 278, 27.10.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/1937/oj.
(2) ĠU UE L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2467/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)