Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D2465

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2465 tal-24 ta’ Novembru 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċjali Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

ST/13081/2025/INIT

ĠU L, 2025/2465, 3.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2465/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2465/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2465

3.12.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2465

tal-24 ta’ Novembru 2025

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċjali Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Korea għal ftehim dwar id-dixxiplini tal-kummerċ diġitali.

(2)

Fl-10 ta’ Marzu 2025, in-negozjati għall-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (il-“Ftehim”) ġew konklużi b’suċċess mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat.

(4)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u ta opinjoni fit-3 ta’ Novembru 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Diġitali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (“il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LØKKE RASMUSSEN


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(2)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2465/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top