This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D2425
Commission Implementing Decision (EU) 2025/2425 of 2 December 2025 on the harmonisation of the 3800-4200 MHz frequency band for the shared use by terrestrial wireless broadband systems capable of providing local-area network connectivity in the Union (notified under document C(2025) 8146)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2425 tat-2 ta’ Diċembru 2025 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 3800–4200 MHz għall-użu kondiviż minn sistemi terrestri tal-broadband mingħajr fili li kapaċi jipprovdu konnettività tan-network ta’ żona lokali fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2025) 8146)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2425 tat-2 ta’ Diċembru 2025 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 3800–4200 MHz għall-użu kondiviż minn sistemi terrestri tal-broadband mingħajr fili li kapaċi jipprovdu konnettività tan-network ta’ żona lokali fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2025) 8146)
C/2025/8146
ĠU L, 2025/2425, 4.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2425/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2425 |
4.12.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2425
tat-2 ta’ Diċembru 2025
dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800–4 200 MHz għall-użu kondiviż minn sistemi terrestri tal-broadband mingħajr fili li kapaċi jipprovdu konnettività tan-network ta’ żona lokali fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2025) 8146)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800-4 200 MHz tista’ tippermetti l-użu ta’ sistemi terrestri tal-broadband mingħajr fili sabiex tiġi pprovduta konnettività tan-network ta’ żona lokali għal varjetà ta’ servizzi u ta’ applikazzjonijiet, abbażi tan-newtralità teknoloġika. Il-firxa wiesgħa ta’ każijiet ta’ użu lokali f’ambjenti industrijali u mhux industrijali differenti, kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra, se tibbenefika minn kundizzjonijiet tekniċi armonizzati. |
|
(2) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “5G għall-Ewropa: Pjan ta’ Azzjoni” (“Pjan ta’ azzjoni għall-5G”) (2) jistabbilixxi approċċ tal-Unjoni kkoordinat għall-iskjerament tas-servizzi tal-5G mill-2020 ’l hinn. Il-pjan ta’ azzjoni għall-5G jenfasizza l-5G bħala faċilitatur ewlieni tad-diġitalizzazzjoni tal-“industriji vertikali” (“vertikali”) (3). Tiddikjara wkoll li hija meħtieġa azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni, inkluż biex jiġi identifikat u armonizzat l-ispettru għall-5G, biex jiġu pprovduti mudelli tan-negozju u soluzzjonijiet innovattivi għal aċċess għall-ispettru b’liċenzja lokali. |
|
(3) |
Fil-pubblikazzjoni tiegħu “Opinion on 5G implementation challenges (RSPG 3rd opinion on 5G) (4)”, il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG, Radio Spectrum Policy Group) jikkonkludi li l-konnettività għall-“vertikali” tista’ tiġi pprovduta minn soluzzjonijiet tal-operaturi mobbli, mill-fornituri ta’ partijiet terzi u direttament mill-vertikali nfushom fil-baned armonizzati madwar l-Unjoni għas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew fi spettru dedikat għall-vertikali. L-RSPG jirrakkomanda li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll soluzzjonijiet oħra tal-ispettru inkluż spettru dedikat jew kondiviż għall-ħtiġijiet tan-negozju/settorjali li jistgħu ma jiġux issodisfati b’mod adegwat mill-operaturi mobbli. |
|
(4) |
Fl-“Opinion on additional spectrum needs and guidance on the fast rollout of future wireless broadband networks” (5) ippubblikata minnu, l-RSPG jirrikonoxxi wkoll li hemm domanda speċifika għall-ispettru tal-banda medja u jirrakkomanda li l-Istati Membri jinvestigaw l-użu possibbli tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz għal applikazzjonijiet lokali (jiġifieri potenza baxxa/medja), inklużi applikazzjonijiet vertikali filwaqt li jipproteġu s-satelliti u applikazzjonijiet u servizzi eżistenti oħra. |
|
(5) |
Il-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz tintuża madwar l-Unjoni għal servizzi satellitari li jinkludu komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja lejn stazzjonijiet satellitari tad-dinja fis-Servizz Satellitari Fiss (FSS, Fixed Satellite Service). Tintuża wkoll għall-komunikazzjonijiet terrestri fis-Servizz Fiss (FS, Fixed Service) inklużi kemm l-użi militari kif ukoll dawk ċivili. |
|
(6) |
Il-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 400 - 3 800 MHz ġiet armonizzata fl-Unjoni għal sistemi terrestri tal-broadband mingħajr fili li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE (6) u tirrappreżenta l-banda primarja għall-implimentazzjoni tal-5G fl-Unjoni. Huwa kruċjali li dawk is-sistemi jkunu protetti b’mod adegwat. |
|
(7) |
Il-banda ta’ frekwenzi ta’ 4 200 - 4 400 MHz hija globalment allokata lis-Servizz tan-Navigazzjoni tar-Radju Ajrunawtiku (ARNS, Aeronautical Radio Navigation Service) u tintuża minn altimetri tar-radju installati abbord inġenji tal-ajru. L-altimetri tar-radju jintużaw fuq tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru, inklużi l-ajruplani tal-passiġġieri u tal-merkanzija, u l-ħelikopters. Dawn jipprovdu kejl preċiż tal-għoli kritiku għal diversi funzjonijiet tas-sikurezza fl-avjazzjoni, inkluż l-inżul l-art awtomatizzat, is-Sistemi ta’ Twissija ta’ Qrubija lejn l-Art, is-Sistemi ta’ Twissija u ta’ Għarfien tat-Terren u l-evitar ta’ kolliżjonijiet, u jenħtieġ li jiġu protetti. |
|
(8) |
Barra minn hekk, xi stazzjonijiet tal-Interferometrija b’Bażi Twila Ħafna (VLBI, Very-long-baseline Interferometry) u tas-Sistema Globali ta’ Osservazzjoni (VGOS, VLBI Global Observing System) huma installati f’xi Stati Membri bħala parti mill-Proġett Ewropew tal-Infrastruttura Kritika Galileo, u għandhom riċevituri passivi sensittivi ħafna. Fil-preżent, dawn l-operazzjonijiet tal-osservatorju ma jibbenefikawx minn allokazzjoni tar-radjuastronomija fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz. Madankollu, jentħieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi prattikabbli kollha biex jipproteġuhom minn interferenza dannuża. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT, Conférence européenne des administrations des postes et des télécommunications) biex jiġu żviluppati kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu kondiviż tal-banda ta’ frekwenzi 3 800 - 4 200 MHz għal sistemi terrestri tal-broadband mingħajr fili li jipprovdu konnettività tan-network ta’ żona lokali fl-Unjoni. |
|
(10) |
Bi tweġiba għal dak il-mandat, fit-8 ta’ Novembru 2024, is-CEPT ħarġet ir-Rapport 88 (7) (“ir-Rapport CEPT”). Dan jispeċifika l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati l-inqas restrittivi għall-użu kondiviż tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz għal sistemi terrestri tal-broadband mingħajr fili b’potenza baxxa u medja (“sistemi WBB LMP”, Low- and Medium-Power Terrestrial Wireless Broadband) għall-forniment ta’ konnettività ta’ network ta’ żona lokali. Dawk il-kundizzjonijiet huma bbażati fuq ir-riżultati tar-rapporti 358 (8) u 362 (9) tal-Kumitat tal-Komunikazzjoni Elettronika (ECC,Electronic Communications Committee). |
|
(11) |
Il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti fir-Rapport Nru 88 tas-CEPT jiżguraw in-newtralità teknoloġika għat-tħaddim tas-sistemi tad-WBB LMP, inklużi t-teknoloġiji tat-3rd Generation Partnership Project (3GPP) u tad-Digital Enhanced Cordless Telecommunications (DECT)-2020 New Radio (NR). Dawn jippermettu t-tħaddim mhux sinkronizzat ta’ stazzjonijiet bażi tal-potenza medja kemm b’sistemi ta’ antenna attiva (AAS, Active Antenna Systems) kif ukoll b’sistemi ta’ antenna mhux attiva, u stazzjonijiet bażi ta’ potenza baxxa b’sistemi ta’ antenna mhux attiva. Meta jkun neċessarju għall-ġestjoni tal-koeżistenza bejn sistemi differenti tad-WBB LMP fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni nazzjonali u, potenzjalment, transfruntiera. |
|
(12) |
Il-banda tista’ tiġi aċċessata jekk jintużaw tekniki biex jiġi aċċessat l-ispettru u biex tiġi mmitigata l-interferenza li jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni tar-riċevitur biex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Jekk it-tekniki rilevanti jkunu deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mad-Direttiva 2014/53/UE, mill-anqas għandha tkun żgurata prestazzjoni ekwivalenti għal-livell tal-prestazzjoni assoċjat ma’ dawk it-tekniki. |
|
(13) |
Il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati u l-gwida rilevanti stabbiliti fir-Rapport Nru 88 tas-CEPT jindirizzaw il-protezzjoni u l-iżvilupp fit-tul tal-utenti eżistenti li jikkondividu l-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz, b’mod partikolari l-istazzjonijiet terrestri bis-satellita riċeventi u l-konnessjonijiet terrestri fissi. Huma jindirizzaw ukoll il-protezzjoni ta’ sistemi terrestri tal-broadband mingħajr fili li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika taħt it-3 800 MHz u altimetri tar-radju li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 4 200 – 4 400 MHz. Il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati huma bbażati fuq is-suppożizzjoni ta’ reġim ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali, fejn il-postijiet tan-networks WBB LMP jew tal-istazzjonijiet bażi, il-konnessjonijiet fissi fl-FS, u l-istazzjonijiet terrestri satellitari riċeventi fl-FSS huma magħrufa. |
|
(14) |
L-użu kondiviż bejn is-sistemi WBB LMP, minn naħa waħda, u s-sistemi tal-FSS jew tal-FS, min-naħa l-oħra, fi ħdan il-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 – 4 200 MHz huwa fattibbli fuq bażi ta’ każ b’każ. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sistemi tal-FSS eżistenti taħt it-3 800 MHz, u tas-sistemi eżistenti u futuri tal-FSS u tal-FS fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ippjanar bir-reqqa tas-sistemi WBB LMP u analiżi każ b’każ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll l-applikazzjoni ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni xierqa, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll - meta jkun neċessarju minħabba distanzi kbar ta’ separazzjoni - permezz ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali ta’ koordinazzjoni transfruntiera. L-użu tal-banda ta’ 3 800 - 4 200 MHz għas-sistemi tal-FSS u tal-FS awtorizzati bħalissa fis-suq fl-Istati Membri jibqa’ soġġett għal deċiżjonijiet nazzjonali. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-mod kif l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu ta’ din il-banda għas-sistemi tal-FSS u tal-FS. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni tal-altimetri tar-radju li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 4 200 – 4 400 MHz mis-sistemi WBB LMP li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 – 4 200 MHz, abbażi tar-riżultati stabbiliti fir-Rapport 362 tal-ECC u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura tal-avjazzjoni li tista’ tittieħed mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA, European Aviation Safety Agency). Jenħtieġ li fil-livell nazzjonali tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tal-altimetri tar-radju, mill-istazzjonijiet bażi tal-AAS ta’ potenza medja li jinsabu qrib ħafna tal-ajruporti, inkluż fiż-żoni tal-fruntiera, u li joperaw fis-sottobanda ta’ frekwenzi ta’ 4 100 – 4 200 MHz. |
|
(16) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni tas-sistemi terrestri li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika (ECS, Electronic Communications Services) tad-WBB fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 400 - 3 800 MHz, inkluż, kif xieraq, permezz ta’ koordinazzjoni transfruntiera, tħaddim sinkronizzat tan-networks, limiti tad-densità tal-fluss tal-enerġija, distanzi ta’ separazzjoni u/jew rekwiżiti ta’ separazzjoni tal-frekwenza. |
|
(17) |
Minħabba li r-Rapport 88 tas-CEPT ma eżaminax l-użu tas-sistemi WBB LMP fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz għall-konnettività mal-istazzjonijiet terminali tal-ajru, din id-Deċiżjoni ma tipprevedix kundizzjonijiet tekniċi u operazzjonali armonizzati għall-użu tal-istazzjonijiet terminali tal-ajru. F’konformità mal-qafas legali eżistenti, l-Istati Membri huma intitolati li jirrestrinġu l-użu ta’ stazzjonijiet terminali tal-ajru f’din il-banda ta’ frekwenzi, soġġett għal kwalunkwe kundizzjoni armonizzata li ssir disponibbli fil-livell tal-Unjoni fil-futur. |
|
(18) |
Huwa essenzjali li tiġi żgurata l-koeżistenza bejn is-sistemi WBB LMP kif ukoll bejn is-sistemi WBB LMP u servizzi stabbiliti oħra bħall-altimetri tar-radju. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jirreferu wkoll għal kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-ECC, għal azzjoni fil-livelli nazzjonali jew bilaterali/multilaterali (11). |
|
(19) |
Il-kunċett “tal-għażla u tat-tqegħid għad-dispożizzjoni” tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 – 4 200 MHz fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni jirreferi għall-passi li ġejjin: (i) l-adattament tal-qafas legali nazzjonali dwar l-allokazzjoni tal-frekwenzi biex jiġi inkluż l-użu maħsub ta’ din il-banda taħt il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti f’din id-Deċiżjoni; (ii) il-bidu tal-miżuri neċessarji kollha sabiex tiġi żgurata l-koeżistenza mal-użu eżistenti f’din il-banda, sa fejn ikun neċessarju; u (iii) il-bidu tal-miżuri xierqa, appoġġati mit-tnedija ta’ proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati meta xieraq, sabiex ikun permess l-użu ta’ din il-banda f’konformità mal-qafas legali applikabbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(20) |
Jistgħu jkunu neċessarji ftehimiet ta’ koordinazzjoni transfruntiera fost l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, sabiex tiġi evitata interferenza dannuża u biex jittejbu l-effiċjenza tal-ispettru u l-konverġenza fl-użu tal-ispettru. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri potenzjali tal-avjazzjoni mill-EASA, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ECC biex jiżguraw il-protezzjoni koerenti tal-altimetri tar-radju li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 4 200 - 4 400 MHz bejn il-fruntieri. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-EASA, ħejjiet pjan direzzjonali mhux vinkolanti tal-UE biex tiġi żgurata l-eżistenza sikura bejn in-networks mobbli u l-altimetri tar-radju tal-inġenji tal-ajru fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 3 400 - 4 400 MHz (12). |
|
(21) |
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jawtorizzaw l-użu tal-ispettru fit-territorju tagħhom, ir-rieżami futur tal-użu tal-ispettru skont din id-Deċiżjoni jiġi ffaċilitat permezz tal-użu konverġenti ta’ porzjonijiet konsistenti tal-ispettru madwar l-UE, bħall-bidu mill-parti ta’ fuq tal-banda. Kwalunkwe mod koordinat ta’ użu tal-ispettru madwar l-UE jista’ jiġi investigat aktar. Skont ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni applikat għall-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800–4 200 MHz, jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa li jiġu imposti kundizzjonijiet tekniċi addizzjonali, sabiex tiġi żgurata l-koeżistenza xierqa bejn is-sistemi WBB LMP u bejn is-sistemi WBB LMP u servizzi oħra f’dik il-banda ta’ frekwenzi u f’baned kontigwi. |
|
(22) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari l-introduzzjoni u l-iżvilupp gradwali tas-sistemi WBB LMP fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 – 4 200 MHz u kwalunkwe problema ta’ koeżistenza, biex jgħinu fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha fil-livell tal-Unjoni u l-adegwatezza tal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata tas-servizzi eżistenti, kif ukoll ir-rieżami f’waqtha tagħha. |
|
(23) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għad-disponibbiltà u għall-użu kondiviż effiċjenti tal-banda ta’ frekwenzi 3 800 – 4 200 MHz, għal sistemi tal-broadband terrestri mingħajr fili b’potenza baxxa u medja (WBB LMP) li kapaċi jipprovdu konnettività tan-network ta’ żona lokali fl-Unjoni.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
|
|
“altimetru tar-radju” tfisser sistema tar-radar għall-kalkolu tad-distanzi li tħares ’l isfel li tkejjel l-għoli ta’ inġenju tal-ajru mill-art u mill-ostakli bi grad għoli ta’ akkuratezza, ta’ integrità, u ta’ disponibbiltà, matul il-fażijiet kollha tat-titjira. |
Artikolu 3
Sat-30 ta’ Settembru 2026, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli fuq bażi mhux esklużiva l-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 – 4 200 MHz għas-sistemi WBB LMP f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati rilevanti stabbiliti fl-Anness, li s-sistemi WBB LMP jipproteġu b’mod xieraq:
|
(a) |
l-istazzjonijiet tad-Dinja fis-Servizz Satellitari Fiss (FSS) għall-komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja awtorizzati sabiex joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz madwar l-Unjoni u taħt it-3 800 MHz; |
|
(b) |
is-sistemi fis-Servizz Fiss (FS) li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz; |
|
(c) |
is-sistemi terrestri li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili (WBB ECS) fi ħdan il-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 400 - 3 800 MHz; |
|
(d) |
l-altimetri tar-radju fis-servizz tan-navigazzjoni ajrunawtika (ARNS, Aeronautical Navigation Service) li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 4 200 – 4 400 MHz; |
|
(e) |
l-istazzjonijiet tas-Sistema Globali ta’ Osservazzjoni VLBI fit-territorju tal-Unjoni, meta jkun neċessarju u b’kunsiderazzjoni tal-istatus regolatorju tagħhom. |
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ftehimiet ta’ koordinazzjoni transfruntiera biex jippermettu t-tħaddim tad-WBB LMP, u wkoll f’konformità mal-Artikolu 4, filwaqt li jqisu l-proċeduri u d-drittijiet regolatorji eżistenti, u l-ftehimiet internazzjonali rilevanti.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 - 4 200 MHz, inkluża l-eżistenza konġunta bejn is-sistemi WBB LMP u sistemi oħra msemmija fl-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni fuq talba jew fuq inizjattiva tagħhom stess.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Henna VIRKKUNEN
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/676(1)/oj.
(2) COM(2016) 588 final.
(3) Bħat-trasport, il-loġistika, il-karozzi, is-saħħa, l-enerġija, il-fabbriki intelliġenti, il-media u d-divertiment.
(4) Id-dokument RSPG19-007 final tat-30 ta’ Jannar 2019, Strategic Spectrum Roadmap Towards 5G for Europe: RSPG opinion on 5G implementation challenges (RSPG 3rd opinion on 5G).
(5) Id-Dokument RSPG 21-024 final tas-16 ta’ Ġunju 2021, RSPG opinion on additional spectrum needs and guidance on the fast rollout of future wireless broadband networks.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 144, 4.6.2008, p. 77, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/411/oj).
(7) Ir-Rapport CEPT 88: “Report from CEPT to the European Commission in response to the Mandate on shared use of the 3 800-4 200 MHz frequency band by low/medium power terrestrial wireless broadband systems (WBB LMP) providing local-area network connectivity”.
(8) Ir-Rapport ECC 358: “In-band and adjacent bands sharing studies to assess the feasibility of the shared use of the 3,8-4,2 GHz frequency band by terrestrial wireless broadband systems providing local-area (i.e. low/medium power) network connectivity”, approvat f’Ġunju 2024.
(9) Ir-Rapport ECC 362: “Compatibility between mobile or fixed communications networks (MFCN) operating in 3 400-3 800 MHz and wireless broadband systems in low/medium power (WBB LMP) operating in the frequency band 3 800-4 200 MHz with Radio Altimeters (RA) operating in 4200-4400 MHz”, approvat f’Novembru 2024.
(10) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/53/oj).
(11) Dan jirreferi għax-xenarji ta’ koeżistenza li ġejjin: Sistemi WBB LMP u stazzjonijiet terrestri riċeventi tal-FSS, sistemi WBB LMP u konnessjonijiet tal-FS, sistemi WBB LMP u WBB ECS fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 400 - 3 800 MHz, sistemi WBB LMP u altimetri tar-radju fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 4 200 - 4 400 MHz.
(12) Il-Kummissjoni Ewropea, EU Roadmap for ensuring safe coexistence between mobile networks and aircraft radio altimeters within the frequency range 3 400–4 400 MHz in the Union, il-Verżjoni 2 tat-8 ta’ April 2025.
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 4
1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Sistemi ta’ antenna attiva (AAS, Active Antenna System) tfisser stazzjon bażi terrestri tal-broadband mingħajr fili b’potenza baxxa u medja (WBB LMP, Low- and Medium-Power Terrestrial Wireless Broadband) u sistema ta’ antenna li fiha l-amplitudni u/jew il-fażi bejn l-elementi tal-antenna jiġu aġġustati kontinwament, u b’hekk jinħoloq xejra tal-antenna li tvarja b’rispons għall-bidliet ta’ terminu qasir fl-ambjent tar-radju. Dan huwa maħsub biex jeskludi l-iffurmar ta’ raġġi fit-tul bħall-inklinazzjoni elettrika fissa dixxendenti (1).
Funzjonament sinkronizzat tfisser il-funzjonament ta’ żewġ netwerks tad-dupleks tad-diviżjoni tal-ħin (TDD) jew aktar differenti, fejn ma jseħħux trażmissjonijiet axxendenti (uplink - UL) u dixxendenti (downlink - DL) simultanji, jiġifieri f’mument partikolari tal-ħin in-netwerks kollha jkunu qed jittrażmettu b’mod dixxendenti jew in-netwerks kollha jkunu qed jittrażmettu b’mod axxendenti. Dan jeħtieġ l-allinjament tat-trażmissjonijiet DL u UL kollha għan-networks TDD kollha involuti kif ukoll is-sinkronizzazzjoni tal-bidu tal-frame fost in-networks kollha (2).
Operat mhux sinkronizzat tfisser l-operat ta’ żewġ networks TDD differenti jew iktar, fejn fi kwalunkwe mument partikolari, minn tal-inqas network wieħed jittrażmetti b’mod DL filwaqt li minn tal-inqas network wieħed jittrażmetti b’mod UL. Dan jista’ jseħħ jekk in-networks TDD jew ma jallinjawx it-trażmissjonijiet DL u UL kollha jew inkella ma jissinkronizzawx fil-bidu tal-frame (3).
Operat semisinkronizzat tfisser l-operat ta’ żewġ networks TDD differenti jew iktar, fejn parti mill-frame tkun konsistenti mal-operat sinkronizzat, filwaqt li l-kumplament tal-frame jkun konsistenti mal-operat mhux sinkronizzat. Dan jeħtieġ l-adozzjoni ta’ struttura tal-frame għan-networks TDD kollha involuti, inklużi slottijiet fejn id-direzzjoni UL/DL ma tkunx speċifikata, kif ukoll is-sinkronizzazzjoni tal-bidu tal-frame fost in-networks kollha.
Potenza rradjata iżotropikament ekwivalenti (EIRP, Equivalent Isotropically Radiated Power) hija l-multiplikazzjoni tal-potenza fornuta lill-antenna u l-gwadann tal-antenna f’direzzjoni partikolari relattiva għal antenna iżotropika (gwadann assolut jew iżotropiku)
Il-potenza radjata totali (TRP, Total Radiated Power) hija unità ta’ kejl tal-ammont ta’ potenza rradjata minn antenna kompożita. Din hija daqs l-input tal-potenza kondotta totali fis-sistema tal-array tal-antenna wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe telf fis-sistema tal-array tal-antenna. TRP tfisser il-parti integrali tal-potenza trażmessa f’direzzjonijiet differenti tul l-isfera sħiħa tar-radjazzjoni kif muri fil-formula:
fejn P(θ,φ) hija l-potenza rradjata minn sistema tal-array ta’ antenna fid-direzzjoni (θ,φ) mogħtija bil-formula:
fejn PTx tirrappreżenta l-potenza kondotta (imkejla f’Watts), li tiddaħħal fis-sistema tal-array, u g(θ,φ) tirrappreżenta l-gwadann direzzjonali tas-sistema tal-array tul id-direzzjoni (θ, φ).
2. Parametri Ġenerali
Fi ħdan il-medda ta’ frekwenzi ta’ 3 800–4 200 MHz:
|
(1) |
il-modalità dupleks tal-operat għandha tkun dupleks tad-diviżjoni tal-ħin (TDD); |
|
(2) |
id-daqsijiet tal-blokok allokati (jew “kanali”) għandhom ikunu f’multipli ta’ 5 MHz (Illustrazzjoni 1); |
|
(3) |
il-limitu aktar inferjuri tal-frekwenza ta’ blokka allokata għandu jiġi allinjat jew spazjat f’multipli ta’ 5 MHz mit-tarf inferjuri tal-medda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 MHz; |
|
(4) |
jistgħu jingħaqdu diversi blokok kontigwi ta’ 5 MHz biex jinkiseb kanal usa’; |
|
(5) |
it-trażmissjoni tal-istazzjonijiet bażi u tal-istazzjonijiet terminali għandha tkun f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi speċifikati fit-Taqsima 3 u fit-Taqsima 4, rispettivament. |
Illustrazzjoni 1
Arranġament tal-frekwenzi ta’ 3 800–4 200 MHz
3. Kundizzjonijiet tekniċi għall-istazzjonijiet bażi
It-Tabella 1 tiddefinixxi l-EIRP massima fi ħdan blokka allokata (“EIRP fil-blokka”) għal kull ċellola għall-istazzjonijiet bażi tad-WBB LMP li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800–4 200 MHz.
Tabella 1
L-EIRP massima fil-blokka għal kull ċellola għall-istazzjonijiet bażi tad-WBB LMP li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800 –4 200 MHz
|
Tip ta’ stazzjon bażi |
EIRP għal kull ċellola (Nota 1 u Nota 2) |
||||
|
Stazzjon bażi ta’ potenza baxxa |
≤ 24 dBm/kanal għal BW ≤ 20 MHz ≤ 18 dBm/5MHz għal BW > 20 MHz |
||||
|
Stazzjon bażi ta’ potenza medja |
≤ 44 dBm/kanal għal BW ≤ 20 MHz ≤ 38 dBm/5MHz għal BW > 20 MHz |
||||
|
|||||
Noti ta’ spjegazzjoni għat-Tabella 1: għall-protezzjoni ta’ sistemi terrestri li jipprovdu WBB ECS li joperaw taħt it-3 800 MHz, tista’ tkun meħtieġa koordinazzjoni fil-livell nazzjonali u/jew transfruntier (4).
It-Tabella 2 tiddefinixxi l-livelli ta’ emissjonijiet mhux mixtieqa massimi għall-istazzjonijiet bażi tad-WBB LMP ta’ aktar minn 4 200 MHz. Dawn il-livelli jipprovdu protezzjoni ġenerali tal-altimetri tar-radju (5) li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 4 200–4 400 MHz. Għall-istazzjonijiet bażi ta’ potenza medja tad-WBB b’AAS li joperaw fil-banda ta’ frekwenza ta’ 4 100–4 200 MHz, li jiġu implimentati qrib ħafna ta’ dawk l-ajruporti li jappoġġaw il-proċeduri ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni, tista’ tkun meħtieġa koordinazzjoni fil-livell nazzjonali (6).
Tabella 2
Il-livelli ta’ emissjonijiet mhux mixtieqa massimi ’l fuq minn 4 200 MHz għall-istazzjonijiet bażi tad-WBB LMP
|
Medda tal-frekwenza |
Stazzjon bażi ta’ sistemi ta’ antenna mhux attiva Limitu tal-EIRP [dBm/5MHz għal kull ċellola] (Nota 1) |
Stazzjon bażi ta’ potenza medja tal-AAS Limitu ta’ TRP [dBm/5MHz għal kull ċellola] |
||
|
4 200 –4 205 MHz |
11 |
1 |
||
|
4 205 –4 240 MHz |
8 |
– 3 |
||
|
||||
Nota ta’ spjegazzjoni għat-Tabella 2: Il-qasam spurju f’dawk il-kundizzjonijiet tekniċi għal stazzjon bażi li jopera fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 3 800–4 200 MHz jibda f’livell ta’ 40 MHz mit-tarf tal-banda u l-limiti tal-emissjonijiet spurji korrispondenti huma stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 74-01 tal-ERC (7).
4. Rekwiżiti fil-blokka tal-Istazzjonijiet tat-Terminal
Potenza massima tal-istazzjon tat-terminal tad-WBB LMP: TRP ta’ 28 dBm (inkluża tolleranza ta’ 2 dB).
Għal stazzjonijiet tat-terminals fissi, jista’ jiġi stabbilit limitu tal-EIRP fil-blokka fil-livell nazzjonali, dment li jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ protezzjoni tas-servizzi inkombenti fil-banda u kontigwi u l-obbligi transfruntiera.
Il-kontroll tal-potenza tat-trażmissjoni huwa obbligatorju u għandu jiġi attivat.
(1) Sistemi ta’ antenna mhux attiva tirreferi għat-trażmettituri tal-istazzjon bażi tad-WBB LMP li jużaw antenna passiva b’xejra ta’ antenna fissa. Jista’ jkun possibbli li tiġi applikata direzzjoni elettrika tar-raġġ fit-tul għal sistemi ta’ antenna mhux attiva, iżda sistemi ta’ antenna mhux attiva ma jistgħux iwieġbu għal bidliet ta’ terminu qasir fl-ambjent tar-radju.
(2) Jiġifieri referenza komuni tal-arloġġ tal-fażi.
(3) Jiġifieri l-ebda referenza komuni tal-arloġġ tal-fażi.
(4) Eżempji ta’ koordinazzjoni jistgħu jinkludu s-separazzjoni ġeografika/tal-frekwenzi, id-definizzjoni ta’ livell massimu ta’ potenza permess (pfd) fil-fruntiera taż-żona liċenzjata għad-WBB LMP, l-operat sinkronizzat, il-każijiet sekondarji speċifiċi ta’ operat semisinsinkronizzat li jippermettu biss modifiki minn downlink għal uplink għan-network tad-WBB LMP meta mqabbla mal-istruttura tal-frame tad-WBB ECS u/jew id-definizzjoni tal-emissjonijiet mhux mixtieqa massimi taħt it-3 800 MHz skont il-post tad-WBB LMP fir-rigward tad-WBB ECS.
(5) Dan jinkludi altimetri tar-radju installati f’ajruplani kummerċjali kbar u f’inġenji tal-ajru reġjonali, li jikkostitwixxu l-maġġoranza l-kbira ta’ altimetri tar-radju li qed joperaw.
(6) Eżempji ta’ koordinazzjoni ma jistgħu jinkludu l-ebda implimentazzjoni ta’ stazzjon bażi ta’ potenza medja tal-AAS eqreb minn 1 200 m mil-livell limitu tar-runway u 40 m lateralment mit-tarf tar-runway, jew stazzjonijiet bażi ta’ potenza medja tal-AAS f’konformità mal-livelli ta’ emissjoni li jissodisfaw il-limitu ta’ emissjoni spurju bejn l-4 200 u l-4 240 MHz.
(7) Ir-Rakkomandazzjoni 74-01 tal-ERC “Unwanted emissions in the spurious domain”, aġġornata l-aħħar fl-1 ta’ Ottubru 2021.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2425/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)