This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D1997
Council Decision (EU) 2025/1997 of 25 September 2025 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Joint Committee established by the Agreement between the European Union and Ukraine on the carriage of freight by road as regards the continuation of the Agreement
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1997 tal-25 ta’ Settembru 2025 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1997 tal-25 ta’ Settembru 2025 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim
ST/12859/2025/INIT
ĠU L, 2025/1997, 1.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1997/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1997 |
1.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1997
tal-25 ta’ Settembru 2025
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat mill-Unjoni fid-29 ta’ Ġunju 2022, u ilu jiġi applikat b’mod proviżorju minn dik id-data, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1158 (2). Daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2022. |
|
(2) |
L-Artikolu 7(1) tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt biex jissorvelja u jimmonitorja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u jirrieżamina perjodikament il-funzjonament tal-Ftehim fid-dawl tal-objettivi tiegħu. Skont l-Artikolu 7(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt irid jitlaqqa’ mhux aktar tard minn 3 xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim sabiex jivvaluta u jiddeċiedi dwar il-ħtieġa tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Konġunt (3) tawlet id-durata tal-Ftehim sat-30 ta’ Ġunju 2024. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Ġunju 2024, ġie ffirmat mill-Unjoni l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-Ftehim (4) (il-“Ftehim Emendatorju”), u huwa ilu jiġi applikat b’mod proviżorju minn dakinhar, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1876 (5). Il-Ftehim Emendatorju tawwal id-durata tal-Ftehim sat-30 ta’ Ġunju 2025, b’tiġdid taċitu għal perjodu wieħed ta’ 6 xhur. Il-Ftehim ġie mġedded b’mod taċitu sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(5) |
Sabiex kemm l-Unjoni kif ukoll l-Ukrajna jkomplu jibbenefikaw mill-effetti pożittivi tal-Ftehim, billi jiffaċilitaw it-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn l-Unjoni u l-Ukrajna u minn ġo fihom u jappoġġaw il-funzjonament effettiv tal-Korsiji ta’ Solidarjetà fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Ftehim jenħtieġ li jitkompla sal-31 ta’ Marzu 2027. |
|
(6) |
Il-Kumitat Konġunt, matul il-laqgħa li jmiss tiegħu, irid jadotta deċiżjoni dwar il-ħtieġa ta’ kontinwazzjoni ulterjuri tal-Ftehim. Dik id-deċiżjoni ser tkun vinkolanti għall-Unjoni. |
|
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim. |
|
(8) |
Minħabba t-tħassib u l-inċertezzi mqajma minn xi Stati Membri dwar l-impatt negattiv tal-Ftehim, il-Kummissjoni ser tniedi studju dwar l-impatt tal-Ftehim fuq l-industrija tat-trasport bit-triq li ser jeżamina wkoll it-tħassib dwar is-sikurezza fit-toroq, fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali. |
|
(9) |
Jenħtieġ li kwalunkwe kontinwazzjoni ulterjuri tal-Ftehim tkun soġġetta għal progress sodisfaċenti li sar fl-allinjament tal-leġiżlazzjoni Ukrena mal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li għadu ma ġiex traspost u jenħtieġ li jitqiesu r-riżultati tal-istudju dwar l-impatt tal-Ftehim fuq l-industrija tat-trasport bit-triq. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar il-trasport tal-merkanzija bit-triq (“il-Ftehim”), fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu fuq bidliet minuri fl-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L 179, 6.7.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2022/1158/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1158 tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 179, 6.7.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1158/oj).
(3) ĠU L 123, 8.5.2023, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/929/oj.
(4) ĠU L, 2024/1878, 2.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/1878/oj.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1876 tal-20 ta’ Ġunju 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq tad-29 ta’ Ġunju 2022 (ĠU L, 2024/1876, 2.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1876/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU 3/2025 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-UKRAJNA DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIT-TRIQ
ta' …
fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (il-“Ftehim”) tawlet il-Ftehim sat-30 ta' Ġunju 2024. Fl-20 ta’ Ġunju 2024, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq tad-29 ta’ Ġunju 2022 (2) immodifika u estenda b’mod ulterjuri l-Ftehim sat-30 ta' Ġunju 2025, b'tiġdid taċitu għal perjodu ieħor ta' 6 xhur. Il-Ftehim ġie mġedded b’mod taċitu sal-31 ta' Diċembru 2025. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt irid jitlaqqa' mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim, sabiex jivvaluta u jiddeċiedi dwar il-ħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-Ftehim. |
|
(3) |
L-Unjoni u l-Ukrajna jkomplu jibbenefikaw mill-effetti pożittivi tal-Ftehim, billi jiffaċilitaw it-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn l-Unjoni u l-Ukrajna u minn ġo fihom. Il-Ftehim sar appoġġ essenzjali għall-funzjonament effettiv tal-Korsiji ta' Solidarjetà. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-kontinwazzjoni tal-Ftehim tinftiehem ukoll bħala kontribut għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna lil hinn mill-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. |
|
(5) |
Għalhekk jixraq li l-Ftehim jitkompla sal-31 ta' Marzu 2027. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni Ewropea ser tniedi studju dwar l-impatt tal-Ftehim fuq l-industrija tat-trasport bit-triq li ser jeżamina wkoll it-tħassib dwar is-sikurezza fit-toroq, fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, li għandu jingħata sat-30 ta' Novembru 2026. |
|
(7) |
Jenħtieġ li kwalunkwe kontinwazzjoni ulterjuri tkun soġġetta għal progress sodisfaċenti li sar fir-rigward tal-allinjament tal-leġiżlazzjoni Ukrena mal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija bit-triq sat-30 ta' Novembru 2026. L-allinjament tal-leġiżlazzjoni Ukrena jenħtieġ li jiffaċilita l-funzjonament xieraq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont dan il-Ftehim u jenħtieġ li jitwettaq fil-kuntest tan-negozjati tal-adeżjoni attwali li bdew fl-14 ta' Diċembru 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontinwazzjoni tal-Ftehim
1. Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq hu b'dan jitkompla sal-31 ta' Marzu 2027.
2. Kwalunkwe estensjoni ulterjuri jenħtieġ li tkun soġġetta għall-progress sodisfaċenti li jkun sar fir-rigward tal-allinjament tal-leġiżlazzjoni Ukrena mal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija bit-triq kif stipulat fl-Appendiċi ta' din id-deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
(1) ĠU UE L 179, 6.7.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2022/1158/oj.
(2) ĠU UE L, 2024/1878, 2.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/1878/oj.
Appendiċi
Deċiżjoni Nru 3/2025 tal-Kumitat Konġunt
stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq
ta' …
fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim
|
Acquis tal-UE li għandu jiġi traspost mill-Ukrajna (UA) (*1) |
Bażi legali tal-UE |
Implimentazzjoni legali |
Kummenti |
|
Stabbiliment ta' reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-UE |
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE |
Leġiżlazzjoni tal-UA Deċiżjoni possibbli tal-Kumitat Konġunt dwar ksur maġġuri |
|
|
Kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżit tal-istabbiliment |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 |
Leġiżlazzjoni tal-UA |
|
|
Kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti ta' reputazzjoni tajba |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 |
Leġiżlazzjoni tal-UA |
|
|
Vetturi ġodda rreġistrati fl-Ukrajna mill-1 ta' Lulju 2026 u li joperaw skont il-Ftehim, iridu jkunu mgħammra b'takografu intelliġenti v2 |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 |
Leġiżlazzjoni tal-UA Deċiżjoni possibbli tal-Kumitat Konġunt |
Id-Deċiżjoni 2/2025 tal-Kumitat Konġunt diġà tittrasponi l-biċċa l-kbira tal-acquis tat-takografi |
|
Modifika retroattiva tat-takografu intelliġenti v2 tal-flotta Ukrena li topera skont il-Ftehim u li ma hijiex soġġetta għar-rekwiżit preċedenti |
L-Artikolu 3(4) u 3(4a) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 |
Leġiżlazzjoni tal-UA |
Id-Deċiżjoni 2/2025 tal-Kumitat Konġunt diġà tittrasponi l-biċċa l-kbira tal-acquis tat-takografi. Id-disponibbiltà u l-kapaċità tas-sessjonijiet ta' ħidma u t-taħriġ tal-persunal ser jitqiesu fil-valutazzjoni ta' din il-miżura |
|
Allinjament mad-dispożizzjonijiet tal-UE dwar il-ħinijiet tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta' mistrieħ |
L-Artikoli 6 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 kif emendat bir-Regolament (UE) 2020/1054 |
Leġiżlazzjoni tal-UA |
Din ma għandhiex tinkludi l-konnessjoni mal-modulu soċjali tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) |
|
Allinjament mad-dispożizzjonijiet tal-UE rigward il-ħinijiet tax-xogħol |
Id-Direttiva 2002/15/KE |
Leġiżlazzjoni tal-UA |
Din ma għandhiex tinkludi l-konnessjoni mal-modulu soċjali tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) |
(*1) Għall-fini tal-valutazzjoni tal-progress, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Grupp ta' Ħidma Ad hoc stabbilit bl-Artikolu 7A tal-Ftehim:
|
— |
rapport inizjali dwar l-istatus tal-implimentazzjoni sat-30 ta' Jannar 2026; |
|
— |
valutazzjoni tal-progress fl-allinjament sal-31 ta' Mejju 2026; |
|
— |
valutazzjoni ulterjuri tal-progress fl-allinjament sat-30 ta' Novembru 2026. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1997/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)