Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 32025D1964
Council Decision (EU) 2025/1964 of 22 September 2025 on the signing, on behalf of the Union, of the Agreement between the European Union and the Kingdom of Norway on the transfer of passenger name record (PNR) data for the prevention, detection, investigation and prosecution of terrorist offences and serious crime
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1964 tat-22 ta’ Settembru 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar it-trasferiment ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1964 tat-22 ta’ Settembru 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar it-trasferiment ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja
ST/11279/2025/INIT
ĠU L, 2025/1964, 25.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1964/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Spēkā
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1964 |
25.9.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1964
tat-22 ta’ Settembru 2025
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar it-trasferiment ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 16(2) u l-Artikolu 87(2), il-punt (a), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tan-Norveġja (“in-Norveġja”) għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar it-trasferiment ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR, Passenger Name Record) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fid-9 ta’ April 2025. |
|
(2) |
Il-Ftehim jipprevedi għat-trasferiment tad-data tal-PNR mit-trasportaturi tal-ajru mill-Unjoni għan-Norveġja b’rispett sħiħ tad-drittijiet previsti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, rikonoxxut fl-Artikoli 7 u 8, b’mod rispettiv, tagħha. B’mod partikolari, il-Ftehim jinkludi salvagwardji xierqa għall-protezzjoni ta’ data personali trasferita skont dan. |
|
(3) |
Il-Ftehim irawwem il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja u dawk tal-Istati Membri kif ukoll il-Europol u l-Eurojust, bl-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom li jsaħħu l-fruntieri esterni tal-Unjoni u tan-Norveġja, kif ukoll jiżguraw b’mod effettiv is-sigurtà interna fin-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni fiż-żona Schengen. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Irlanda nnotifikat b’ittra tad-29 ta’ Lulju 2025, ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
|
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u ta l-Opinjoni tiegħu 16/2025 fl-24 ta’ Lulju 2025 (2). |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar it-trasferiment ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim. (3)
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni tal-konklużjoni tiegħu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1964/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)