This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D1293
Council Decision (EU) 2025/1293 of 19 June 2025 authorising the Commission to participate, on behalf of the European Union, in the negotiations on an amendment to Article 1, point (a), of the Convention for the Protection of the Marine Environment of the North-East Atlantic
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1293 tad-19 ta’ Ġunju 2025 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati dwar emenda tal-Artikolu 1, il-punt (a), tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1293 tad-19 ta’ Ġunju 2025 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati dwar emenda tal-Artikolu 1, il-punt (a), tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal
ST/9656/2025/INIT
ĠU L, 2025/1293, 30.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1293/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1293 |
30.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1293
tad-19 ta’ Ġunju 2025
li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati dwar emenda tal-Artikolu 1, il-punt (a), tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal
IL-KUNSILL TA L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/249/KE (1), u daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Spanja u l-Portugall ippreżentaw proposta skont l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni biex jiġi emendat l-Artikolu 1, il-punt (a), tal-Konvenzjoni sabiex jiġu inklużi l-ilmijiet ta’ madwar il-Makaroneżja (Madeira u l-Gżejjer Kanarji) fiż-żona marittima rregolata mill-Konvenzjoni. |
|
(3) |
L-emenda proposta għandha l-għan li tiżgura aktar koerenza bejn il-Konvenzjoni u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li diġà huma applikabbli fil-Makaroneżja, u b’hekk tittejjeb il-koordinazzjoni tal-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-bijodiversità rikka u l-ekosistemi vulnerabbli tal-Makaroneżja. |
|
(4) |
Matul it-28 laqgħa tal-Kummissjoni stabbilita bl-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni (il-“Kummissjoni OSPAR”), għandha tiġi diskussa dik il-proposta għal emenda tal-Artikolu 1, il-punt (a), tal-Konvenzjoni. Skont l-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni OSPAR għandha tadotta l-emenda b’vot unanimu tal-Partijiet Kontraenti. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Konvenzjoni, l-emenda adottata għandha tiġi ppreżentata mill-Gvern Depożitorju lill-Partijiet Kontraenti għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni. Skont l-Artikolu 15(5) tal-Konvenzjoni, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ biss wara li l-Gvern Depożitarju jirċievi notifika li mill-inqas seba’ Partijiet Kontraenti jkunu rratifikawha, aċċettawha jew approvawha. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tieħu sehem fin-negozjati tal-emenda proposta tal-Artikolu 1, il-punt (a), tal-Konvenzjoni matul it-28 laqgħa tal-Kummissjoni OSPAR. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni, li tawtorizza lill-Kummissjoni li tipparteċipa fin-negozjati f’isem l-Unjoni, tikkonċerna kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni sa fejn dawn jistgħu jaffettwaw regoli komuni tad-dritt tal-Unjoni jew ibiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Fil-qasam tal-kompetenzi kondiviżi, l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sakemm il-Konvenzjoni ma taffettwax regoli komuni tad-dritt tal-Unjoni jew ma tibdilx il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tieħu sehem, f’isem l-Unjoni, fin-negozjati fi ħdan il-Kummissjoni tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal (“il-Konvenzjoni”) dwar emenda tal-Artikolu 1, il-punt (a), tal-Konvenzjoni bl-għan li jiġu inklużi l-ilmijiet ta’ madwar il-Makaroneżja (Madeira u l-Gżejjer Kanarji) fiż-żona marittima rregolata mill-Konvenzjoni.
Artikolu 2
In-negozjati għandhom jitmexxew abbażi tad-direttivi tan-negozjati stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Ambjent, li huwa b’dan maħtur bħala l-kumitat speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 218(4) tat-Trattat.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DZIEMIANOWICZ-BĄK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/249/KE tas-7 ta’ Ottubru 1997 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni għal ħarsien tal-ambjent marittimu tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 104, 3.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/249/oj).
(2) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/56/oj).
Direttivi għan-negozjar ta' emenda tal-Artikolu 1(a) tal-Konvenzjoni OSPAR inkluż l-ilma madwar il-Makaroneżja (Madeira u l-Gżejjer Kanarji) fiż-żona marittima rregolata mill-Konvenzjoni OSPAR
Fit-28 laqgħa/sessjoni regolari tal-Kummissjoni OSPAR, l-Unjoni għandha tappoġġa l-emenda għall-Artikolu 1(a) tal-Konvenzjoni OSPAR proposta b'mod konġunt minn Spanja u l-Portugall biex jiġu inklużi l-ilmijiet madwar il-Makaroneżja (Madeira u l-Gżejjer Kanarji) fiż-żona marittima rregolata mill-Konvenzjoni OSPAR.
L-Unjoni għandha tiżgura li l-emenda għall-Artikolu 1(a) tal-Konvenzjoni OSPAR tibqa' konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż b'mod partikolari d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għandha tiġi segwita wkoll il-koerenza mal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 (5).
(1) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(3) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2024 dwar ir-restawr tan-natura u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869 (ĠU L, 2024/1991, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1991/oj).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (COM/2020/380 final).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1293/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)