Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D1194

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1194 tal-25 ta’ April 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2025–2029)

ST/7375/2025/INIT

ĠU L, 2025/1194, 2.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1194/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1194/oj

Related international agreement
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1194

2.7.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1194

tal-25 ta’ April 2025

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2025–2029)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 242/2008 (1) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (il-“Ftehim”). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fit-18 ta’ April 2008.

(2)

L-aħħar Protokoll li jimplimenta l-Ftehim skada fil-31 ta’ Lulju 2024.

(3)

Fl-4 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (il-“Kosta tal-Avorju”) bl-għan li jiġi stabbilit Protokoll ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar, fil-21 ta’ Novembru 2024, tal-Protokoll dwar l-implementazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2025-2029) (il-“Protokoll”).

(4)

L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u li jippermetti lill-Unjoni u lill-Kosta tal-Avorju jaħdmu aktar mill-qrib flimkien biex jiżviluppaw politika tas-sajd sostenibbli, jippromwovu l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u fl-Oċean Atlantiku, u jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd.

(5)

Għaldaqstant il-Protokoll għandu jiġi ffirmat.

(6)

Fid-dawl tal-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u l-ħtieġa li jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li fih dawn l-attivitajiet jiġu interrotti, jenħtieġ li l-Protokoll jiġi applikat b’mod provviżorju.

(7)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta opinjoni fit-22 ta’ April 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll dwarl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2025-2029) huwa awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

Artikolu 2

Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju f’konformità mal-Artikolu 20 tal-Ftehim, mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jidħol fis-seħħ.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SZŁAPKA


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 242/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Kosta tal-Avorju, min-naħa l-oħra (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/242/oj).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1194/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top